1
Id-Dar Parrokkjali: 196, Triq il-Għajn, il-Fontana FNT 9026 L-Uffiċċju: It-Tlieta u l-Ħamis, 9.00am-12.00pm, 5.00pm-7.00pm Telefon: 21556097 (uffiċċju) | 21560223 (knisja) | 79093699 (kappillan) Websajt u Facebook: www.qalbtagesu.com | Fontana Parish Imejl: [email protected] Radju: Radju Sacro Cuor | 105.2FM Quddies: Matul il-ġimgħa: 6.15am - 7.00am - 11.30am - 6.00pm Is-Sibt: 6.30am - 9.00am - 6.00pm Il-Ħdud u l-festi: 6.30am - 8.30am - 10.30am - 4.30pm Qrar: qabel jew wara kull Quddiesa Adorazzjoni: Mit-Tnejn sal-Ġimgħa, mis-7.30am sal-11.30am Il-Kappillan: Kanonku Simon Mario Cachia Wasalna biex nibdew ir-Randan! Hemm Insara li qishom jgħixu Randan mingħajr Għid(Evangelii Gaudium 6). Kulħadd għandu xi randanfħajtu: dnub, niket, inġustizzji, slaleb, tbatija, inkwiet, tiġrib, mard... U xi kultant dan ir-randankapaċi jkun veru tqil tant li kapaċi jkissrek. Imma n- Nisrani mgħandux ikun hekk! Hu għandu l-kapaċità li r-randankapaċi jibdlu f’‘Għidgħax għandu lil Kristu Rxoxt miegħu! Il-Parroċċa qed tistiednek biex dan ir-Randan terġatixgħel id-dawlfħajtek, li hu Kristu, u tibdel ir-randanli qed itaqqlek fesperjenza ta’ ‘Għidtaferħ. U ġaladarba tagħmel din l- esperjenza qawwija tafejqan tar-ruħ, int stess tibda tkun dawlu Għidgħan- nies tamadwarek. L-istedina saritlek. Fidejk! Ras ir-Randan: nhar l-Erbgħa hu jum tasawm u taastinenza. Fil-Quddies kollu jkollna r-rit tatqegħid l-irmied. Filgħaxija jkollna l-Via Sagra u Quddiesa solenni. Talb, sawm u karità - tliet pilastri għal konverżjoni vera u paċi tal-qalb. Il-Ġimgħat tar-Randan u mhux biss! Nixtieq ħafna li fil-Ġimgħat tar- Randan filgħaxija, ninġabru l-knisja għal mumenti tatalb bdifferenza. Fl-istess ħin l-adolexxenti u ż-żgħażagħ ser ikollhom laqgħat speċjali għalihom. Fr. Joseph darhom bieb bieb biex jgħaddilhom l-istedina. Stedinna wkoll lil Ms. Miriam Portelli biex tgħinna fil-laqgħat. Ħa jkollna wkoll ġimgħa sabiħa fnofs Marzu u mbagħad iktar mumenti qawwija meta toqrob il-Ġimgħa Mqaddsa. Il-Bazaar fi Pjazza San Franġisk ser ikun miftuħ bejn it-3 u s-27 taMarzu. Min għandu xi affarijiet fkundizzjoni tajba li jixtieq jgħaddihomlna jistajġibhom fl-Uffiċċju Parrokkjali sal-aħħar tax-xahar. Nieħdu ħsieb il-Liturġija. NN (Fontana) tana drapp maure u NN (Victoria) ħadmet bih żewġ kopri-pissidi għas-Sagrament. Dan kollu sar bxejn għall-Qalb taĠesù. Charlie u Maryanne Schembri (Melbourne) bagħtulna pjaneta bajda b rigal fl-okkażjoni tal-pussess u li ntużat l-ewwel darba fil-festa tal-Konsagrazzjoni. Grazzi mill-qalb lil dawn l-erbapersuni! Ġibna wkoll żewġ pjaneti vjola: waħda biex tintuża għall-funerali u l-oħra, bix-xeni tal-Passjoni, biex tintuża fil-funzjonijiet tar-Randan. Tal-funerali swiet €80 u l-oħra €230. Min jixtieq ikun benefattur, ikellem lill-Kappillan. Tul dan il-weekend, dawn l- erbaopri ser ikunu esposti fuq l-artal taSan Ġużepp. Tislima lill-morda. Talba speċjali għalikom quddiem il-Qalb taĠesù u quddiem il-Beata Marija Adeodata Pisani li nhar it-Tlieta għandha l-festa. Għotjiet: NN €50; NN €50 (għar -restawr); NN €50; bott għand Cinis Bakery €52 (għall-knisja). NN toffri €20 għall-ispejjeż tal-bullettin btalb għall- erwieħ tal-Familja Formosa. Grazzi tal-qalb ġeneruża tagħkom! Grazzi wkoll lil dawk li sissa taw l-għotjiet lill-Kappillan fit-tieni ġabra li qed issir għall-festa. Il-Qalb taĠesù tberikkom! Dun Simon Is-Santwarju Parrokkjali tal-Qalb taĠesù tal-Fontana It-Tnejn 24 taFrar Dilora u Ġorġ Portelli It-Tlieta 25 taFrar Joe Mercieca L-Erbgħa 26 taFrar Toni u Ġorġa Cassar Il-Ħamis 27 taFrar Franġisk u Maria-Stella Xuereb Il-Ġimgħa 28 taFrar Toni u Teresa Farrugia u l-familja Borg Is-Sibt 29 taFrar Familja Cutajar-Farrugia Il-Ħadd 1 taMarzu George Zahra INTENZJONIJIET TAL-QUDDIES Il-Bullettin tal-Ħadd 23 taFrar 2020 Ara l-programm li qed jitqassam bieb bieb. Jekk mgħandekx, itlob wieħed mis-sagristija jew idħol fuq l- internet. Hu importanti li kull familja tal-Fontana jkollha dan il-programm fidejha ħa niċċelebraw flimkien il- Ħniena tAlla għalina!

