11
NINDUKRAW ĦABIB, ĦABIBA JEW QRABA BID-DIMENSJA Linji gwida għal min jindokra

NINDUKRAW ĦABIB, ĦABIBA JEW QRABA BID-DIMENSJA · • Matul il-lejl ħalli dawl baxx fil-kuruturi speċjalment dawk li jagħtu għall-kmamar tal-banju. • Warrab affarijiet ta’

  • Upload
    others

  • View
    2

  • Download
    0

Embed Size (px)

Citation preview

Page 1: NINDUKRAW ĦABIB, ĦABIBA JEW QRABA BID-DIMENSJA · • Matul il-lejl ħalli dawl baxx fil-kuruturi speċjalment dawk li jagħtu għall-kmamar tal-banju. • Warrab affarijiet ta’

NINDUKRAW ĦABIB, ĦABIBA JEW QRABA BID-DIMENSJA

Linji gwida għal min jindokra

Page 2: NINDUKRAW ĦABIB, ĦABIBA JEW QRABA BID-DIMENSJA · • Matul il-lejl ħalli dawl baxx fil-kuruturi speċjalment dawk li jagħtu għall-kmamar tal-banju. • Warrab affarijiet ta’

01

X’INHI D-DIMENSJA? Id-dimensja hija terminu li jintuża biex jiddeskrivi għadd ta’ dis-turbi fil-moħħ li jwasslu għal nuqqas fil-funzjoni tiegħu. Normal-ment, id-dimenjsa timmanifesta ruħha f’telf tal-memorja (speċjal-ment il-memorja ta’ avvenimenti reċenti), problemi bl-irraġunar u l-komunikazzjoni, u diffikultajiet funzjonali bħat-tnaqqis fl-abbiltà tal-individwu li jwettaq attivitajiet ta’ kuljum fosthom, il-ħasil, l-ilbis, ix-xiri, is-sewqan u t-tisjir.

Hemm ħafna tipi ta’ dimensja – l-iktar komuni huma l-Alzheimer’s disease, id-dimensja vaskolari u l-LBD (Lewy Body Dementia).

Id-dimensja hija komuni l-iktar f’persuni anzjani, madankollu, id-Di-mensja Bikrija (Early Onset Dementia) taffettwa persuni taħt is-65 sena.

Id-dimensja hija progressiva fin-natura tagħha hekk kif il-marda toqtol iċ-ċelloli tal-moħħ b’rata qawwija.

Pg. 2 - 3

Page 3: NINDUKRAW ĦABIB, ĦABIBA JEW QRABA BID-DIMENSJA · • Matul il-lejl ħalli dawl baxx fil-kuruturi speċjalment dawk li jagħtu għall-kmamar tal-banju. • Warrab affarijiet ta’

GĦAL KOMUNIKAZZJONI AĦJAR

EVITA

Evita li tkun frustrat/a. Jekk hemm bżonn ieqaf għal ftit u erġa’ prova.

Li ssaqsi mistoqsijiet li jqanqlu l-memorja ta’ affarijiet li saru riċenti.

Żomm il-komunikazzjoni fil-qo-sor u sempliċi.

Li titkellem f’paragrafi twal.

Saqsi mistoqsijiet sempliċi li jeħtieġu biss ‘Iva’ jew ‘Le’ bħa-la risposti.

Li titkellem dwar il-persuna ma’ oħrajn bħallikieku hi/hu mhi-jiex/mhuwiex preżenti.

Għid lill-persuna min inti. Li tuża kliem slang/mhux familjari mal-persuna (jew li titkellem b’lingwa li l-peruna ma tafx).

Sejħilha b’isimha. Li tuża lingwaġġ patronizzanti jew tat-tfal żgħar.

Tkellem bil-mod. Li tuża s-sarkażmu.Meta l-persuna tkun imdejqa, aljenaha (anki billi tirrakontalha esperjenzi sbieħ li ghaddiet minnhom fil-passat).

Li tagħjjat mal-persuna.

Irrepeti kemm hemm bżonn. Li trazzan il-persunaStabbilixxi kuntatt bl-għajnejn qabel tibda’ titkellem u uża modi li jżommu lill-persuna attenta.

