Upload
fathia
View
97
Download
5
Embed Size (px)
DESCRIPTION
Sibt il-Għid: Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid Sena B. Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid. Qari I Alla ħares lejn kull ma għamel u ra li kollox kien sew ħafna . Ġen 1, 1 - 2, 2 Qari mill-Ktieb tal-Ġenesi. Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid. - PowerPoint PPT Presentation
Citation preview
Sibt il-Għid:Velja fil-Lejl Qaddistal-Għid
Sena B
Qari IAlla ħares lejn kull ma għamel u ra li kollox kien sew ħafna. Ġen 1, 1 - 2, 2
Qari mill-Ktieb tal-Ġenesi.
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
Fil-bidu Alla ħalaq is-sema u l-art: u kienet l-art taħwid u baħħ;
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
u d-dlam kien fuq wiċċ l-abbissi u fuq wiċċ l-ibħra kien jittajjar l-ispirtu ta’ Alla.
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
U qal Alla: «Ħa jkun id-dawl.» U d-dawl sar. U ra Alla d-dawl li kien tajjeb.
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
U Alla fired id-dawl mid-dlam. U d-dawl Alla semmieh jum, u d-dlam sejjaħlu lejl.
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
U dalam u sebaħ - L-ewwel jum.
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
U qal Alla: «Ħa jkun hemm medda f’nofs l-ilmijiet u tifred ilma minn ilma.»
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
U Alla għamel il-medda u fired l-ilma ta’ taħt il-meddamill-ilma ta’ fuq il-medda. U hekk sar.
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
U l-medda Alla semmieha sema. U dalam u sebaħ - It-tieni jum.
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
U qal Alla: «Ħa jinġemgħu naħa waħda l-ilmijiet ta’ taħt is-sema u jidher l-inxif.»
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
U hekk sar. U sejjaħ Alla l-inxif art; u l-ġemgħa tal-ilma sejħilha baħar. U Alla ra li kollox kien tajjeb.
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
U qal Alla:«Ħa tnibbet l-art il-ħaxix, ħaxix li jagħmel iż-żerriegħa,
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
siġar li jagħmlu l-frott biż-żerriegħa ġo fih skont għamliethom, fuq l-art.»
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
U hekk sar. U nibbtet l-art il-ħaxix, ħaxix li jagħmel iż-żerriegħaskont għamlietu
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
u siġar jagħmlu l-frott biż-żerriegħa Skont għamlietu; u ra Alla li kien tajjeb.
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
U dalam u sebaħ - It-tielet jum.
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
U qal Alla: «Ħa jkun hemm imnariet fil-firxa tas-sema biex jifirdu l-jum mil-lejl,
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
u jkunu sinjali għat-tqassim taż-żminijiet,tal-jiem u tas-snin.
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
U jkun hemm imnarietfil-firxa tas-semabiex idawlu l-art.»U hekk sar.
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
U għamel Alla ż-żewġ imnariet il-kbar;
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
l-imnara l-kbira biex trieġi l-jum, u l-imnara ż-żgħira biex trieġi l-lejl, u l-kwiekeb.
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
U Alla qegħedhom fil-firxa tas-sema biex jiddu fuq l-art, u jrieġu l-jum u l-lejl u jifirdu d-dawl mid-dlam.
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
U Alla ra li kien tajjeb. U dalam u sebaħ - Ir-raba’ jum.
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
U qal Alla: «Jiżgħed l-ilma b’kotra ta’ ħlejjaq ħajjin u jittajru t-tjur fuq l-art fil-wesgħa tas-smewwiet.»
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
U Alla ħalaq il-ħut il-kbir u l-annimali kollha li jitkaxkru, li bihom miżgħud l-ilma, skont ġenshom,
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
u t-tajr bil-ġwienaħ skont ġenshom.
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
U ra Alla li kien tajjeb.
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
U berikhom Alla u qalilhom: «Welldu u oktru, u imlew l-ilma tal-ibħra; u joktor it-tajr fuq l-art.»
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
U dalam u sebaħ - Il-ħames jum.
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
U qal Alla: «Ħa tnissel l-art ħlejjaq ħajja skont ġenshom:
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
bhejjem tad-dar, annimali li jitkaxkru, u bhejjem selvaġġi, skont ġenshom.»U hekk sar.
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
U għamel Alla l-bhejjem selvaġġi skont ġenshom, u l-bhejjem tad-dar skont ġenshom,
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
u l-ħlejjaq kollha li jitkaxkru fuq l-art skont ġenshom. U ra Alla li kien tajjeb.
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
U qal Alla: «Ħa nagħmlu l-bniedem fuq is-sura u x-xbieha tagħna,
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
u jaħkmu fuq il-ħut tal-baħar u fuq it-tajr tal-ajru, fuq il-bhejjem tad-dar
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
u fuq il-bhejjem selvaġġi, u fuq il-ħlejjaq li jitkaxkru fuq l-art.»
