48
PV CPG 31.01.2013 PV\926330MT.doc PE502.490/CPG MT Magħquda fid-diversità MT PE-7/CPG/PV/2013-03 PARLAMENT EWROPEW KONFERENZA TAL-PRESIDENTI MINUTI tal-laqgħa ordinarja tal-Ħamis 31 ta’ Jannar 2013 Bini Paul-Henri Spaak, Sala 06B 01 Brussell

MINUTI - europarl.europa.eu · PV CPG 31.01.2013 PV\926330MT.doc 3/48 PE502.490/CPG MT 8. Talba għall-applikazzjoni tal-Artikolu 51 dwar il-proċedura mal-laqgħat konġunti tal-

  • Upload
    others

  • View
    1

  • Download
    0

Embed Size (px)

Citation preview

Page 1: MINUTI - europarl.europa.eu · PV CPG 31.01.2013 PV\926330MT.doc 3/48 PE502.490/CPG MT 8. Talba għall-applikazzjoni tal-Artikolu 51 dwar il-proċedura mal-laqgħat konġunti tal-

PV CPG 31.01.2013

PV\926330MT.doc PE502.490/CPG

MT Magħquda fid-diversità MT

PE-7/CPG/PV/2013-03

PARLAMENT EWROPEW

KONFERENZA TAL-PRESIDENTI

MINUTI

tal-laqgħa ordinarja tal-Ħamis

31 ta’ Jannar 2013

Bini Paul-Henri Spaak, Sala 06B 01

Brussell

Page 2: MINUTI - europarl.europa.eu · PV CPG 31.01.2013 PV\926330MT.doc 3/48 PE502.490/CPG MT 8. Talba għall-applikazzjoni tal-Artikolu 51 dwar il-proċedura mal-laqgħat konġunti tal-

PV CPG 31.01.2013

PE502.490/CPG 2/48 PV\926330MT.doc

MT

KONFERENZA TAL-PRESIDENTI

MINUTI

tal-laqgħa ordinarja tal-

Ħamis, 31 ta' Jannar 2013

mill-11.00 sas-13:00

Bini Paul-Henri Spaak, Sala 06B 01

Brussell

WERREJ

Paġna

PARTI I (Mill-11.00 sa 12.00) ........................................................................................................... 8

1. Adozzjoni tal-abbozz ta' aġenda ................................................................................................. 8

2. Approvazzjoni tal-Minuti tal-laqgħa tal-10 u s-17 ta' Jannar 2013 ............................................ 9

3. Adozzjoni tal-abbozz tal-aġenda finali għas-sessjoni parzjali ta' Frar (mill-4 sas-

7 ta' Frar 2013 fi Strasburgu)– Skedar tad-dibattiti ewlenin fil- plenarja ................................ 10

4. Komunikazzjonijiet tal-President ............................................................................................. 11

4.1 Żjarat futuri mill-Kapijiet tal-Istat u l-Kapijiet tal-Gvern fil-Parlament Ewropew ................. 11

4.2 Missjoni ta' monitoraġġ fl-Ukraina .......................................................................................... 11

4.3 Preżentazzjoni tar-rapport tal-OLAF fil-każ tas-Sur John DALLI .......................................... 12

4.4 Il-Finanzjament tal-partiti politiċi - Talba għall-applikazzjoni tal-Artikolu 210 tar-Regoli ta'

Proċedura .................................................................................................................................. 12

A. DEĊIŻJONIJIET/SKAMBJU TA’ FEHMIET .................................................................. 14

5. Preparazzjoni tal-laqgħa tal-Kunsill Ewropew fis-7 u t-8 ta' Frar 2013 .................................. 14

B. DEĊIŻJONIJIET MINGĦAJR DIBATTITU .................................................................... 16

6. Talbiet mill-kumitati parlamentari biex jitfasslu rapporti ta' inizjattiva proprja skont l-

Artikolu 48 ............................................................................................................................... 16

7. Talbiet għall-applikazzjoni tal-Artikolu 50 dwar il-proċedura mal-kumitati assoċjati ............ 17

Page 3: MINUTI - europarl.europa.eu · PV CPG 31.01.2013 PV\926330MT.doc 3/48 PE502.490/CPG MT 8. Talba għall-applikazzjoni tal-Artikolu 51 dwar il-proċedura mal-laqgħat konġunti tal-

PV CPG 31.01.2013

PV\926330MT.doc 3/48 PE502.490/CPG

MT

8. Talba għall-applikazzjoni tal-Artikolu 51 dwar il-proċedura mal-laqgħat konġunti tal-

kumitati ..................................................................................................................................... 18

9. Atti delegati u ta' implimentazzjoni - Eżaminazzjoni ta' fajls attwali ....................................... 19

10. Ħatra ta' korapporteurs għar-rapport dwar il-post tas-sede tal-Parlament Ewropew ................ 20

11. Ħatra ta' korapporteurs għal rakkomandazzjoni dwar l-organizzazzjoni u l-funzjonament tas-

Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) ..................................................................... 22

12. Abbozz ta' programm għall-ivvjaġġar mid-delegazzjonijiet tal-kumitati parlamentari barra

mit-tliet postijiet tax-xogħol matul l-2013 - Deċiżjoni dwar l-attivitajiet minn Marzu sa

Diċembru ................................................................................................................................... 23

13. Abbozz ta' programm għall-ivvjaġġar mid-delegazzjonijiet permanenti u l-Assembleji

Interparlamentari matul l-2013 - Deċiżjoni dwar l-attivitajiet minn Marzu sa Diċembru ........ 32

14. Abbozz rivedut tal-kalendarju tal-laqgħat ordinarji tal-Konferenza tal-Presidenti għall-2013 42

15. Affarijiet urġenti u kwistjonijiet varji ....................................................................................... 43

15.1 Allokazzjoni proposta tal-approprjazzjonijiet skont il-linja baġitarja 400 (approprazzjonijiet

operattivi għall-gruppi politiċi u għall-Membri mhux affiljati) għall-2013 ............................. 43

16. Punti ta' informazzjoni .............................................................................................................. 44

16.1 Korrispondenza interna ............................................................................................................. 44

16.2 Korrispondenza interistituzzjonali ............................................................................................ 44

16.3 Korrispondenza Esterna ............................................................................................................ 44

17. Data u post tal-laqgħat li jmiss .................................................................................................. 45

PARTI II (Min-12.00 sas-13.00) ...................................................................................................... 46

18. Skambju ta' opinjonijiet mal-Grupp ta' Presidenti tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar il-

kooperazzjoni interistituzzjonali u kwistjonijiet rilevanti oħra ta' interess komuni ................. 46

Page 4: MINUTI - europarl.europa.eu · PV CPG 31.01.2013 PV\926330MT.doc 3/48 PE502.490/CPG MT 8. Talba għall-applikazzjoni tal-Artikolu 51 dwar il-proċedura mal-laqgħat konġunti tal-

PV CPG 31.01.2013

PE502.490/CPG 4/48 PV\926330MT.doc

MT

KONFERENZA TAL-PRESIDENTI

MINUTI

tal-laqgħa tal-Ħamis, 31 ta’ Jannar 2013

mill-11.00 sas-13:00

Brussell

Il-laqgħa bdiet fil-11.10 bis-Sur Martin SCHULZ,

President tal-Parlament Ewropew, jippresiedi

Preżenti

Is-Sur SCHULZ, President

Presidenti tal-Gruppi Politiċi

Is-Sur DAUL (EPP)

Is-Sur GUERRERO SALOM (Aġent) (S&D)

Is-Sur VERHOFSTADT (ALDE)

Is-Sinjura HARMS (Kopresident) (Greens/EFA)

Is-Sur CALLANAN (ECR)

Is-Sur SPERONI (Kopresident) (EFD)

Is-Sinjura ZIMMER (GUE/NGL)

Membru mhux affiljat

Is-Sur SOSA WAGNER1

Preżenti wkoll

Is-Sur WELLE, Segretarju Ġenerali

1 Preżenti skont l-Artikolu 24 (2) tar-Regoli tar-Regolamenti ta' Proċedura.

Page 5: MINUTI - europarl.europa.eu · PV CPG 31.01.2013 PV\926330MT.doc 3/48 PE502.490/CPG MT 8. Talba għall-applikazzjoni tal-Artikolu 51 dwar il-proċedura mal-laqgħat konġunti tal-

PV CPG 31.01.2013

PV\926330MT.doc 5/48 PE502.490/CPG

MT

Mistiedna:

Is-Sur LEHNE, President tal-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati

Mistiedna għall-Parti II - laqgħa konġunta mal-Kumitat tar-Reġjuni (KtR)

Is-Sinjura HÜBNER, President tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (REGI))

Is-Sinjura BRESSO, Viċi President tal-KtR

Is-Sur SCHNEIDER (President tal-Grupp EPP)

Is-Sur LAMBERTZ (President tal-Grupp PES)

Is-Sur VERKERK (President tal-Grupp ALDE)

Is-Sur SILBERG (President tal-Alleanza Ewropea)

Is-Sur STAHL, Segretarju Ġenerali tal-KtR

Is-Sur KNAPP

Is-Sur HARRISON

Is-Sur O'CURNEEN

Is-Sur Ó CONCHÚIR

Is-Sur CARMONA

Is-Sur TERRUSO

Is-Sur HORNUNG

Is-Sur MONDRAGÓN

Is-Sur GNAN

Is-Sinjura KEREKGYARTO

Is-Sur THEUNISSEN

Il-Kunsill1

rappreżentat minn Is-Sur MILTON

Is-Sur DE HERT

Il-Kummissjoni1

rappreżentata minn Is-Sur NYMAND-CHRISTENSEN

Is-Sur BARANY

Il-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika

tas-Sigurtà1

rappreżentat minn Is-Sur CASTRO

Is-Sur LEVINE

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali1

1 Preżenti għall-punti 1-3 tal-Aġenda.

Page 6: MINUTI - europarl.europa.eu · PV CPG 31.01.2013 PV\926330MT.doc 3/48 PE502.490/CPG MT 8. Talba għall-applikazzjoni tal-Artikolu 51 dwar il-proċedura mal-laqgħat konġunti tal-

PV CPG 31.01.2013

PE502.490/CPG 6/48 PV\926330MT.doc

MT

rappreżentat minn Is-Sur BERGER

Il-Kumitat tar-Reġjuni1

rappreżentat minn Is-Sinjura KOSJEK

Is-Sur LÓPEZ

Uffiċċju tal-President

Is-Sur KAISER

Is-Sinjura MARTINEZ IGLESIAS

Is-Sur MANNELLI

Is-Sinjura STRASSER

Is-Sur PRANCKEVICIUS

Is-Sinjura PELZ

Is-Sinjura CASALES LÓPEZ

Uffiċċju tas-Segretarju Ġenerali

Is-Sur MANGOLD

Is-Sur SORENSEN

Is-Sinjura FERNANDEZ PERLES

Is-Sinjura FREDSGAARD

Segretarjat

DĠ Presidenza (PRES)

Is-Sinjura F. RATTI/Is-Sur DUNSTAN/Is-Sur LANE /Is-Sur KNUDSEN/Is-

Sur BROGGI/

Is-Sinjura JIMENEZ LOZANO/Is-Sur URBIETA/Is-Sur SANCHEZ/Is-

Sinjura CAVALLIN1

DĠ Politiki Interni (IPOL)

Is-Sur RIBERA D'ALCALA/Is-Sinjura VANDENBOSCH/Is-Sur

CHIOCCHETTI/

Is-Sur TELL CREMADES2/Is-Sinjura ILARIO/Is-Sinjura SAILIS1

DĠ Politiki Esterni (EXPO)

Is-Sur AGUIRIANO/Is-Sur PENALVER

DĠ Komunikazzjoni (COMM)

Is-Sinjura LAHOUSSE/Is-Sur DUCH GUILLOT/Is-Sinjura VAN DEN

BROEKE

DĠ Interpretazzjoni u Konferenzi (INTE)

Is-Sinjura COSMIDOU

DĠ Finanzi (FINS)

Is-Sur VANHAEREN

DĠ Innovazzjoni u Appoġġ Tekniku (ITEC)

Is-Sur VILELLA

__________________ 1 Preżenti għall-punti 1-3 tal-Aġenda. 2 Preżenti għall-Parti II tal-Aġenda

Page 7: MINUTI - europarl.europa.eu · PV CPG 31.01.2013 PV\926330MT.doc 3/48 PE502.490/CPG MT 8. Talba għall-applikazzjoni tal-Artikolu 51 dwar il-proċedura mal-laqgħat konġunti tal-

PV CPG 31.01.2013

PV\926330MT.doc 7/48 PE502.490/CPG

MT

Servizz Legali

Is-Sur PENNERA/Is-Sur PASSOS

Direttorat għar-Relazzjonijiet mal-Gruppi Politiċi

Is-Sur SCHWETZ

Segretarjat tal-Bureau

Is-Sur TZIORKAS

Gruppi politiċi

Is-Sur KAMP/Is-Sur RYNGAERT/Ms SCRIBAN/Is-Sinjura ALVARGONZÁLEZ (EPP)

Is-Sur BURU/Is-Sinjura PEREIRA (S&D)

Is-Sur BEELS/Is-Sur RASMUSSEN/Is-Sur MCLAUGHLIN/Is-Sinjura COLLERA-GARZÓN (ALDE)

Is-Sinjura TSETSI/Is-Sur LINAZASORO/Is-Sur DENKINGER (Greens/EFA)

Is-Sur BARRETT/Is-Sur BOYD (ECR)

Is-Sinjura D'ALIMONTE/Is-Sinjura LEPOLA (GUE/NGL)

Is-Sur BORDEZ/Is-Sur VAUGIER/ Is-Sinjura LAIKFAUF/Is-Sur FRANÇOIS (EFD)

Is-Sur BUGALHO (NI)

Is-Sur HILLER, Is-Sur PEGAZZANO, Is-Sur MENEGHINI, Is-Sur HUBER u s-Sur ISAACS kienu s-

segretarji għal-laqgħa.