Santwarju Parrokkjali tal Qalb ta Ġesù tal · quddiem il-Beata Marija Adeodata Pisani li nhar it-Tlieta għandha l-festa. Għotjiet: NN €50; NN €50 (għar-restawr); NN €50;

  • Upload
    others

  • View
    2

  • Download
    0

Embed Size (px)

Citation preview

Page 1: Santwarju Parrokkjali tal Qalb ta Ġesù tal · quddiem il-Beata Marija Adeodata Pisani li nhar it-Tlieta għandha l-festa. Għotjiet: NN €50; NN €50 (għar-restawr); NN €50;

Id-Dar Parrokkjali: 196, Triq il-Għajn, il-Fontana FNT 9026 L-Uffiċċju: It-Tlieta u l-Ħamis, 9.00am-12.00pm, 5.00pm-7.00pm Telefon: 21556097 (uffiċċju) | 21560223 (knisja) | 79093699 (kappillan) Websajt u Facebook: www.qalbtagesu.com | Fontana Parish Imejl: [email protected] Radju: Radju Sacro Cuor | 105.2FM

Quddies: Matul il-ġimgħa: 6.15am - 7.00am - 11.30am - 6.00pm Is-Sibt: 6.30am - 9.00am - 6.00pm Il-Ħdud u l-festi: 6.30am - 8.30am - 10.30am - 4.30pm Qrar: qabel jew wara kull Quddiesa Adorazzjoni: Mit-Tnejn sal-Ġimgħa, mis-7.30am sal-11.30am Il-Kappillan: Kanonku Simon Mario Cachia

Wasalna biex nibdew ir-Randan! “Hemm Insara li qishom jgħixu Randan mingħajr Għid” (Evangelii Gaudium 6). Kulħadd għandu xi ‘randan’ f’ħajtu: dnub, niket, inġustizzji, slaleb, tbatija, inkwiet, tiġrib, mard... U xi kultant dan ir-‘randan’ kapaċi jkun veru tqil tant li kapaċi jkissrek. Imma n-Nisrani m’għandux ikun hekk! Hu għandu l-kapaċità li r-‘randan’ kapaċi jibdlu f’‘Għid’ għax għandu lil Kristu Rxoxt miegħu! Il-Parroċċa qed tistiednek biex dan ir-Randan terġa’ tixgħel id-‘dawl’ f’ħajtek, li hu Kristu, u tibdel ir-‘randan’ li qed itaqqlek f’esperjenza ta’ ‘Għid’ ta’ ferħ. U ġaladarba tagħmel din l-esperjenza qawwija ta’ fejqan tar-ruħ, int stess tibda tkun ‘dawl’ u ‘Għid’ għan-nies ta’ madwarek. L-istedina saritlek. F’idejk!

