6
Le]en il-Kunsill Pastorali Parrokkjali - Parro``a Kristu Re - Paola G]add Nru. 298 - It-38 Sena - DI~EMBRU 2016 KUMMISSJONI FESTA KRISTU RE ATTIVITAJIET DI~EMBRU 2016 Is-Sibt, 10 ta’ Diċembru Fuq iz-Zuntier: Wara l-Quddiesa ta’ filgħaxija - Bejgħ ta’ ħelu u oġġetti tal-Milied. Ikun hemm ukoll Father Christmas għar-ritratti miegħu. 1s-Sibt, 31 ta’ Di`embru: NEW YEAR’S EVE BUFFET DINNER Dettalji tal-post aktar tard Jinkludi għażla ta’ ikel, deżerta u xorb kif ukoll entertainment ta’ l-okkażjoni. Tluq minn quddiem il-knisja fis-7.30pm Dettalji u Booking minn ħdejn il-kampnar Messa[[ tal-Kappillan Għeżież, Hekk kif jersaq ix-xahar ta’ Diċembru jibda jinħass mill-ewwel l-ispirtu tal-Milied. Fid-djar, fit-toroq u fil-ħwienet jibda jidher l-armar sabiħ li jikkaratterizza dawn il-ġranet. Filwaqt li huwa sabiħ li napprezzaw u nkattru din it-tradizzjoni sabiħa li toħloq atmosfera mill-isbaħ f’dawn il-jiem, tajjeb li nżommu tliet punti f’moħħna. * Li l-Milied huwa fuq kollox festa reliġjuża u allura l-ewwel priorita` trid ting ħata lil dan l-aspett essenzjali bl-attendenza għall-funzjonijiet fil-Knisja. Għalhekk minn issa nfakkarkom fin-Novena li ssir disgħat’ijiem qabel il-Milied fil-quddiesa tas-6.00 ta’ filgħaxija; * IL-QUDDIESA TA’ NOFS IL-LEJL li tagħti l-iskop u t-togħma liċ-ċelebrazzjonijiet kollha l-oħra. (Il-velja tibda fil-1100, imma l-Quddiesa tibda f’nofs il-lejl eżatt u tispiċċa xi s-Siegħa ta’ filgħodu);  * Il-Kwaranturi Solenni fid-29, 30 u 31 ta’ Diċembru meta Ġesu` jkun espost kuljum għall-qima tagħna fil-Knisja Parrokkjali. Il-Milied għandu jkun mument ukoll fejn ningħaqdu flimkien bħala familji. Napprezzaw l-imħabba u l-għaqda tal-familji rispettivi tagħna u nagħtu każ speċjalment lil dawk li jgħixu waħedhom jew rikoverati f xi sptar. Il-Milied għandu jkun mument ukoll fejn niftakru f’min hu fil-bżonn – għalhekk infakkarkom li fis-27 u fit-28 ta’ Diċembru xi membri tal-Kummisjoni Djakonija ser ikunu fil-kumpless Main Street jagħmlu ġabra ta’ ikel biex jingħata f’hampers lill-familji fil-bżonn. Minn qalbi nawguralkom Milied Qaddis u Sena Ġdida mimlija Barka tal-Mulej. Dun Marc Andre` Camilleri Kappillan KUMMISSJONI DJAKONIJA Attivitajiet g]all-ANZJANI Di`embru 2016 Il-Ħamis, 15 ta’ Di`embru: 10.00am QUDDIESA fil-Knisja Parrokkjali u wara CHRISTMAS PARTY biex ni``elebraw flimkien il-BIRTHDAYS 12 BAZAAR TRADIZZJONALI TAL-MILIED Kummissjoni Festa Kristu Re Mis-Sibt, 26 ta’ Novembru Sal-Ġimgħa, 9 ta’ Diċembru fis-Sala Parrokkjali, Vjal il-Knisja Mit-8.30 ta’ filg]odu sa Nofsinhar u mill-4.30 sas-7.00 ta’ filg]axija Issibu affarijiet ġodda bħal dwal u tiżjin tal-Milied, rigali, pjanti, affarijiet tal-ikel u xorb, kif ukoll oġġetti second hand bħal ħwejjeġ, kotba, faenza u ]afna affarijiet oħra b\onju\i g]ad-dar bi prezzijiet tassew ir]as. Il-Kappillan, Dun Marc Andre` Camilleri, il-Kleru, l-Bord Editorjali ta’ Is-SALTNA, flimkien mal-Kunsill Pastorali Parrokkjali, jawguraw MILIED Qaddis u }ieni lill-familji kollha ta’ Paola.