Page 8: MINUTI - europarl.europa.eu · PV CPG 31.01.2013 PV\926330MT.doc 3/48 PE502.490/CPG MT 8. Talba għall-applikazzjoni tal-Artikolu 51 dwar il-proċedura mal-laqgħat konġunti tal-

PV CPG 31.01.2013

PE502.490/CPG 8/48 PV\926330MT.doc

MT

PARTI I (Mill-11.00 sa 12.00)

1. Adozzjoni tal-abbozz ta' aġenda

Il-Konferenza tal-Presidenti

- nnotat u adottat l-abbozz ta' aġenda (PE 502.489/CPG).

Page 9: MINUTI - europarl.europa.eu · PV CPG 31.01.2013 PV\926330MT.doc 3/48 PE502.490/CPG MT 8. Talba għall-applikazzjoni tal-Artikolu 51 dwar il-proċedura mal-laqgħat konġunti tal-

PV CPG 31.01.2013

PV\926330MT.doc 9/48 PE502.490/CPG

MT

2. Approvazzjoni tal-Minuti tal-laqgħa tal-10 u s-17 ta' Jannar 2013

- innotat u approvat il-Minuti tal-laqgħa tal-10 ta' Jannar 2013, li saret fi Brussell

(PE 502.376/CPG/REV u l-anness);

- innotat u approvat il-Minuti tal-laqgħa tas-17 ta' Jannar 2013, li saret fi Strasburgu

(PE 502.447/CPG u l-anness);

Page 10: MINUTI - europarl.europa.eu · PV CPG 31.01.2013 PV\926330MT.doc 3/48 PE502.490/CPG MT 8. Talba għall-applikazzjoni tal-Artikolu 51 dwar il-proċedura mal-laqgħat konġunti tal-

PV CPG 31.01.2013

PE502.490/CPG 10/48 PV\926330MT.doc

MT

3. Adozzjoni tal-abbozz tal-aġenda finali għas-sessjoni parzjali ta' Frar (mill-4 sas-7 ta' Frar 2013 fi

Strasburgu)– Skedar tad-dibattiti ewlenin fil- plenarja

Il-Konferenza tal-Presidenti

- nnotat id-dokumenti li ġejjin:

ittra tas-16 ta' Jannar mingħand is-Sur LEHNE, President tal-Konferenza tal-Presidenti

tal-Kumitati (CCC), li tippreżenta r-rakkomandazzjoni tas-CCC dwar l-aġenda tas-

sessjoni parzjali ta' Frar tal-2013 (PE 502.479/CPG u l-annessi);

ittra tas-16 ta' Jannar mingħand is-Sur LEHNE, President tal-Konferenza tal-Presidenti

tal-Kumitati (CCC), dwar fajls leġiżlattivi li qed jiġu nnegozjati bħalissa, fl-ewwel, fit-

tieni u fit-tielet qari (PE 502.482/CPG u l-anness);

tabella provviżorja tad-29 ta' Jannar 2013 li tiġbor fil-qasir il-laqgħat tal-kumitati u

tad-delegazzjonijiet matul is-sessjoni plenarja ta' Frar fi Strasburgu (4-7 ta' Frar 2013)

(PE 502.524CPG).

- kkunsidrat l-abbozz tal-aġenda preliminari għas-sessjoni parzjali ta' Frar (mill-4 sas-

7 ta' Frar fi Strasburgu), fid-dawl tan-noti abbozzati mid-DĠ Presidenza li jistipulaw l-

għażliet differenti, imqassma wara l-laqgħat preparatorji tad-29 u t-30 ta' Jannar lis-

Segretarji Ġenerali tal-gruppi politiċi, u adottat il-proposta li tinsab f'dawk in-noti.

Page 11: MINUTI - europarl.europa.eu · PV CPG 31.01.2013 PV\926330MT.doc 3/48 PE502.490/CPG MT 8. Talba għall-applikazzjoni tal-Artikolu 51 dwar il-proċedura mal-laqgħat konġunti tal-

PV CPG 31.01.2013

PV\926330MT.doc 11/48 PE502.490/CPG

MT

4. Komunikazzjonijiet tal-President

4.1 Żjarat futuri mill-Kapijiet tal-Istat u l-Kapijiet tal-Gvern fil-Parlament Ewropew

Il-Konferenza tal-Presidenti

- semgħet lill-President jirrapporta li dawn il-Kapijiet tal-Istat/Kapijiet tal-Gvern se

jindirizzaw lill-plenarja matul Marzu u April 2013:

13 ta' Marzu: Is-Sur Giorgio NAPOLITANO, President tar-Repubblika Taljana,

16 ta' April: Is-Sur Jyrki KATAINEN, Prim Ministru tal-Finlandja,

17 ta' April: Is-Sur Michael D HIGGINS, President tal-Irlanda.

Il-President innota wkoll li s-Sur Shimon PERES, President tal-Istat tal-Iżrael, se jitkellem

waqt il-laqgħa tal-Konferenza tal-Presidenti fis-7 ta' Marzu 2013.

4.2 Missjoni ta' monitoraġġ fl-Ukraina

Il-Konferenza tal-Presidenti

- semgħet lill-President jinnota li ltaqa' mas-Sur YANUKOVYCH, President tal-Ukraina, fl-

24 ta' Jannar 2013, u ddiskutew ftehim possibbli dwar il-każ tal-qorti LUTSENKO u l-

kundizzjonijiet ta' detenzjoni għas-Sinjura TYMOSHENKO. Madankollu, hu nnota wkoll li

informazzjoni riċenti mill-Ukraina tidher li tindika deterjorament f'daqqa tas-sitwazzjoni fil-

każijiet tal-qorti msemmija hawn fuq.

Hu għalhekk ippropona li jibgħat b'mod eċċezzjonali lis-Sur COX u lis-Sur

KWASNIEWSKI fl-Ukraina mill-4 sas-6 ta' Frar sabiex jimmonitorjaw il-kundizzjonijiet fuq

il-post u jsegwu l-kuntatti riċenti mas-Sur YANUKOVYCH u l-Prim Ministru AZAROV u

biex jirrappurtaw lura lill-Konferenza tal-Presidenti fis-6 ta' Frar fi Strasburgu.

- semgħet lis-Sinjura HARMS, Kopresident tal-Grupp Greens/EFA, tenfasizza d-

deterjorazzjoni riċenti tal-kundizzjonijiet ta' detenzjoni għas-Sinjura TYMOSHENKO u s-

Sur LUTSENKO;

Page 12: MINUTI - europarl.europa.eu · PV CPG 31.01.2013 PV\926330MT.doc 3/48 PE502.490/CPG MT 8. Talba għall-applikazzjoni tal-Artikolu 51 dwar il-proċedura mal-laqgħat konġunti tal-

PV CPG 31.01.2013

PE502.490/CPG 12/48 PV\926330MT.doc

MT

- approvat il-proposta tal-President.

4.3 Preżentazzjoni tar-rapport tal-OLAF fil-każ tas-Sur John DALLI

Il-Konferenza tal-Presidenti

- semgħet lill-President jinnota li wara l-mandat tal-Konferenza tal-Presidenti fil-

15 ta' Novembru 2012 biex tintalab it-trażmissjoni mill-Kummissjoni Ewropea tar-rapport

tal-OLAF dwar iċ-ċirkostanzi li jikkonċernaw ir-riżenja tal-Kummissarju DALLI, hu bagħat

żewġ ittri (PE502.529/CPG/1 u PE502.529/CPG/2) lis-Sur BARROSO, President tal-

Kummissjoni Ewropea li jwasslu din it-talba, filwaqt li ġie rrikonoxxut kif xieraq l-obbligu

legali tal-President li jirrispetta l-kunfidenzjalità tar-rapport skont id-dispożizzjonijiet tal-

Ftehim Qafas.

Hu nnota wkoll li s-Sur BARROSO ħa l-impenju li jibgħatlu r-rapport tal-OLAF u li jirċevih

fi żmien ftit sigħat. Il-President irrimarka wkoll li, wara konsultazzjonijiet mal-awtoritajiet

ġudizzjarji ta' Malta, hu se jinforma lill-Mexxejja tal-Gruppi, taħt kundizzjonijiet stretti ta'

kunfidenzjalità, dwar il-partijiet tar-rapport li mhumiex koperti mill-kunfidenzjalità tal-

proċedimenti kriminali f'Malta.

- kellha skambju qasir ta' fehmiet bil-parteċipazzjoni tas-Sur DAUL, President tal-Grupp EPP

u s-Sinjura HARMS, Kopresident tal-Grupp tal-Ħodor/EFA;

- semgħet lill-President jikkonferma li l-jum ta' qabel hu rċieva r-Rapport tal-Kumitat ta'

Sorveljanza tal-OLAF dwar il-ka¿ ta' DALLI u li l-partijiet ta' dan ir-Rapport li ma

jikkonċernawx il-proċedimenti legali f'Malta se jkunu disponibbli għall-Mexxejja tal-Gruppi

malajr kemm jista' jkun.

4.4 Il-Finanzjament tal-partiti politiċi - Talba għall-applikazzjoni tal-Artikolu 210 tar-Regoli ta'

Proċedura

Il-Konferenza tal-Presidenti

- semgħet lill-President jinnota li hu rċieva ittra ffirmata minn kwart tal-Membri tal-Parlament

minn erba' gruppi politiċi, fejn intalab li l-Artikolu 210 tar-Regoli ta' Proċedura jiġi applikat

Page 13: MINUTI - europarl.europa.eu · PV CPG 31.01.2013 PV\926330MT.doc 3/48 PE502.490/CPG MT 8. Talba għall-applikazzjoni tal-Artikolu 51 dwar il-proċedura mal-laqgħat konġunti tal-

PV CPG 31.01.2013

PV\926330MT.doc 13/48 PE502.490/CPG

MT

għall-partiti "Alleanza Ewropea għal-Libertà" u "Alleanza Ewropea għall-Movimenti

Nazzjonali" u għall-fondazzjonijiet affiljati tagħhom sabiex jiġi vverifikat jekk

jikkonformawx mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3(c) tar-Regolament KE 2004/2003

dwar ir-regolamenti li jirregolaw il-partiti politiċi f'livell Ewropew, u jekk josservawx il-

prinċipji li fuqhom hija bbażata l-Unjoni Ewropea, u li konsegwentement il-proċedura

stabbilita fl-Artikolu 210 għandha tinbeda.

- semgħet lis-Sur GUERRERO SALOM, aġent President tal-Grupp S&D, jitlob is-sospensjoni

tal-pagamenti lill-partiti msemmija hawn fuq waqt il-proċedura stipulata fl-Artikolu 210;

- semgħet lill-President iwieġeb li dawn il-pagamenti huma intitolamenti legali u ma jistgħux

jiġu sospiżi qabel it-tlestija tal-proċedura msemmija hawn fuq, u mbagħad fil-każ biss li l-

partiti msemmija hawn fuq ma jkomplux jikkonformaw mal-kriterji stabbiliti fir-Regolament

KE 2004/2003 dwar ir-regolamenti li jirregolaw il-partiti politiċi f'livell Ewropew.

Page 14: MINUTI - europarl.europa.eu · PV CPG 31.01.2013 PV\926330MT.doc 3/48 PE502.490/CPG MT 8. Talba għall-applikazzjoni tal-Artikolu 51 dwar il-proċedura mal-laqgħat konġunti tal-

PV CPG 31.01.2013

PE502.490/CPG 14/48 PV\926330MT.doc

MT

A. DEĊIŻJONIJIET/SKAMBJU TA’ FEHMIET

5. Preparazzjoni tal-laqgħa tal-Kunsill Ewropew fis-7 u t-8 ta' Frar 2013

Il-Konferenza tal-Presidenti

- ħadet nota tad-dokumenti li ġejjin:

l-abbozz ta' aġenda annotata tad-9 ta' Diċembru 2012 mis-Segretarjat Ġenerali tal-

Kunsill għall-Kunsill Ewropew tas-7- 8 ta' Frar 2013 (CO EUR-PREP 46);

dikjarazzjoni mill-istampa tat-22 ta' Jannar 2013 mis-Sur VAN ROMPUY, President

tal-Kunsill Ewropew dwar il-laqgħa li jmiss tal-Kunsill Ewropew (PE 502.509/CPG);

Abbozz tal-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew għal-laqgħa tiegħu fit-

22/23 ta' Novembru 2012 (15602/12) (Kaxxa ta' Negozjar) (PE 500.840/CPG);

Dikjarazzjoni mill-Membri tal-Kunsill Ewropew fit-23 ta' Novembru 2012;

Riżoluzzjoni tal-Parlament dwar il-Qafas Finanzjarju Pluriennali għas-snin 2014-2020

(adottata b'517 vot favur fit-23 ta' Ottubru 2012), P7_TA-PROV (2012) 0360.

- semgħet lill-President jintroduċi l-punt billi jinnota li hu ma jemminx li l-Kunsill Ewropew

se jkun kapaċi jilħaq ftehim politiku dwar il-QFP tal-2014-2020 fil-laqgħa tiegħu fis-7-

8 ta' Frar 2013 peress li l-pożizzjonijiet tad-delegazzjonijiet nazzjonali għadhom diverġenti

ħafna, minkejja li s-Sur VAN ROMPUY impenja ruħu li jwitti t-triq billi joffri

konċessjonijiet lil Stati Membri varji.

Il-President innota wkoll li jekk il-Kunsill Ewropew kellu jilħaq ftehim, dan ikun abbażi ta'

baġit minimalist u konservattiv fejn oqsma politiċi bħall-agrikoltura u l-koeżjoni bilkemm

jinbidlu filwaqt li jkun hemm l-aktar tnaqqis sinifikanti f'oqsma bħall-edukazzjoni, l-

innovazzjoni, R&Ż, l-għajnuna għall-iżvilupp u l-indirizzar tal-bidla fil-klima.