Li tigdeb

Żomm imġiba pożittivaQassam l-attivitajiet f’serje ta’ fażijiet. Agħti struzzjonijiet verbali, uri l-attività jew ibdi-ha u ħalli lill-persuna tkompli. Tagħtix għajnuna iktar milli meħtieġ.

Pg. 4 - 5

02

IDEAT GĦALL-KOMUNIKAZZJONI

Isma’ b’widnejk, b’għajnejk u b’qalbek. L-espressjonijiet tal-wiċċ u l-lingwaġġ tal-ġisem jgħidu ħafna iktar mill-kliem.

Ftakar li ma tistax tibdel il-persuna iżda tista’ ttejjeb il-mod ta’ kif tikkomunika magħha.

Page 4: NINDUKRAW ĦABIB, ĦABIBA JEW QRABA BID-DIMENSJA · • Matul il-lejl ħalli dawl baxx fil-kuruturi speċjalment dawk li jagħtu għall-kmamar tal-banju. • Warrab affarijiet ta’

• Qatt tagħjjat mal-persuna li għandha dimensja għax dan jis-ta’ jwassal għal imġiba aggressiva jew għal iktar ansjeta.

• Meta tavviċina l-persuna minn wara, sejħilha b’isimha jew taptpilha fuq l-ispalla biex tgħarrafha li qiegħed/qiegħda hemm. Imbagħad, żomm il-kuntatt bl-għajnejn meta tkellimha.

• Il-ħin kollu tippassiġġa?- Staqsi: Hija tassew problema din? Li tipprova żżomm persuna f’post wieħed jista’ jwassal għal problemi fil-mobilità u l-kontinenza. Ikun tajjeb li tiżgura li l-ambjent huwa sigur u tħalli lill-persuna tippassiġġa fejn trid.

• Tiftix u ħżin – Xi affarjiet jagħtuna sens ta’ sigurtà. Ħalli lill-persuna żżomm iċ-ċwievet, il-basket u l-portafoll bi ftit flus ġo fih jekk moħħha jkun iktar mistrieħ.

Jista’ jagħti l-każ li l-persuna taħbi l-affarjiet u mbagħad tinsa fejn tkun poġġiethom. Ipprova sib raġuni għalxiex setgħet ħbiethom. Ngħidu aħna, il-ħabi ta’ ħwejjeġ ta’ taħt maħmuġin jista’ jkun mod ta’ kif tevita l-umiljazzjoni.

Pg. 6 - 7

03

KIF NITTRATTAW L-IMĠIBA ASSOĊJATA MAD-DIMENSJA

Il-persuni bid-dimensja jista’ jkollhom imġiba diffiċli u għalhekk tis-ta’ tkun ħaġa iebsa sabiex tifhem u tittratta dawn is-sintomi. Malli l-abbiltà tal-komunikazzjoni tal-persuna tmur lura, l-imġiba diffiċli tista’ tieħu post il-modi normali tal-komunikazzjoni.

Ħafna minn dawn is-sintomi jistgħu jiġu trattati b’attivitajiet jew in-terventi sempliċi.

• Fittex l-emozzjoni wara l-kliem, l-espressjonijiet tal-wiċċ u l-lingwaġġ tal-ġisem. Dejjem irrikonoxxi l-emozzjoni, ngħidu aħna billi tgħid, “qed nara li qed tibża’, nista’ ngħinek?”, jew jekk il-per-suna hija rrabbjata tista’ tindirizzaha bil-kalma u tgħidilha, “X’inhu li qed idejqek?”

• Dak li jkun jista’ jkeċċik. Ħalli lill-persuna tikkalma u pprova aljenaha mis-sitwazzjoni li qed tikkawża r-rabja, il-biża’ jew l-ans-jetà.

• Targumentax mal-persuna jekk taħseb li l-emozzjonijiet mhumiex razzjonali. Serrħilha moħħha u kun empatiku/a.

• Aħseb dwar kif bdiet din l-imġiba sabiex tidentifika dak illi kkawżaha. L-identifikazzjoni tal-kawżi tgħinek tevitahom ’il quddi-em.

