8
E-Spark hija newsletter elettronika ma ru a mi - entru tal-Vokazzjonijiet tas-Seminarju, al-Virt ,Rabat. Tel: 21450354 - www.vokazzjoni.com E Spark 67 Mejju 2014

e-spark 67

Embed Size (px)

DESCRIPTION

Rivista ghal min qed ifittex is-sejha ta' Alla, u jrid jaghmel xi haga dwarha A resource for those seeking God's plan in their life, and who wish to do something about it

Citation preview

Page 1: e-spark 67

E-Spark hija newsletter elettronika maȫruȥa miț-Țentru tal-Vokazzjonijiet tas-Seminarju,

Tal-Virt½,Rabat. Tel: 21450354 - www.vokazzjoni.com

E -Spark 67 Mejju 2014

Page 2: e-spark 67

E -Spark 67 Mejju 2014

Ftit aktar minn xahar ilu, grupp ta' żagħżagħ mill-Belġju marru jżuru lill-Papa Franġisku. Dawn kienu telgħu għall-World Youth Day f'Rio (2013) u minn hemm ġiet

l-idea li jiffurmaw grupp, u permezz tal-

midja jipprovaw iwasslu messaġġ ta' ispirazzjoni nisranija biex jiġbdu żagħżagħ oħra. Il-ħin li qattgħu mal-Papa kien vera sabiħ, u d-diskors li ntqal iwassal messaġġ qawwi. Għalhekk se nġib siltiet mid-djalogu ta' bejniethom. Nibdew bl-ewwel ftit domandi...

Page 3: e-spark 67

E -Spark 67 Mejju 2014

Papa Franġisku: Għax meta nisma' b'xi żagħżugħ jew żagħżugħa li jkollhom

nuqqas ta' kwiet, li qed titħabtu biex jifhmu u jiskopru,allura nħossu dover tiegħi ngħin, għax dan in-nuqqas ta' kwiet nistħajlu bħal żerriegħa li jekk tkompli tikber se tagħti l-frott.

Domanda 1: Għaliex aċċettajt li tiltaqa' magħna?

Page 4: e-spark 67

E -Spark 67 Mejju 2014

Domanda 2: F'din id-dinja, kulħadd qed ifittex il-kuntentizza. U aħna staqsejna lilna nfusna: "Imma l-Papa kuntent? U għaliex?"

Papa Franġisku: Da' żgur li kuntent! Kuntent... għaliex? Forsi għax għandi xogħol... m'inhix bla xogħol (jitbissem). Naħdem ta' ragħaj! Jien kuntent għax sibt it-triq tiegħi fil-ħajja u dan jagħmilni kuntent. Fl-età tiegħi, il-ferħ u l-kuntentizza mhux bħal meta tkun żagħżugħ! Fl-età tiegħi tħoss paċi kbira ġo fik. Il-ferħ li nħoss jagħtini ħafna paċi ġo fija. Ferħ li jiġi anke maż-żmien, waqt li tiffaċċja u tirbaħ l-ostakli u d-diffikultajiet tal-ħajja. Anke issa hemm il-problemi (jitbissem) imma l-ferħ ma jmurx bil-problemi. Anzi, l-problemi narahom, u nbati minħabba fihom. Imbagħad nara x'nista' nagħmel dwarhom u nimxi 'l quddiem. Imma fil-fond ta' qalbi dejjem hemm din il-paċi u dan il-ferħ. Hija grazzja li jagħtik Alla. Almenu għalija hija grazzja għax ma ħdimtx għaliha jien.

Page 5: e-spark 67

E -Spark 67 Mejju 2014

Domanda 3: Aħna lkoll bnedmin u nagħmlu l-iżbalji. Int ukoll għamilt żbalji? U x'tgħallimt minnhom?

Papa Franġisku: Iva jien ukoll żbaljajt u għadni niżbalja! U mhux dejjem kont pront biex nitgħallem mill-iżbalji tiegħi! Hawn min jgħid "jien qatt ma niżbalja" u mbagħad ma jsirx aħjar għax mingħalih m'għandux bżonn jikber. U dan iwasslek biex tkun supperv, biex tkun vanituż u mkabbar bik innifsek. L-iżbalji tiegħi dejjem ħarist lejhom biex nitgħallem minnhom. Tħossok umiljat ukoll għax aħna nippreferu kieku nkunu pefetti, xi superman jew superwoman. U mbagħad tiżbalja u malajr issib ruħek f'postok! Mhux dejjem tgħallimt mill-iżbalji tiegħi, għax jien xi ftit rasi iebsa u ma nitgħallimx malajr! Imma minn ħafna żbalji oħra tgħallimt, u dan għamilli tajjeb. Tgħallimt li meta ninduna li nkun żbaljajt, irrid inkun konkret anke hemm. Għax inkella tista' taqta' qalbek, jew tibqa' tirrepeti l-istess żball. Iva l-iżbalji jgħinuk issir umli u l-umiltà tagħmlilna tajjeb.