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
U Alla ħalaq il-bniedem fuq xbihietu,fuq xbihat Alla ħalqu:raġel u mara ħalaqhom.
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
U berikhom Alla u qalilhom:«Nisslu u oktru,u imlew l-art, u aħkmuha;
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
u saltnu fuq il-ħut tal-baħaru t-tajr tal-ajruu l-ħlejjaq kollha li jitkaxkru fuq l-art.»
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
U qal Alla: «Araw, jien tajtkom il-ħaxix kollu, li jagħmel iż-żerriegħafuq wiċċ l-art,
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
u s-siġar kollha li jagħmlu l-frott biż-żerriegħa: dawn kollha jkunu għall-għajxien tagħkom.
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
U lill-bhejjem kollha selvaġġiu t-tajr kollu tal-ajru
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
u l-ħlejjaq kollha li jitkaxkru fl-art li fihom nifs il-ħajja,
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
nagħtihom il-ħaxix kollu aħdar għall-għajxien tagħhom.» U hekk sar.
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
U ħares Alla lejn kull ma kien għamel, u, ara, kollox kien tajjeb ħafna.
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
U dalam u sebaħ - Is-sitt jum.
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
U hekk tlestew is-sema u l-art bit-tagħmir kollu tagħhom.
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
U fis-seba’ jum Alla temm ix-xogħol tiegħu kollu li kien għamel,
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
u waqaf fis-seba’ jum mix-xogħol tiegħu li kien għamel.
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
Il-Kelma tal-Mulej.
℟. Irroddu ħajr lil Alla.

Salm ResponsorjaliSalm 103 (104), 1-2a.5-6.10.12.13-14.24.35ċ
℟. Ġedded il-wiċċ tal-art, Mulej.
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
Bierek ruħ tiegħi, il-Mulej!Mulej, Alla tiegħi, inti kbir bil-bosta!
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
Bis-sebħ u bil-ġmiel inti mlibbes,bid-dawl, bħal b’mantell, inti mkebbeb.
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
℟.Ġedded il-wiċċ tal-art, Mulej.

Int waqqaft l-art fuq is-sisien tagħha,b’mod li qatt ma titħarrek;
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
bl-ibħra, bħal b’libsa, inti ksejtha;u l-ilmijiet waqfu fuq qċaċet l-għoljiet.
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
℟.Ġedded il-wiċċ tal-art, Mulej.
L-għejun tiftħilhom għal ġol-widien,u huma jiġru qalb l-għoljiet.
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
Ħdejhom jgħammru l-għasafar tal-ajru,minn qalb il-friegħi jsemmgħu l-għana tagħhom.
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
℟.Ġedded il-wiċċ tal-art, Mulej.
Inti ssaqqi l-muntanji mill-imħażen għolja tiegħek,u tixba’ l-art bil-frott ta’ għemilek.
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
Inti tnibbet il-ħdura għall-bhejjem,u l-ħxejjex li bihom jinqeda l-bniedem.
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
℟.Ġedded il-wiċċ tal-art, Mulej.
Kemm huma kotrana l-għemejjel tiegħek, Mulej!Kollha bl-għerf għamilthom;
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
mimlija l-art bil-ħlejjaq tiegħek.Bierek, ruħ tiegħi, il-Mulej.
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
℟.Ġedded il-wiċċ tal-art, Mulej.Bilwieqfa
Qari IIIs-sagrifiċċju ta’ missierna Abraham.Ġen 22,1-18
Qari mill-Ktiebtal-Ġenesi.
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
F’dak iż-żmien, Alla ried iġarrab lil Abraham u qallu: «Abraham!»
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
U hu wieġbu: «Hawn jien!» U qallu: «Aqbad lil ibnek il-waħdieni,li inti tħobb, lil Iżakk;
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
u mur lejn l-art ta’ Morija, u hemm offrihb’sagrifiċċju tal-ħruq fuq waħda mill-għoljiet li jien se ngħidlek.»
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
U Abraham bakkar mas-sebħ, xedd il-ħmar tiegħu,
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
ħa tnejn mill-qaddejja tiegħu, u lil Iżakk.
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
Qatta’ l-ħatab għas-sagrifiċċju tal-ħruq, u qam, u telaq lejn il-post li qallu bih Alla.
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
Fit-tielet jum Abraham rafa’ għajnejh, u lemaħ il-post mill-bogħod. U Abraham qal lill-qaddejja tiegħu:
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
«Oqogħdu hawn bil-ħmar, u jien u ż-żagħżugħ immorru sa hemm, u nagħtu qima u nerġgħu lura ħdejkom.»
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
U Abraham qabad il-ħatab għas-sagrifiċċju, għabbieh fuq Iżakk ibnu, ħa f’idejh in-nar u s-sikkina, u telqu t-tnejn flimkien.
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
U Iżakk qal lil Abraham missieru: «Missier!» Dak wieġbu: «Hawn jien, ibni.»
