L-Istudji Soċjali – Il-Ħames Sena – 2018 Paġna 1 minn 9
ID-DIPARTIMENT GĦALL-KURRIKULU,
RIĊERKA, INNOVAZZJONI U TAGĦLIM TUL IL-ĦAJJA
Id-Direttorat għall-Programmi ta’ Tagħlim u Assessjar
It-Taqsima tal-Assessjar Edukattiv
L-Eżamijiet Annwali għall-Iskejjel Primarji 2018
IL-ĦAMES SENA L-ISTUDJI SOĊJALI IL-ĦIN: Siegħa
L-Isem: __________________________________ Il-Klassi: __________________
1. Niċċelebraw flimkien.
Ħares lejn dawn iċ-ċelebrazzjonijiet li ġejjin u imla l-vojt. L-ewwel waħda lesta bħala eżempju.
a) Din hija ċelebrazzjoni tal-pajjiż kollu...
Il-jiem tal-Karnival
b) Din hija ċelebrazzjoni ta’ xi bliet u rħula Maltin u Għawdxin...
_______________________________
c) Dawn it-tnejn huma ċelebrazzjonijiet tal-iskola...
_______________________________ _______________________________
d) Dawn it-tlieta huma ċelebrazzjonijiet tal-familja...
_______________________________ _______________________________ _______________________________
(marka 1 x 6 = 6 marki)
Il-jiem tal-Karnival Il-festa ta’ Santa Marija Niċċelebraw Eko Skola
Jum il-premjazzjoni Tiżżewweġ oħti l-kbira Twieled il-kuġin tiegħi Għeluq snin ħija z-żgħir
Paġna 2 minn 9 L-Istudji Soċjali – Il-Ħames Sena – 2018
Pavaljuni tad-drapp fil-festa 2. Niċċelebraw il-festa tal-belt jew raħal tagħna.
Aqta’ sing taħt il-kliem it-tajbin. L-ewwel waħda lesta bħala eżempju. a. F’ħafna bliet u rħula Maltin u Għawdxin, kull sena, jiġu ċċelebrati l-festi
tradizzjonali tagħna, l-aktar fl-istaġun (tax-xitwa , tas-sajf, tal-ħarifa).
b. Ħafna miċ-ċelebrazzjonijiet li jsiru fil-festi tal-lokalità jiġu organizzati mill-knisja flimkien mal-(każini tal-banda, każin tal-futbol, kunsill tal-iskola) tal-post.
c. Għal żmien il-festa, il-bliet u rħula Maltin jiżżejnu bil-bozoz, bil-liedna u (bis-siġar tal-palm, bil-pavaljuni, bil-presepji).
d. F’jiem il-festa jsiru kemm ċerimonji reliġjużi (fil-knisja parrokkjali, fil-bitħa tal-iskola, fl-uffiċini tal-Kunsill) kif ukoll marċi bil-banda mat-toroq tal-lokalità.
e. Għall-festa tal-lokalità n-nies għandhom joħorġu minn djarhom biex jiltaqgħu, jitkellmu u (jiċċelebraw, jiġġieldu, jiskru) flimkien bħala ċittadini tajbin u edukati.
f. (Mhux sewwa, Tajjeb ferm, Dejjem aħjar) li fil-festi, xi drabi, ikun hemm argumenti u piki żejda bejn il-każini u n-nies tal-post.
g. Il-festi fl-ibliet u l-irħula tagħna għandhom iservu biex in-nies (jinsew, imaqdru, japprezzaw ) aktar it-tradizzjonijiet u l-identità tal-belt jew raħal fejn jgħixu.
(marka 1 x 6 = 6 marki)
L-Istudji Soċjali – Il-Ħames Sena – 2018 Paġna 3 minn 9
3. Niċċelebraw il-Festa tal-Vitorja. Imla l-vojt bil-kliem li ġejjin. L-ewwel waħda hija lesta bħala eżempju.
Il-Vitorja hija waħda mill-ħames festi nazzjonali tagħna l-Maltin, u tiġi nhar it-8 ta’
____________. Ta’ kull sena, f’din il-festa, infakkru ____________ ġrajjiet
importanti ħafna fl-istorja ta’ Malta. Dawn huma r-rebħa tal- ____________ l-Kbir u
t-tmiem tat-Tieni ____________Dinjija.