- kellha skambju ta' fehmiet bil-parteċipazzjoni tas-Sur DAUL, President tal-Grupp EPP, is-

Sur GUERRERO SALOM, aġent President tal-Grupp S&D, is-Sur VERHOFSTADT,

President tal-Grupp ALDE, is-Sinjura HARMS, Kopresident tal-Grupp tal-Ħodor/EFA, is-

Page 15: MINUTI - europarl.europa.eu · PV CPG 31.01.2013 PV\926330MT.doc 3/48 PE502.490/CPG MT 8. Talba għall-applikazzjoni tal-Artikolu 51 dwar il-proċedura mal-laqgħat konġunti tal-

PV CPG 31.01.2013

PV\926330MT.doc 15/48 PE502.490/CPG

MT

Sur CALLANAN, President tal-Grupp ECR, is-Sinjura ZIMMER, President tal-Grupp

GUE/NGL, is-Sur SPERONI, Kopresident tal-Grupp EFD u s-Sur SOSA WAGNER,

membru mhux affiljat;

- semgħet lill-President jinnota li l-baġit tal-2013 ippreveda defiċit fil-pagamenti ta' madwar

EUR 16 biljun, minħabba d-differenza bejn l-impenji u l-pagamenti fil-QFP tal-2007-2013 u

jenfasizza bil-qawwa li l-baġit tal-2013 jeħtieġ ikun ibbilanċjat qabel ma l-QFP tal-2014-

2020 jitressaq għall-vot fil-Parlament u li l-ebda defiċit strutturali m'għandu jiġi integrat

f'dan il-QFP.

Il-President irrimarka wkoll li fil-każ li l-Kunsill Ewropew jilħaq ftehim politiku fil-laqgħa

tiegħu tas-7 - 8 ta' Frar, il-Parlament għandu jkun lest li jwieġeb malajr possibbilment

permezz ta' riżoluzzjoni fis-sessjoni ta' Marzu, qabel ma tiġi rċevuta l-konsultazzjoni formali

mill-Kunsill għall-Affarijiet Ġenerali (GAC), kif stabbilit fl-Artikolu 312 tat-TFUE;

- approvat, b'maġġoranza kbira, il-proposti tal-President u ddeċidiet li terġa' lura għal din il-

kwistjoni fil-laqgħa li jmiss tagħha, b'kunsiderazzjoni ta' żviluppi sussegwenti.

Page 16: MINUTI - europarl.europa.eu · PV CPG 31.01.2013 PV\926330MT.doc 3/48 PE502.490/CPG MT 8. Talba għall-applikazzjoni tal-Artikolu 51 dwar il-proċedura mal-laqgħat konġunti tal-

PV CPG 31.01.2013

PE502.490/CPG 16/48 PV\926330MT.doc

MT

B. DEĊIŻJONIJIET MINGĦAJR DIBATTITU

6. Talbiet mill-kumitati parlamentari biex jitfasslu rapporti ta' inizjattiva proprja skont l-Artikolu 48

Dan il-punt ġie pospost.

Page 17: MINUTI - europarl.europa.eu · PV CPG 31.01.2013 PV\926330MT.doc 3/48 PE502.490/CPG MT 8. Talba għall-applikazzjoni tal-Artikolu 51 dwar il-proċedura mal-laqgħat konġunti tal-

PV CPG 31.01.2013

PV\926330MT.doc 17/48 PE502.490/CPG

MT

7. Talbiet għall-applikazzjoni tal-Artikolu 50 dwar il-proċedura mal-kumitati assoċjati

Il-Konferenza tal-Presidenti, mingħajr dibattitu,

- ħadet nota tal-ittra tas-16 ta' Jannar 2013 mingħand is-Sur LEHNE, President tal-Konferenza

tal-Presidenti tal-Kumitati, fejn hu ppreżenta talbiet għall-applikazzjoni tal-Artikolu 50 dwar

il-proċedura ma' kumitati assoċjati (PE 502.486/CPG u l-annessi);

- ħadet nota u awtorizzat it-talba għall-applikazzjoni tal-Artikolu 50 tar-Regoli ta' Proċedura

għal dan ir-rapport leġiżlattiv li ġej:

"Tranżazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern: identifikazzjoni elettronika u servizzi fiduċjarji

(2012/0146(COD))"

Kumitat Responsabbli: ITRE

IMCO talab l-applikazzjoni tal-Artikolu 50.

Page 18: MINUTI - europarl.europa.eu · PV CPG 31.01.2013 PV\926330MT.doc 3/48 PE502.490/CPG MT 8. Talba għall-applikazzjoni tal-Artikolu 51 dwar il-proċedura mal-laqgħat konġunti tal-

PV CPG 31.01.2013

PE502.490/CPG 18/48 PV\926330MT.doc

MT

8. Talba għall-applikazzjoni tal-Artikolu 51 dwar il-proċedura mal-laqgħat konġunti tal-kumitati

Il-Konferenza tal-Presidenti, mingħajr dibattitu,

- ħadet nota tal-ittra tas-16 ta' Jannar 2013 mingħand is-Sur LEHNE, President tal-Konferenza

tal-Presidenti tal-Kumitati, fejn hu ppreżenta talba għall-applikazzjoni tal-Artikolu 51 (PE

502.486/CPG u l-annessi) u awtorizzatha;

Proċedura għall-punt li ġej:

Rapport mhux leġiżlattiv

- Rieżami intermedju tal-Programm ta' Stokkolma

Kumitat Responsabbli: LIBE

JURI u AFCO talbu l-applikazzjoni tal-Artikolu 51.

Page 19: MINUTI - europarl.europa.eu · PV CPG 31.01.2013 PV\926330MT.doc 3/48 PE502.490/CPG MT 8. Talba għall-applikazzjoni tal-Artikolu 51 dwar il-proċedura mal-laqgħat konġunti tal-

PV CPG 31.01.2013

PV\926330MT.doc 19/48 PE502.490/CPG

MT

9. Atti delegati u ta' implimentazzjoni - Eżaminazzjoni ta' fajls attwali

Il-Konferenza tal-Presidenti, mingħajr dibattitu,

- ħadet nota tal-ittra tas-16 ta' Jannar 2013 mingħand is-Sur LEHNE, President al-Konferenza

tal-Presidenti tal-Kumitati, fejn hu ppreżenta r-riżultati tal-eżaminazzjoni tal-fajls għas-

sessjoni parzjali ta' Frar 2013 (PE 502.480/CPG);

- fakkret id-deċiżjoni tagħha tad-19 ta' April 2012 li titlob lis-servizzi kompetenti jwettqu

proċedura kontinwa ta' eżaminazzjoni tal-proposti leġiżlattivi li jmiss sabiex tevita li tpoġġi

fuq l-aġenda plenarja kwalunkwe vot li jwassal għal ftehim fl-ewwel qari ta' fajls meta tali

deċiżjonijet jistgħu jkunu legalment dubjużi.

- innotat l-informazzjoni pprovduta fl-ittra tas-Sur LEHNE tas-16 ta' Jannar 2013 u l-fatt li l-

ebda tħassib legali ma tqajjem rigward kwalunkwe fajl skedat għall-votazzjoni matul din is-

sessjoni parzjali.

Page 20: MINUTI - europarl.europa.eu · PV CPG 31.01.2013 PV\926330MT.doc 3/48 PE502.490/CPG MT 8. Talba għall-applikazzjoni tal-Artikolu 51 dwar il-proċedura mal-laqgħat konġunti tal-

PV CPG 31.01.2013

PE502.490/CPG 20/48 PV\926330MT.doc

MT

10. Ħatra ta' korapporteurs għar-rapport dwar il-post tas-sede tal-Parlament Ewropew

Il-Konferenza tal-Presidenti, mingħajr dibattitu,

- ħadet nota tal-ittra tad-9 ta' Jannar 2013 mingħand is-Sur CASINI, President tal-Kumitat

għall-Affarijiet Kostituzzjonali, fejn ippreżenta talbiet biex jinbidel it-titolu tar-rapport biex

ikun "rapport dwar il-post tas-sede tal-Parlament Ewropew" u biex jinħatru, għal dan ir-

rapport, żewġ korapporteurs mill-gruppi ECR u tal-ĦODOR (PE 502.456/CPG);

- fakkret li, permezz tal-ittra tal-24 ta' Ottubru 2012, is-Sur LEHNE, President tal-Konferenza

tal-Presidenti tal-Kumitati, diġà talab awtorizzazzjoni biex ifassal rapport wieħed skont l-

Artikolu 48 (2) tat-TUE u l-Artikolu 74a tar-Regoli ta' Proċedura intitolat "Proposta ta'

emenda tal-Protokoll 6 dwar il-post tas-sede tal-istituzzjonijiet";

- innotat li l-Konferenza tal-Presidenti, fil-laqgħa tagħha tal-15 ta' Novembru 2012, awtorizzat

lill-Kumitat AFCO biex jibda l-ħidma tiegħu dwar din il-kwistjoni, strettament bħala rapport

ta' inizjattiva proprja skont l-Artikolu 48 tar-Regoli ta' Proċedura u mhux l-Artikolu 74a kif

propost minn AFCO, filwaqt li fakkret ukoll li hija mistennija sentenza tal-Qorti tal-

Ġustizzja Ewropea dwar il-kalendarju plenarju u enfasizzat li l-iskadenza għall-emendi

għandha tiġi stabbilita wara li l-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea tkun tat is-sentenza;

- ħadet nota li, permezz tal-ittra tas-16 ta' Jannar 2013, is-Sur LEHNE, President tal-

Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati, abbażi ta' talba inizjali mill-Kumitat AFCO, talab

awtorizzazzjoni biex jinbidel it-titolu tar-rapport biex ikun "rapport dwar il-post tas-sede tal-

Parlament Ewropew" minflok "Proposta ta' emenda tal-Protokoll 6 dwar il-post tas-sede tal-

istituzzjonijiet"; għandu jiġi nnutat li l-Konferenza tal-Presidenti hija mistiedna tindirizza

din il-kwistjoni separatament taħt il-punt 6 f'din il-laqgħa;

- fakkret li r-Regoli ta' Proċedura ma jagħmlu l-ebda dispożizzjoni għall-ħatra ta'

korapporteurs u li konsegwentement, il-Konferenza tal-Presidenti, f'okkażjonijiet preċedenti,

awtorizzat il-ħatra ta' korapporteurs biss għal numru limitat ta' rapporti importanti ħafna,

ġeneralment ta' natura baġitarja jew istituzzjonali;

Page 21: MINUTI - europarl.europa.eu · PV CPG 31.01.2013 PV\926330MT.doc 3/48 PE502.490/CPG MT 8. Talba għall-applikazzjoni tal-Artikolu 51 dwar il-proċedura mal-laqgħat konġunti tal-

PV CPG 31.01.2013

PV\926330MT.doc 21/48 PE502.490/CPG

MT

- approvat, eċċezzjonalment u mingħajr ma ħolqot preċedent, it-talba msemmija hawn fuq

dwar korapporteurs filwaqt li pposponiet id-deċiżjoni li jinbidel it-titolu tar-rapport

imsemmi hawn fuq għal laqgħa futura.

Page 22: MINUTI - europarl.europa.eu · PV CPG 31.01.2013 PV\926330MT.doc 3/48 PE502.490/CPG MT 8. Talba għall-applikazzjoni tal-Artikolu 51 dwar il-proċedura mal-laqgħat konġunti tal-

PV CPG 31.01.2013

PE502.490/CPG 22/48 PV\926330MT.doc

MT

11. Ħatra ta' korapporteurs għal rakkomandazzjoni dwar l-organizzazzjoni u l-funzjonament tas-Servizz

Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE)

Dan il-punt ġie pospost.

Page 23: MINUTI - europarl.europa.eu · PV CPG 31.01.2013 PV\926330MT.doc 3/48 PE502.490/CPG MT 8. Talba għall-applikazzjoni tal-Artikolu 51 dwar il-proċedura mal-laqgħat konġunti tal-

PV CPG 31.01.2013

PV\926330MT.doc 23/48 PE502.490/CPG

MT

12. Abbozz ta' programm għall-ivvjaġġar mid-delegazzjonijiet tal-kumitati parlamentari barra mit-tliet

postijiet tax-xogħol matul l-2013 - Deċiżjoni dwar l-attivitajiet minn Marzu sa Diċembru

Il-Konferenza tal-Presidenti, mingħajr dibattitu,

- ħadet nota tad-dokumenti li ġejjin:

ittra tal-21 ta' Novembru 2012 mingħand is-Sur MATO ADROVER, President tal-

Kumitat għas-Sajd, fejn bagħat talba supplementari għal dak l-abbozz ta' programm

tal-ivvjaġġar tal-kumitat għall-2013 (PE 502.514/CPG);

ittra tas-26 ta' Novembru 2012 mingħand is-Sur GUSTAFSSON, President tal-

Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi, fejn bagħat talba

supplementari għal dak l-abbozz ta' programm tal-ivvjaġġar tal-kumitat għall-2013

(PE 500.915/CPG);

ittra tal-4 ta' Diċembru 2012 mingħand is-Sinjura JOLY, President tal-Kumitat għall-

Iżvilupp, fejn bagħtet modifika għal dak l-abbozz ta' programm tal-ivvjaġġar tal-

kumitat għall-2013 (PE 502.341/CPG);

ittra tal-5 ta' Diċembru 2012 mingħand is-Sinjura JOLY, President tal-Kumitat għall-

Iżvilupp, fejn bagħtet kjarifika għal dak l-abbozz ta' programm tal-ivvjaġġar tal-

kumitat għall-2013 (PE 502.449/CPG);

ittra tal-5 ta' Diċembru 2012 mingħand is-Sur CASINI, President tal-Kumitat għall-

Affarijiet Kostituzzjonali, fejn bagħat kjarifiki għal dak l-abbozz ta' programm tal-

ivvjaġġar tal-kumitat għall-2013 (PE 502.347/CPG);

ittra tas-17 ta' Jannar 2013 mingħand is-Sur GROOTE, President tal-Kumitat għall-

Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, fejn indika l-post u d-data tal-

laqgħa tal-Partiti (MOP) għall-Protokoll ta' Montreal fi Kiev fit-23-25 ta' Ottubru 2013

(PE 502.503/CPG);

Page 24: MINUTI - europarl.europa.eu · PV CPG 31.01.2013 PV\926330MT.doc 3/48 PE502.490/CPG MT 8. Talba għall-applikazzjoni tal-Artikolu 51 dwar il-proċedura mal-laqgħat konġunti tal-

PV CPG 31.01.2013

PE502.490/CPG 24/48 PV\926330MT.doc

MT

ittra tal-21 ta' Jannar 2013 mingħand is-Sur MOREIRA, President tal-Kumitat għall-

Kummerċ Internazzjonali, fejn bagħat modifika u talbiet supplementari għal dak l-

abbozz ta' programm tal-ivvjaġġar tal-kumitat għall-2013 (PE 502.506/CPG);

ittra tal-24 ta' Jannar 2013 mingħand is-Sinjura PACK, President tal-Kumitat għall-

Kultura u l-Edukazzjoni, fejn bagħtet modifika u talbiet supplementari għal dak l-

abbozz ta' programm tal-ivvjaġġar tal-kumitat għall-2013 (PE 502.485/CPG u l-

annessi);

ittra tal-24 ta' Jannar 2013 mingħand is-Sur HARBOUR, President tal-Kumitat għas-

Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur, fejn bagħat modifika għal dak l-abbozz ta'

programm tal-ivvjaġġar tal-kumitat għall-2013 (PE 502.515/CPG);

Estratt tal-abbozz tal-minuti tal-laqgħa tal-Bureau tal-14 ta' Jannar 2013 dwar l-abbozz

tal-programm għall-ivvjaġġar mid-delegazzjonijiet tal-kumitati parlamentari barra mit-

tliet postijiet tax-xogħol matul l-2013 - Deċiżjoni dwar l-attivitajiet f'Jannar u Frar;

Regoli dwar l-ivvjaġġar mid-Delegazzjonijiet tal-Kumitati barra mit-tliet postijiet tax-

xogħol tal-Parlament Ewropew.