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
U Iżakk qallu: «Hawn huma n-nar u l-ħatab, fejn hu l-ħaruf għas-sagrifiċċju tal-ħruq?»
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
U Abraham wieġbu: «Alla jaħseb hu għall-ħaruf għas-sagrifiċċju, ibni.» U baqgħu sejrin it-tnejn flimkien.
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
U waslu fil-post li kien semmielu Alla; u hemm Abrahambena l-artal u firex il-ħatab fuqu,
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
u rabat lil ibnu Iżakk u qiegħdu fuq l-artal, fuq il-ħatab.
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
U Abraham medd idu u qabad is-sikkina biex joqtol lil ibnu.
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
U sejjaħlu l-anġlu tal-Mulejmis-smewwiet u qallu: «Abraham, Abraham!»
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
U dan wieġbu: «Hawn jien.» U qallu: «La tmiddx idekfuq iż-żagħżugħ
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
u tagħmillu ebda ħsara;għax issa naf li inti tibża’ minn Alla, u ma ċaħħadtnix minn ibnek il-waħdieni.»
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
U Abraham rafa’ għajnejh,ta ħarsa madwaru, u ra muntun warajhmaqbud minn qrunufil-friegħi.
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
U Abraham mar u qabad il-muntun,u offrieh b’sagrifiċċju tal-ħruq minflok ibnu.
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
U Abraham semma dak il-post: «Jaħweh-jire – jiġifieri – il-Mulej jipprovdi,»
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
kif għadu jingħad sa llum:«Fuq il-muntanja Jaħweh-jire,il-Mulej jipprovdi.»
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
U għat-tieni darba l-anġlu tal-Mulej sejjaħ lil Abrahammis-smewwiet u qallu:
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
«Naħlef fuq ruħi - oraklu tal-Mulej -la darba int għamilt ħaġa bħal din,
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
«u ma ċaħħadtnix minn ibnek il-waħdieni, jien imbierkek żgur
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
«u nkattarlek sewwa lil nislekbħall-kwiekeb tas-sema u bħar-ramel f’xatt il-baħar;
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
«u nislek għad jiret il-bibien tal-għedewwa tiegħu. U jitbierku b’nislek il-ġnus kollha tal-art talli smajt minn kelmti.»
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
Il-Kelma tal-Mulej.
℟. Irroddu ħajr lil Alla.
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
Salm ResponsorjaliSalm 15 (16), 5.8.9-10.11
℟. Ħarisni, o Alla, għax fik jien nistkenn.
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
Mulej, inti s-sehem tal-wirt u r-riżq tiegħi,inti żżomm f’idejk xortija.
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
Inżomm il-Mulej dejjem quddiemi,għax bih f’leminti qatt ma nitħarrek.
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
℟.Ħarisni, o Alla, għax fik jien nistkenn.

Hekk tifraħ qalbi tithenna ruħi,u ġismi wkoll jistrieħ fil-kwiet.
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
Għax int ma titlaqnix fl-imwiet,ma tħallix il-maħbub tiegħek jara l-qabar.
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
℟.Ħarisni, o Alla, għax fik jien nistkenn.
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
Int tgħallimni t-triq tal-ħajja;hemm il-milja tal-ferħ quddiemek,
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
hemm l-għaxqa għal dejjem f’lemintek.
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
℟.Ħarisni, o Alla, għax fik jien nistkenn.Bilwieqfa
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
Qari IIIUlied Iżrael daħlu fl-inxief f’nofs il-baħar.Eż 14, 15 - 15,1
Qari mill-Ktiebtal-Eżodu.
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
F’dak iż-żmien, il-Mulej qal lil Mosè:
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
«Għax issejjaħ lili? Għid lil ulied Iżrael jerfgħu t-tined tagħhom u jitilqu.
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
«U intgħolli l-ħatar tiegħek, u midd idek fuq il-baħar u oforqu.
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
«Ulied Iżrael, imbagħad,jaqsmu fin-niexef f’nofs il-baħar.
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
«U ara, jiena nwebbes il-qalb tal-Eġizzjani biex jgħaddu warajkom, u nuri l-glorja tiegħi
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
«permezz tal-Fargħun u l-eżerċtu tiegħu kollu, bil-karrijiet u r-rikkieba tiegħu.
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
«U mbagħad ikunu jafu l-Eġizzjani li jiena l-Mulej, meta nuri l-glorja tiegħi
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
«permezz tal-Fargħun, bil-karrijiet u r-rikkieba tiegħu.»
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
U mbagħad l-anġlu ta’ Alla, li kien miexi quddiem it-tined ta’ Iżrael,telaq u mar warajhom,
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
u l-kolonna ta’ sħab minn quddiemhommarret qagħdet warajhom,
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
u ġiet bejn it-tined tal-Eġizzjani u t-tined ta’ Iżrael.