Page 5: NINDUKRAW ĦABIB, ĦABIBA JEW QRABA BID-DIMENSJA · • Matul il-lejl ħalli dawl baxx fil-kuruturi speċjalment dawk li jagħtu għall-kmamar tal-banju. • Warrab affarijiet ta’

Nitkellmu dwar l-imgħoddi: li tħares lejn l-albums tar-ritratti u tid-diskuti t-tifkiriet li dawn iġorru magħhom, jew li tibni ktieb tat-tifkiriet jiffaċilitaw il-komunikazzjoni u jqanqlu memorji ta’ avvenimenti li għaddew.

Attivitajiet oħrajn: Kwalunkwe attività li l-persuna tiegħu gost tagħmel. Dan jinkludi attivitajiet rikreazzjonali, passatempi ta’ qa-bel, passiġġati fil-beraħ u attivitajiet fiżiċi.

Tista’ tingħata għajnuna professjonali biex tiġi kkontrollata l-imġiba diffiċli fid-dimensja.

Pg. 8 - 9

04

XI ATTIVITAJIET LI JGĦINU LILL-PERSUNA LI GĦANDHA D-DIMENSJA JINKLUDU:

Attivitajiet li għandhom skop: Attivitajiet bħal għajnuna fid-dar jew fil-ġnien, pereżempju t-tiwi tas-srievet, il-knis tal-art jew it-tisqija tal-pjanti jistgħu jgħinu lill-persuna tħossha iktar utli u dan jista’ jnaqqas l-imġiba diffiċli.

Il-mużika: Il-kant, is-smigħ ta’ diski familjari u ż-żfin mal-mużika favorita jistgħu jnaqqsu l-aġitazzjoni, itejbu s-soċjalizzazzjoni u huma attivitajiet divertenti li tistgħu tagħmlu flimkien.

Annimali domestiċi: Dawn jiffaċilitaw ir-rilassament u r-rabta u jistgħu jgħinu biex l-imġiba titjieb. Dejjem ara li l-persuna dejjem ħabbithom qabel.

Il-lavanda u l-balzmu tal-lumi: Dawn huma l-iktar żjut magħrufin li jnaqqsu l-imġiba mhix tas-soltu.

Ara li l-persuna bid-dimensja hija esposta għad-dawl naturali. Dan jgħin fiċ-ċiklu tal-irqad u tal-qawmien.

Page 6: NINDUKRAW ĦABIB, ĦABIBA JEW QRABA BID-DIMENSJA · • Matul il-lejl ħalli dawl baxx fil-kuruturi speċjalment dawk li jagħtu għall-kmamar tal-banju. • Warrab affarijiet ta’

05

NIFFAĊILITAW L-INDIPENDENZA U S-SIGURTA

• L-arloġġi u l-kalendarji – L-arloġġi (kbar) f’kull kamra u kalendarju (kbir) f’post prominenti jgħinu fl-orjentazzjoni.

• Iż-żamma ta’ djarju li fih il-persuna tista’ tieħu nota tal-ap-puntamenti, il-listi tal-affarjiet li trid tagħmel u kwalunkwe ħaġa oħra li trid tiftakar. Huwa importanti li l-persuna li qed tindokra tfak-kar lill-persuna li għandha d-dimensja biex tikkonsulta d-djarju ħalli tidrah.

• Bord li jeħel f’post prominenti u li juri l-affarjiet li l-persuna trid tiftakar.

• L-użu ta’ sticky-notes bħala tfakkira.

• Huwa rakkomandat li oġġetti importanti bħaċ-ċwievet, il-flus jew nuċċalijiet jinżammu dejjem fl-istess post.

Numri tat-telefown importanti għandhom jinżammu qrib it-tele-fown ħalli jinstabu malajr, speċjalment f’emerġenza. Huwa rakko-mandat ukoll li l-persuna żżomm djarju ħdejn it-telefown u li l-persu-na titħeġġeġ biex tieħu xi noti waqt konverżazzjoni fuq it-telefown.

Pg. 10 - 11

Page 7: NINDUKRAW ĦABIB, ĦABIBA JEW QRABA BID-DIMENSJA · • Matul il-lejl ħalli dawl baxx fil-kuruturi speċjalment dawk li jagħtu għall-kmamar tal-banju. • Warrab affarijiet ta’

• Ħalli l-bieb tal-kamra tal-banju miftuħ ħalli l-persuna tkun taf fejn hi.