- ħadet nota ta’ ittra tal-25 ta’ Ottubru 2012 mingħand is-Sur LEHNE, President tal-

Konferenza ta’ Presidenti tal-Kumitati, fejn bagħat l-abbozz ta’ programm għall-ivvjaġġar

mill-kumitati parlamentari barra mit-tliet postijiet ta’ xogħol għall-2013 (PE 499.477/CPG,

l-annessi u d-dikjarazzjoni finanzjarja);

- ħadet nota tal-ittri msemmija hawn fuq fejn jibagħtu kjarifiki u talbiet għal modifiki tad-

diversi abbozzi ta' programmi tal-ivvjaġġar tal-kumitati għall-2013;

- fakkret id-deċiżjoni tal-Bureau tal-14 ta' Jannar 2013 fejn jawtorizza lid-delegazzjonijiet tal-

kumitati inklużi fil-programm annwali għall-ivvjaġġar tal-2013 u li huma ppjanati għall-

ewwel xahrejn tas-sena;

- ħadet nota tal-modifika tal-kalendarju tas-sessjonijiet parzjali tal-Parlament fl-2013, kif

adottata mill-plenarja fis-16 ta' Jannar 2013 u l-modifika tal-kalendarju għall-attivitajiet

Page 25: MINUTI - europarl.europa.eu · PV CPG 31.01.2013 PV\926330MT.doc 3/48 PE502.490/CPG MT 8. Talba għall-applikazzjoni tal-Artikolu 51 dwar il-proċedura mal-laqgħat konġunti tal-

PV CPG 31.01.2013

PV\926330MT.doc 25/48 PE502.490/CPG

MT

Parlamentari għas-sena 2013, kif adottata mill-Konferenza tal-Presidenti fis-

17 ta' Jannar 2013;

- fakkret ir-regoli fis-seħħ li jirregolaw l-ivvjaġġar mid-delegazzjonijiet mill-kumitati

parlamentari barra mit-tliet postijiet tax-xogħol;

Kalendarju tal-ivvjaġġar tal-kumitati għall-2013

- laqgħet il-fatt li l-kumitati parlamentari ppjanaw id-delegazzjonijiet tagħhom, kemm jista'

jkun skont il-kalendarju inizjali tal-2013 tal-attivitajiet parlamentari u b'rispett tar-regoli

dwar l-ivvjaġġar, speċjalment rigward l-iskedar tal-ivvjaġġar matul il-ġimgħat previsti għall-

attivitajiet esterni;

- innotat li minħabba l-bidliet tal-kalendarju 2013, il-ġimgħa 35 issa nqassmet f'jumejn

previsti għall-ivvjaġġar u jumejn għall-attivitajiet tal-kumitati, għandu jiġi mfakkar li l-

kumitati huma intitolati biss għal skema lingwistika sħiħa meta jiltaqgħu f'dati previsti għall-

attivitajiet parlamentari esterni;

- innotat li ċertu numru ta' żjarat tad-delegazzjonijiet tal-kumitati huma ppjanati f'perjodi li

jinkludu ġranet mingħajr attivitajiet parlamentari (nhar ta' Ġimgħa u fi tmiem il-ġimgħa)

u/jew festi pubbliċi; approvat dawn it-talbiet, filwaqt li fakkret li kull deroga oħra mir-regoli

dwar perjodi jew kwoti tal-ivvjaġġar jeħtieġu jkunu soġġetti għal awtorizzazzjoni

individwali abbażi ta' talba sħiħa dettaljata, inkluża dikjarazzjoni finanzjarja; f'dan il-

kuntest, innotat li ċerti żjarat huma previsti għall-ġimgħat magħżula għall-attivitajiet tal-

kumitati; approvat dawn iż-żjarat filwaqt li ssottolinjat li dawn se jkunu soġġetti għal skema

ta' interpretazzjoni limitata, skont id-deċiżjoni tal-Bureau tat-12 ta' Marzu 2012;

- iddispjaċiha bin-nuqqas ta' preċiżjoni fil-programmi ppreżentati minn numru ta' kumitati,

rigward in-numru ta' Membri parteċipanti u/jew d-dati previsti tal-ivvjaġġar għal żjarat

proposti. Dan jikkonċerna speċjalment lill-kumitati INTA, BUDG u LIBE. Talbiet speċifiċi

għandhom jintbagħtu mill-kumitati kkonċernati b'rabta ma' kull waħda minn dawn iż-żjarat,

akkumpanjati minn ġustifikazzjonijiet u dikjarazzjonijiet finanzjarji u għandhom jirrispettaw

Page 26: MINUTI - europarl.europa.eu · PV CPG 31.01.2013 PV\926330MT.doc 3/48 PE502.490/CPG MT 8. Talba għall-applikazzjoni tal-Artikolu 51 dwar il-proċedura mal-laqgħat konġunti tal-

PV CPG 31.01.2013

PE502.490/CPG 26/48 PV\926330MT.doc

MT

ir-regoli fis-seħħ dwar il-perjodi tal-ivvjaġġar, id-dewmien tal-missjonijiet (inklużi l-ħinijiet

tal-vjaġġ) u l-kwoti;

Prinċipji ġenerali u kunsiderazzjonijiet baġitarji

- innotat li r-regoli applikabbli ma jobbligawx lill-kumitati biex jużaw il-kwota annwali sħiħa

tagħhom għall-ivvjaġġar u ħeġġithom jerfgħu parti mill-kwota tagħhom sabiex ikunu jistgħu

jżidu missjoni waħda jew aktar matul is-sena, skont l-Artikolu 8(2) ta' dawn ir-regoli;

- innotat li l-ispiża stmata totali għall-ivvjaġġar mill-kumitati parlamentari barra mit-tliet

postijiet tax-xogħol għall-perjodu bejn Marzu u Diċembru 2013 hija ta' EUR 4.712.179;

- fakkret li r-riżoluzzjoni tal-Parlament tat-23 ta' Ottubru 2012 dwar l-abbozz tal-baġit

ġenerali tal-UE għall-2013 ikkonfermat mill-ġdid id-deċiżjoni tar-riżoluzzjoni tal-baġit 2012

li jitnaqqsu l-linji baġitarji kollha relatati mal-ivjaġġar; enfasizzat li dan il-prinċipju gwida

għandu dejjem jitqies meta jiġu kkunsidrati it-talbiet kollha għal missjoni għall-Membri u l-

persunal, mingħajr ma tiġi kompromessa l-kapaċità tal-Parlament li jissodisfa l-obbligi

ġuridiċi u politiċi tiegħu kif stabbilit fit-Trattati u fil-liġi internazzjonali; f'dan il-kuntest,

ħeġġet lill-kumitati jikkunsidraw jagħmlu użu akbar tal-opportunitajiet ipprovduti permezz

mill-vidjokonferenzi;

- innotat li, bħala prinċipju ġenerali, arranġamenti ta' sigurtà għad-delegazzjonijiet f'pajjiżi

terzi jeħtieġu jkunu konsistenti mal-prinċipji stabbiliti fir-Regoli dwar l-ivvjaġġar mid-

delegazzjonijiet tal-Kumitati barra mit-tliet postijiet tax-xogħol tal-PE u speċjalment

b'konformità mal-Protokoll anness dwar l-emerġenzi li jinqalgħu matul attivitajiet tal-

ivvjaġġar uffiċjali barra mit-tliet postijiet tax-xogħol), u li d-delegazzjonijiet huma

awtorizzati biss li jivvjaġġaw bil-kundizzjoni li s-sitwazzjoni tas-sigurtà fuq il-post tkun

sodisfaċenti; insistiet fuq il-ħtieġa li ssir valutazzjoni bir-reqqa tal-aspetti tas-sitwazzjoni ta'

sigurtà qabel kull tluq, fuq il-bażi tal-informazzjoni kollha disponibbli, inkluża dik mis-

SEAE (SitCen);

- innotat li f'ċerti każijiet, kien hemm duplikazzjoni ta' dati u destinazzjonijiet jew bejn il-

kumitati jew bejn il-kumitati u d-delegazzjonijiet interparlamentari; stiednet lill-kumitati

kollha kkonċernati biex kemm jista' jkun jikkoordinaw iż-żjarat tagħhom; bl-istess mod

enfasizzat l-importanza tal-kooperazzjoni bejn il-kumitati parlamentari u d-delegazzjonijiet

Page 27: MINUTI - europarl.europa.eu · PV CPG 31.01.2013 PV\926330MT.doc 3/48 PE502.490/CPG MT 8. Talba għall-applikazzjoni tal-Artikolu 51 dwar il-proċedura mal-laqgħat konġunti tal-

PV CPG 31.01.2013

PV\926330MT.doc 27/48 PE502.490/CPG

MT

interparlamentari fil-ħidma tagħhom, b'mod partikolari, rigward sforzi li jsiru biex

jikkoordinaw il-missjonijiet rispettivi tagħhom ma' pajjiżi terzi;

- insistiet li ż-żjarat tal-kumitati lill-aġenziji li huma responsabbli għalihom għandhom, skont

l-Artikolu 2.2a tar-regoli applikabbli, ikunu ristretti għal massimu ta' tliet Membri, u

għandhom jiġu skedati matul il-ġimgħat previsti għall-attività parlamentari esterna u għandu

jiġi mfakkar li l-President tal-kumitat ikkonċernat ma jistax jipparteċipa f'dawn iż-żjarat

barra mill-kwota tal-kumitat;

- fakkret li d-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 4 tar-regoli applikabbli jippermettu

Membri ta' akkumpanjament biex jivvjaġġaw mal-kumitati biss f'missjonijiet ġewwa l-

Unjoni Ewropea; il-Membri ta' akkumpanjament ma jistgħux jivvjaġġaw f'missjoni barra

mill-Unjoni Ewropea u pajjiżi applikanti, jew fi kwalunkwe delegazzjoni ad hoc jew żjarat

lill-aġenziji; kull awtorizzazzjoni għall-membri ta' akkumpanjament biex jivvjaġġaw skont l-

Artikolu 4.1(b) u (c) ta' dawn ir-regoli hija soġġetta għall-approvazzjoni tal-kumitat

ikkonċernat, disponibilità tal-approprjazzjonijiet għall-Membri kkonċernati skont l-

Artikolu 22(1) tal-Miżuri ta’ applikazzjoni tal-Istatut tal-Membri u awtorizzazzjoni mill-

Bureau;

- issottolinjat li f'konformità mad-deċiżjonijiet preċedenti tal-korpi governattivi, il-missjonijiet

li jsiru fi Brussell, il-Lussemburgu jew Strasburgu, iżda barra mill-bini tal-Parlament,

għandhom jitqiesu "barra mill-kwota" biss jekk ma ssir l-ebda talba għar-riżorsi tal-

Parlament (interpretazzjoni, kumpens għall-ispejjeż ta' vvjaġġar u sussistenza eċċ);

- talbet lid-diversi kumitati, skont l-Artikolu 10 tar-Regoli applikabbli, biex iressqu lill-

President, qabel id-diversi żjarat, il-programmi rispettivi (li jindikaw id-dewmien totali,

inkluż il-ħin għall-vjaġġ), u fl-istess ħin jipprovdu informazzjoni kompluta dwar l-għadd ta’

Membri li jkunu qed jipparteċipaw fid-delegazzjoni (fi ħdan u barra mill-kwota) u

informazzjoni dwar il-Membri, is-segretarjat u l-persunal tal-grupp li jakkumpanjawhom ;

- issottolinjat li, meta l-kumitati parlamentari jiddeċiedu li jikkanċellaw waħda mill-

missjonijiet tagħhom u jissostitwixxuha b'oħra, it-talba l-ġdida teħtieġ tkun akkumpanjata

mid-dettalji rilevanti kollha dwar il-missjoni proposta kif ukoll b'dikjarazzjoni finanzjarji

ġdida u informazzjoni dwar il-kwota disponibbli fiż-żmien li jsir il-vjaġġ;