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
Kien hemm is-sħaba u d-dlam, u għadda l-lejl bla maħadd minnhom seta’ jersaq wieħed lejn l-ieħor.
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
Mosè medd idu fuq il-baħar, u l-Mulej reġġa’ lura l-baħar b’riħ qawwi mil-Lvant matul il-lejl kollu;
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
il-baħar ixxotta u l-ilmijiet inferqu. U mbagħad ulied Iżrael daħlu fin-niexef f’nofs il-baħar;
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
l-ilmijiet kienu għalihom qishom ħitan fuq il-lemin u fuq ix-xellug.
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
L-Eġizzjani marru warajhom, u daħlu f’nofs il-baħar, iż-żwiemel kollha tal-Fargħun, il-karrijiet u r-rikkieba tiegħu.
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
Fis-sahra ta’ filgħodu, il-Mulej minn ġol-kolonna tan-nar u s-sħaba xeħet ħarsa fuq it-tined tal-Eġizzjani, u ħarbathom.
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
U xekkel ir-roti tagħhom u bit-tbatija setgħu jmexxuhom.
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
U mbagħad l-Eġizzjanibdew jgħajtu:
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
«Ħa naħarbu minn quddiem Iżrael, għaliex il-Mulej qiegħed jiġġieled kontra l-Eġizzjani!»
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
Il-Mulej qal lil Mosè:
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
«Midd idek fuq il-baħar, u l-ilma jerġa’ lurafuq l-Eġizzjani, bil-karrijiet u r-rikkieba tagħhom.»
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
U Mosè medd idu fuq il-baħar. U ma’ sbiħ il-jum il-baħar raġa’ lura fejn kien qabel,
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
u l-Eġizzjani, huma u jaħarbu, sabu ruħhom fih. Hekk il-Mulejgerbibhom f’nofs l-ilma.
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
L-ilmijiet reġgħu lura u għarrqu l-karrijietu r-rikkieba
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
tal-eżerċtu kollu tal-Fargħunli kienu ġejjin warajhomfil-baħar. Anqas wieħed ma baqa’ minnhom.
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
U wlied Iżraelgħaddew fin-niexef f’nofs il-baħar,
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
u l-ilmijiet kienu għalihombħal ħitan wieħed fuq il-lemin u l-ieħor fuq ix-xellug.
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
Dakinhar il-Mulej salva lil Iżrael minn id l-Eġizzjani, u Iżrael ra l-Eġizzjani mejta fuq xatt il-baħar.
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
Ra Iżrael kull ma għamel il-Mulejlill-Eġizzjani bil-qawwa ta’ driegħu.
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
U beża’ l-poplu mill-Mulej, u emmen fil-Mulej u f’Mosè, il-qaddej tiegħu.
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
Imbagħad Mosè, flimkien ma’ wlied Iżrael, għanna din l-għanja lill-Mulej, u qalu:
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
KantikuEż 15, 1-2.3-4.5-6.17-18
℟. Ngħanni lill-Mulej għax tkabbar bis-sħiħ.
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
«Ngħanni lill-Mulej, għax tkabbar bis-sħiħ.Żwiemel u rikkieba waddabhom fil-baħar.
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
«Qawwieti u għanjieti l-Mulej:għalija sar is-salvazzjoni.
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
«Dan hu Alla tiegħi, u lilu nfaħħar;Alla ta’ missieri, u lilu ngħolli!
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
℟.Ngħanni lill-Mulej għax tkabbar bis-sħiħ.

«Il-Mulej gwerrier,Jaħweh ismu!L-imriekeb tal-Fargħun u qawwietu tefagħhom fil-baħar;
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
«l-aħjar fost il-gwerriera tiegħuf’Baħar il-Qasab għarraqhom!
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
℟.Ngħanni lill-Mulej għax tkabbar bis-sħiħ.
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
«Belagħhom l-irdum,bħal ġebla niżlu fil-qiegħ.
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
«Lemintek, Mulej,issebbħet fil-qawwa,lemintek, Mulej, tfarrak il-għadu.
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
℟.Ngħanni lill-Mulej għax tkabbar bis-sħiħ.
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
«Lill-poplu tiegħek int twasslu u tħawlufuq il-muntanja, il-wirt tiegħek,
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
«l-imkien, Mulej, li int għamiltu għamartek;il-maqdes, Sidi, li ħejjew idejk.
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
«Il-Mulej isaltan għal dejjem ta’ dejjem.»
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
℟.Ngħanni lill-Mulej għax tkabbar bis-sħiħ.Bilwieqfa
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
Qari IVBi mħabba ta’ dejjem ħenn għalik il-Mulej.Is 54, 5-14
Qari mill-Ktiebtal-Profeta Isaija.
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
L-għarus tiegħek il-Ħallieq tiegħek,Jaħweh tal-eżerċti jismu;
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
il-feddej tiegħek, il-Qaddis ta’ Iżrael,Alla tal-art kollha jissejjaħ.
