7
E-Spark hija newsletter elettronika mahruga mic-Centru tal-Vokazzjonijiet tas-Seminarju, tal-Virtu,Rabat . Tel: 21450354 - www.vokazzjoni.com E Spark 49 SETTEMBRU 2012 PRO - VOKAZZJONI (3) 3 MINUTE RETREAT A priest is lover of God.

e-spark 49

Embed Size (px)

DESCRIPTION

Rivista ghal min qed ifittex is-sejha ta' Alla, u jrid jaghmel xi haga dwarha A resource for those seeking God's plan in their life, and who wish to do something about it

Citation preview

Page 1: e-spark 49

E-Spark hija newsletter elettronika mahruga mic-Centru tal-Vokazzjonijiet tas-Seminarju,

tal-Virtu,Rabat . Tel: 21450354 - www.vokazzjoni.com

E Spark 49 SETTEMBRU 2012

PRO - VOKAZZJONI (3)

3 MINUTE RETREAT

A priest is lover of God.

Page 2: e-spark 49

E Spark 49 A priest is a man whose goal is

to be another Christ

PRO-VOKAZZJONI

(is-sejħa bħala stedina posittiva imma li tista' wkoll iġġib tfixkil)

F'din il-kitba qed naraw xi domandi li jrid jiffaċċja min jiġi wiċċ imb'wiċċ mar-rieda ta' Alla. Huma domandi li

jolqtu lil min hu msejjaħ għal stat ta' ħajja "permanenti" bħalma hu s-saċerdozju jew il-ħajja reliġjuża. Imma

jgħoddu wkoll għal kull nisrani li jibda jieħu lil Alla bis-serjetà.

Kif jista' żagħżugħ jasal għas-sejħa?

Immaġina żagħżugħ li ntgħażel biex isir designer, jew attur, jew mudell professjonali. Kif tiġri dil-ħaġa? Waqt li

hawn individwi li jimbuttaw lilhom infushom, hawn ħafna oħrajn li ma jaraw xejn partikolari fihom li jagħmilhom

kapaċi għal dil-ħaġa. Iqisu lilhom infushom "bħall-oħrajn", ma jispikkawx... sa ma xi ħadd jinduna bihom u

jgħidilhom.

Xi ħadd ikun innota talent speċjali, waqt li dan iż-

żagħżugħ ikun qed jgħix il-ħajja ta' kuljum. B'talent

qed nifhem xi kwalitajiet flimkien li jagħmlu lil dak iż-

żgħażugħ addattat għal dik il-karriera.

Per eżempju: l-mod kif tesprimi ruħek, assertiv,

kunfidenti, tosserva, taddatta ruħek, tikkomunika,

umiltà, taċċetta korrezzjoni u tibni fuq l-ideat ta'

oħrajn...

Imbagħad issir stedina u dak iż-żagħżugħ, jekk

jitħajjar, jibda esperjenza totalment ġdida f'ħajtu.

Page 3: e-spark 49

E Spark 49 a priest is a lover of men

Alla jitfa' ħarstu fuq xi ħadd... imma l-Knisja trid tgħin lill-

individwu jinduna. Il-komunità trid tinnota u tagħraf li hemm

sinjali ta' vokazzjoni f'ċerti individwi. U avolja ż-żgħażugħ

jinduna, mhux bilfors se jaċċetta! Imma jekk jaċċetta se

jinduna li iva, fih hemm xewqa li jgħix b'dan il-mod.

Il-komunità nisranija fid-dmir li tgħin lit-tfal u ż-żgħażagħ

jiskopru x'inhu l-post uniku tagħhom fil-pjan ta' Alla. Kif?

Billi titlob, tinnota u tinkuraġixxi. Fuq kollox billi teduka bl-

eżempju . Din hi l-"loġika tal-vokazzjoni".

Fil-każ ta' sejħa għas-

saċerdozju qisu għandna

l-istess dinamika. Imma

b'differenza waħda: l-

individwu jibqa' ma

jifhimx xi kwalitajiet ikun

sab fih Alla! Għax Alla

ma jsejjaħx lil xi ħadd

għax fih "jara" xi ħaġa

differenti jew speċjali.

