9
E Spark 56 April 2013 E-Spark hija newsletter elettronika maħruga miċ-Ċentru tal-Vokazzjonijiet tas-Seminarju, tal-Virtu,Rabat . Tel: 21450354 www.vokazzjoni.com

e-spark 56

Embed Size (px)

DESCRIPTION

Rivista ghal min qed ifittex is-sejha ta' Alla, u jrid jaghmel xi haga dwarha A resource for those seeking God's plan in their life, and who wish to do something about it

Citation preview

Page 1: e-spark 56

E Spark 56 April 2013

E-Spark hija newsletter elettronika

maħruga

miċ-Ċentru tal-Vokazzjonijiet

tas-Seminarju,

tal-Virtu,Rabat . Tel: 21450354

www.vokazzjoni.com

Page 2: e-spark 56

E Spark 56 April 2013

X'jasal jaħmel il-bniedem biex ma jinqeridx!

U hija verità li fil-mumenti meta l-bniedem isib ruħu

fl-aktar sitwazzjonijiet iebsin u mudlama,

hemm aktar tikber it-tama u

x-xewqa li se jiġu żminijiet isbaħ u aħjar.

Din hija t-tama.

......iddeċidejt li noħloq jien stess tieqa f'moħħi.......

Priġunier mill-Kuba li dam 14-il sena maqful ġo ħabs, miżmum għalih waħdu, f'kamra li l-anqas biss tieqa ma kien fiha, jirrakkonta kif irnexxielu jżomm f'sensih għal dawk is-snin kollha: "Peress li ma kelliex tieqa fiċ-ċella, iddeċidejt li noħloq jien stess tieqa f'moħħi. U kull meta kont inħares lejn il-bieb tal-ħadid, kont 'nara' ġo moħħi xena sabiħa: Il-muntanji, bl-ilma nieżel fuq il-blat... Il-fjuri u s-sema ikħal, bis-sħab u x-xemx... L-għasafar jittajru ġol-friegħi tas-siġar... Biż-żmien dik ix-xena tant saret reali, li bla sforz ta' xejn kien jirnexxieli naraha kull meta nħares lejn il-bieb taċ-ċella. Din kienet għalija sors ta' ħajja fis-snin li fihom domt il-ħabs."

Page 3: e-spark 56

E Spark 56 April 2013

San Pawl kiteb l-isbaħ ittri tiegħu meta kien maqful fil-ħabs. Pereżempju l-ittri lill-Filippin, lill-Kolossin u lill-Efesin. Meta taqrahom dawn l-ittri tant fihom riflessjonijiet sbieħ u tant huma mimlijin kuraġġ u tama, li tistħajjel li min qed jiktibhom qiegħed fl-isbaħ mumenti ta'

ħajtu!

Fl-ittra lill-Efesin naqraw:

"Pawlu, jien, il-priġunier ta' Kristu Ġesù minħabba fikom il-pagani... Tistgħu tifhmu sewwa kemm jiena dħalt fil-qalb tal-misteru ta' Kristu permezz tal-Evanġelju. Ta' dan l-Evanġelju jiena sirt ministru skont id-don tal-grazzja li Alla tani, skont is-setgħa tal-qawwa tiegħu. Lili, l-iżgħar fost il-qaddisin kollha, ngħatatli din il-grazzja li nxandar fost il-pagani l-Evanġelju ta' Kristu, u li noħroġ għad-dawl quddiem kulħadd kif Alla temm il-pjan tal-misteru, li kien moħbi sa minn dejjem. B'hekk l-għerf ta' Alla, għerf ta' kull

xorta ta' mezzi, ikun issa mgħarraf permezz tal-Knisja."

Meta kien fil-ħabs......l-isbaħ mumenti ta' ħajtu!

Page 4: e-spark 56

E Spark 56 April 2013

Ejjew nimmaġinaw li Pawlu wkoll, bħal dak il-ħabsi Kuban, kien iħares lejn il-bieb magħluq taċ-ċella li kien miżmum fiha. U bl-għajnejn ta' qalbu, u b'moħħu mdawwal bil-fidi qawwija tiegħu f'Ġesù, kien jara xi ħaġa tassew sabiħa. X'kien qed jirnexxielu

jara?

Ra komunitajiet ġodda jikbru u jissaħħu. Dawk il-komunitajiet li kien ħawwel hu stess bl-għaraq u l-ħidma tiegħu bla waqfien. Dak li ħawwel Pawlu, bl-għajnuna ta' oħrajn li kienu jaħdmu miegħu, kien joffrih kollu kemm hu lil Alla. Għax hu Alla biss li jkabbar. U hekk ġara fil-fatt. Nibtu Knejjes mimlijin ħeġġa spiritwali, li diġa kienu qed isofru persekuzzjoni minħabba l-fidi tagħhom. San Pawl jifraħ b'dak li kien diġa seħħ. Kien jaf li hu ma kienx

tħabat għal xejn.

Ejjew nimmaġinaw

Page 5: e-spark 56

E Spark 56 April 2013

Imma San Pawl ra ukoll l-id ta' Alla taħdem, id li kienet dejjem hemm anke f'mumenti meta kollox deher ġej kontra. Għalhekk huwa jfaħħar lil Alla għax jaf ċert li Hu qed isegwi l-ħajja ta' wliedu u jinsab dejjem viċin, b'mod li aħna qatt

ma nistgħu nifhmu.