Le]en il-Kunsill Pastorali Parrokkjali - Parro``a Kristu ... kr Dicembru 2016.pdf · fis-Sala Parrokkjali, Vjal il-Knisja Mit-8.30 ta’ filg]odu sa Nofsinhar u mill-4.30 sas-7.00

  • Upload
    others

  • View
    6

  • Download
    0

Embed Size (px)

Citation preview

Page 1: Le]en il-Kunsill Pastorali Parrokkjali - Parro``a Kristu ... kr Dicembru 2016.pdf · fis-Sala Parrokkjali, Vjal il-Knisja Mit-8.30 ta’ filg]odu sa Nofsinhar u mill-4.30 sas-7.00

Le]en il-Kunsill Pastorali Parrokkjali - Parro``a Kristu Re - Paola G]add Nru. 298 - It-38 Sena - DI~EMBRU 2016

KUMMISSJONI FESTA KRISTU RE ATTIVITAJIET DI~EMBRU 2016

Is-Sibt, 10 ta’ Diċembru

Fuq iz-Zuntier: Wara l-Quddiesa ta’ filgħaxija - Bejgħ ta’ ħelu u

oġġetti tal-Milied. Ikun hemm ukoll

Father Christmas għar-ritratti miegħu. 1s-Sibt, 31 ta’ Di`embru:

NEW YEAR’S EVE BUFFET DINNER Dettalji tal-post aktar tard

Jinkludi għażla ta’ ikel, deżerta u xorb kif ukoll entertainment ta’ l-okkażjoni. Tluq minn quddiem il-knisja fis-7.30pm Dettalji u Booking minn ħdejn il-kampnar

Messa[[ tal-Kappillan Għeżież, Hekk kif jersaq ix-xahar ta’ Diċembru jibda jinħass mill-ewwel l-ispirtu tal-Milied. Fid-djar, fit-toroq u fil-ħwienet jibda jidher l-armar sabiħ li jikkaratterizza dawn il-ġranet.

Filwaqt li huwa sabiħ li napprezzaw u nkattru din it-tradizzjoni sabiħa li toħloq atmosfera mill-isbaħ f’dawn il-jiem, tajjeb li nżommu tliet punti f’moħħna.

* Li l-Milied huwa fuq kollox festa reliġjuża u allura l-ewwel priorita` trid tingħata lil dan l-aspett essenzjali bl-attendenza għall-funzjonijiet fil-Knisja. Għalhekk minn issa nfakkarkom fin-Novena li ssir disgħat’ijiem qabel il-Milied fil-quddiesa tas-6.00 ta’ filgħaxija; * IL-QUDDIESA TA’ NOFS IL-LEJL li tagħti l-iskop u t-togħma liċ-ċelebrazzjonijiet kollha l-oħra. (Il-velja tibda fil-1100, imma l-Quddiesa tibda f’nofs il-lejl eżatt u tispiċċa xi s-Siegħa ta’ filgħodu);  * Il-Kwaranturi Solenni fid-29, 30 u 31 ta’ Diċembru meta Ġesu` jkun espost kuljum għall-qima tagħna fil-Knisja Parrokkjali.

Il-Milied għandu jkun mument ukoll fejn ningħaqdu flimkien bħala familji. Napprezzaw l-imħabba u l-għaqda tal-familji rispettivi tagħna u nagħtu każ speċjalment lil dawk li jgħixu waħedhom jew rikoverati f xi sptar.

Il-Milied għandu jkun mument ukoll fejn niftakru f’min hu fil-bżonn – għalhekk infakkarkom li fis-27 u fit-28 ta’ Diċembru xi membri tal-Kummisjoni Djakonija ser ikunu fil-kumpless Main Street jagħmlu ġabra ta’ ikel biex jingħata f’hampers lill-familji fil-bżonn. Minn qalbi nawguralkom Milied Qaddis u Sena Ġdida mimlija Barka tal-Mulej. Dun Marc Andre` Camilleri Kappillan

KUMMISSJONI DJAKONIJA Attivitajiet g]all-ANZJANI Di`embru 2016

Il-Ħamis, 15 ta’ Di`embru:

10.00am QUDDIESA fil-Knisja Parrokkjali u wara CHRISTMAS PARTY biex ni``elebraw flimkien il-BIRTHDAYS

12

BAZAAR TRADIZZJONALI

TAL-MILIED

Kummissjoni Festa Kristu Re

Mis-Sibt, 26 ta’ Novembru Sal-Ġimgħa, 9 ta’ Diċembru

fis-Sala Parrokkjali, Vjal il-Knisja

Mit-8.30 ta’ filg]odu sa Nofsinhar u mill-4.30 sas-7.00 ta’ filg]axija

Issibu affarijiet ġodda bħal dwal u tiżjin tal-Milied, rigali,

pjanti, affarijiet tal-ikel u xorb, kif ukoll oġġetti second hand bħal ħwejjeġ, kotba, faenza u ]afna

affarijiet oħra b\onju\i g]ad-dar bi prezzijiet tassew ir]as.