Fil-____________, kif ukoll fil-Belt Valletta hemm żewġ ____________marbutin ma’
din il-festa nazzjonali. Fil-Birgu nsibu l-monument ta’ Malta ____________fil-pjazza
ta’ din il-belt qadima. Il-monument tal-Assedju l-Kbir, fil-Belt Valletta, jinsab quddiem
il-____________, fi Triq ir-Repubblika. Dan il-monument ħadmu l-iskultur Malti
Antonio ____________. Fih ____________figuri, bil-figura tan-nofs tirrappreżenta
lill- ____________Malti.
Fil-festa tal-Vitorja jsiru wkoll it-tiġrijiet tad-____________ fil-Port il-Kbir. Din
l-attività hija magħrufa bħala r-____________. Din il-festa hija magħrufa wkoll bħala
l-____________ Settembre.
(marka 1 x 14 = 14-il marka)
nazzjonali tliet żewġ Settembru Gwerra Qorti Regatta Otto dgħajjes monumenti
rebbieħa poplu Sciortino Birgu Assedju
Kif intom tfal? Jiena Karen, u ser
inkellimkom ftit dwar il-festa tal-Vitorja.
Paġna 4 minn 9 L-Istudji Soċjali – Il-Ħames Sena – 2018
4. Il-bliet il-qodma. Inqabblu l-Imdina maċ-Ċittadella. Ifhem sewwa dawn is-sentenzi u ikteb VERU jew FALZ.
L-Imdina - Malta Iċ-Ċittadella - Għawdex
VERU jew FALZ
a. Il-Katidral taċ-Ċittadella f’Għawdex huwa ddedikat lil Santa Marija.
b. It-Torri tal-Istandard qiegħed fil-pjazza taċ-Ċittadella f’Għawdex.
c. Fiċ-Ċittadella nistgħu naraw bini antik, xi mużewijiet u veduti sbieħ.
d. L-Imdina ġiet mibnija fuq għolja mijiet ta’ snin ilu.
e. Il-Palazz tal-Inkwiżitur nistgħu narawh fil-belt tal-Imdina.
f. Iċ-Ċittadella hija belt qadima ħafna f’Għawdex mibnija ħdejn il-baħar.
g. Kemm l-Imdina kif ukoll iċ-Ċittadella huma mdawrin sewwa bis-swar.
h. Meta nkunu Għawdex nistgħu naraw il-Forti Sant’Anglu fiċ-Ċittadella.
i. Kemm fl-Imdina, kif ukoll fiċ-Ċittadella, għadna nsibu diversi toroq dojoq.
j. Meta ġew Malta, il-Kavallieri ta’ San Ġwann għażlu l-Imdina bħala l-belt kapitali tagħhom.
k. Il-katidrali taċ-Ċittadella u tal-Imdina t-tnejn ġew iddisinjati mill-perit Lorenzo Gafa’.
l. Waqt li l-Katidral taċ-Ċittadella m’għandux koppla, dak tal-Imdina għandu koppla maestuża.
(marka 1 x 12 = 12-il marka)
L-Istudji Soċjali – Il-Ħames Sena – 2018 Paġna 5 minn 9
5. Dawra mal-belt qadima tal-Imdina. Agħmel ċirku madwar l-attrazzjonijiet li t-turisti u l-Maltin iħobbu jżuru ġewwa l-Imdina. Għandek waħda lesta bħala eżempju. Trid issib sitta oħra.
(marka 1 x 6 = 6 marki)
6. Irrispondi dawn il-mistoqsijiet dwar l-Imdina.
a) Il-katidral taċ-Ċittadella huwa ddedikat lil Santa Marija. Lil min huwa ddedikat
il-katidral tal-Imdina? Lil _______________________________________.
(1)
b) Għaliex taħseb li l-Imdina nbniet fil-għoli u ’l bogħod mill-baħar?
____________________________________________________________
____________________________________________________________
____________________________________________________________
(2)
il-Knisja Tal-Karmnu
il-Mużew tal-Arkeoloġija
il-Palazz Vilhena
Bieb il-Griegi
il-Knisja ta’ San
Lawrenz
it-Torri
tal-Istandard
il-Monument tal-Ħelsien
Palazzo Falson
il-Katidral ta’ Malta
it-Torri
tal-Arloġġ
il-Mużew
tal-Istorja Naturali
il-Berġa ta’
Kastilja
Paġna 6 minn 9 L-Istudji Soċjali – Il-Ħames Sena – 2018
c) L-Imdina nbidlet ħafna matul is-snin. Semmi xi ħaġa li nbidlet u xi ħaġa li baqgħet
l-istess fl-Imdina sal-lum.
Xi ħaġa li NBIDLET... Xi ħaġa li baqgħet L-ISTESS...