Page 28: MINUTI - europarl.europa.eu · PV CPG 31.01.2013 PV\926330MT.doc 3/48 PE502.490/CPG MT 8. Talba għall-applikazzjoni tal-Artikolu 51 dwar il-proċedura mal-laqgħat konġunti tal-

PV CPG 31.01.2013

PE502.490/CPG 28/48 PV\926330MT.doc

MT

Kummenti speċifiċi

- laqgħet il-fatt li numru ta' avvenimenti rikorrenti ġew inklużi fil-programm annwali tal-

ivvjaġġar mid-delegazzjonijiet tal-kumitati parlamentari;

- innotat li fl-erba' każijiet ta' hawn taħt, id-dati u/jew postijiet preċiżi għall-konferenzi jew il-

laqgħat ikkonċernati għadhom ma ġewx ikkonfermati, u ssottolinjat li dawn it-talbiet,

inklużi d-dikjarazzjonijiet finanzjarji rilevanti, għandhom jerġgħu jintbagħtu biex jiġu

kkunsidrati fuq bażi individwali ladarba din l-informazzjoni ssir disponibbli; għandu jiġi

ssottolinjat ukoll li l-parteċipazzjoni tad-delegazzjonijiet għal dawn il-laqgħat se tittieħed,

kif ikun xieraq, mill-kwota annwali tal-kumitat għall-ivvjaġġar ġewwa jew barra l-UE, u din

il-kwota għandha tiġi rrispettata;

DROI: talba biex jibgħat massimu ta' 2 Membri f'Ġinevra, l-Isvizzera sabiex

jipparteċipaw fis-sessjoni tal-Kunsill tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Bniedem fil-bidu ta'

Marzu 2013;

DEVE: talba biex jibgħat delegazzjoni ta' 2 Membri fi Brussell, sabiex jipparteċipaw

fil-Jiem Ewropej għall-Iżvilupp;

DEVE: talba biex jibgħat delegazzjoni ta' 4 Membri f'Settembru 2013 fi New York, l-

Istati Uniti sabiex jipparteċipaw fis-Summit ta' Rieżami tan-NU dwar l-Għanijiet ta'

Żvilupp tal-Millenju (MDG);

talba biex jibgħat delegazzjoni konġunta ta' 2 Membri ta' ITRE, Membru 1 ta' CULT u

Membru 1 ta' STAO sabiex jipparteċipaw fis-segwitu tas-7 Forum dwar il-Governanza

tal-Internet (id-destinazzjoni u d-dati għandhom jiġu ddeterminati mill-

organizzazzjoni ospitanti);

- enfasizzat li ż-żjarat tas-sottokumitat SEDE fin-Niġer (u possibbilemt fil-Mali), fis-Somalja,

u fl-Afganistan, previsti għall-ġimgħat 14, 18 u 44 rispettivament, għandhom isiru biss jekk

is-sitwazzjoni tas-sigurtà fuq il-post tkun sodisfaċenti, u li d-deċiżjonijiet dwar din il-

kwistjoni se jittieħdu mill-korpi kompetenti fi stadju ulterjuri, abbażi ta' informazzjoni

disponibbli mis-SEAE, li għandha tintbagħat mis-sottokumitat rilevanti fi żmien xieraq. L-

istess kundizzjoni għandha tapplika għall-missjonijiet proposti tad-DROI fl-Etjopja u l-

Page 29: MINUTI - europarl.europa.eu · PV CPG 31.01.2013 PV\926330MT.doc 3/48 PE502.490/CPG MT 8. Talba għall-applikazzjoni tal-Artikolu 51 dwar il-proċedura mal-laqgħat konġunti tal-

PV CPG 31.01.2013

PV\926330MT.doc 29/48 PE502.490/CPG

MT

Pakistan, il-missjoni proposta fil-Gwatemala, u kwalunkwe żjara konġunta possibbli minn

AFET/SEDE fil-fruntiera bejn it-Turkija u s-Sirja;

- innotat it-talba mis-sottokumitat SEDE biex jibgħat delegazzjoni ta' tul ta' żmien ta' ħamest

ijiem fil-Ġeorġja fil-ġimgħa 29; għandu jitqies li l-missjoni għandha tkun ristretta għal total

ta' erbat ijiem, inkluż iż-żmien għall-ivvjaġġar;

- innotat it-talba tal-kumitat DEVE biex jibgħat delegazzjoni ta' 4 membri f'Ruma biex

jattendu l-Konferenza Internazzjonali tal-FAO dwar in-nutrizzjoni mit-13 sal-

15 ta' Novembru 2012; irrimarkat li d-dati kkonċernati jaħbtu mal-ġimgħa riżervata għall-

attivitajiet tal-gruppi politiċi u minħabba f'hekk approvat li tintbagħat delegazzjoni ta' 2

membri għal din il-konferenza;

- approvat it-talba tal-kumitat BUDG biex jibgħat delegazzjoni konġuntament fis-Serbja u l-

Montenegro fil-ġimgħa 14, filwaqt li ssottolinjat li jekk tittieħed deċiżjoni biex taqsam din

iż-żjara f'żewġ delegazzjonijiet separati, jeħtieġ tintalab awtorizzazzjoni individwali

addizzjonali għal dawn iż-żjarat;

- stiednet lill-kumitat CONT biex jipprovdi aktar informazzjoni dwar l-objettivi u l-ambitu

speċifiċi tad-delegazzjonijiet proposti tiegħu, qabel ma tittieħed kull deċiżjoni dwar dawn it-

talbiet;

ħadet nota tat-talba tal-kumitat JURI li l-laqgħa prevista tiegħu mal-imħallfin u l-uffiċjali

tal-QEDB fi Strasburgu l-Ħamis ta' ġimgħa ta' sessjoni parzjali (barra mill-ħinijiet tas-

sessjoni) għandha titqies bħala barra mill-kwota; approvat din it-talba bil-ftehim li ma ssir l-

ebda talba addizzjonali għal riżorsi tal-PE (interpretazzjoni, kumpens għas-sussistenza eċċ);

- ħadet nota tad-dokumenti li ġejjin għad-delegazzjonijiet:

a) Il-Kumitat AGRI fir-Russja fil-ġimgħa 35, li l-Membri tiegħu "esprimew interess

ġenerali dwar il-fehim aktar profond tal-preżent u speċjalment il-politika agrikola

futura fir-Russja peress li se tkun obbligata tallinja l-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħha

mar-regoli tad-WTO";

Page 30: MINUTI - europarl.europa.eu · PV CPG 31.01.2013 PV\926330MT.doc 3/48 PE502.490/CPG MT 8. Talba għall-applikazzjoni tal-Artikolu 51 dwar il-proċedura mal-laqgħat konġunti tal-

PV CPG 31.01.2013

PE502.490/CPG 30/48 PV\926330MT.doc

MT

b) Il-Kumitat PECH fil-Ġappun fil-ġimgħa 29 sabiex "ikollu ħarsa ġenerali ċara tal-

attivitajiet tas-sajd fil-Ġappun, fejn is-settur tas-sajd jikkostitwixxi industrija maġġuri

u jirrappreżenta parti kbira tal-ekonomija tal-pajjiż...";

c) Il-kumitat JURI fl-Afrika t'Isfel (ġimgħa 14) u l-Kosta tal-Punent tal-Istati Uniti

(ġimgħa 35) fejn it-tnejn li huma jiffukkaw fuq id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali

(delegazzjoni ta' JURI fiċ-Ċina, li ġiet awtorizzata bħala parti mill-programm 2012,

issa ġiet skedata għall-ġimgħa 14 u hija wkoll prevista li tikkonċentra fuq id-drittijiet

tal-proprjetà intellettwali);

stiednet lil dawn il-Kumitati jagħmlu rikors għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 13(3) tad-

Dispożizzjonijiet ta' implimentazzjoni li jirregolaw il-ħidma tad-delegazzjonijiet billi jitolbu

awtorizzazzjoni għar-rapporteurs rispettivi tagħhom biex jipparteċipaw f'missjonijiet tad-

delegazzjonijiet interparlamentari kkonċernati minflok jibagħtu delegazzjoni tal-Kumitat;

- approvat fil-prinċipju t-talba (mhix inkluża fil-programm tal-2013) mill-Kumitat FEMM

biex jibgħat delegazzjoni magħmula minn mhux aktar minn 4 Membri għar-reġjuni tal-

viċinat tal-Ungerija, ir-Rumanija u s-Slovakkja fil-15-17 ta' Lulju 2013, inklużi l-ħinijiet tal-

ivvjaġġar (ġimgħa turkważ) bil-kundizzjoni li l-kwota għall-ivvjaġġar tal-Kumitat fl-UE u

fil-pajjiżi applikanti tiġi rrispettata; innotat li din id-delegazzjoni tista' potenzjalment

tingħaqad maż-żjara proposta tal-Kumitat LIBE fir-Rumanija biex jiffukkaw fuq il-

kwistjonijiet tar-Roma u kwistjonijiet oħra u tistieden liż-żewġ kumitati kkonċernati biex

jikkooperaw kemm jista' jkun f'dan ir-rigward;

- innotat it-talba tal-Kumitat AFCO biex jibgħat delegazzjoni ta' mhux aktar minn 8 Membri

f'Washington DC; fakkret li ma ngħatatx l-awtorizzazzjoni għal żjara simili matul l-

eżerċizzju tal-2012;

- innotat it-talba tal-Kumitat speċjali CRIM biex jibgħat delegazzjoni ta' 8 membri fl-Istati

Uniti u fil-Gwatemala matul il-ġimgħa 18; għandu jiġi mistieden il-kumitat biex jipprovdi

ġustifikazzjoni addizzjonali għaż-żjara qabel ma tittieħed deċiżjoni dwar din il-kwistjoni;

Page 31: MINUTI - europarl.europa.eu · PV CPG 31.01.2013 PV\926330MT.doc 3/48 PE502.490/CPG MT 8. Talba għall-applikazzjoni tal-Artikolu 51 dwar il-proċedura mal-laqgħat konġunti tal-

PV CPG 31.01.2013

PV\926330MT.doc 31/48 PE502.490/CPG

MT

- tat opinjoni favorevoli dwar l-abbozz ta' programm tad-delegazzjonijiet tal-kumitati

parlamentari għall-2013 u l-modifiki relatati u t-talbiet addizzjonali nnotati f'din id-

deċiżjoni, taħt il-kundizzjonijiet stabbiliti hawn fuq;

- issottolinjat l-opinjoni tagħha li, bl-eċċezzjoni tal-aspetti msemmija hawn fuq, fil-prinċipju l-

ebda talba addizzjonali għal derogi eċċezzjonali għall-ivvjaġġar tal-kumitati m'għandha tiġi

approvata matul l-2013;

- tenniet l-intenzjoni tagħha biex tirrevedi aktar ir-Regoli eżistenti dwar l-ivvjaġġar tad-

delegazzjonijiet, biex jidħlu fis-seħħ l-aktar tard sal-bidu tal-leġiżlatura li jmiss; iddikjarat

mill-ġdid ix-xewqa tagħha li tikseb bilanċ aħjar bejn il-bżonn li tkompli politika ta' trażżin

baġitarju filwaqt li tiggarantixxi kapaċità imtejba tal-Parlament biex iwettaq id-dmirijiet

tiegħu skont it-Trattati u li jilħaq il-prijoritajiet politiċi tiegħu f'ambjent globali li qed

jinbidel b'mod rapidu;

- ħeġġet lid-delegazzjonijiet jillimitaw għal minimu in-numru ta' persunal ta'

akkumpanjament; hija tal-opinjoni li, fil-prinċipju u minkejja d-dispożizzjonijiet tal-

Artikolu 15 tar-Regoli applikabbli, in-numru ta' persunal ta' akkumpanjament idealment ma

jissuperax in-numru ta' Membri li qed jivvjaġġaw;

- fakkret li l-assistenti tal-Membri la jistgħu jkunu membri ta' delegazzjoni u lanqas ma jistgħu

jakkumpanjawha.

- irreferiet il-kwistjoni lill-Bureau għal deċiżjoni finali.

