9
E Spark 55 Marzu 2013 Ir-Randan: min jistudjah, isibu stupend, min jersaq lejh, isibu profond, min jesperimentah, isibu uman, min jgħixu, isibu divin.

e-spark 55

Embed Size (px)

DESCRIPTION

Rivista ghal min qed ifittex is-sejha ta' Alla, u jrid jaghmel xi haga dwarha A resource for those seeking God's plan in their life, and who wish to do something about it

Citation preview

Page 1: e-spark 55

E Spark 55 Marzu 2013

Ir-Randan:

min jistudjah, isibu stupend,

min jersaq lejh, isibu profond,

min jesperimentah, isibu uman,

min jgħixu, isibu divin.

Page 2: e-spark 55

E Spark 55 MARZU 2013 Aħna ma nisimgħux kollox....

Żewġt iħbieb kienu mexjin f'belt kollha storbju. Ħwienet, traffiku, nies jgħaġġlu. Geġwiġija sħiħa!

F'daqqa waħda wieħed minnhom dar fuq sieħbu u qallu: "Isma' dak il-pitirross x'jgħanni!" Sieħbu ħares lejh iċċassat. "U ħallina minnek" qallu. "Jien ma qed nisma' xejn! Pitirross x'qed jagħmel ġo belt? Dawk f'xi

siġra fil-kampanja ssibhom!" L-ieħor għamillu sinjal biex jiskot u beda jħares l'hawn u l'hemm fil-qrib. Ra fejn kienu qed iwaqqgħu dar kbira qadima biex jibnu appartamenti flokha. Did-dar kellha ġnien, u f'nofs il-ġnien kien hemm siġra li minnha kien qed jgħanni l-pitirross. "Kif irnexxielek tisimgħu b'dan l-istorbju kollu?" Sieħbu wieġeb: "Tinsiex li jien ornitologu... ittrenjajt lili nnifsi biex nisma' l-leħen tan-natura kull fejn inkun".

Komplew mexjin fis-skiet. Ftit wara, l-ornitologu tefa' munita taż-2 Ewro mal-art fuq il-bankina. Kemm ili ngħidlek ħafna nies bdew ifittxu fl-art b'għajnejhom.

"Qed tara?" qal lil sieħbu. "Aħna ma

nisimgħux kollox, imma biss dak li rridu

aħna!"

Page 3: e-spark 55

E Spark 55 MARZU 2013 Qisu Alla jistenna minna li nkunu dejjem bit-tbissima fuq wiċċna...

Ġieli ninnota kemm bħala nsara narawha nuqqas ta'

rispett din li nuru lil Alla dak li tassew inkunu qed inħossu. Qisu Alla jistenna minna li nkunu dejjem

bit-tbissima fuq wiċċna... Ngħaddu minn xhiex ngħaddu, dejjem irridu nibqgħu nitbissmu. Għalhekk meta nkunu

qed inħossuna rrabjati għal Alla ma nurux miegħu din ir-rabja. U bħalma jiġri dejjem, meta nżommu din

ir-rabja maqfula ġo fina, din tibqa' f'qalbna u toħnoq u tħammeġ ir-relazzjoni tagħna ma' Alla.

"Mhux sinjal ta' rispett li tgerger ma' Alla minħabba t-

tbatija li tkun għaddej minnha!"

Hekk bdew jgħidu l-ħbieb ta' Ġob lil dan il-bniedem li tilef

kullma kellu: ġidu, uliedu, daru, saħħtu stess... Kemm se

jiflaħ jissapporti Ġob? Juri lil Alla kemm hu dispjaċut –

imma mingħajr ma jitlef il-fidi u t-tama f'Alla. Imma

mbagħad jaslu fuq ix-xena l-ħbieb ta' Ġob u jippruvaw

jikkonvinċuh li żgur għamel xi ħaġa ħażina ... forsi nesa ...

imma Alla ma jinsiex ... u dak li kien għaddej minnu kien xi

tip ta' kastig li kien ħaqqu. S'intendi Ġob jiċħad dan kollu u

jkompli jesprimi d-dwejjaq tiegħu quddiem Alla.

Page 4: e-spark 55

E Spark 55 MARZU 2013 "Imbagħad isseħħ ħaġa tassew meraviljuża.