Fl-aħħarnett, Pawlu - għax hu stess mimli bit-tama - iħeġġeġ lil dawn l-insara tal-bidu biex jaħsbu spiss fuq dak li għamel Ġesu għalihom, biex Ġesù jidħol fihom bil-qawwa tiegħu u jbiddilhom minn ġewwa. Dan jieħu ż-żmien u għalhekk Pawlu jgħidilhom biex jibqgħu miftuħin għall-pjan sħiħ ta' Alla. Biex issa li bdew, iħallu lil Alla iwassal sat-tmiem dan il-pjan meraviljuż. Qisu jrid jgħidilhom: "Jekk ma tiqfux hawn, se taraw b'għajnejkom stess, affarijiet

ħafna isbaħ!"

Jekk ma tiqfux, taraw b'għajnejkom stess, affarijiet

ħafna isbaħ

Page 6: e-spark 56

E Spark 56 April 2013

Kultant aħna nkunu qed inħarsu wisq lejn ir-realtà preżenti madwarna u forsi nibdew naqtgħu qalbna. Nibdew nistaqsu: "Worth it imma li tkun nisrani? Mhux ħela' ta' enerġija? Ma nistax nibqa' nfittex u nsib xi mod ieħor, forsi aktar faċli, ta' kif inkun kuntent? U kif se nkun naf li Alla għandu raġun,

wara kollox?"

"Worth it imma li tkun nisrani?

Page 7: e-spark 56

E Spark 56 April 2013

Fl-ittra li kien laħaq kiteb il-Papa emeritu Benedittu XVI għall-50 Jum Dinji ta' Talb għall-Vokazzjonijiet - li se jiġi ċċelebrat fil-21 ta' dan ix-xahar - insibu kif diversi Papiet, minn Pawlu VI 'l hawn (il-Qaddej ta' Alla l-Papa Pawlu VI kien il-Papa li beda dan il-Jum ta' Talb fl-1963) kienu mħassbin ħafna dwar in-nuqqas ta' vokazzjonijiet madwar id-dinja, speċjalment fejn in-nies kienu qed jgħixu fil-ġid u l-kumdità. Aħna ngħidu li mhux in-numri kollox. Imma huwa fatt ukoll li meta jkun hemm / ma jkunx hemm vokazzjonijiet - dan jimmarka kemm hemm fidi u mħabba fil-qlub tal-insara.

"Sinjal ċar tal-fidi u l-imħabba f'parroċċi individwali u fi djoċesijiet sħaħ, u evidenza tas-saħħa morali tal-familji" jgħid Pawlu VI, jkun jidher "meta n-nies ikunu qed jgħixu l-Aħbar it-Tajba b'ġenerożita, u hemm ukoll issib ħafna vokazzjonijiet

għas-saċerdozju u l-ħajja konsagrata"

(Messaġġ bir-Radju, 11 ta' April 1964).

hemm vokazzjonijiet ...... kemm hemm fidi u mħabba

Page 8: e-spark 56

E Spark 56 April 2013

It-tama hija l-istennija li se sseħħ xi ħaġa sabiħa u posittiva fil-futur. Imma fl-istess ħin it-tama trid tkun relevanti ukoll għall-preżent, għax inkella nkunu qed nibnu l-kastelli fl-arja! It-tama għan-nisrani hi ċertezza, għax il-bażi tagħha hu Kristu nnifsu. L-imħabba ta' Alla għalina - meta nagħrfuha u nilqgħuha u nemmnuha - tagħtina l-kuraġġ. Nafu li Alla jħobbna bla kundizzjoni, u kien lest jibgħat lil Ibnu Ġesù biex iħallas il-prezz għalina ħa jsalvana. "Hekk kien meħtieġ", qal Ġesù liż-żewġ dixxipli ta' Għemmaws, "li

l-Messija jbati dan kollu u hekk jidħol fil-glorja tiegħu."

It-tama hija l-istennija

Għall-ewwel insara, l-Qawmien ta' Ġesù u l-preżenza tiegħu magħhom, kienu sors ta' tama fil-vjaġġ ta' ħajjithom u anke għall-futur. Kieku ma kienx hekk, aħna llum ma nissejħux insara! Il-fidi ma kinetx tasal għandna! Aħna wkoll

mela għandna nfittxu li jkollna fiduċja sħiħa f'Alla, fiduċja fina nfusna u f'persuni oħra. U waqt li ngħidu l-"iva" tagħna lil Alla, f'dak kollu li Hu jitlob minna, nkunu qed niktbu paġna oħra

fl-istorja tas-salvazzjoni.

Page 9: e-spark 56

E Spark 56 April 2013 A vision without

a task is but a dream,

a task without a

Vision is drudgery,

A vision and a task

Is the hope of the

World

Contact Fr Michael and share your comments, suggestions,

ideas or problems

email: [email protected]

Vocational Centre

Archbishop’s Seminary

Tal-Virtu, Rabat

Tel : 21450354 /79964557.