Page 32: MINUTI - europarl.europa.eu · PV CPG 31.01.2013 PV\926330MT.doc 3/48 PE502.490/CPG MT 8. Talba għall-applikazzjoni tal-Artikolu 51 dwar il-proċedura mal-laqgħat konġunti tal-

PV CPG 31.01.2013

PE502.490/CPG 32/48 PV\926330MT.doc

MT

13. Abbozz ta' programm għall-ivvjaġġar mid-delegazzjonijiet permanenti u l-Assembleji

Interparlamentari matul l-2013 - Deċiżjoni dwar l-attivitajiet minn Marzu sa Diċembru

Il-Konferenza tal-Presidenti, mingħajr dibattitu,

- ħadet nota tal-ittra tat-12 ta’ Novembru 2012 mingħand is-Sur CASHMAN, President tal-

Konferenza tal-Presidenti tad-Delegazzjoni, li tressaq l-abbozz ta’ programm għall-ivvjaġġar

mid-Delegazzjoni Permanenti u l-Assembleji Interparlamentari għall-2013

(PE 500.836/CPG, l-annessi u d-dikjarazzjoni finanzjarja);

- ħadet nota tal-ittra tat-28 ta' Novembru 2012 mingħand is-Sur REUL, President tad-

Delegazzjoni għar-Relazzjonijiet mal-Peniżola Koreana, li tinforma dwar il-modifika tal-

programm annwali tad-Delegazzjoni għall-2013 (PE 500.899/CPG);

- ħadet nota tal-ittra tal-10 ta' Jannar 2013 mis-Sur RIVELLINI, President tad-Delegazzjoni

għar-relazzjonijiet mar-Repubblika Popolari taċ-Ċina, li tinforma dwar il-posponiment taż-

żjara tal-Bureau fiċ-Ċina (PE 502.464/CPG);

- ħadet nota tal-ittra tal-25 ta' Jannar 2013 mis-Sinjura FLAUTRE, President tal-Delegazzjoni

għall-Kumitat Parlamentari Konġunt (KPK) bejn l-UE u t-Turkija, li tinforma dwar

kalendarju aġġornat għall-attivitajiet għas-sena 2013 (PE 502.513/CPG);

- fakkret id-deċiżjoni tal-Konferenza tal-Presidenti tas-6 ta' Diċembru 2012 dwar id-

delegazzjonijiet interparlamentari inklużi fil-programm annwali tal-ivvjaġġar tal-2013 u li

huma ppjanati għall-ewwel xahrejn tas-sena;

- ħadet nota tal-modifika tal-kalendarju tas-sessjoni parzjali tal-Parlament fl-2013, kif adottat

mill-plenarja fis-16 ta' Jannar 2013 u l-modifika tal-kalendarju għall-attivitajiet Parlamentari

għas-sena 2013, kif adottat mill-Konferenza tal-Presidenti fis-17 ta' Jannar 2013;

- ħadet nota tad-Dispożizzjonijiet ta' implimentazzjoni li jirregolaw il-ħidma tad-

delegazzjonijiet, kif adottati mill-Konferenza tal-Presidenti fl-10 ta' Marzu 2011 u emendati

l-aħħar fl-10 ta' Jannar 2013 (PE 422.560/CPG u l-annessi);

Page 33: MINUTI - europarl.europa.eu · PV CPG 31.01.2013 PV\926330MT.doc 3/48 PE502.490/CPG MT 8. Talba għall-applikazzjoni tal-Artikolu 51 dwar il-proċedura mal-laqgħat konġunti tal-

PV CPG 31.01.2013

PV\926330MT.doc 33/48 PE502.490/CPG

MT

Rimarki Ġenerali

- fakkret li d-Dispożizzjonijiet ta' implimentazzjoni li jirregolaw il-ħidma tad-

delegazzjonijijet, kif approvati mill-Konferenza tal-Presidenti fl-10 ta' Marzu 2011 u kif

emendati l-aħħar fl-10 ta' Jannar 2013, jistipulaw li l-laqgħat interparlamentari kollha

għandhom jeħtieġu awtorizzazzjoni minn qabel mill-Konferenza tal-Presidenti, abbażi tat-

talbiet li għandhom jitressqu fi żmien xieraq u enfasizzat li mhux se jingħataw eċċezzjonijiet

għal dawn ir-regoli għajr dawk li huma espliċitament awtorizzati f'din id-deċiżjoni iżda

jistgħu jiġu eżaminati każ b'każ aktar tard; fakkret f'dan il-kuntest li kwalunkwe missjoni li

ma tispeċifikax id-destinazzjoni u/jew id-data eżatta ma tistax titqies awtorizzata permezz

tal-adozzjoni tal-programm annwali, sakemm ma tiġix awtorizza b'mod espliċitu f'din id-

deċiżjoni;

- fakkret li d-Dispożizzjonijiet ta' implimentazzjoni li jirregolaw il-ħidma tad-delegazzjonijiet

japplikaw għad-delegazzjonijiet interparlamentari permanenti (id-delegazzjoni għal kumitati

ta' kooperazzjoni parlamentari wieħed jew aktar, id-delegazzjoni għal kumitat parlamentari

konġunt, d-delegazzjoni għal assemblea parlamentari) u d-delegazzjonijiet ad hoc;

- fakkret id-deċiżjonijiet tas-6 ta' Diċembru 2012 u tal-10 ta' Jannar 2013 rigward il-modifiki

tad-Dispożizzjonijiet ta' implimentazzjoni li jirregolaw il-ħidma tad-delegazzjonijiet; tenniet

l-intenzjoni tagħha biex tirrevedi aktar ir-Regoli eżistenti dwar id-delegazzjoni tal-ivvjaġġar,

biex jidħlu fis-seħħ mhux aktar tard mill-bidu tal-leġiżlatura li jmiss; iddikjarat mill-ġdid il-

bżonn li tkompli politika ta' trażżin baġitarju filwaqt li tiggarantixxi kapaċità mtejba tal-

Parlament biex iwettaq id-dmirijiet tiegħu skont it-Trattati u li jilħaq il-prijoritajiet politiċi

tiegħu f'ambjent globali li qed jinbidel b'mod rapidu;

- fakkret li kwalunkwe talba għall-awtorizzazzjoni għandha tinkludi l-elementi neċessarji

kollha għall-awtorizzazzjoni b'referenza ċara għar-regoli applikabbli, b'mod partikolari n-

numru ta' membri li se jivjaġġaw, inklużi l-membri li se jipparteċipaw barra mill-kwota jew

li se jingħaqdu f'missjoni minħabba dispożizzjonijiet speċjali fir-regoli applikabbli, it-tul ta'

żmien tal-missjoni inkluż il-ħin għall-ivjaġġar, l-abbozz tal-programm u dikjarazzjoni

finanzjarja;

Page 34: MINUTI - europarl.europa.eu · PV CPG 31.01.2013 PV\926330MT.doc 3/48 PE502.490/CPG MT 8. Talba għall-applikazzjoni tal-Artikolu 51 dwar il-proċedura mal-laqgħat konġunti tal-

PV CPG 31.01.2013

PE502.490/CPG 34/48 PV\926330MT.doc

MT

- innotat li l-laqgħat interparlamentari għandhom ikunu awtorizzati mill-Konferenza tal-

Presidenti fl-għamla ta' programm annwali ġenerali li jkopri d-Delegazzjonijiet

interparlamentari Permanenti kollha; innotat f'dan ir-rigward li r-rakkomandazzjonijiet dwar

l-abbozz ta' programm annwali għall-attivitajiet tal-Delegazzjonijiet Permanenti u l-

Assemblea Interparlamentari għall-2013, flimkien mal-opinjonijiet tal-Kumitati AFET,

INTA u DEVE kif adottati mill-Konferenza tal-Presidenti tad-Delegazzjonijiet fit-

23 ta' Ottubru 2012;

- innotat li l-abbozz ta' programm annwali għandu jelenka l-proposti kollha għal-laqgħat

interparlamentari irrispettivament jekk għandhomx isiru f'wieħed jew barra mill-postijiet ta'

ħidma tal-Parlament; innotat li apparti l-organizzazzjoni tal-laqgħat interparlamentari sħaħ,

xi delegazzjonijiet interparlamentari permanenti qed jippjanaw ukoll li jibagħtu gruppi ta'

ħidma għal missjonijiet u biex jorganizzaw il-laqgħat tal-Bureaus rispettivi tagħhom, kemm

f'wieħed mill-postijiet ta' ħidma tal-Parlament kif ukoll fil-pajjiżi terzi u li għal tali

missjonijiet, ir-regoli eżistenti għandhom japplikaw b'mod sħiħ.

- innotat li filwaqt li, fil-prinċipju, il-laqgħat tal-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE

(JPA) huma inklużi fil-programm annwali, l-AKP-UE JPA u l-entitajiet tagħha jgawdu minn

indipendenza ġuridika u operattiva fi ħdan il-qafas tar-regoli tal-Parlament u tar-Regoli ta'

Proċedura tal-AKP-UE JPA. innotat li, skont il-programm, il-25 Sessjoni tal-JPA se ssir fi

Brussell mis-17 sad-19 ta' Ġunju u s-26 Sessjoni tal-JPA hi ppjanata li ssir f'pajjiż tal-AKP

mis-16 sat 18 ta' Diċembru, innotat li s-17 sad-19 ta' Ġunju u s-16 sat-18 ta' Diċembru huma

ġranet riżervati għall-ħidma tal-kumitati parlamentari; stiednet bil-qawwa lir-rappreżentanti

tal-PE fl-entitajiet rilevanti biex, bħala kwistjoni ta' prinċipju, jagħmlu kull sforz biex dawk

il-laqgħat ikunu skedati b'konformità mal-attivitajiet tal-kalendarju tal-PE. innotat

ulterjorment li hemm żewġ laqgħat reġjonali tal-JPA skedati, waħda li għandha ssir fil-

Karibew mill-11 sal-15 ta' Frar u waħda li għandha ssir fl-Afrika tal-Punent mill-15 sad-

19 ta' Lulju; fakkret li r-regoli rilevanti ta' proċedura jippermettu sa tliet laqgħat

parlamentari reġjonali li jdumu sa tlett ijiem kull waħda u deċiżi fuq it-talba tal-Bureau tal-

AKP jew tar-reġjuni kkonċernati u li fihom għandhom jipparteċipaw membru parlamentari

wieħed minn kull Stat tal-AKP fir-reġjun u numru ekwivalenti ta' membri tal-Parlament

Ewropew fil-laqgħat reġjonali; innotat li l-kumitat u l-laqgħat tal-Bureau huma ppjanati li

Page 35: MINUTI - europarl.europa.eu · PV CPG 31.01.2013 PV\926330MT.doc 3/48 PE502.490/CPG MT 8. Talba għall-applikazzjoni tal-Artikolu 51 dwar il-proċedura mal-laqgħat konġunti tal-

PV CPG 31.01.2013

PV\926330MT.doc 35/48 PE502.490/CPG

MT

jsiru fi Brussell fil-15 u s-16 ta' Ġunju (is-Sibt u l-Ħadd) u f'pajjiż tal-AKP fl-14 u l-

15 ta' Diċembru (is-Sibt u l-Ħadd);

- laqgħet il-fatt li l-abbozz ta' programm annwali tad-Delegazzjonijiet Permanenti għall-2013

ġie ppreparat f'koordinazzjoni mal-kumitati parlamentari sabiex is-sinerġija bejn il-Kumitati

u d-Delegazzjonijiet Permanenti titjieb;

- enfasizzat l-importanza tal-kooperazzjoni bejn il-kumitati parlamentari u d-delegazzjonijiet

interparlamentari fil-ħidma tagħhom, b'mod partikolari, f'termini ta' sforzi li jsiru biex

jikkoordinaw il-missjonijiet rispettivi tagħhom ma' pajjiżi terzi;

- laqgħet il-fatt li l-maġġoranza l-kbira tat-talbiet imressqa huma konformi mar-regoli fis-

seħħ; innotat madankollu li fir-rigward ta' wħud mill-attivitajiet ippjanati huma mitluba

derogi u meħtieġa ġustifikazzjonijiet ulterjuri;

- fakkret id-deċiżjoni tagħha tal-10 ta' Marzu 2011 fejn l-assistenti tal-Membri ma jistgħux

ikunu membri ta' delegazzjoni jew jakkumpanjawha;

- ħeġġet lid-delegazzjonijiet jillimitaw għall-minimu n-numru ta' persunal li jakkumpanja; hi

tal-opinjoni li, fil-prinċipju u minkejja d-dispożizzjonijiet applikabbli fis-seħħ, in-numru ta'

persunal li jakkumpanja idealment ma jissuperax in-numru ta' Membri li qed jivvjaġġaw;

- fakkret li kull missjoni teħtieġ tkun ġustifikata biżżejjed u li l-konformità ta' missjoni mar-

regoli applikabbli fil-verità ma tissostitwix ġustifikazzjoni dettaljata għal raġunijiet politiċi u

li d-disponibilità tal-kwota għall-ivvjaġġar fiha nnifisha mhijiex ġustifikazzjoni biżżejjed;

- approvat l-abbozz tal-programm annwali tal-Parlament tad-Delegazzjonijiet Permanenti u

tad-delegazzjonijiet interparlamentari għall-2013, abbażi tar-Regoli eżistenti li huma fis-

seħħ, fir-rigward tal-perjodu minn Marzu sa Diċembru, bir-rimarki speċifiċi li ġejjin:

Kunsiderazzjonijiet Baġitarji

- fakkret li r-riżoluzzjoni tal-Parlament tat-23 ta' Ottubru 2012 dwar l-abbozz tal-baġit

ġenerali tal-UE għall-2013 ikkonfermat mill-ġdid id-deċiżjoni tar-riżoluzzjoni tal-baġit 2012

li jitnaqqsu l-linji baġitarji kollha relatati mal-ivvjaġġar; enfasizzat li dan il-prinċipju gwida

għandu dejjem jitqies meta jiġu kkunsidrati t-talbiet għal missjoni kollha għall-Membri u l-

Page 36: MINUTI - europarl.europa.eu · PV CPG 31.01.2013 PV\926330MT.doc 3/48 PE502.490/CPG MT 8. Talba għall-applikazzjoni tal-Artikolu 51 dwar il-proċedura mal-laqgħat konġunti tal-

PV CPG 31.01.2013

PE502.490/CPG 36/48 PV\926330MT.doc

MT

persunal, mingħajr ma tiġi kompromessa l-kapaċità tal-Parlament li jissodisfa l-obbligi

ġuridiċi u politiċi tiegħu kif stabbilit fit-Trattati u fil-liġi internazzjonali;

- innotat li l-istima tal-ispejjeż ġenerali għall-missjonijiet tad-delegazzjoni interparlamentari

għas-sena 2013 kollha hi stmata EUR 8 212 753 u għall-perjodu kopert minn din id-

deċiżjoni (Marzu sa Diċembru) hi ta' EUR 6 356 923; faħħret it-tnaqqis sostanzjali ta' aktar

minn terz għas-sena 2013 kollha meta mqabbel mal-istima tal-ispejjeż annwali għall-2012;

- stiednet lid-delegazzjonijiet interparlamentari, bl-iskop li tissaħħaħ l-interazzjoni u l-

flessibbiltà fil-kuntatti tagħhom mal-kontropartijiet parlamentari tagħhom u potenzjalment

jitnaqqsu l-ispejjeż, sabiex jesploraw il-possibbiltà, meta jkun possibbli, tal-użu tal-

vidjokonferenzi;

Modifiki fil-programm annwali

- innotat il-modifikazzjonijiet fir-rigward tal-programm annwali kif imressaq fit-

12 ta' Novembru 2012:

1. Id-delegazzjoni għar-relazzjonijiet mar-Repubblika Popolari taċ-Ċina, iż-żjara tal-

Bureau fil-Beijing u post ieħor fiċ-Ċina, inizjalment prevista għall-ġimgħa 7, ġiet

posposta għall-ġimgħa 14;