Il-Kappillan, Dun Marc Andre` Camilleri, il-Kleru, l-Bord Editorjali ta’ Is-SALTNA,

flimkien mal-Kunsill Pastorali Parrokkjali, jawguraw MILIED Qaddis u }ieni

lill-familji kollha ta’ Paola.

Page 2: Le]en il-Kunsill Pastorali Parrokkjali - Parro``a Kristu ... kr Dicembru 2016.pdf · fis-Sala Parrokkjali, Vjal il-Knisja Mit-8.30 ta’ filg]odu sa Nofsinhar u mill-4.30 sas-7.00

MEMBRI {ODDA FIS-SALTNA Nilqg]uhom fostna bil-fer].. .. .. ..

OTTUBRU: Matthias ZARB; Kimea CUTAJAR. ING}AQDU FIS-SAGRAMENT TA|-|WIE{ Nawgurawlhom ]ajja feli`i .. .. .. ..

OTTUBRU: Trevor BORG u Antoinette PISANI;     Charlot MICALLEF u Jade GRECH. G}ADDEW G}ALL-}AJJA TA’ DEJJEM Mulej ag]tihom il-mistrie] ta’ dejjem. Ma ninsewhomx fit-talb tag]na .. .. .. ..

OTTUBRU: Anthony MAGRI (68); Maria Lourdes Debono(98); Carmen Mary LANZON (65).

2 11

Din il-}ar[a ta’ dan ix-xahar hi sponsorjata minn diversi familji b’tifkira g]a\i\a ta’:

.

GIOVANNA THAKE ………………………

VINCENT u JESSIE GRIMA / VINCENT u EVELYN ATTARD

………………………..

GAETANO, ANTONIA u JANE LANZON .. ………………………….

CARMELA MORAN li mietet fil-11 ta’ Di`embru 1962 f’għeluq il-54 sena mill-mewt tag]ha

……………………………..

TESSIE MICALLEF f’għeluq is-16 il-sena mill-mewt tagħha fit-12 ta’ Diċembru 2000

……………………………

JOSEPH u CONNIE AGIUS u binthom MARY u żewġha CHARLES CASSAR

………………………….

VINCENZA u GUZEPPI MIFSUD u EMILY MIFSUD

…………………………….

JOHN U ANGELA AGIUS

Mulej ag]ti lil dawn kollha l-mistrie] ta’ dejjem

Il-Missirijiet tal-Knisja jkellmuna fuq il-Ħniena - 9 - San Massimu l-Konfessur Dun Jonathan Farrugia

Massimu huwa wieħed mill‐persunaġġi  l‐aktar notevoli  li għexu         fis‐seba’ seklu.  Kien żmien ta’ ħafna taqlib minħabba li l‐imperu        tal‐Punent  kien  spiċċa  waqt  li  l‐Lvant  kien  dejjem  mhedded               mill‐invażjonijiet.   Apparti minn dan,  fil‐Knisja wkoll kien hemm bosta nkwiet minħabba  l‐aħħar ereżija  kristoloġika  li  żviluppat: 

dik  li  kienet  tiċħad  in‐natura  umana  ta’  Kristu,  il‐monofisiżmu.    L‐ewwel informazzjoni  ċerta  li  nafu  dwar  ħajtu  ġejja minn  qrib  is‐sena  618 W.K., meta  kien  jgħix  f’monasteru  fi  Krisopoli.   Minħabba  l‐attakki  fl‐imperu      tal‐Lvant,  Massimu  mar  Kreta  u  minn  hemm  f’Eucrata  fl‐Afrika,  fejn iddefenda bil‐qawwa d‐duttrina taż‐żewġ naturi ta’ Kristu skont kif definita fil‐Konċilju ta’ Kalċedonja.   Kiteb ħafna kontra  l‐ereżija tal‐Monofiżiti,  iżda ma  sabx  l‐appoġġ  tal‐Imperatur  Kostante  II.  Mar  Ruma  fejn  flimkien        mal‐Papa  Martin  I  ċaħad  pubblikament  il‐formola  kristoloġika  żbaljata proposta mill‐Imperatur.  Ġew  arrestati  u meħuda  Kostantinopli. Martin miet  fl‐eżilju wara  ħafna  umiljazzjonijiet  pubbliċi  u  torturi. Massimu  ġie eżiljat fit‐Traċja, imma fis‐sena 662 W.K. reġa’ ġie akkużat  mill‐Monoteliti (li  kienu  d‐dixxipli  tal‐Monifiżiti)  u  bħala  kastiġ  qatgħulu  lsienu  u  idu              l‐leminija. Miet ftit xhur wara.  

