Upload
votram
View
245
Download
0
Embed Size (px)
Citation preview
PARROĊĊA TA’ SAN PIETRU U SAN PAWL In-Nadur Għawdex Uffiċċju: 21551649 • Dar Parrokkjali: 21560501 • www. nadurparish.com
29
ta
’ Lu
lju, 2
01
8
AVVIŻI OĦRAJN:
COFFEE MORNING B’RISQ IL-KNISJA: nhar il-Ħamis 2 ta’ Awwissu, fis-Sala Parrokkjali fit-8.30a.m. Trasport provdut.
L-GĦAQDA DAR DUN FRANĠISK GRIMA: se torganizza BBQ fil-bitħa tas-Sala Parrokkjali nhar il-Ħamis, 2 ta’ Awwissu fis-7.30p.m. Biljetti mingħand Tonina Sammut 79923153, Ġuża Sammut 99228906 u l-Uffiċċju Parrokkjali 21551649.
LAQGĦA TAL-ĠUVINTUR U OLD BOYS FIL-M.U.S.E.U.M. TAS-SUBIEN: nhar is-Sibt 4 ta’ Awwissu fit-8.15p.m., fil-bidu tal-Ġimgħa Museumina li tfakkar il-bidu tal-qasam tas-subien fir-raħal tagħna. Il-ġuvintur u l-old boys
huma mistiedna. Wara l-laqgħa se jkun hemm xi partiti tal-futbol bejn iż-żgħażagħ tal-lum u dawk żgħażagħ f’qalbhom.
L-GĦAQDA ARMAR DIĊEMBRU 13: ser torganizza ġita għall-festa ta’ Ħal Lija, il-Ħadd 5 ta’ Awwissu. Hemm naraw l-ispettaklu u x-xow tan-nar ta’ lejliet il-festa. Tluq mill-Pjazza fl-4.00p.m. Il-prezz huwa ta’ €10. Il-biljetti jinkisbu mingħand
il-membri tal-kumitat jew ċemplu fuq 99101957.
Ġesù qalilna li aħna l-melħ tal-art. Aħna rridu nagħtu togħma lill-affarijiet tal-ħajja. “Imma jekk il-melħ
jaqta’ biex jerġa’ jieħu t-togħma?”
Ġesù jgħidilna li hemm xi affarijiet fil-ħajja li jekk naqgħu fihom, ħajjitna ssir medjokri, taċ-ċajt. Illum xtaqt
insemmi ħaġa waħda; meta nagħmlu l-affarijiet bi drawwa. Sewwa li wieħed
ikollu drawwiet tajbin. Meta tidra tagħmel xi ħaġa, tagħmilha b’rutina li
tgħinek. Pereżempju, ikollok id-drawwa li kuljum tqum f’ħin stabbilit. Dan
jgħinek tipprogramma aħjar il-ġurnata tiegħek. Il-gwaj jibda meta d-drawwa ssir
unthinking routine. Hawnhekk tibda tagħmel xi ħaġa bi drawwa imma ma tintebaħx kemm fiha tifsira.
Pereżempju huwa possibbli għalija li ngħaddi minn quddiem Ġesù preżenti fit-tabernaklu fil-Knisja, imma fl-
istess ħin ma nintebaħx biH, anke jekk ninżel għarkupptejja quddiemu. Jiġri li nagħmlu affarijiet bi drawwa u
ninsew għaliex qed nagħmluhom. Huwa faċli wkoll għalina li nitilgħu nitqarbnu u ninsew li qed nirċievu l-ikbar
rigal, Ġesù nnifsu.
L-unthinking routine tidħol f’ħajjitna meta ma nibqgħux nagħmlu l-
azzjonijiet tajbin b’mod konxju. Ħajjitna qisha tibda timxi bl-autopilot
mingħajr l-għażliet konxji tagħna.
Lill-Mulej nitolbuh biex ma nitilfux l-imluħa tal-ħajja. Nitolbuh ukoll
biex ma ngħixux bla melħ. Ngħix bla melħ meta naħbi u nidfen il-
konvinzjonijiet tiegħi.
Kulħadd jaf, ra jew sema’ bl-Aħħar Ċena ta’ Leonardo da Vinci. Ġuda
wkoll għadu hemm fil-pittura. Għadu hemm madwar il-mejda, ma’ Ġesù. Imma Leonardo daħħal dettall li
m’għandux jiżloqilna: filwaqt li f’id waħda Ġuda għandu borża flus, bl-id l-oħra qaleb il-bieqja tal-melħ u xerred
ta’ ġo fiha.
Ma nitilfux l-imluħa tal-affarijiet fil-ħajja.
L-Arċipriet
S’issa 281 persuna taw €50 għall-bini taċ-Ċentru
Ħdud u Festi: 5:15am; 6:30am; 8:00am; 9:15am; 10:30am; 11:45am; 5:00pm; 7.00pm. Matul il-Ġimgħa: 5:15am; 6:00am; 7:00am; 7:45am; 9:00am; 5:30pm; 7:15pm. Is-Sibt filgħaxija: 6:00pm; 7:30pm SORIJIET: 6:30am; il-Ħadd: 6:15am; 10:15am (bl-Ingliż) KNISJA TAL-QALB TA’ ĠESÙ: 11:30am; il-Ħadd: 7:00amKAPPELLA TA’ KENUNA: il-Ħadd: 7.15am.
ĦIN TAL-QUDDIES
TINSEWX IL-MELĦ
Nirringrazzjaw lil familja N.N. li offrew salib modern li ġie mdendel fis-Sala Parrokkjali
lil Joseph Zerafa u martu Anastasia li offrew kwadru oriġinali ta’ xbieha ta’ ħuh il-mibki Dun Pawl, li kien benefattur tal-knisja Parrokkjali.
G R A Z Z I
u