2. is-17-il IPM bejn il-PE u r-Repubblika tal-Korea f'Seoul u r-4 IPM bejn ir-Repubblika

Popolari tal-Korea f'Pyongyang, inizjalment prevista li ssir mit-28 ta' April sal-

4 ta' Mejju u li issa hi prevista li ssir mill-15 sal-20 ta' Lulju 2013 - innotat li din il-

laqgħa hi t-2 IPM matul is-sena 2013 u għaldaqstant mhijiex b'konformità mar-regoli

applikabbli; approvat, b'eċċezzjoni, it-talba minħabba l-fatt li s-16-il IPM bejn il-PE u

r-Repubblika tal-Korea ma setgħatx issir matul l-2012 għal raġunijiet lil hinn mill-

kontroll tal-Parlament u għaldaqstant, din il-laqgħa saret fl-10 ta' Jannar 2013 fi

Brussell;

3. il-71 KPK bejn il-PE u t-Turkija, inizjalment ippjanat li jsir matul il-ġimgħa 12 (mit-

18 sal-24 ta' Marzu) issa se jsir mit-13 sal-15 ta' Frar f'Ankara, kif approvat mill-

Konferenza tal-Presidenti fil-laqgħa tagħha tal-10 ta' Jannar 2013;

Page 37: MINUTI - europarl.europa.eu · PV CPG 31.01.2013 PV\926330MT.doc 3/48 PE502.490/CPG MT 8. Talba għall-applikazzjoni tal-Artikolu 51 dwar il-proċedura mal-laqgħat konġunti tal-

PV CPG 31.01.2013

PV\926330MT.doc 37/48 PE502.490/CPG

MT

4. id-Delegazzjoni għall-Kumitat Parlamentari Konġunt (KPK) bejn l-UE u t-Turkija qed

tippjana l-attivitajiet li ġejjin matul is-sena 2013:

laqgħa tal-Bureau, Strasburgu, fit-22 ta' Mejju;

laqgħa tal-KPK, Brussell, mid-19 sal-20 ta'Ġunju;

laqgħa tal-Bureau, it-Turkija, fil-11 ta' Ottubru;

laqgħa tal-KPK, it-Turkija, mit-28 sad-29 ta' Ottubru;

Kalendarju tal-missjonijiet

- fir-rigward tal-kalendarju tal-missjonijiet għall-2013, enfasizzat l-importanza li kemm ir-

regoli rilevanti fis-seħħ kif ukoll il-kalendarju ppjanat tal-attivitajiet jiġu rispettati; innotat li,

filwaqt li l-biċċa l-kbira tad-delegazzjonijiet parlamentari skedaw il-missjonijiet tagħhom

skont ir-regoli, ċertu għadd ta' missjonijiet ippjanati jeħtieġu derogi mir-regoli;

- innotat li hemm laqgħat interparlamentari barra mit-tliet postijiet tax-xogħol tal-Parlament li

huma ppjanati f'perijodi li jinkludu jiem mingħajr attivitajiet parlamentari (nhar ta' Ġimgħa),

fl-aħħar tal-ġimgħa u l-btajjel pubbliċi u approvat dawk it-talbiet;

- iddeplorat il-fatt li f'ċerti każijiet id-dati u l-postijiet tal-laqgħat għadhom ma ġewx iffissati;

- innotat li għadd ta' missjonijiet tad-delegazzjonijiet interparlamentari huma ppjanati

f'ġimgħat riżervati għall-attivitajiet tal-kumitati, għall-attivitajiet tal-gruppi politiċi jew

matul sessjonijiet plenarji; innotat li dan mhuwiex konformi mal-Artikolu 6 tad-

Dispożizzjonijiet ta' implimentazzjoni li jirregolaw il-ħidma tad-delegazzjonijiet;

għaldaqstant stiednet lill-gruppi rilevanti biex isibu dati ġodda kompatibbli mal-kalendarju

tal-Parlament jew biex jipprovdu aktar ġustifikazzjonijiet fuq bażi ta' każ b'każ:

is-6 Konferenza Parlamentari ta' Barents, mit-22 sal-24 ta' April;

il-Bureau tal-assemblea interparlamentari tad-Delegazzjoni tal-ASEAN, Brunei, mis-

16 sal-20 ta' Settembru – jikkoinċidi parzjalment mal-jiem riżervati għal-laqgħat tal-

kumitat parlamentari (mit-Tnejn sal-Erbgħa);

Page 38: MINUTI - europarl.europa.eu · PV CPG 31.01.2013 PV\926330MT.doc 3/48 PE502.490/CPG MT 8. Talba għall-applikazzjoni tal-Artikolu 51 dwar il-proċedura mal-laqgħat konġunti tal-

PV CPG 31.01.2013

PE502.490/CPG 38/48 PV\926330MT.doc

MT

is-7 IPM bejn il-PE u l-Parlament Pan Afrikan, Midrand, il-ġimgħa 41 jew 42;

is-7 KPK bejn l-UE u l-Islanda, Reykjavik, il-ġimgħa 44 jew 51;

il-grupp ta' ħidma għal Gaza, mit-18 sal-20 ta' Diċembru;

il-grupp ta' ħidma DAND għal Peru, mit-18 sal-20 ta' Diċembru;

id-delegazzjoni għar-relazzjonijiet mal-Indija, il-Bureau/WG, Delhi, mit-18 sal-

20 ta' Diċembru;

- innotat li d-19-il IPM bejn il-PE u n-New Zealand, Brussell (u post ieħor previst), ilġimgħa

17 jew il-ġimgħa 45, jista' jiġi awtorizzat biss bil-kundizzjoni li l-post ikun limitat għal

Brussell biss;

- fakkret li d-Delegazzjoni EuroLat tal-Parlament ġiet awtorizzata mill-Konferenza tal-

Presidenti fil-laqgħa tagħha fit-13 ta' Settembru 2012 biex tipparteċipa fis-Sessjoni Plenarja

tal-EuroLat f'Santiago de Chile mit-23 sal-25 ta' Jannar 2013 bil-kundizzjoni li din il-

missjoni titqies b'mod sħiħ fil-programm tal-attivitajiet tal-2013;

Sigurtà

- innotat li l-arranġamenti ta' sigurtà għal delegazzjonijiet f'pajjiżi terzi jridu jkunu konsistenti

mal-Artikolu 14(2) u (3) u mal-prinċipji kif stabbilit fl-Artikolu 18 tad-Dispożizzjonijiet ta'

implimentazzjoni li jirregolaw il-ħidma tad-delegazzjonijiet u speċjalment b'konformità mal-

Anness IV ta' dawn ir-Regoli (Il-protokoll dwar l-emerġenzi li jinqalgħu matul attivitajiet ta'

vjaġġar uffiċċjali barra mit-tliet postijiet tax-xogħol);

- enfasizzat li d-delegazzjonijiet huma awtorizzati biss li jivvjaġġaw bil-kundizzjoni li s-

sitwazzjoni ta' sigurtà fuq il-post tkun sodisfaċenti; insistiet fuq il-ħtieġa li ssir valutazzjoni

bir-reqqa tal-aspetti tas-sitwazzjoni ta' sigurtà qabel kull tluq, abbażi tal-informazzjoni

disponibbli kollha, inkluża dik mis-SEAE (SitCen);

- iddeċidiet li terġa' lura għad-delegazzjonijiet skedati għall-Afganistan, l-Iran, l-Iraq, is-Sirja

u l-Jemen fi żmien xieraq qabel it-tluq tad-delegazzjonijiet inkwistjoni, biex tittieħed

Page 39: MINUTI - europarl.europa.eu · PV CPG 31.01.2013 PV\926330MT.doc 3/48 PE502.490/CPG MT 8. Talba għall-applikazzjoni tal-Artikolu 51 dwar il-proċedura mal-laqgħat konġunti tal-

PV CPG 31.01.2013

PV\926330MT.doc 39/48 PE502.490/CPG

MT

deċiżjoni finali fuq il-bażi tal-informazzjoni dwar is-sigurtà fuq il-post mis-SEAE (inkluż

SitCen);

Laqgħat b'mod parallel mal-plenarja

- innotat li għadd ta' laqgħat interparlamentari ġew skedati li jsiru fi Strasburgu matul is-

sessjonijiet parzjali tal-Parlament; innotat li filwaqt li l-plenarja hija l-attività ewlenija tal-

Parlament, id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 3(4) tar-Regoli li jirregolaw meta jsiru l-laqgħat

simultanjament mas-seduti plenarji, kif approvat mill-Konferenza tal-Presidenti fil-

15 ta' Settembru 2010, jippermettu li d-Delegazzjonijiet jiltaqgħu fi Strasburgu nhar ta'

Erbgħa mit-15.00 sas-19.00 u nhar ta' Ħamis mid-9.00 sal-ħin tal-votazzjoni, sakemm tali

laqgħat ma jikkoinċidux ma' dibattitu importanti u enfasizzat l-importanza ta' osservanza

stretta ta' dawn ir-regoli; awtorizzat il-laqgħat li ġejjin bil-fehim li dawn il-kundizzjonijiet

jiġu sodisfatti bis-sħiħ:

5. il-5 IPM bejn il-PE u l-Iran, Strasburgu (ġimgħa 21) jew Brussell (ġimgħa 22);

6. il-Bureau KPK bejn l-UE u t-Turkija, Strasburgu, fit-22 ta' Mejju;

7. il-laqgħa tal-Bureau SINEEA, Strasburgu, fit-12 ta' Ġunju;

8. il-5 IPM bejn l-UE u l-Kunsill Nordiku tal-Punent, Strasburgu, fil-11 ta' Settembru;

9. l-IPM bejn il-PE u l-PLC, Strasburgu, mill-11 sat-12 ta' Settembru;

10. is-16-il PCC bejn l-UE u r-Russja, Strasburgu, fil-11 u t-12 ta' Diċembru;

- innutat li matul il-ġimgħa 41 is-sessjoni parzjali ta' Ottubru I se ssir fi Strasburgu; irrifjutat li

tawtorizza l-laqgħat li ġejjin u stiednet lid-Delegazzjonijiet ikkonċernati biex iressqu talbiet

ta' awtorizzazzjoni individwali għal dati oħra li jikkonformaw mal-kalendarju tal-Parlament:

11. il-Bureau KPK bejn l-UE u ċ-Ċili, Brussell, fis-7 ta' Ottubru;

12. is-7 SAPC bejn l-UE u l-Montenegro, Brussell, mid-9 sal-10 ta' Ottubru;

13. is-7 IPM bejn il-PE u l-Parlament Pan Afrikan, Midrand, il-ġimgħa 41 jew 42;

Page 40: MINUTI - europarl.europa.eu · PV CPG 31.01.2013 PV\926330MT.doc 3/48 PE502.490/CPG MT 8. Talba għall-applikazzjoni tal-Artikolu 51 dwar il-proċedura mal-laqgħat konġunti tal-

PV CPG 31.01.2013

PE502.490/CPG 40/48 PV\926330MT.doc

MT

Kwoti u Kwoti Supplimentari Uniformi

- fakkret li filwaqt li l-Artikolu 8(6) jistabbilixxi l-prinċipju ġenerali tal-kwoti biannwali

għad-delegazzjonijiet interparlamentari permanenti jew għall-missjonijiet ta' gruppi ta'

ħidma għal pajjiżi terzi, l-Artikoli 9 u 10 tal-istess regoli jippermettu kwoti ta' vjaġġar

addizzjonali li għandhom jiġu allokati taħt ċerti kundizzjonijiet;

- innotat li tali kwota ta' vjaġġar addizzjonali tqassmet biss lid-Delegazzjoni għar-

relazzjonijiet mal-Istati Uniti għas-snin 2012/2013 permezz tad-deċiżjoni tal-Konferenza tal-

Presidenti tat-8 ta' Diċembru 2011;

- fakkret il-ħtieġa li jiġu rispettati l-kwoti ta' vjaġġar kif stabbilit hawn fuq;

- innotat li l-Membru addizzjonali li jivvjaġġa mal-Bureau tad-Delegazzjoni għar-

relazzjonijiet mal-Kanada f'Ottawa u fil-British Columbia mit-28 ta' April sat-2 ta' Mejju

jeħtieġ li jingħadd mal-kwota tad-Delegazzjoni;

Frekwenza u post tal-laqgħat interparlamentari

- fakkret li l-Artikoli 8(3) u (4) tad-Dispożizzjonijiet ta' implimentazzjoni li jirregolaw il-

ħidma tad-delegazzjonijiet jispeċifikaw li, bħala regola ġenerali, "kull delegazzjoni

permanenti interparlamentari għandha, kemm jista' jkun, tagħmel laqgħa inter-parlamentari

waħda kull sena", li għandha "ssir b'mod alternat f'wieħed mill-postijiet tax-xogħol tal-

Parlament u fil-pajjiż terz ikkonċernat /fil-pajjiżi terzi kkonċernati";

- innotat li kultant il-laqgħat interparlamentari jiġu ppjanati biex isiru jew biex jiġu estiżi għal

pajjiż li jkollu l-Presidenza b'rotazzjoni tal-Kunsill jew kwalunkwe post ieħor tal-postijiet

tax-xogħol tal-Parlament, li mhuwiex konformi mal-Artikolu 8(4) tar-regoli rilevanti;

fakkret li l-awtorizzazzjoni għal tali laqgħat b'postijiet addizzjonali għandha tintalab fuq bażi

ta' każ b'każ;

- innutat ukoll li, minkejja l-prinċipji ġenerali msemmija hawn fuq, għadd kbir ta'

delegazzjonijiet permanenti stabbilixxew prattika ġenerali biex jagħmlu laqgħat

interparlamentari aktar frekwenti minn darba fis-sena; innutat li din id-devjazzjoni mir-

regola ġenerali hi soġġetta għal-limiti u għall-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 8(6) tad-