Mill‐ħafna  kitbiet  tiegħu  se  nisiltu  żewġ  siltiet,  waħda miċ‐Ċenturji  fuq        il‐Karità,  li  fiha tispikka  l‐imħabba għall‐proxxmu, u oħra mill‐Ittra XI,  fejn joħroġ ċar  it‐tagħlim tiegħu dwar il‐ħniena ta’ Alla: 

Kien hemm okkażjoni meta ħuk sar ta’ piż għalik? Id-dwejjaq tiegħek sar mibgħeda? Tħallix lilek innifsek tkun mirbuh, imma irbaħ fuq il-mibgħeda bl-imħabba. Agħmel dan billi titlob lil Alla b’mod sinċier għalih.

Qis li, biss minħabba l-fatt li l-affezzjoni li kellek saret avverżjoni, ma tmurx tgħajjar illum lil min kont tfaħħar il-bieraħ. Tfittixx li twaħħal f’ħuk biex tiġġustifika l-avverżjoni li tħoss bi ħtija tiegħek, imma kompli faħħru fedelment, ukoll jekk tħoss rabja lejh. Jekk tagħmel dan tara kif terġa’ lura għall-karità safja.

Ruħ li tmantni l-mibgħeda lejn xi ħadd ma tistax tkun fis-sliem ma’ Alla. Jekk l-ieħor ma joffrielekx is-sliem int, min-naħa tiegħek, għandek għallinqas tħares lilek innifsek milli tobogħdu, u titlob għalih mill-qalb mingħajr ma titkellem ħażin dwaru ma’ xi ħadd.

L-għan tal-kmandamenti tal-Mulej hu li jħares lir-ruħ mit-taħwid u mill-mibegħda u jmexxieha lejn l-imħabba tiegħu u tal-proxxmu. Minn dan jilma, bħal berqa, għerf qaddis.

Page 3: Le]en il-Kunsill Pastorali Parrokkjali - Parro``a Kristu ... kr Dicembru 2016.pdf · fis-Sala Parrokkjali, Vjal il-Knisja Mit-8.30 ta’ filg]odu sa Nofsinhar u mill-4.30 sas-7.00

3 10

KUMMISSJONI FESTA KRISTU RE

LOTTERIJA 2016 B’risq il-Manutenzjoni tal-Knisja Parrokkjali Kristu Re

Tlug] nhar is-SIBT, 7 ta’ JANNAR 2017

L-Ewwel Premju: Television ADLER 32inch It-Tieni Premju: Double Bedspread Eminfex tintuża fix-Xitwa u r-Rebbiegħa (double bed) It-Tielet Premju: Microwave Oven CANDY V. Demajo & Sons, Paola. Ir-Raba` Premju: Voucher ( 50 Ewro) - Richard Kina Store Il-}ames Premju: Voucher ( 20 Ewro) - Xirja ]axix Tal-Bon` Vegetable Store, Paola.

Il-premjijiet mirbu]a ma jkunux jistg]u jinbidlu.

Ħu sehem biex tg]in lill-Parro``a.

Prezz: Wie]ed 0.60 EWRO - Pakkett (x15) 5 EWRO

FESTA TA’ SANT’AGATHA F’CATANIA

Mill-Ġimgħa, 3 ta’ Frar sat-Tnejn, 6 ta’ Frar 2017

4 tijiem f’Catania fejn nassistu

għall-festa tant popolari u mfittxija

ta’ SANT’AGATHA

Noqgħodu f’Lukanda 3 Star u jkollna kolazzjon Buffet kuljum

Inżuru: ACIREALE, CATANIA, ETNA, SAVOCA, TAORMINA u PORTO DI CATANIA (Auchan)

Programm u aktar dettalji mis-Sagristija jew minn ħdejn il-Kampnar.

Il-Missirijiet tal-Knisja jkellmuna fuq il-Ħniena - 9 - San Massimu l-Konfessur

L-għan tal-kmandamenti tal-Mulej hu li jħares lir-ruħ mit-taħwid u mill-mibegħda u jmexxieha lejn l-imħabba tiegħu u tal-proxxmu. Minn dan jilma, bħal berqa, għerf qaddis.