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
Iva, bħal mara mitluqa u mdejqa f’qalbhasejjaħlek il-Mulej,
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
bħal mara mitluqa f’żgħożitha,jgħid il-Mulej Alla tiegħek.
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
Għal ftit jien tlaqtek;imma bi mħabba bla qjies jien nerġa’ niġbrok.
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
Fis-saħna tal-korla ħbejt wiċċi għal ftit minnek;
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
bi mħabba ta’ dejjem inħenn għalik,jgħid il-Mulej, il-Feddej tiegħek.
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
Dan għalija bħal fi żmien Noè,meta ħlift li l-ilma ma jerġax jgħarraq l-art.
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
Hekk naħlef issa li ma nisħonx aktar għalik,u lanqas ma nċanfrek.
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
Jistgħu jitħarrku l-muntanji,jitheżżu l-għoljiet,imma mħabbti minn miegħek ma titħarrikx,
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
u s-sliem tal-patt tiegħi ma jitheżżiżx,jgħid il-Mulej li jħenn għalik.
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
Magħkusa, imħabbta mill-irwiefen, mara bla faraġ!
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
Jien inqiegħed il-ġebel tiegħek fl-ifjen tajn;u l-pedamenti tiegħek biż-żaffir.
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
Nagħmel l-amberżuni ta’ swarek tar-rubini,u bwiebek tal-karbunkli,u d-dawra tas-swar tal-ħaġar prezzjuż.
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
Uliedek ilkoll ikunu mgħallma mill-Mulej,kbir għad ikun ġid uliedek.
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
Fuq sies il-ġustizzja titwaqqaf,’il bogħod mit-tagħkis,għax ma għandekx mniex tibża’;
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
u ’l bogħod mit-twerwir għax ma jersaqx lejk.Jekk jaħbtu għalik, ma jkunx minni;
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
min jaħbat għalik, jaqa’ quddiemek.
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
Il-Kelma tal-Mulej.
℟. Irroddu ħajr lil Alla.
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
Salm ResponsarjaliSalm 29 (30), 2.4.5-6.11.12a.13b
℟. Ngħollik, Mulej, għax erfajtni.
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
Ngħollik, Mulej, għax erfajtni,u ma ferraħtx l-għedewwa tiegħi bija.
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
Mulej, tellajtli mill-mewt lil ruħi,ħlistni minn fost dawk li jinżlu fil-ħofra.
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
℟.Ngħollik, Mulej, għax erfajtni.

Għannu lill-Mulej, ħbieb tiegħu,faħħru l-isem imqaddes tiegħu.
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
Għax ftit iddum is-saħna tiegħu,iżda għomor sħiħ l-imħabba tiegħu.
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
Filgħaxija jidħol il-biki,filgħodu jidwi l-għajjat ta’ ferħ.
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
℟.Ngħollik, Mulej, għax erfajtni.
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
Ismagħni, Mulej, u ħenn għalija;kun, Mulej, l-għajnuna tiegħi.
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
Int bdilt fi żfin l-għali tiegħi,Mulej, Alla tiegħi, infaħħrek għal dejjem!
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
℟.Ngħollik, Mulej, għax erfajtni.Bilwieqfa
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
Qari VErsqu lejja, isimgħu u tieħdu r-ruħ.Is 55, 1-11
Qari mill-Ktiebtal-Profeta Isaija.
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
Dan jgħid il-Mulej:«Intom li bikom l-għatx, ejjew għall-ilma;intom ukoll li m’għandkomx flus.
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
«Ejjew, ixtru u kulu b’xejn,inbid u ħalib bla ħlas.
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
«Għaliex taħlu fluskom f’dak li mhuwiex ħobż,u ġidkom f’dak li ma jxebbax?
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
«Isimgħu minni, u tieklu tajjeb,u ruħkom titpaxxa b’ikel bnin.
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
«Agħtuni widen u ersqu lejja,isimgħu u tieħdu r-ruħ.
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
«Nagħmel patt magħkom għal dejjem,biex iseħħu l-favuri mwiegħda lil David.
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
«Ara, jien qegħedtu xhud fost il-ġnus,prinċep u leġiżlatur fuq il-popli.
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
«Int ġens li ma tafx bih issejjaħ;ġnus li ma jafukx jiġru lejk,
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
«minħabba fil-Mulej, Alla tiegħek,il-Qaddis ta’ Iżrael,għax lilek żejjen bil-ġieħ.
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
«Fittxu l-Mulej sakemm tistgħu ssibuh,sejħulu sakemm hu fil-qrib!
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
«Ħa jħalli triqtu l-midneb,u l-bniedem il-ħażin fehmietu;
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
«ħa jerġa’ lura għand il-Mulej u jħenn għalih,għand Alla tagħna għax hu jaħfer ħafna.
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
Il-fehmiet tiegħi mhumiex fehmietkom,u t-triqat tiegħi mhumiex triqatkom.Oraklu tal-Mulej.