Dan id-djalogu bejn Ġob u sħabu jkompli għaddej – anzi, jirrepeti ruħu bla ma jinbidel xejn – għal 30 kapitlu sħaħ. F'din il-parti tal- Ktieb ta' Ġob, Alla ma jidħol imkien. Qisu sieket ... ma jgħid xejn!

Imbagħad isseħħ ħaġa tassew meraviljuża. Alla jinterrompi d-djalogu bejn Ġob u sħabu u jfakkar lil Ġob li huwa Hu, Alla, l-awtur tal-

għeġubijiet tal-ħolqien u tal-glorja li naraw madwarna.

Alla jistaqsi lil Ġob: "Qatt kemm ilek fid-dinja kkmandajt is-sebħ, jew urejt liż-żerniq postu?"

Vocations Centre
Cross-Out
Vocations Centre
Typewritten Text
Vocations Centre
Typewritten Text
Vocations Centre
Typewritten Text
Vocations Centre
Typewritten Text
Vocations Centre
Typewritten Text
Vocations Centre
Typewritten Text
Page 5: e-spark 55

E Spark 55 MARZU 2013 "Fuqek jien b'widnejja smajt; imma issa b'għajnejja rajtek”

Il-leħen ta' Alla jġib lil Ġob f'sensih. U b'umiltà kbira, Ġob iwieġeb lil Alla: "X'nista' nwieġeb jien li ma niswiex

karfa? Ikolli nqiegħed idi fuq ħalqi! Darba tkellimt u ma nerġax; darbtejn, u ma nissuktax."

Wara li rnexxielu jeħles mir-rabja li kellu "kontra"

Alla, Ġob mill-ġdid jerġa' jisma' lil Alla jkellmu. Iva,

avolja t-tbatijiet tiegħu baqgħu hemm bħal qabel, issa Ġob iħalli lil Alla jmissu, u mbagħad iħoss lil Alla

miegħu bħal qatt qabel.

Tant li lil Alla jgħidlu:

"Fuqek jien b'widnejja smajt; imma issa b'għajnejja

rajtek." U l-Mulej bierek il-ħajja l-ġdida ta' Ġob aktar minn dik ta' qabel.

Page 6: e-spark 55

E Spark 55 MARZU 2013 It-tbatijiet u d-dwejjaq li ngħaddu minnhom fil-ħajja jistgħu jkunu okkażjoni biex

induqu l-ħbiberija ma' Alla....

Imqar fit-tbatijiet tiegħu, Ġob jiltaqa' ma' Alla.

Imma l-ewwel irid jgħaddi milll-fażi tat-tgergir

u jesprimi d-diżappunt tiegħu lil Alla. Bħal Ġob

anke aħna rridu nfakkru lilna nfusna li t-

tbatijiet u d-dwejjaq li ngħaddu minnhom fil-

ħajja jistgħu jkunu okkażjoni biex induqu l-

ħbiberija ma' Alla b'mod tassew ġdid.

Alla jħobbna. Din hi l-verità assoluta. Imma

aħna nirribellaw u ninsew li l-imħabba ta' Alla

tasal għandna taħt form differenti – xi wħud

aktar pjaċevoli minn oħrajn. Xi kultant naħsbu

li l-imħabba tifisser li jiġrulna biss affarijiet

sbieħ. Esperjenzi li jinkwetawna jew

iweġġgħuna m'għandniex xi rriduhom! Imma

dawn jiġru lil kulħadd. Flok naċċettaw dan

bħala fatt, nippruvaw inwaħħlu f'Alla. Forsi

naħsbu li jkun insiena jew li mhux qed jimxi

sew magħna. Fi kliem ieħor – bħal Ġob –

inkunu qed ngħidu lil Alla li aħna nifhmu aktar

minnu! Li aħna nafu l-aħjar x'inhu li jgħodd

għalina.

Imma minkejja r-rabja tagħna, Alla jfakkarna li Hu dejjem qiegħed f'kontroll. Anke jekk qed inbatu ħafna, jew qed infittxu bla ma

nsibu xejn, Alla għandu pjan għalina. Irid jagħmel ħajjitna sabiħa daqs is-smewwiet u jiemna kotrana daqs il-kwiekeb tas-sema.