Ir-rieda t’Alla hi li jsalvana, u xejn ma jogħġbu iktar milli jarana nerġgħu lura lejh b’indiema sħiħa. Dawk li wasslulna l-verità u huma qaddejja tal-grazzja divina qalulna dan kollu mill-bidu nett u baqgħu jtennuh tul iż-żminijiet. Ix-xewqa t’Alla li nsalvaw hija l-ewwel u l-aqwa sinjal tat-tjubija infinita tiegħu. Proprju biex jurina li m’hemm xejn li Alla jgħożż iktar minn dan, il-Verb divin ta’ Alla l-Missier ċekken lilu nnifsu, ħa l-ġisem u għex fostna. Hu għallimna dak kollu neċessarju biex inkunu rikonċiljati mal-Missier meta aħna konna mifrudin minnu, u bata biex jerġa’ jagħtina l-ħajja ta’ barka li minnha konna eżiljati. Hu fejjaq il-mard tal-ġisem permezz tal-mirakli; hu ħelisna mill-ħafna dnubiet tagħna billi bata u miet; hekk tgħabba bil-ħtija tagħna daqslikieku kienet tiegħu - avolja hu kien bla dnub. Għalhekk Kristu ħabbar li ġie għall-midinbin biex jindmu u mhux għall-ġusti; u li mhux dawk f’saħħithom għandhom bżonn it-tabib, iżda l-morda. Hu stqarr li ġie jfittex in-nagħġa l-mitlufa u li kien intbagħat għan-nagħaġ kollha mitlufa ta’ Iżrael. Hu qal: “Kunu ċerti li s-smewwiet jithennew” meta midneb wieħed jindem mid-dnub.

Wieħed mill-proġetti kbar li hemm il-ħsieb li jitwettqu matul is-sena li jfakkru l-50 Anniversarju

tal-Konsagrazzjoni tal-Knisja.

Il-gallarijia tal-Orgni fuq il-bieb prinċipali tal-knisja. Xogħol fil-karpinterija tal-mastrudaxxa LAWRENCE CINI.

Page 4: Le]en il-Kunsill Pastorali Parrokkjali - Parro``a Kristu ... kr Dicembru 2016.pdf · fis-Sala Parrokkjali, Vjal il-Knisja Mit-8.30 ta’ filg]odu sa Nofsinhar u mill-4.30 sas-7.00

9 4

Parroċċa Waħda, Għan Wieħed, Re Wieħed.

ĊELEBRAZZJONIJIET FL-OKKAŻJONI

TAL-ĦAMSIN ANNIVERSARJU TA L - K O N S A G R A Z Z J O N I TAL-KNISJA

It-Tlieta, 13 ta’ Diċembru 2016: Jum ir-Repubblika – Festa Nazzjonali Tifkira ta’ meta nhar it-13 ta’ Diċembru 1959 tlesta l-bini u tpoġġa s-Salib fuq il-koppla.

“Kont bil-Għatx u sqejtuni”

6.00pm Quddiesa Solenni Konċelebrata mmexxija mill-E.T. Mons Joe Alessandro, Isqof ta’ Garissa, Kenya.

7.00pm Kunċert Orkestrali mis-St. Paul Chamber Ensemble fil-knisja parrokkjali taħt il-Patroċinju ta’ l-E.T. Mons Joe Alessandro, Isqof ta’ Garissa, Kenya. Issir ġabra għad-Dar tal-Providenza.

8.15pm Ftuħ Uffiċjali ta’ Wirja dwar il-knisja parrokkjali fin-navi ta’ l-istess Knisja. Jintwera wkoll Dokumentarju.

It-Tlieta u l-Erbgħa, 27 u 28 ta’ Diċembru:

“Kont bil-ġuħ u Tmajtuni”

Membri tal-Kummissjoni Djakonija jkunu f’Main Street Complex biex bil-koperazzjoni tal-Management ta’ l-istess Kumpless, jiġbru għotjiet tal-affarijiet tal-ikel biex jingħataw lil dawk il-familji fil-bżonn fil-parroċċa. Din l-attivita` hi marbuta maċ-ċelebrazzjoni annwali tal-Kwaranturi li jsiru fil-ġranet ta’ wara.

INĦEĠĠUKOM BIEX MATUL DIN IS-SENA TAL-ANNIVERSARJU TIEĦDU SEHEM U TIPPARTEĊIPAW

Parroċċa Waħda, FIĊ-ĊELEBRAZZJONIJIET LI Għan Wieħed, JFAKKRU DIN L-OKKAŻJONI Re Wieħed. SPEĊJALI FIL-ĦAJJA TAL-PARROĊĊA