Dispożizzjonijiet ta' implimentazzjoni li jirregolaw il-ħidma tad-delegazzjonijiet,

Page 41: MINUTI - europarl.europa.eu · PV CPG 31.01.2013 PV\926330MT.doc 3/48 PE502.490/CPG MT 8. Talba għall-applikazzjoni tal-Artikolu 51 dwar il-proċedura mal-laqgħat konġunti tal-

PV CPG 31.01.2013

PV\926330MT.doc 41/48 PE502.490/CPG

MT

notevolment peress li din hi bbażata fuq strument ta' liġi internazzjonali sottostanti u fuq

Regoli ta' Proċedura speċifiċi approvati kif xieraq tad-Delegazzjoni permanenti kkonċernata,

li ġew approvati kif xieraq mill-Bureau, jew fuq xi deċiżjoni oħra mill-Konferenza tal-

Presidenti jew mill-Bureau li jippermetti din il-prattika; għar-raġunijiet imsemmija hawn fuq

tirrifjuta li tawtorizza:

is-16-il IPM bejn il-PE u l-Indja, Delhi u żewġ postijiet oħrajn, mid-29 ta' April sat-

3 ta' Mejju;

IPM addizzjonali bejn il-PE u l-Ġappun fi Brussell, il-ġimgħa 22;

id-19-il KPK bejn l-UE u ċ-Ċili, Brussell, mit-28 sad-29 ta' Mejju;

it-42 IPM bejn il-PE u l-Iżrael, Brussell, fid-9 ta' Ottubru;

it-18-il PCC bejn l-UE u l-Moldova, Chisinau, mit-28 sat-30 ta' Ottubru;

is-17-il JPC bejn l-UE u l-Messiku, il-Belt tal-Messiku, mid-29 sat-30 ta' Ottubru;

it-3 JPC bejn Cariforum u l-UE, Brussell;

- laqgħet l-inizjattiva tad-delegazzjonijiet għar-relazzjonijiet mal-pajjiżi tal-G20 fir-reġjun tal-

Asja/l-Awstralja-New Zealand (iċ-Ċina, l-Indja, il-Ġappun, il-Korea t'Isfel, l-Awstralja u l-

Indonesja) biex jorganizzaw IPM bejn id-delegazzjonijiet tagħhom u l-kontropartijiet

tagħhom tal-pajjiżi msemmija qabel, matul ilġimgħa 22 fi Brussell filwaqt li fakkret li l-fatt

li ssir tali laqgħa ma għandux ifixkel il-ħidma tal-kumitati parlamentari li għandhom

prijorità matul din il-ġimgħa, speċjalment fir-rigward tas-swali għal-laqgħat u l-faċilitajiet ta'

interpretazzjoni;

Page 42: MINUTI - europarl.europa.eu · PV CPG 31.01.2013 PV\926330MT.doc 3/48 PE502.490/CPG MT 8. Talba għall-applikazzjoni tal-Artikolu 51 dwar il-proċedura mal-laqgħat konġunti tal-

PV CPG 31.01.2013

PE502.490/CPG 42/48 PV\926330MT.doc

MT

14. Abbozz rivedut tal-kalendarju tal-laqgħat ordinarji tal-Konferenza tal-Presidenti għall-2013

Il-Konferenza tal-Presidenti, mingħajr dibattitu,

- ħadet nota ta' u approvat l-abbozz rivedut tal-kalendarju tal-laqgħat ordinarji tal-Konferenza

tal-Presidenti għall-2013 (PE 499.493/CPG/rev).

Page 43: MINUTI - europarl.europa.eu · PV CPG 31.01.2013 PV\926330MT.doc 3/48 PE502.490/CPG MT 8. Talba għall-applikazzjoni tal-Artikolu 51 dwar il-proċedura mal-laqgħat konġunti tal-

PV CPG 31.01.2013

PV\926330MT.doc 43/48 PE502.490/CPG

MT

15. Affarijiet urġenti u kwistjonijiet varji

15.1 Allokazzjoni proposta tal-approprjazzjonijiet skont il-linja baġitarja 400 (approprazzjonijiet operattivi

għall-gruppi politiċi u għall-Membri mhux affiljati) għall-2013

Il-Konferenza tal-Presidenti, mingħajr dibattitu,

- ħadet nota tal-ittra tat-23 ta' Jannar 2013 mingħand is-Sur DAUL, il-President tal-Grupp

PPE f'isem il-gruppi politiċi kollha, li tressaq abbozz ta' allokazzjoni rivedut tal-

appropazzjonijiet tal-linja baġitarja 400 għall-2013 (PE 502.454/REV/CPG u l-anness);

- approvat l-abbozz ta' allokazzjoni rivedut u ressqitu lill-Bureau għal deċiżjoni finali.

Page 44: MINUTI - europarl.europa.eu · PV CPG 31.01.2013 PV\926330MT.doc 3/48 PE502.490/CPG MT 8. Talba għall-applikazzjoni tal-Artikolu 51 dwar il-proċedura mal-laqgħat konġunti tal-

PV CPG 31.01.2013

PE502.490/CPG 44/48 PV\926330MT.doc

MT

16. Punti ta' informazzjoni

16.1 Korrispondenza interna

Il-Konferenza tal-Presidenti

- innotat id-dokumenti li ġejjin:

ittra mill-Baronessa ASHTON, Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea – ir-

Rappreżentant Għoli, bid-data tal-20 ta' Diċembru 2012 dwar proposta għal abbozz ta'

Arranġament bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u s-Servizz Ewropew għall-

Azzjoni Esterna (SEAE) dwar l-aċċess fiż-żona tal-Politika Estera u ta' Sigurtà

Komuni (PE 502.505/CPG u l-anness);

ittra bid-data tal-24 ta' Jannar 2013 mingħand is-Sur LEHNE, il-President tal-

Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati, li tressaq rapport dwar l-applikazzjoni tad-

dikjarazzjoni politika tal-Parlament, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar it-tabelli ta'

korrelazzjoni (PE 502.516/CPG u l-anness).

16.2 Korrispondenza interistituzzjonali

Ma kien hemm l-ebda korrispondenza.

16.3 Korrispondenza Esterna

Ma kien hemm l-ebda korrispondenza

Page 45: MINUTI - europarl.europa.eu · PV CPG 31.01.2013 PV\926330MT.doc 3/48 PE502.490/CPG MT 8. Talba għall-applikazzjoni tal-Artikolu 51 dwar il-proċedura mal-laqgħat konġunti tal-

PV CPG 31.01.2013

PV\926330MT.doc 45/48 PE502.490/CPG

MT

17. Data u post tal-laqgħat li jmiss

Il-Konferenza tal-Presidenti se tagħmel il-laqgħa ordinarja tagħha li jmiss fis-6 ta' Frar 2013 mit-

15.00 sal-16.30 fil-kamra R1.1 fil-Bini Louise Weiss, fi Strasburgu.

Barra minn hekk, l-Konferenza tal-Presidenti se tagħmel laqgħa straordinarja fis-6 ta' Frar 2013

mill-16.30 sal-17.30 fil-kamra R1.1 fil-Bini Louise Weiss, fi Strasburgu.

Page 46: MINUTI - europarl.europa.eu · PV CPG 31.01.2013 PV\926330MT.doc 3/48 PE502.490/CPG MT 8. Talba għall-applikazzjoni tal-Artikolu 51 dwar il-proċedura mal-laqgħat konġunti tal-

PV CPG 31.01.2013

PE502.490/CPG 46/48 PV\926330MT.doc

MT

PARTI II (Min-12.00 sas-13.00)

18. Skambju ta' opinjonijiet mal-Grupp ta' Presidenti tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar il-kooperazzjoni

interistituzzjonali u kwistjonijiet rilevanti oħra ta' interess komuni

Il-Konferenza tal-Presidenti

- innotat id-dokumenti li ġejjin:

Ittra tas-26 ta' Ġunju 2012 mingħand is-Sinjura Mercedes BRESSO lill-President Martin

SCHULZ (PE 502.504/CPG);

Ittra tal-21 ta' Settembru 2012 mingħand il-President Martin SCHULZ lis-Sur Ramón

Luis VALCÁREL SISO (PE 502.507/CPG);

Silta mill-minuti tal-laqgħa tal-Konferenza tal-Presidenti tal-10 ta' Jannar 2008;

Riżoluzzjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar in Negozjati li għaddejjin bħalissa dwar il-

Qafas Finanzjarju Pluriennali (RESOL-V-002, CDR2263-2012_00_00_TRA_RES);

- semgħet lill-President jilqa' lis-Sinjura BRESSO, l-ewwel Viċi President, u l-Presidenti tal-

Gruppi Politiċi tal-Kumitat tar-Reġjuni għal din il-laqgħa konġunta u enfasizzat il-punti li

ġejjin;

ir-relazzjonijiet bejn il-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-Kumitat tar-Reġjuni (KtR) qatt

ma kienu daqshekk qrib, peress li ż-żewġ istituzzjonijiet jirrappreżentaw l-interess taċ-

ċittadin, jew direttament jew permezz tar-rappreżentanti reġjonali tagħhom, u filwaqt li l-

kuntatti saru dejjem aktar frekwenti, kien hemm aktar ħidma li kienet għadha teħtieġ li

ssir biex il-kooperazzjoni tikber aktar;

iż-żewġ istituzzjonijiet kellhom interess komuni biex jiddefendu l-baġit tal-UE fin-

negozjati dwar il-qafas finanzjarju pluriennali (QFP). Fit-taqbida għal dan, il-Parlament

kien qed jiġġieled għall-interessi tar-reġjuni;

kien hemm problemi serji fir-rigward tal-baġit tal-UE għall-2013, b'defiċit sistematiku ta'

EUR 16 biljun minħabba d-differenza bejn l-impenji li saru, u l-ħlasijiet ipprovduti. L-

indikazzjonijiet l-aktar riċenti mill-Kunsill kienu li l-QFP għall-2014-20 seta' jinkludi

Page 47: MINUTI - europarl.europa.eu · PV CPG 31.01.2013 PV\926330MT.doc 3/48 PE502.490/CPG MT 8. Talba għall-applikazzjoni tal-Artikolu 51 dwar il-proċedura mal-laqgħat konġunti tal-

PV CPG 31.01.2013

PV\926330MT.doc 47/48 PE502.490/CPG

MT

differenza ta' EUR 60 biljun bejn impenji u ħlasijiet, li jwasslu għal defiċit annwali ta'

EUR 7.5 biljun. Din kienet xi ħaġa li l-Parlament Ewropew x'aktarx ma kienx se jivvota

għaliha, anke jekk l-Istati Membri rnexxielhom jilħqu ftehim.

- semgħet lis-Sinjura BRESSO, l-ewwel Viċi President tal-Kumitat tar-Reġjuni, tagħmel

apoloġija għall-assenza tas-Sur VALCARCEL, President tal-KtR u rringrazzjat lill-President

għall-istedina għal din il-laqgħa; semgħet ukoll lis-Sinjura BRESSO tinnota li filwaqt li l-

Parlament u l-KtR kellhom rwoli u kompetenzi differenti, huma jaqsmu l-istess interessi u

jistgħu jkollhom rwol ewlieni fit-tisħiħ tal-leġitimità demokratika tal-UE; semgħet ukoll l-

opinjoni tagħha li l-UE kienet teħtieġ bażi finanzjarja kredibbli li timxi 'il quddiem, b'baġit li

ppermetta l-investiment meħtieġ biex jitrawwem it-tkabbir;

- kellha skambju ta' fehmiet mas-Sur DAUL, President tal-Grupp PPE, is-Sur GUERRERO

SALOM, aġent President tal-Grupp S&D, is-Sur VERHOFSTADT, President tal-Grupp

ALDE, is-Sinjura HARMS, Kopresident tal-Grupp tal-Ħodor/EFA, is-Sinjura ZIMMER,

President tal-Grupp GUE/NGL u l-mexxejja tal-gruppi politiċi tal-Kumitat tar-Reġjuni,

notevolment is-Sur SCHNEIDER, President tal-Grupp PPE, is-Sur LAMBERTZ, President

tal-Grupp PES, is-Sur VERKERK, President tal-Grupp ALDE u s-Sur SILBERG President

tal-Alleanza Ewropea, fost oħrajn, dwar il-kwistjonijiet li ġejjin:

għandu jkun hemm kuntatti aktar regolari bejn l-istituzzjonijiet, u partikolarment, ir-

rapporteurs dwar id-dossiers fl-istituzzjonijiet rispettivi għandhom jaħdmu mill-qrib, u

fi stadju bikri tal-proċess leġiżlattiv;

tressqu proposti għar-riforma tal-ħidma tal-KtR biex jgħinu lill-KtR ikollu impatt

akbar fil-proċess leġiżlattiv;

kien hemm ftehim sħiħ bejn l-istituzzjonijiet dwar il-ħtieġa għall-baġit tal-UE b'riżorsi

suffiċjenti, u li l-Parlament għandu, jekk meħtieġ, ikun lest li jeżerċita d-dritt tal-veto

fuq proposta mill-Kunsill li mhijiex sodisfaċenti;

kien hemm bżonn ta' ftehim dwar il-QFP sabiex ikun hemm ċertezza għal ippjanar

xieraq;

Page 48: MINUTI - europarl.europa.eu · PV CPG 31.01.2013 PV\926330MT.doc 3/48 PE502.490/CPG MT 8. Talba għall-applikazzjoni tal-Artikolu 51 dwar il-proċedura mal-laqgħat konġunti tal-

PV CPG 31.01.2013

PE502.490/CPG 48/48 PV\926330MT.doc

MT

- semgħet lill-President jikkonkludi billi nnota li kien hemm qbil kbir bejn l-istituzzjonijiet,

partikolarment dwar l-approċċ tal-Parlament għall-QFP, u li l-proposti għar-riforma tal-ħidma

tal-KtR biex jiżdied l-impatt li jista' jkollu fuq il-proċess leġiżlattiv, kienu ta' interess kbir.

* *

*

Il-laqgħa ngħalqet fis-13.20