Upload
diocesan-vocation-centre
View
235
Download
5
Embed Size (px)
DESCRIPTION
Rivista ghal min qed ifittex is-sejha ta' Alla, u jrid jaghmel xi haga dwarha A resource for those seeking God's plan in their life, and who wish to do something about it
Citation preview
E - spark 25 SETTEMBRU 2010
Vocations e-newsletter
E-S
par
k h
ija
new
slet
ter
elet
tro
nik
a m
ahru
ga
mic
-Centr
u t
al-V
okaz
zjo
nij
iet
tas-
Sem
inar
ju,
tal-
Vir
tu,R
abat
.
Tel
: 21
450
354
-
w
ww
.vo
ka
zzjo
ni.
com
GHAL QALBEK
NEW WEBSITE
JELLY FISH PHOTOGRAPHY
PAUL CEZANNE
MASS QUOTES
Prayer: Don’t give God instructions just report for duty
Fr Michael Bellizzi
GĦAL QALBEK!!
“Min jista’ jagħraf ħsieb Alla, min jista’ jifhem x’irid il-Mulej? ... Bilkemm nistgħu nintebħu x’hemm fuq l-art, u bi tbatija nsibu dak li hu taħt għajnejna! Mela min jista’ jitkixxef fuq il-ħwejjeġ tas-sema? Min qatt għaraf ir-rieda tiegħek, jekk int innifsek [lill-bniedem] ma tajtux l-għerf u ma bgħattx fuqu mill-għoli l-ispirtu qaddis tieħek? Hekk saru dritti triqat in-nies tal-art. Hekk tgħallmu l-bnedmin dak li jogħġob
lilek, u salvaw bis-saħħa tal-għerf.” (Għerf 9, 13.16-18).
Li tkun “għaref” tista’ tfisser li jkollok “moħħok jixrob malajr”. Tiltaqa’ ma’ studenti li ma jistudjaw xejn jew ftit, u
mbagħad imorru tajjeb fl-eżamijiet. Ikollom memorja tajba u moħħhom ikun iżomm malajr dak li jaqraw imqar fuq fuq. Oħrajn ukoll imorru tajjeb fl-eżamijiet imma jkollhom
jistudjaw sigħat twal u jieħdu noti u jipprovaw jimmemorizzaw dak li jkunu jridu jiftakru.
Imma l-għerf mhux hekk biss. Meta xi ħaġa tkun għal
qalbek, kważi bla sforz ta’ xejn se tifkatar dettalji li oħrajn ma jiftakruhomx jew jarawhom żejda. Jekk xi ħadd ikun dilettant tal-futbol, bla sforz ta’ xejn ikun jaf l-aħħar dettalji dwar it-timijiet u kif ikunu sejrin, u plejers li jkunu
ċċaqalqu minn tim għal ieħor u kemm ikun ħallas it-tim għalihom. Ikunu jafu dettalji kważi dwar kull aspett tal-
logħba. U għalfejn? Għax dan is-suġġett ikun għal
qalbhom. U jekk xi ħadd ikollu għal qalbu l-karozzi jew l-ajruplani, jew il-muzika, jiġrilu l-istess. Jibda’ jtik dettalji tant li jħallik
meraviljat. L-għerf li qed itkellem dwaru l-awtur tal-Ktieb tal-Għerf hu xi ħaġa simili. Meta jien ikolli għal qalbi lil Alla, allura se nibda’ nara dettalji li
oħrajn ma jkunx jinteressahom jew anke jarawhom żejda. Imma x’differenza! Li tkun dilettant tal-futbol, jew l-ajruplani jew il-mużika mhemm xejn ħażin. Imma dan kollu m’hu se jżid xejn dwar l-iskop tal-ħajja. L-anqas mhu se jagħmilli differenza kif se ngħix. Huwa sempliċiment interess. Imma li jkolli lil Alla għal qalbi tfisser li jien se niskopri aktar malajr l-iskop tiegħi u nilħqu. Għax Alla jibda’ jagħtini ħafna dettalji: dwar l-imġiba tiegħi u dak li nħoss u nixtieq jien, dwar xi tfisser il-ħajja, dwar dak li nkun għaddej minnu jien u
oħrajn... Nibda’ nifhem aktar lili nnifsi u nara l-affarijiet minn aspett differenti.
Dawk li Ġesù kien isejjaħ ma kinux kollha xorta waħda. Kien hemm min malajr dawwar qalbu fuq Ġesù u beda jikber fl-għerf f’dak li kien jgħallem Ġesù. Xi ħadd
bħal Ġwanni, per eżempju. Oħrajn, bħal Pietru, baqa’ moħħhom fil-familja. Oħrajn, bħal Mattew, fix-xogħol tagħhom. Oħrajn, bħal Tumas, kien moħħhom f’ħafna argumenti. Oħrajn, bħal Ġuda, kien moħħhom fil-flus.