• Waħħal tikketti bi kliem jew/u stampi, simboli jew sinjali mal-cupboards jew mal-bibien sabiex tindika l-kmamar jew oġġet-ti. Uża kuluri kuntrastanti ghat-toilet seats.

• Li tħalli l-oġġetti fejn jidhru jiffaċilita l-indipendenza, bħal ngħidu aħna tħalli l-prodotti għall-kura tas-snien fuq xkaffa fil-kam-ra tal-banju minflok ġo kexxun.

• Uża kuluri kuntrastanti għall-pożati, il-platti u d-dvalji. Enfa-sizza t-turġien fid-dar billi twaħħal adeżiv li jagħti fil-għajn.

• Neħħi l-oġġetti perikolużi bħas-sulfarini, oġġetti li jaqtgħu jew prodotti tat-tindif li jistgħu jagħmlu l-ħsara – aħżinhom f’kabi-nett li jissakkar jew uża serraturi reżistenti.

• Ara li jkun hemm dawl tajjeb speċjalment fit-taraġ. Tħalliex il-persuna tuża t-taraġ jekk fiżikament ma tistax tinżlu jew titilgħu.

• Evita li tibdel il-pożizzjoni tal-għamara jew li tibdel ta’ spiss l-ambjent tal-kmamar. Naqqas l-ammont ta’ għamara u mirja.

• Uża twapet li ma jiżolqux u ta’ kulur wieħed speċjalment fuq art tleqq jew iddisinjata.

• Il-kulur tal-art u l-ħitan għandu jkun differenti ha joħloq kun-trast.

Pg. 12 - 13

• Evita l-burners tal-gass (dment li ma jkollhomx swiċċ aw-tomatiku ta’ sigurta’).

• Żomm il-bibien ta’ barra siguri biex tnaqqas ħrug bla bżonn. Il-bibien li jagħtu għal barra għattihom bil-purtieri.

• Matul il-lejl ħalli dawl baxx fil-kuruturi speċjalment dawk li jagħtu għall-kmamar tal-banju.

• Warrab affarijiet ta’ ħġieġ, inkluż uċuħ ta’ mwejjed.

• Ara li l-mediċini jinżammu f’post sigur.

• Ara li l-persuni bid-dimensja jkollhom xi tip ta’ identifikazz-joni meta joħorġu barra.

• Servi l-ikel f’ammonti żgħar (bhala finger food) u kun ċerta li qed jieħdu biżżejjed likwidi.

• Passiġġata ċkejkna waranofsinhar tgħin ħafna biex persuni bid-dimensja jkollhom raqda tajba matul il-lejl.

Adatta l-attivitajiet u l-ambjent sabiex il-persuna tkun kemm jista’ jkun indipendenti u jkollha rutina.

Uża teknoloġija moderna li tassisti l-persuna bħal detector tad-duħħan u d-dwal li jixgħelu permezz ta’ sensor.

Page 8: NINDUKRAW ĦABIB, ĦABIBA JEW QRABA BID-DIMENSJA · • Matul il-lejl ħalli dawl baxx fil-kuruturi speċjalment dawk li jagħtu għall-kmamar tal-banju. • Warrab affarijiet ta’

Pg. 14 - 15

• Ingħaqad ma’ diskussjoni onlajn u l-forum ta’ appoġġ bħal ngħidu aħna Talking Point (fir-Renju Unit). Tista’ titkellem onlajn ma’ persuni oħrajn li għaddejjin minn esperjenzi simili u tieħu parir u taqsam magħhom xi suġġerimenti prattiċi.

• Il-Helpline għad-Dimensja – konsulenti mħarrġa jistgħu jagħtuk appoġġ, jipprovdu l-informazzjoni u jirreferuk għand sorsi ta’ appoġġ oħrajn.

APPOĠĠ PRATTIKU:• Il-familja u l-ħbieb – filwaqt li tista’ tkun diffiċli taċċetta l-għajnuna, prova involvi lill-membri tal-familja u aqsmu r-respons-abbiltajiet.

