View
247
Download
8
Category
Preview:
DESCRIPTION
Rivista ghal min qed ifittex is-sejha ta' Alla, u jrid jaghmel xi haga dwarha A resource for those seeking God's plan in their life, and who wish to do something about it
Citation preview
E-Spark hija newsletter elettronika mahruga mic-Centru tal-Vokazzjonijiet tas-Seminarju,
tal-Virtu,Rabat . Tel: 21450354 - www.vokazzjoni.com
Dan kollu seta’ jseħħ
għax San Pawl sab
żewġ dispożizzjonijiet
fil-Maltin li forsi għalih
kienu sinjali, meta tqis
li s-soltu dejjem kien
isib inkwiet u
persekuzzjoni…
San Luqa – li kiteb l-Atti tal-Appostli – baqa’ jiftakru tajjeb dan l-episodju:
“In-nies tal-gżira ġiebu ruħhom magħna bi ħlewwa li ma bħalha. Laqgħuna tajjeb lilna lkoll” (Atti 28,2).
F’dawn in-nies telgħin mill-baħar imqalleb, il-Maltin raw nies fil-bżonn. U l-ġenerożità li wrew magħhom fetħitilhom qalbhom anki għal Alla.
Kienu nies kapaċi josservaw, u jidher li kellhom idea ċara ħafna ta’ dak li hu spiritwali. Dan narawh fil-mod kif interpretaw il-ġrajja tan-nawfraġju li kienet qed isseħħ quddiem għajnejhom...
• Ħabsin mgħassin bis-suldati magħhom, imma ħelsu mill-għarqa: interpretawha bħala possibiltà ta’ intervent ta’ Alla.
• Bniedem jingidem mill-lifgħa imma jibqa’ ħaj: donnu xi kastig, imma hemm ukoll il-ġustizzja li hi akbar minn dak li jidher minn barra.
• Il-fejqan li wettaq San Pawl fuq in-nies morda tal-gżira: għarfuh bħala sinjal tal-preżenza Divina
fosthom.
Din il-fidi sempliċi tan-nies, u dan is-sens tad-Divin, San Pawl ħadhom u użahom
biex wassal ir-Rivelazzjoni ta’ Ġesù. Jidher li l-predikazzjoni ta’ Pawlu ħalliet frott
kbir għaliex San Luqa jirrakkonta: “Urewna ġieħ kbir, u meta ġejna biex nitilqu,
għabbew fuq il-ġifen kull ma konna neħtieġu” (Atti 28,10). Dan juri li f’dawk il-ftit
xhur laħqet inbdiet komunità ta’ nies li jemmnu, l-ewwel komunità nisranija f’Malta.
Snin qabel, Ġesù kien diġa’ ħabbar:
“Ħtartkom biex tmorru tagħmlu l-
frott u l-frott tagħkom jibqa'” (Ġw
15,16). Ejjew inħallu din il-ġrajja
tispirana. Hemm bżonn nagħrfu l-
prezenza ta’ Alla f’kollox. Hemm
bżonn niftħu qalbna għal xulxin
għax il-ġenerożità tħallielna qalbna
lesta biex nilqgħu il-Kelma ta’ Alla.
E Spark 64 Frar 2014
Min jaf kemm tkun differenti ħajjitna, il-ħajja f’pajjiżna – u anke fid-
dinja – jekk il-ġrajja li nfakkru fl-10 ta’ Frar inħalluha tqanqal fina
stagħġib u ġġegħlna nistaqsu ċerta mistoqsijiet ... li nipprovaw
inweġbuhom fil-ħajja tagħna.
Recommended