Page 7: e-spark 55

E Spark 55 MARZU 2013

Mhux faċli għalina nintebħu bil-pjan li Alla għandu għalina, speċjalment f'mumenti ta' dlam. Imma fil-ħin u l-waqt opportun, Alla se jurina li Hu għadu hemm u li qed jieħu ħsiebna. Kwalità essenzjali biex nimxu ma' Alla

hi s-sempliċità. Lil Alla aħna ma nistgħux nifhmuh. Imma dan ma jfissirx li Alla hu bla sens! Is-sejħa tagħna

hi li ngħixu ma' Alla, mhux li nifhmu lil Alla! Irridu ngħixu bħalu u nkunu nixbħuh kemm nistgħu. F'Ġesù naraw b'mod ċar ħafna kif inkunu nixbħu lil Alla.

Ġesù jpoġġi quddiemna affarijiet sempliċi ħafna. Sempliċi ma jfissirx li huma faċli. Bħal Ġob aħna nistgħu nikkumplikaw l-affarijiet bla bżonn u nimblukkaw lil Alla minn ħajjitna. Xi affarijiet li qalilna Ġesù, biex

niffriskaw il-memorja...

Kwalità essenzjali biex nimxu ma' Alla hi s-sempliċità

"Ejjew għandi, intom ilkoll li tinsabu

mħabbtin u mtaqqlin, u

jiena nserraħkom..."

(Mattew 11, 28)

"Morru! Araw,

qiegħed

nibgħatkom..." (Luqa 10, 3)

"Itolbu lil Sid il-

Ħsad..."

(Luqa 10, 2)

"Il-madmad tiegħi

ħelu u t-toqll tiegħi

ħafif..."

(Mattew 11, 30)

"Min jisma' lilkom

ikun jisma'

lili..." (Luqa 10, 16)

"Fid-dar fejn tidħlu,

għidu: Is-sliem lil din id-dar"

(Luqa 10, 5)

"Kulu dak li jqegħdulkom

quddiemkom"

(Luqa 10, 8)

"Lin-nies għidulhom:

Is-Saltna ta' Alla

waslitilkom"

(Luqa 10, 9)

Toqogħdux idduru

minn familja għal

oħra"

(Luqa 10, 7)

"Fejjqu l-morda li jkun

hemm"

(Luqa 10, 9)

Page 8: e-spark 55

Aħna d-dixxipli ta' Ġesù.

Mexjin fuq il-passi tiegħu. Meta d-dixxiplu jkun jixbaħ lil Imgħallem tiegħu, ikun qed

jogħġob lil Alla. Bl-eżempju tagħna nillidjaw oħrajn biex bħalna jsibu posthom fis-

Saltna ta' Alla u b'hekk tinbidel id-dinja li ngħixu fiha u ssir post aktar skont il-qalb

ta' Alla.

E Spark 55 MARZU 2013 Jeħtieġ biss ħaġa waħda

Dawn huma affarijiet li

kulħadd jista' jagħmilhom. Jeħtieġ biss ħaġa waħda: Li jiena nkun ħadt deċiżjoni li

se ngħix għal Ġesù biss. Il-ħajja Nisranija (il-ħajja fi Kristu) mhix triq li minnha

jista' jgħaddi biss min hu bravu jew perfett. Niftakru fil-kliem li qalet Marija lill-

qaddejja waqt it-Tieġ f'Kana: "Agħmlu kull ma jgħidilkom hu" (Ġwanni 2, 5).

Page 9: e-spark 55

E-Spark hija newsletter elettronika maħruga

miċ-Ċentru tal-Vokazzjonijiet tas-Seminarju,

tal-Virtu,Rabat . Tel: 21450354

www.vokazzjoni.com

Contact

Fr Michael and share your comments, suggestions,

ideas or problems

email: [email protected]

Vocational Centre

Archbishop’s Seminary

Tal-Virtu, Rabat

Tel : 21450354 /79964557.

E Spark 54 FRAR 2013

Prayer for Vocations

Holy God,

during this Year of Faith,

With gratitude in our hearts,

we praise you for your love and your fidelity.

You have shown us the way to holiness

through Mary and Jesus

and many faithful witnesses.

You continue to call men and women

to dedicate their lives through the vows of

poverty, chastity, and obedience.

Give them courage to respond generously

to your call with “Here I am, send me!”

Blessed by your Spirit,

may we always proclaim your love

with our lives. Amen.