Ras ir-Randan: nhar l-Erbgħa hu jum ta’ sawm u ta’ astinenza. Fil-Quddies kollu jkollna r-rit ta’ tqegħid l-irmied. Filgħaxija jkollna l-Via Sagra u Quddiesa solenni. Talb, sawm u karità - tliet pilastri għal konverżjoni vera u paċi tal-qalb.

Il-Ġimgħat tar-Randan u mhux biss! Nixtieq ħafna li fil-Ġimgħat tar-Randan filgħaxija, ninġabru l-knisja għal mumenti ta’ talb b’differenza. Fl-istess ħin l-adolexxenti u ż-żgħażagħ ser ikollhom laqgħat speċjali għalihom. Fr . Joseph darhom bieb bieb biex jgħaddilhom l-istedina. Stedinna wkoll lil Ms. Miriam Portelli biex tgħinna fil-laqgħat. Ħa jkollna wkoll ġimgħa sabiħa f’nofs Marzu u mbagħad iktar mumenti qawwija meta toqrob il-Ġimgħa Mqaddsa.

Il-Bazaar fi Pjazza San Franġisk ser ikun miftuħ bejn it-3 u s-27 ta’ Marzu. Min għandu xi affarijiet f’kundizzjoni tajba li jixtieq jgħaddihomlna jista’ jġibhom fl-Uffiċċju Parrokkjali sal-aħħar tax-xahar.

Nieħdu ħsieb il-Liturġija. NN (Fontana) tana drapp maure u NN (Victoria) ħadmet bih żewġ kopri-pissidi għas-Sagrament. Dan kollu sar b’xejn

għall-Qalb ta’ Ġesù. Charlie u Maryanne Schembri (Melbourne) bagħtulna pjaneta bajda b’rigal fl-okkażjoni tal-pussess u li ntużat l-ewwel darba fil-festa tal-Konsagrazzjoni. Grazzi mill-qalb lil dawn l-erba’ persuni! Ġibna wkoll żewġ pjaneti vjola: waħda biex tintuża għall-funerali u l-oħra, bix-xeni tal-Passjoni, biex tintuża fil-funzjonijiet tar-Randan. Tal-funerali swiet €80 u l-oħra €230. Min jixtieq ikun benefattur, ikellem lill-Kappillan. Tul dan il-weekend, dawn l-erba’ opri ser ikunu esposti fuq l-artal ta’ San Ġużepp.

Tislima lill-morda. Talba speċjali għalikom quddiem il-Qalb ta’ Ġesù u quddiem il-Beata Marija Adeodata Pisani li nhar it-Tlieta għandha l-festa.

Għotjiet: NN €50; NN €50 (għar -restawr); NN €50; bott għand Cini’s Bakery €52 (għall-knisja). NN toffri €20 għall-ispejjeż tal-bullettin b’talb għall-erwieħ tal-Familja Formosa. Grazzi tal-qalb ġeneruża tagħkom! Grazzi wkoll lil dawk li s’issa taw l-għotjiet lill-Kappillan fit-tieni ġabra li qed issir għall-festa.

Il-Qalb ta’ Ġesù tberikkom! Dun Simon

Is-Santwarju Parrokkjali tal-Qalb ta’ Ġesù tal-Fontana

It-Tnejn 24 ta’ Frar Dilora u Ġorġ Portelli It-Tlieta 25 ta’ Frar Joe Mercieca L-Erbgħa 26 ta’ Frar Toni u Ġorġa Cassar Il-Ħamis 27 ta’ Frar Franġisk u Maria-Stella Xuereb Il-Ġimgħa 28 ta’ Frar Toni u Teresa Farrugia u l-familja Borg Is-Sibt 29 ta’ Frar Familja Cutajar-Farrugia Il-Ħadd 1 ta’ Marzu George Zahra

INT

EN

ZJ

ON

IJIE

T

TA

L-Q

UD

DIE

S

Il-Bullettin tal-Ħadd 23 ta’ Frar 2020

Ara l-programm li qed jitqassam bieb bieb. Jekk m’għandekx, itlob wieħed mis-sagristija jew idħol fuq l-internet. Hu importanti li kull familja tal-Fontana jkollha dan il-programm f’idejha ħa niċċelebraw flimkien il-Ħniena t’Alla għalina!