(2)
(5 marki)
7. Dawra madwar il-belt qadima tal-Birgu. Aqta’ sing taħt it-tweġiba t-tajba. L-ewwel waħda lesta bħala eżempju.
Il-Palazz tal-Inkwiżitur Il-Forti Sant’Anġlu Il-Mużew Marittimu
a) Il-belt qadima tal-Birgu tinsab fuq peniżola li minn wara tmiss ma’ (Marsaxlokk,
Bormla, Ħal Qormi).
b) Illum il-ġurnata l-belt kapitali ta’ Malta hija (l-Birgu, l-Imdina, l-Belt Valletta).
c) Il-belt qadima tal-Birgu hija magħrufa wkoll bħala Citta (Vittoriosa, Cospicua, Senglea).
d) Fuq il-ponta tal-Birgu, mal-baħar, insibu l-forti (Sant’Iermu, Sant’Anġlu, San Luċjan).
e) Il-knisja tal-Birgu ġiet iddedikata lil (San Lawrenz, Santa Marija, San Pietru).
f) Fil-Birgu kemm it-turisti kif ukoll il-Maltin jistgħu jżuru ( Palazzo Falzon, il-Palazz tal-Inkwiżitur, il-Palazz Vilhena).
L-Istudji Soċjali – Il-Ħames Sena – 2018 Paġna 7 minn 9
g) Fil-bidu, meta ġew Malta, il-Kavallieri ta’ San Ġwann għamlu (l-Imdina, ċ-Ċittadella, l-Birgu) bħala l-belt ewlenija tagħhom.
h) Sal-lum il-ġurnata, fil-Birgu għadna nistgħu naraw xi (bereġ, ħwienet, skejjel) tal-Kavallieri.
i) Fost il-mużewijiet importanti li nsibu fil-Birgu llum hemm il-(Mużew tal-Arkeoloġija, Mużew Marittimu, Mużew tal-Istorja Naturali).
( marka 1 x 8 = 8 marki )
8. It-Turiżmu f’pajjiżna.
Immarka b’ dawk il-postijiet f’Malta u Għawdex li huma l-iżjed popolari mat-turisti li jżuruna. Għandek waħda lesta bħala eżempju u trid issib sitta oħra.
Ħaż Żebbuġ Iċ-Ċittadella
Ħal Qormi Marsalforn
Tas-Sliema
Santa Luċija
Il-Belt Valletta Iż-Żejtun
Ħal Kirkop l-Imdina
Birkirkara Ħal Għaxaq
Buġibba Marsaxlokk
(marka 1 x 6 = 6 marki)
Paġna 8 minn 9 L-Istudji Soċjali – Il-Ħames Sena – 2018
9. Wieġeb dwar it-Turiżmu.
a) Semmi żewġ affarijiet li jistennew it-turisti meta jżuru l-gżejjer Maltin.
1) _________________________ 2) __________________________ (2)
b) Semmi tliet xogħlijiet li huma marbutin mill-qrib mal-industrija tat-turiżmu.
1) _________________________
2) _________________________
3) _________________________ (3)
(5 marki)
10. Aħna u t-turisti li jżuru pajjiżna.
F’diversi nħawi ta’ pajjiżna niltaqgħu ma’ ħafna turisti, speċjalment fix-xhur tas-sajf. Wieġeb billi tikteb żewġ sentenzi fuq KULL waħda mill-mistoqsijiet li ġejjin.
a) Kemm huwa importanti t-turiżmu għal pajjiżna u għaliex taħseb hekk?
____________________________________________________________
____________________________________________________________
____________________________________________________________
____________________________________________________________
____________________________________________________________
____________________________________________________________
____________________________________________________________
____________________________________________________________
L-Istudji Soċjali – Il-Ħames Sena – 2018 Paġna 9 minn 9
b) Xi jħobbu jaraw u jagħmlu l-aktar it-turisti li jiġu f’pajjiżna?
____________________________________________________________
____________________________________________________________
____________________________________________________________
____________________________________________________________
____________________________________________________________
____________________________________________________________
____________________________________________________________
____________________________________________________________
____________________________________________________________
c) Kif għandna nġibu ruħna b’mod pożittiv mat-turisti li niltaqgħu magħhom?
____________________________________________________________
____________________________________________________________
____________________________________________________________
____________________________________________________________
____________________________________________________________
____________________________________________________________
____________________________________________________________
____________________________________________________________
____________________________________________________________
(2 marki x 6 = 12-il marka)
TMIEM IL-KARTA