7
MESSAGG TAD-DIRETTUR : IS-SENA TAS-SACERDOT WEBSITES GODDA GREAT PICTURES QUTOES Vocations e-newsletter E - spark 11 E-Spark hija newletter elettronika hi mahruga mic-Centru tal-Vokazzjonijiet, tal-Virtu,Rabat . Tel: 21450354 - www.vokazzjoni.com lunlu 2009

e-spark 11

Embed Size (px)

DESCRIPTION

Rivista ghal min qed ifittex is-sejha ta' Alla, u jrid jaghmel xi haga dwarha A resource for those seeking God's plan in their life, and who wish to do something about it

Citation preview

Page 1: e-spark 11

MESSAGG TAD-DIRETTUR : IS-SENA TAS-SACERDOT

WEBSITES GODDA

GREAT PICTURES

QUTOES

Vocations e-newsletter

E - spark 11

E-Spark hija newletter elettronika hi mahruga mic-Centru tal-Vokazzjonijiet, tal-Virtu,Rabat .

Tel: 21450354 - www.vokazzjoni.com

lunlu 2009

Page 2: e-spark 11

Is-Sena tas-Saċerdot

Il-Papa Benedittu XVI ried li l-Knisja Kattolika tiddedika sena biex nagħrfu aħjar min hu s-saċerdot. Din hi sena li se tolqot mhux biss lis-saċerdoti imma lill-Knisja kollha. Ovvjament, kull saċerdot, għax jaf kemm il-Knisja tiddependi minnu u għandha bżonnu, ma jistax ma jiħux bis-serjetà s-sejħa tiegħu u jiġġeded spiritwalment u pastoralment. Il-Papa stess stqarr li hu kellu f‟moħħu li, wara din is-sena, kull saċerdot ikun imsaħħaħ fis-sejħa saċerdotali tiegħu. Imma anke bħala Nsara, aħna mħeġġin biex inkunu nafu aktar min hu s-saċerdot fil-ħajja tal-Knisja. Hija stedina għalina li nitolbu għas-saċerdoti, naraw kif nistgħu ngħinuhom fil-ħidma pastorali tagħhom, u anke nitolbu għal vokazzjonijiet saċerdotali ġodda. Bħal kull rejaltà oħra fil-Knisja, anke s-saċerdozju rridu nħarsu lejh fid-dawl tal-imħabba kbira ta‟ Alla l-Missier lejn il-bnedmin kollha. Kull bniedem li hawn fid-dinja hu fil-mira tal-imħabba ta‟ Alla, li twassalna biex nagħrfuH u nħobbuH. Fid-dawl ta‟ din l-imħabba, Alla fl-istorja dejjem fittex li jifforma poplu li jkun jemmen fih, magħmul minn bnedmin li jkunu lejali lejH u li jqisu lilhom infushom ħbieb tiegħU. Meta Alla għamel il-wegħda lil Abraham, ma qallux biss “se nkattarlek nislek” imma qallu wkoll li “b‟nislek jitbierku l-ġnus kollha tal-art” (Ġen 22, 17.18). Permezz ta‟ dan il-poplu u dawn il-bnedmin, Alla jrid ibierek lil kulħadd. Dan baqa‟ l-ħsieb ta‟ Alla, anke meta Ġesù waqqaf il-Knisja tiegħu. Għalhekk, qabel ma tela‟ s-sema, Ġesù qal lill-appostli: “Morru, mela, għamlu dixxipli mill-ġnus kollha” (Matt 28, 19).

Messagg tad-Direttur

Page 3: e-spark 11

Messagg tad-Direttur

Is-Sena tas-Saċerdot / pagna 2

Is-saċerdozju fil-Knisja rridu nikkunsidrawh fid-dawl tal-pjan u l-missjoni li Alla għandu għall-Knisja: li tkun pont, jew medjatriċi, bejn Alla u d-dinja. Permezz tal-Knisja tasal fid-dinja l-preżenza ta‟ Ġesù, u fiH aħna niltaqgħu mal-Missier u nirċievu l-Ispirtu s-Santu. Il-Knisja wkoll “tinterċedi” għall-bnedmin kollha – tidher quddiem Alla fit-talb u t-tħabrik tagħha għall-ġid tal-bniedmin kollha.

Is-saċerdoti fl-Ordinazzjoni jirċievu sehem mill-ministeru stess ta‟ Ġesù: li jaqdu lill-aħwa fil-komunità nisranija u jsaħħuhom biex jaqdu l-missjoni tagħhom: li jkunu preżenti fid-dinja u hemm iwasslu l-imħabba ta‟ Alla l-Missier lejn il-bnedmin kollha. Dan hu l-iskop tas-saċerdozju ministerjali. Dan kollu rridu nikkunsidrawh fid-dawl tas-Saċerdozju Universali, jew „komuni‟. Kull nisrani, permezz tal-magħmudija, huwa diġa msieħeb fil-missjoni tal-Knisja li tqaddes id-dinja u l-ħajja umana u terfagħha lejn Alla. Is-sejħa tas-saċerdozju ministerjali, Alla jibniha fuq is-saċerdozju komuni. Qabel mas-saċerdot ikun jista‟ jgħin tassew lill-Poplu ta‟ Alla fil-mixja u x-xhieda tiegħu, irid ikun għamel l-esperjenza hu stess ta‟ kif tgħix ta‟ nisrani fid-dinja. Inkella jkun hemm il-periklu li s-saċerdozju ministerjali jsir xi forma ta‟ gwadann, jew awtorità jew superjorità. Is-saċerdot irid ikun dejjem imnebbaħ mill-mod kif Gesù stess għix is-saċerdozju tiegħu, jiġifieri li jinkludi u jisma‟ lil kulħadd. “Il-ministeru u l-ħajja tas-saċerdot trid twassal biex tingħata glorja lil Alla l-Missier. U din il-glorja tingħatalu meta l-bnedmin, b‟għajnejn miftuħa, bil-libertà u b‟radd ta‟ ħajr, jilqgħu fihom infushom il-pjan ta‟ Alla kif imwettaq fi Kristu, u jagħmluh jidher fil-ħajja kollha tagħhom” (Presbyterorum Ordinis, 2). Jekk dan kollu jagħmel sens għalik, trid tgħinnu jkompli jitwettaq illum?

Page 4: e-spark 11

"Do you realize that Jesus is there in the tabernacle expressly for you - for you

alone? He burns with the desire to come into your heart...don't listen to the de-mon, laugh at him, and go without fear

to receive the Jesus of peace and love...

"Receive Communion of-ten, very often...there you have the sole remedy, if

you want to be cured. Je-sus has not put this attrac-tion in your heart for noth-

ing..." "The guest of our soul knows our misery; He

comes to find an empty tent within us - that is all He

asks."

"I throw myself at the foot of the Taber-nacle

like a dog at the foot of his Master."

- St. John Vianney

"The culmination of the Mass is not the consecra-

tion, but Communion."

Do you know what Mass is? In the Church it is what the sun in our world, it is the soul of our faith, the center of our religion, the end and center of all the ceremonies, rites and sacraments. In a word it is the summary of all that is beautiful and good in the Church of

God." - St. Leonard of Port Maurice (1676-1751)

"If angels could be jealous of men, they would be so for one reason: Holy Communion."

- St. Maximilian Kolbe

Page 5: e-spark 11

Web sites fuq

PARROCCI

http://www.balzanparish.com/

http://www.qalbtagesu.com/

http://www.zejtunparish.com/

Page 6: e-spark 11
Page 7: e-spark 11