Alla jsejjaħ lil min irid

Hu, u mbagħad jagħtik

dak li tkun teħtieġ.

Page 4: e-spark 49

Wara kollox, jekk il-

komunità tagħraf li s-servizz

tas-saċerdot għandha

bżonnu... jekk nixtiequ li

jkollna rgħajja qaddisin...

jeħtieġ naħdmu għalihom!

Bħalma l-ġenituri jinvestu fl-

edukazzjoni tat-tfal tagħhom,

hekk ukoll il-komunità

nisanija trid tinvesti li jkollha

ragħajja qaddisin.

L-ebda omm jew missier ma

jikkuntentaw li t-tfal ikunu

qamu f'saħħithom filgħodu,

imma jsusu fuqhom biex ma

jaħlux iż-żmien u jkunu

kompetittivi u aħjar minn

ħaddieħor

E Spark 49 A priest is a man who lives to serve

Hekk ukoll bħala nsara, tkun bluha

jekk inserrħu rasna b'dak li

għandna jew inħallu f'idejn

ħaddieħor.

Fr Michael
Typewritten Text
Fr Michael
Typewritten Text
Fr Michael
Typewritten Text
Fr Michael
Typewritten Text
Fr Michael
Typewritten Text
Fr Michael
Typewritten Text
Page 5: e-spark 49

E Spark 49 A priest is the hand of God.s mercy

U xi jfisser li bħala nsara "nedukaw bl-eżempju"?

1. Neħodha drawwa li naħdem għall-ġid ta' oħrajn (u mhux għalija nnifsi biss)

2. Inħalli li fija tikber xewqa li nħobb lil Alla u nipprova nkun l-aħjar persuna li nista' — fl-aspetti kollha ta' ħajti

(iva, challenge kbir dan). B'hekk inkun qed inħobb lil Alla b'mod ġenwin, u mhux feeling biss jew darba

kultant.

3. Nippersevera f'dak li nkun qed nagħmel — ma naqtax qalbi quddiem il-kuntrarju, jew meta l-affarijiet ma

jmorrux sew, u meta oħrajn ma jifhmunix.

4. Ħaġa sabiħa jekk ningħaqad ma' oħrajn. Għax avolja llum

niddejqu bis-sistemi, mingħajrhom jiġrilna li nixbgħu u nieqfu.

Waqt li ma' oħrajn inkomplu aktar fit-tul.

5. Inderri lili nnifsi li ninnota dak li qed jiġri "matul it-triq" u

ninnutah ma' xi ħadd li jkun qed jakkumpanjani. Dan jissejjaħ

"direttur spiritwali" (jew friend of the soul). Jista' jkun qassis jew

reliġjuż imma anke lajk b'esperjenza bħala nisrani. Miegħu

naqsam il-biżgħat, dubji u diffikultajiet, imma anke l-ħolm, dak

kollu li qed jagħtini gost, l-ideali tiegħi u dak li nixtieq nagħmel

b'ħajti.

6. Inħalli li tikber fija xewqa li nkun mogħti / iddedikat lil Alla,

b'devozzjoni. Li nsib ħin li nkun ma' Alla fil-kwiet. Dan jissejjaħ

"talb". Tfisser li jien ninduna li ħajti u dak li qed nagħmel ma

jagħmilx sens mingħajr Alla, u li għalhekk irrid nibqa' nfittxu. Id

-direttur spiritwali hu għajnuna kbira f'dan ukoll.

Page 6: e-spark 49

E Spark 49

a priest is a holy man because he

walks before the face of the All-

Holy

http://www.loyolapress.com/

Page 7: e-spark 49

a priest forgives all

things

WHAT IS A PRIEST?

A PRIEST A priest is a man whose goal is to be another Christ;

a priest is a man who lives to serve.

A priest is a man in love with God.

A priest is the gift of God to man

and of man to God.

a priest is the hand of God.s mercy,

a priest is the reflection of God.s love.

Contact

Fr Michael and share your comments, suggestions, ideas or problems

email: [email protected]

Tel : 21450354 /79964557.

Vocational Centre, Archbishop’s Seminary , Tal-Virtu, Rabat

E Spark 49