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
«Għax daqs kemm huma ogħlas-smewwiet mill-art,
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
«daqshekk ieħor huma triqati ’l fuq minn triqatkom,
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
«u l-fehmiet tiegħi mill-fehmiet tagħkom.
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
«Bħalma x-xita u s-silġ jinżlu mis-smewwiet,u ma jerġgħux lura mnejn ġew bla ma jsaqqu l-art,
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
«imma jġegħluha tnissel u tnibbet,u tagħti ż-żerriegħa lil min jiżra’ u l-ħobż lil min jiekol,
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
«hekk jiġri minn kelmti:hija toħroġ minn fommi,u ma terġax lura vojta,
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
«imma tagħmel dak li jogħġob lili,u ttemm dak li nkun bgħattha tagħmel.»
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
Il-Kelma tal-Mulej.
℟. Irroddu ħajr lil Alla.
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
KantikuIs 12, 2-3.4bċd. 5-6
℟. Kollkom ferħana, timlew l-ilma
mill-għejun tas-salvazzjoni.
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
Ara, Alla s-salvazzjoni tiegħi,jiena nittama u ma jkollix mniex nibża’.
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
Għax qawwieti u għanjieti hu l-Mulej,għalija sar is-salvazzjoni.
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
℟.Kollkom ferħana, timlew l-ilma mill-għejun tas-salvazzjoni.

Kollkom ferħana timlew l-ilmamill-għejun tas-salvazzjoni.
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
Roddu ħajr lill-Mulej, sejħu ismu,għarrfu lill-ġnus bl-għemejjel tiegħu,
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
xandru li ismu huwa fl-għoli.
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
℟.Kollkom ferħana, timlew l-ilma mill-għejun tas-salvazzjoni.
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
Għannu lill-Mulejgħax għamel ħwejjeġ kbar;ħa jkun dan magħruf mal-art kollha.
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
Aqbeż bil-ferħ, għanni, int li tgħammar f’Sijon,għax kbir hu f’nofsok il-Qaddis ta’ Iżrael!
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
℟.Kollkom ferħana, timlew l-ilma mill-għejun tas-salvazzjoni.Bilwieqfa
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
Qari VIImxi lejn id-dija tad-dawl tal-Mulej.Bar 3, 9-15.32 - 4,4
Qari mill-Ktiebtal-Profeta Baruk.
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
Isma’, Iżrael, il-kmandamenti tal-ħajja,agħtu widen, tgħallmu l-għerf!
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
Għala, Iżrael, għala tinsab f’art l-għedewwa tiegħek?
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
Għala qiegħed tixjieħ f’art barranija?
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
Għala int imniġġes mal-mejtin,magħdud fost dawk li jinżlu f’Qiegħ l-Art?
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
Int twarrabt mill-għajn tal-għerf.
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
Li kieku mxejt fit-triq ta’ Alla,kont tkun tgħix fis-sliem għal dejjem!
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
Tgħallem fejn hemm l-għaqal,fejn hemm il-qawwa, fejn hemm id-dehen,
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
biex f’ħin wieħed tagħraf fejn hemmit-tul tal-għomor u t-tul tal-ħajja,
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
fejn hemm id-dawl għall-għajnejn u s-sliem.
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
Imma min kixef fejn jinsab l-għerf?U min daħal fl-imħażen tiegħu?
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
Imma Dak li jaf kollox jaf fejn hu l-għerf,għax sabu bid-dehen tiegħu.
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
Dak li ħejja l-art għal dejjem,li mlieha bil-bhejjem li jimxu fl-art;
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
hu, li jibgħat id-dawl, u dan imur;isejjaħlu, u jisma’ minnu mriegħed;
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
jiddu l-kwiekeb għassiesa f’posthom, kollhom ferħana;
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
hu jsejħilhom, u huma jwieġbu: «Hawn aħna;»jiddu ferħana għal dak li għamilhom.
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
Dan hu Alla tagħna:ħadd ma joqgħod ħdejh!
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
Hu sab it-triq kollha tal-għerf,u tah lil Ġakobb, il-qaddej tiegħu,
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
u lil Iżrael, il-maħbub tiegħu.
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
Imbagħad dan l-għerf deher fid-dinjau għammar fost il-bnedmin.
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
Hu ktieb il-kmandamenti ta’ Alla,hu l-Liġi li tibqa’ għal dejjem;
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
kull min iħarsu jgħix,dawk li jħalluh imutu.
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
Erġa’ lura, Ġakobb, u ilqa’ l-għerf,imxi lejn id-dija ta’ dawlu;
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
titlaqx il-glorja tiegħek lil ħaddieħor,lanqas ġieħek lil ġens barrani.
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
Hienja aħna, Iżrael,għax dak li jogħġob lil Alla kien mgħarraf lilna.
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
Il-Kelma tal-Mulej.