Page 6: e-spark 67

E -Spark 67 Mejju 2014

Imma għandek xi eżempju konkret ta' meta tgħallimt minn xi żball li għamilt?

Papa Franġisku: Dan li se ngħid diġa magħruf! Kont għadni żgħir pjuttost meta għamluni Provinċjal fl-

Arġentina... Ta' 36 sena kont immexxi b'ħafna dixxiplina żejda, qisni għandi dejjem raġun jien. U mbagħad tgħallimt li isbaħ meta tiddjaloga. Tgħallimt nisma' kif jaħsbuha l-oħrajn... Imma tasibx li xi ħaġa se titgħallimha "darba għal dejjem". Le, hemm triq twila. Ma tirranġax lilek innifsek malajr, imma tipprova, u tibqa' tipprova titgħallem mill-iżbalji tiegħek.

Page 7: e-spark 67

E -Spark 67 Mejju 2014

Domanda 4: Jien nipprova nara lil Alla f'persuni oħra. Int fejn issibu lil Alla?

Papa Franġisku:

Jien lil Alla infittxu u nibqa' infittxu! Infittex niltaqa' ma' Alla f'kull ċirkustanza tal-ħajja tiegħi. Insibu meta naqra l-Bibbja, meta niċċelebra l-Ewkaristija u s-Sagramenti. Insibu fil-mumenti ta' talb. Imma anke fix-xogħol tiegħi stess infittex li nsib lil Alla. Fil-persui, kif għidt int... Fuq kollox naħseb li l-morda jgħinuni niltaqa' ma' Alla. Il-morda jagħmluli tajjeb għax meta niltaqa' ma' xi marid nistaqsi lili nnifsi: "Għala dan marid u jien le?" Anke meta nkun inżur il-ħabsin nistaqsih lil Alla: "Għax dan qiegħed il-ħabs u jien le?" U nitkellem ma' Alla: "Għax dawn iva u jien le? Din mhux inġustizzja? Lili qed tittrattani aħjar?" Għalija sar importanti d-djalogu. Insib lil Alla meta nitkellem miegħu, meta nistaqsih. Nipprova nibqa' fi djalogu ma' Alla matul il-ġurnata kollha. Ħafna drabi ma jirnexxilix! Il-qaddisin kienu esperti, jien għalissa għadni le... Imma din hi t-triq.

Page 8: e-spark 67

Ejjew għalhekk inħejju qlubna biex ikunu “art tajba”, billi nisimgħu, nilqgħu u ngħixu l-Kelma,

u b’hekk nagħmlu l-frott. Aktar ma ngħaqqdu lilna nfusna ma’ Ġesù permezz tat-talb, l-

Iskrittura Mqaddsa, l-Ewkaristija, is-Sagramenti iċċelebrati u mgħixa fi ħdan il-Knisja u fi

spirtu ta’ fraternità, aktar se jikber fina l-gost li nikkoperaw ma’ Alla fis-servizz tas-Saltna ta’

ħniena u verità, ta’ ġustizzja u paċi. U l-ħsad imbagħad ikun kotran, fi proporzjon mal-grazzja

li b’qalb ħelwa nkunu għarafna nilqgħu f’ħajjitna. B’dan is-sentiment, waqt li nitlobkom

iżżommuni fit-talb tagħkom, kordjalment nagħtikom ilkoll il-Barka Appostolika tiegħi.

MESSAĠĠ TAL-PAPA FRANĠISKU GĦALL-51 JUM DINJI TA’ TALB GĦALL-VOKAZZJONIJIET

11 TA’ MEJJU 2014 – IR-RABA’ ĦADD TAL-GĦID

Tema: Il-vokazzjonijiet, xhieda għall-verità

E -Spark 67 Mejju 2014

Contact Fr Michael and share your comments, suggestions, ideas or problems.email: [email protected]