Djarju tal-Parro``a: DI~EMBRU 2016 KULL NHAR TA’ ĦAMIS:   Wara l‐Quddiesa tas‐6.00 ta’ filgħaxija ‐                                    Adorazzjoni Ewkaristika sas‐7.00 ta’ filgħaxija KULL NHAR TA’ ĦADD:     6.45pm Laqgħat ta’ tagħlim għal kulħadd              fil‐Kappella tal‐MUSEUM tal‐Bniet. Il-{img]a, 2 ta’ Di`embru: L-Ewwel {img]a tax-Xahar 7.45am Quddiesa għall-Komunita` Kummerċjali 6.00pm Quddiesa u wara Adorazzjoni u Barka Sagramentali. Ikun hemm Qrar sa l-10.00 ta’ filg]odu

Il-}add, 4 ta’ Di`embru: It-Tieni }add tal-Avvent (Sena A) Issir il-[abra spe`jali g]all-b\onnijiet tal-Knisja

Il-Ħamis, 8 ta’ Di`embru: Festa tat-Tnissil bla Tebg]a tal-Ver[ni Mqaddsa Marija (l-Immakulata Kun`izzjoni) Festa Pubblika-Jixraq is-smiegħ tal-Quddies

Il-Ħadd, 11 ta’ Di`embru: It-Tielet }add tal-Avvent (Sena A) 9.30am Quddiesa li fiha t-tfal jibnu si[ra ta’ m]abba bl-offerti li j[ibu mag]hom g]all-foqra It-Tlieta, 13 ta’ Diċembru: Jum ir-Repubblika - Festa Nazzjonali Tifkira ta’ meta nhar it-13 ta’ Diċembru 1959 tlesta l-bini tal-knisja u tpoġġa s-Salib fuq il-koppla 6.00pm Quddiesa Solenni Konċelebrata 7.00pm Kunċert Orkestrali mis-St. Paul Chamber Ensemble 8.15pm Inawgurazzjoni ta’ WIRJA dwar il-knisja parrokkjali Ara dettalji f’paġna 4

Il-Ġimgħa, 16 ta’ Di`embru: Bidu tan-Novena tal-Milied bi t]ejjija li tkompli g]all-Festa tat-Twelid tal-Messija sas-Sibt, 24 ta’ Diċembru: (ara pa[ni 6 u 7 g]ad-dettalji)

Il-}add, 18 ta’ Di`embru: Ir-Raba` }add tal-Avvent (Sena A) 9.30am Quddiesa li fiha t-tfal i[ibu mag]hom il-Bambini u l-Presepji biex jitbierku Mistiedna wkoll l-Anzjani tal-Parroċċa u dawk kollha li jitqarbnu f’darhom.

Is-Sibt, 24 ta’ Di`embru: Lejliet il-Milied 11.00pm Tibda l-Velja tal-Milied - (Dettalji f’pa[na 7) Il-Ħadd, 25 ta’ Di`embru: IL-MILIED IMQADDES: Solennita` tat-Twelid tal-Feddej. Il-Ħamis, 29 ta’ Diċembru: Jum ta’ Adorazzjoni kontinwa (Kwaranturi) 6.00pm Quddiesa bis-sehem tal-Patrijiet Kapuċċini u l-Komunita` ta’ Għajn Dwieli li matula jingħataw il-Mandati Il-Ġimgħa, 30 ta’ Diċembru: Jum ta’ Adorazzjoni kontinwa 6.00pm Quddiesa li matula ssir il-Vestizjoni tal-Abbatini Is-Sibt, 31 ta’ Di`embru: Jum ta’ Adorazzjoni Kontinwa 6.00pm Quddiesa Kon`elebrata bit-Te Deum (paġ. 5) Il-Ħadd, 1 ta’ Jannar 2017: Jum il-Pa`i u Festa tal-Maternita` Divina tal-Madonna. Btala Pubblika -

Il-}add, 8 ta’ Jannar 2017: L-Epifanija tal-Mulej.

Page 5: Le]en il-Kunsill Pastorali Parrokkjali - Parro``a Kristu ... kr Dicembru 2016.pdf · fis-Sala Parrokkjali, Vjal il-Knisja Mit-8.30 ta’ filg]odu sa Nofsinhar u mill-4.30 sas-7.00

F’dawn il-[ranet tant sbie] tal-Milied Qaddis, naraw li fid-djar tag]na jkollna m\ejna xbieha ta’ {esu` Bambin u possibilment presepju

fejn tispikka l-grotta bil-Bambin.

5 8

F’DAN IL-MILIED QADDIS……... * Alla jbierek il-qalb tieg]ek; * Alla jbierek id-dar tieg]ek; * Alla jbierek il-]bieb tieg]ek; * Alla jbierek l-g]e\ie\ tieg]ek

ARA LI MA TINSIEĦX

GRAZZI LILL-BENEFATTURI KOLLHA LI MATUL

IS-SENA KIENU TANT {ENERU|I

Ħu ċans u qatta’ ftit ħin fil-kwiet mal-Mulej.