℟. Irroddu ħajr lil Alla.
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
Salm ResposorjaliSalm 18 (19), 8.9.10.11
℟. Mulej, inti għandek il-kliem tal-ħajja ta’ dejjem.
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
Il-liġi tal-Mulej perfetta,u tagħti l-ħajja;ix-xhieda tal-Mulej hi sewwa,u tgħallem lil min ma jafx.
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
℟.Mulej, inti għandek il-kliem tal-ħajja ta’ dejjem.

Il-preċetti tal-Mulej dritti,u jferrħu l-qalb;il-kmandament tal-Mulej safi, u jdawwal l-għajnejn.
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
℟.Mulej, inti għandek il-kliem tal-ħajja ta’ dejjem.
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
Il-biża’ tal-Mulej sinċier,u jibqa’ għal dejjem;il-ġudizzji tal-Mulej sewwa,u mseddqa għal kollox.
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
℟.Mulej, inti għandek il-kliem tal-ħajja ta’ dejjem.
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
Egħżeż mid-deheb,mid-deheb l-aktar fin,oħla mill-għasel u mill-qtar tax-xehda.
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
℟.Mulej, inti għandek il-kliem tal-ħajja ta’ dejjem.Bilwieqfa
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
Qari VIIIrroxx fuqkom ilma safi, u nagħtikom qalb ġdida.Eżek 36, 16-17a.18-28
Qari mill-Ktiebtal-Profeta Eżekjel.
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
Ġietni l-kelma tal-Mulej u qalli: «O bniedem, meta d-dar ta’ Iżraelkienu għadhom f’arthom,
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
«huma tebbgħuha bl-imġieba tagħhom u b’għemilhom.
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
«U jiena ferrajtqillti fuqhom Minħabba fid-demm li xerrdu fl-art u minħabba fl-idoli li bihom ċappsu l-art.
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
«u minħabba fl-idoli li bihom ċappsu l-art. Xerridthom fost il-ġnus, u huma xterdu mal-artijiet;
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
«għamilt ħaqq minnhom skont imġibthom u skont triqathom.
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
«Meta marru fost il-ġnus, kull fejn marru, kasbru ismi l-qaddis, hekk li n-nies jgħidu għalihom:
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
«“Dan hu l-poplu tal-Mulej, li kellhom joħorġu minn artu!”
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
«Imma jien bżajt għal ismi l-qaddis li wlied Iżrael kasbru fost il-ġnus fejn marru.
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
«Għalhekk għidilhom lid-dar ta’ Iżrael: “Dan jgħid Sidi l-Mulej:
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
Mhux minħabba fikom sejjer nagħmel dan, dar Iżrael,
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
iżda minħabba f’ismi l-qaddis li intom kasbartu fost il-ġnus fejn mortu.
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
Jien inqaddesismi l-kbir, imkasbar minnkom fost il-ġnus, li f’nofshom kasbartuh,
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
u l-ġnus ikunu jafu li jiena l-Mulej, meta nuri qdusiti fikom quddiem għajnejhom - oraklu ta’ Sidi l-Mulej -
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
meta neħodkom minn fost il-ġnus u niġmagħkom mill-artijiet kollha, u nerġa’ ndaħħalkomf ’artkom.
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
U rroxx fuqkom ilma safi, u tissaffew mit-tinġis kollu tagħkom; mil-lidoli kollha tagħkom insaffikom.
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
U nagħtikom qalb ġdida, u ruħ ġdida nqiegħed ġo fikom;
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
u nneħħi minn ġisimkom il-qalb tal-ġebelu nagħtikom qalb tal-laħam flokha.
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
U nqiegħed ruħi ġo fikom, u nagħmel li timxu skont il-kmandamenti tiegħi, u li żżommu l-preċetti tiegħi u tħarsuhom.
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
U tgħammru fl-art li tajt lil missirijietkom,
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
u i ntom tkunu l-poplu tiegħi u jiena nkun Alla tagħkom.”»
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
Il-Kelma tal-Mulej.
℟. Irroddu ħajr lil Alla.
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
Salm ResponsorjaliSalm 41 (42), 3.5bċd; 42 (43), 3.4
℟. Tixxennaq ruħi għalik, o Alla tiegħi!
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
Ruħi għatxana għal Alla,għal Alla l-ħaj;meta niġi u nara wiċċ Alla?
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
℟.Tixxennaq ruħi għalik, o Alla tiegħi!

Kif kont nimxi lejn it-tabernaklu tas-sebħsad-dar ta’ Alla,
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
fost għajta ta’ ferħ u ta’ radd il-ħajr,qalb folla ferħana.
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
℟.Tixxennaq ruħi għalik, o Alla tiegħi!
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
Ibgħat id-dawl tiegħek u s-sewwa tiegħek;huma jmexxuni;
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
iwassluni sal-għolja mqaddsa tiegħeku sal-għerejjex tiegħek.