San Ġwann jirrakkonta meta mar l-ewwel live-in tiegħu. Hu u ieħor kienu mexjin wara Ġesù. F’ħin minnhom staqsihom “Xi tridu?” Huma weġbuh: “Fejn
toqgħod?” Hu qalilhom: “Ejjew u taraw.” Dakinhar baqgħu miegħu. San Ġwann baqa’ jiftakar il-ħin eżatt meta seħħ dan kollu, anke ħafna snin wara meta kien
xjaħ u kien qed jikteb il-memorji tiegħu fl-Evanġelju. Qalilna: “Kienu l-ħabta tal-erbgħa ta’ wara nofsinhar” (ara Ġw 1, 35-39). Dan Ġwanni baqa’ jikber fil-għerf u kien kapaċi jinduna b’Ġesù anke meta l-appostli l-oħra ma kinux jindunaw. Darba
kienu ġo dgħajsa jistadu u ma qabdu xejn. Fid-daqqa u l-ħin, tfaċċa raġel li staqsihom għandhomx xi ħuta. Meta weġbuh “le” qalilhom: “Mela waddbu x-xibka
n-naħa tal-lemin tad-dgħajsa, u ssibu.” Dawk hekk għamlu, u mbagħad ma felħux itellgħu ix-xibka mill-baħar minħabba l-kwantità ta’ ħut li qabdu. Ġwanni dar fuq
Pietru u qallu: “Il-Mulej dan.” U Pietru mar jiltaqa’ ma’ Ġesù. Ġwanni kellu lil Ġesù għal qalbu u għalhekk kien jifhem anke dak li l-appostli l-oħra kienu jbatu biex jifhmu u jiftakru.
Ma jfissirx li l-appostli l-oħra kienu tuba! L-appostli kienu jbatu biex jitgħallmu forsi għax kellhom qalbhom mimlija b’ħafna ħsibijiet u xewqat. Kien moħħhom min minnhom hu l-leader tal-grupp. Kienu jimpikaw min minnhom jaf jikkmanda, jirraġuna u jiġbed l-attenzjoni
ta’ Ġesù. Kienu jieħdu gost ikunu popolari. Kienu kburin li Ġesù għażel lilhom għax b’hekk kien iħosshom importanti.
Bil-mod saru vera appostli, għax Ġesù ħa paċenzja bihom u baqa’ magħhom u baqa’ jgħallimhom. Bil-mod qalbhom imtliet biss b’Ġesù. U hemm saru tassew għorrief. Għalihom saret l-iktar ħaġa mportanti li jkunu ħdejn Ġesù u jisimgħuh u jħobbu dak kollu li jħobb u li jrid Ġesù.
Tkun “dixxiplu” tfisser li qed tagħmel mixja wara xi ħadd u qed titgħallem minnu u tħalli lilu “jiddixiplinak”. Ġesù mhux se jiġri warajna bil-lembuba imma se jgħaddina minn esperjenzi biex aħna nitgħallmu. Bħall-appostli aħna wkoll ġieli nbatu biex nifhmu, għax id-dinja diġa
mlietna bit-tagħlim u l-valuri tagħha. Imma aħna għandna wkoll esperjenzi oħra li jkun għaddiena minnhom Ġesù. Minn dawn nitgħallmu, bħal Ġwanni, li mhux dak biss li toffri d-dinja jagħmel sens, imma hemm affarijiet oħra li vera jistgħu jimlew il-qalb. Nitgħallmu nagħmlu għażla bejn dak li tgħid u trid id-dinja, u dak li jgħid u jrid Ġesù. Mhux se tkun faċli. Ġesù qalilna ċar: “Min ma jerfax salibu u jimxi warajja ma jistax ikun dixxiplu tiegħi” (Luq 14, 27).
Li “terfa’ salibek” tfisser li tkun “għaref”. Bħalma xi ħadd dilettant tal-futbol u l-karozzi jew il-mużika se jiftakar u jkun jaf ħafna dettalji, hekk ukoll min irid jimxi wara Ġesù ma jara xejn żejjed minn dak li jgħidlu Ġesù imma jipprova jżommu f’moħħu u jgħixu. Mhux biss,
imma min verament għandu lil Ġesù f’qalbu ma jirnexxilux iżommu għalih, moħbi. Ikun irid jitkellem ma’ oħrajn dwaru. Kif jagħmel kull min ikollu xi ħaġa għal qalbu. U int fuq x’hiex tħobb taħseb u titkellem? X’għandek għal qalbek?
Fr Michael Bellizzi
http://www.pfs.org.uk/
New websites
"The Mass is the most perfect form of prayer!"
~Pope Paul VI~
For each Mass we hear with devotion, Our Lord sends a saint to comfort us at death.
~revelation of Christ to St. Gertrude the Great~
Once, St. Teresa was overwhelmed with God's Goodness and asked Our Lord "How can I thank you?" Our Lord replied, "ATTEND ONE MASS."
"The Holy Mass would be of greater profit if people had it offered in their lifetime, rather than having it celebrated for the relief of their souls after death."
~Pope Benedict XV~
A great doctor of the Church, St. Anselm, declares that a single Mass offered for oneself during life
may be worth more than a thousand celebrated for the same intention after death.
St. Leonard of Port Maurice supports this statement by saying that one Mass before death may be more profitable than many after it.
"When we receive Holy Communion, we experience something extraordinary - a joy, a fragrance, a well being that thrills the whole body and causes it to exalt."
~ Saint Jean Vianney~
"The celebration of Holy Mass is as valuable as the death of Jesus on the cross."
~Saint Thomas Aquinas~
"If we really understood the Mass, we would die of joy."
~ Saint Jean Vianney~
"There is nothing so great as the Eucharist. If God had something more precious, He would have given it to us."
~ Saint Jean Vianney~
"It would be easier for the world to survive without the sun than to do without Holy Mass. "
~St. Pio of Pietrelcina (Padre Pio), stigmatic priest~
"When we have been to Holy Communion, the balm of love envelops the soul as the flower envelops the bee."
~ Saint Jean Vianney~
"The heavens open and multitudes of angels come to assist in the Holy Sacrifice of the Mass. "
~Saint Gregory~
"The angels surround and help the priest when he is celebrating Mass."
~ St. Augustine ~
"When Mass is being celebrated, the sanctuary is filled with countless angels who adore the divine victim immolated on the altar."
~ St. John Chrysostom~
MASS QUOTES