Minbarra l-ġranet tal-KWARANTURI............

INFAKKRU LI...... Kull nhar ta’ Ħamis, wara l-Quddiesa tas-6.00 ta’ filgħaxija,

tista’ tiltaqa’ ma’ Ġesu` Ewkaristija espost. Ikun hemm ukoll Saċerdot għall-Qrar.

STEDINA LILL-KOMUNITA` KUMMERĊJALI (Sidien u Ħaddiema tal-Ħwienet, Banek, Aġenziji, Ditti, etċ,)

F’RAĦAL ĠDID Ingħaqad mal-bqija tal-familja parrokkjali

għaċ-Ċelebrazzjoni tal-Quddiesa kull l-Ewwel Ġimgħa tax-xahar

fit-7.45 ta’ filgħodu.

Fil-Ħarġa tal-fuljett tax-xahar ta’ Ottubru, konna ppubblikajna lista ta’ sitt proġetti li hemm ippjanati għax-xhur li ġejjin.

Bi pjaċir kbir inħabbru li kellna benefattur li diġa tagħna donazzjoni biex jista’ jsir il-Ventartal irrakkmat għall-artal tas-Sagrament pariġġ il-Kanupew. Filwaqt li nirringrazzjaw lil dan il-benefattur inħeġġu benefatturi oħra biex jersqu huma wkoll u joffru d-donazzjonijiet tagħhom biex jitwettqu l-proġetti li hemm ippjanati għall-futur.

Parroċċa Waħda, Għan Wieħed, Re Wieħed.

JIEM TA’ ADORAZZJONI FI TMIEM IS-SENA

Il-Ħamis, 29 ta’ Diċembru: Jibdew 3 tijiem ta’ Adorazzjoni kontinwa KWARANTURI mid-9.00 ta` filg]odu sas-6.00 ta‘ filg]axija.

6.00pm Quddiesa li fiha jieħdu sehem il-Patrijiet Kapuċċini u l-Komunita' ta’ Għajn Dwieli li fiha jingħata l-Mandat lil: MINISTRI tal-LITUR{IJA; LETTURI u MEMBRI STRAORDINARJI TAT-TQARBIN g]as-sehem tag]hom fil-]idma parrokkjali.

Il-Ġimgħa, 30 ta‘ Diċembru: Adorazzjoni Kontinwa 6.00pm Quddiesa li fiha ssir il-Vestizzjoni tal-Abbatini

Is-Sibt, 31 ta’ Di`embru: Adorazzjoni Kontinwa - G]eluq tal-Kwaranturi 6.00pm Quddiesa Kon`elebrata ta’ Ringrazzjament, u wara Pur`issjoni fil-knisja, Kant tat-Te Deum u Barka Sagramentali

Nhar is-Sibt, 31 ta’ Di`embru, l-a]]ar jum tas-sena 2016 Fil-knisja ta’ Sant’ Antnin, G]ajn Dwieli: 10.00pm Adorazzjoni Ewkaristika mmexxija mill-Grupp Karismatiku ‘Marija Omm Alla’ 11.00pm Quddiesa

It-Twelid ta’ Ġesu` ta’ Nazaret, li qed niċċelebraw f’dawn il-ġranet, mhux xi frott tal-immaġinazzjoni jew xi ħrafa,

imma hu avveniment li sar fl-istorja għas-salvazzjoni tagħna.

Mela għandna niċċelebrawħ kif tassew jixraq.

Page 6: Le]en il-Kunsill Pastorali Parrokkjali - Parro``a Kristu ... kr Dicembru 2016.pdf · fis-Sala Parrokkjali, Vjal il-Knisja Mit-8.30 ta’ filg]odu sa Nofsinhar u mill-4.30 sas-7.00

7 6

Programm tal-Festi tal-MILIED 2016 Il-}add, 27 ta’ Novembru: L-Ewwel }add tal-Avvent (Sena A) 9.30am Quddiesa Is-Sibt, 3 ta’ Diċembru: 5.30pm Għasar 6.00pm Quddiesa Il-}add: 4 ta’ Diċembru: It-Tieni }add tal-Avvent (Sena A) 9.30am: Quddiesa Is-Sibt, 10 ta’ Diċembru: 5.30pm Għasar 6.00pm Quddiesa wara jsir it-Tberik tal-Presepju l-Kbir fil-knisja Il-Ħadd, 11 ta’ Diċembru: It-Tielet }add tal-Avvent (Sena A) 9.30 am: Quddiesa animata mill-Oqsma tal-MUSEUM

bis-sehem tat-tfal li fiha t-tfal jibnu si[ra ta’ m]abba bl-offerti li j[ibu mag]hom biex jing]ataw lill-fqar