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
℟.Tixxennaq ruħi għalik, o Alla tiegħi!
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
U nidħol ħdejn l-artal ta’ Alla,ħdejn Alla, ferħ u hena tiegħi.
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
U rroddlok ħajr biċ-ċetra,o Alla, Alla tiegħi.
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
℟.Tixxennaq ruħi għalik, o Alla tiegħi!
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
EpistolaKristu qam mill-imwiet biex ma jmutx aktar.Rum 6, 3-11
Qari mill-Ittrata’ San Pawl Appstlulir-Rumani.
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
Ħuti, ma tafux li aħna lkoll li tgħammidna fi Kristu Ġesù,
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
tgħammidna fil-mewt tiegħu?
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
Indfinna miegħu fil-mewt permezz tal-magħmudija sabiex kif Kristukien imqajjem mill-imwiet
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
permezz tal-qawwa glorjuża tal-Missier,hekk aħna ngħixu ħajja ġdida.
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
Jekk aħna sirna ħaġa waħda miegħuf’mewt tixbah lil tiegħu,
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
hekk ningħaqdu miegħu fil-qawmien tiegħumill-mewt.
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
Dan nafu: li l-bniedem il-qadim tagħna ssallab miegħu,
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
biex jinqereddan il-ġisem tad-dnub, sabiex ma nkunux aktar ilsiera tad-dnub.
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
Min imut, jeħles mid-dnub.Jekk aħna mitna ma’ Kristu, nemmnu wkoll li għad ngħixu ma’ Kristu.
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
Nafu li Kristu qam mill-imwiet u ma jmutx aktar; il-mewt ma għadhiextaħkem fuqu.
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
Hu li miet, miet darba għal dejjemgħad-dnub;u issa li qiegħed jgħix, qiegħed jgħix għal Alla.
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
Hekk ukoll intom għandkom tqisu lilkom infuskom mejtin għad-dnub,
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
iżda ħajjin għal Alla fi Kristu Ġesù.
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
Il-Kelma tal-Mulej.
℟. Irroddu ħajr lil Alla.Bilwieqfa
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
Wara l-Epistola kulħadd iqum bilwieqfa, u ċ-Ċelebrant jintona b’mod solenni għal tliet darbiet l-Hallelujah. Kull darba l-ġemgħa twieġeb warajh.
Hallelujah.
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
Salm ResponsorjaliSalm 117 (118), 1-2.16ab-17.22-23
℟. Hallelujah,Hallelujah, Hallelujah.
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
Faħħru lill-Mulej, għaliex hu tajjeb,għax għal dejjem it-tjieba tiegħu!
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
Ħa jgħidu wlied Iżrael:«Għal dejjem it-tjieba tiegħu.»
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
℟.Hallelujah,Hallelujah, Hallelujah.

Il-leminija tal-Mulej ’il fuq merfugħa,il-leminija tal-Mulej għamlet ħwejjeġ ta’ ħila.
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
Ma mmutx, imma nibqa’ ngħix,u nħabbar l-għemejjel tal-Mulej.
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
℟.Hallelujah,Hallelujah, Hallelujah.
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
Il-ġebla li warrbu l-bennejjasaret il-ġebla tax-xewka.
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
Bis-saħħa tal-Mulej seħħ dan:ħaġa tal-għaġeb f’għajnejna.
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
℟.Hallelujah,Hallelujah, Hallelujah.
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
EvanġeljuĠesù ta’ Nazaret, li kien mislub, qam mill-imwiet.Mk 16, 1-7
Qari mill-Evanġeljuskont San Mark.
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
Meta għadda s-Sibt, Marija ta’ Magdala, Marija omm Ġakbu, u Salomi
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
xtraw xi fwejjaħ biex imorru jidilku l-ġisem ta’ Ġesù bihom.
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
U kmieni ħafna fl-ewwel jum tal-ġimgħa,kif telgħet ix-xemx marru ħdejn il-qabar.
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
U bdew jgħidu lil xulxin: «Min se jgerbilna l-ġebla mid-daħla tal-qabar?»
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
Iżda meta ħarsu, raw li l-ġebla kienet imressqa fil-ġenb;kienet ġebla kbira ħafna.
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
Daħlu fil-qabar, u raw żagħżugħ bilqiegħdan-naħa tal-lemin, liebes libsa bajda; u nħasdu.
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
Imma hu qalilhom: «Xejn la tinħasdu. Qegħdin tfittxu lil Ġesù ta’ Nazaret li kien imsallab;
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
qam mill-mewt, mhuwiex hawn.
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
Araw il-post fejn kienu qegħduh.
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
Imma morru għidu lid-dixxipli tiegħu, u lil Pietru, li hu sejjer fil-Galilija qabilkom;
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
tarawh hemmhekk, kif kien qalilkom.»
Sena B Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
Il-Kelma tal-Mulej.
℟. It-tifħir lilek Kristu.
Bilqiegħda