NOVENA TAL-MILIED Il-Ġimgħa, 16 ta’ Di`embru: 6.00pm: Quddiesa animata mill-Membri tal-Kunsill Pastorali Parrokkjali Is-Sibt, 17 ta’ Di`embru: 5.30pm Għasar 6.00pm: Quddiesa animata mill-Membri tal-Kummissjoni Familja. Wara jsir it-tberik tal-Presepju Kbir fil-knisja. Il-Ħadd, 18 ta’ Di`embru: Ir-Raba’ }add tal-Avvent (Sena A) 9.30am Quddiesa animata mill-Oqsma tal-MUSEUM

li fiha jsir it-Tberik tal-Bambini u l-Presepji tat-tfal bniet u subien. MISTIEDNA WKOLL L-ANZJANI TAL-PARROĊĊA bil-għajnuna tal-Kummissjoni Djakonija

It-Tnejn, 19 ta’ Di`embru: 5.30pm Għasar 6.00pm: Quddiesa animata mill-Ħbieb tat-Tempju u l-Fratellanzi. It-Tlieta, 20 ta’ Di`embru: 6.00pm Quddiesa animata mill-Membri tal-Kor Hallelujah L-Erbgħa, 21 ta’ Diċembru: 6.00pm: Quddiesa miċ-Ċelloli Parrokkjali għall-Evanġelizazzjoni Il-Ħamis, 22 ta’ Di`embru: 6.00pm: Quddiesa animata mill-Gruppi Kari\mati`i tal-Parro``a li tkompli b‘Adorazzjoni Sagramentali sad-9.00pm. Ikun hemm servizz kontinwu tal-Qrar fil-knisja b]ala preparazzjoni g]a`-`elebrazjonijiet tal-Milied

Il-Ġimgħa 23 ta’ Diċembru: 6.00pm: Quddiesa animata mill-Grupp tal-Abbatini

Is-Sibt, 24 ta’ Di`embru: Lejliet il-Milied 5.30pm L-ewwel Għasar Kantat 6.00pm Quddiesa tal-V[ili tal-Milied 7.00pm D]ul tal-Pur`issjoni bil-Bambin fil-knisja.

Il-pur`issjoni tkun bdiet fil-5.30 ta’ filg]axija mill-Qasam tal-MUSEUM tas-Subien , Triq l-Arkata (quddiem il-Knisja ta’ Santa Ubaldeska) u tkompli sejra g]at-toroq:- Pjazza, Tarxien, Tarzna, Sammat, Lampuka, Santa Monika, San {u\epp, Stivala, |abbar, Lampuka, Tal-Borġ, Pjazza u l-Knisja Tfal u familjari huma m]e[[a li jie]du sehem

VELJA TAL-MILIED 11.00pm Daqq ta’ Innijiet tal-Milied Play qasira bit-tema tal-Milied bis-sehem tat-tfal li jattendu għat-Tagħlim tad-Duttrina u tal-Kor Parrokkjali Hallelujah 11.45pm Il-priedka tradizzjonali tat-tifel Nofs il-Lejl Pur`issjoni bil-Bambin li jitqieg]ed g]all-qima tag]na fil-Knisja. Din tagħti bidu g]all-Quddiesa Solenni Kon`elebrata

Il-Ħadd, 25 ta’ Di`embru:

JUM IT-TWELID TA’ KRISTU - IL-MILIED

Il-Ħamis, 29 ta’ Diċembru: Jibdew 3 tijiem ta’ Adorazzjoni Ewkaristika (Kwaranturi) (ara pa[na 4) 6.00pm Quddiesa bis-sehem tal-Patrijiet Kapuċċini u l-Komunita` ta’ Għajn Dwieli li fiha jingħataw il-Mandati. Il-Ġimgħa, 30 ta’ Diċembru: Jum ta’ Adorazzjoni Kontinwa 6.00pm Quddiesa li fiha ssir il-Vestizzjoni tal-Abbatini Is-Sibt, 31 ta’ Di`embru: Jum ta’ Adorazzjoni Kontinwa 5.30pm L-Ewwel Għasar kantat 6.00pm Quddiesa Solenni tal-Għeluq il-Kwaranturi, Purċissjoni u kant tat-Te Deum Il-Ħadd, 1 ta’ Jannar 2017 – L-Ewwel tas-Sena 2017 Jum il-Pa`i u Festa tal-Maternita` Divina tal-Madonna. Is-Sibt, 7 ta’ Jannar 2017: 6.00pm Quddiesa Kantata u wara Riċeviment għall-Għaqdiet Il-}add, 8 ta’ Jannar 2017: L-Epifanija tal-Mulej