• Il-benefiċċji u min iħaddmek – jekk inti taħdem, ara kif jista’ jkollok għażla ta’ xogħol flessibbli flimkien ma’ min iħaddmek. Jekk tiddeċiedi li tieqaf taħdem, ħu parir dwar dak li inti intitolat/a għalih u dwar kwalunkwe benefiċċji. L-għoti ta’ kura u serħan (re-spite) waqt il-ġurnata jista’ jgħinek iżżomm l-impjieg tiegħek.

06

IL-KURA TA’ PERSUNA BID-DIMENSJA

Meta tindokra persuna li għandha d-dimensja, aktarx li tgħaddi minn għadd ta’ emozzjonijiet. Dawn jistgħu jvarjaw minn sentimen-ti pożittivi jew oħrajn bhal dawk ta’ telfien, dwejjaq, ħtija, imbaraz-zament u rabja. Tista’ wkoll tħossok skomdu/a dwar kambjament fir-rwol li kellek qabel. Tajjeb tkun taf li dan huwa normali għal ħafna nies li jindokraw persuni b’dimenjsa.

Huwa importanti li l-persuni li jindokraw persuna li għandha d-di-mensja jindirizzaw il-ħtiġijiet fiżiċi u emozzjonali tagħhom stess. Meta jagħmlu dan b’mod adegwat ikunu jistgħu jżommu ambjent san u sigur fid-dar għall-għeżież tagħhom u dan jgħin ukoll sabiex il-persuna li għandha d-dimensja tkompli tghix fid-dar ghal tul iktar ta’ żmien.

APPOĠĠ EMOZZJONALI:• Tkellem ma’ xi ħadd illi tafda, kemm jekk hu/hi ħabib/a, qa-rib/a jew xi ħadd professjonali.

• Li tingħaqad ma’ grupp li jagħti appoġġ jgħin biex tiddiskuti dak li għaddej minnu int ma’ oħrajn li għaddejjin minn esperjenza simili. Tista’ wkoll taqsam magħhom ideat prattiċi u tieħu appoġġ emozzjonali. Id-Day Clinic fl-Isptar ta’ Rijabilitazzjoni Karin Grech jew il-Malta Dementia Society jistgħu jkunu ta’ għajnuna kbira.

Page 9: NINDUKRAW ĦABIB, ĦABIBA JEW QRABA BID-DIMENSJA · • Matul il-lejl ħalli dawl baxx fil-kuruturi speċjalment dawk li jagħtu għall-kmamar tal-banju. • Warrab affarijiet ta’

• Huwa importanti li ssib ħin għalik. Mur mixja, oħroġ mal-ħbieb jew eżerċita kwalukwe passatemp li għandek. Il-ħin għalik għandek bżonnu.

Tkellem ma’ counselor, psikologu jew professjonist dwar is-saħħa mentali jekk l-istress qed iwasslek biex tkun ta’ ħsara fiżika jew emozzjonali lill-persuna li qed tindokra.

Pg. 16 - 17

• Servizzi ta’ appoġġ – Hemm diversi servizzi li jistgħu jif-faċilitaw l-obbligi tiegħek bħala persuna li tindokra. Fost dawn hemm l-għajnuna fid-dar, ikliet li jinġiebu d-dar, servizzi ta’ handy-man, servizzi ta’ kontinenza, telecare, servizzi ta’ serħan u oħrajn. Il-Commcare jagħti servizz ta’ professjonisti differenti li jiġu d-dar tiegħek, kif ukoll għajnuna prattika għall-kura personali tal-persu-na li għandha d-dimensja. Jingħataw ukoll servizzi ta’ serħan mat-ul il-jum (Day Respite Care) u Serħan mal-Ammissjoni (Admission Respite Care). Għal iktar informazzjoni tista’ tikkuntattja liċ-Ċentru Servizz Anzjan li huwa punt uniku li joffri s-servizzi kollha offruti mid-Dipartiment għall-Anzjani u l-Kura fil-Komunità.

IS-SAĦĦA TIEGĦEK Bħala persuna li tindokra huwa faċli li tqiegħed il-ħtiġijiet tal-persu-na bid-dimensja l-ewwel u ma tagħtix każ tiegħek innifsek. Li tieħu ħsieb tiegħek innifsek huwa importanti ferm għal-saħħtek. • Kul dieta bilanċjata u sib ħin għall-eżerċizzju u l-attività fiżi-ka regolarment.

• Ara tabib dwar saħħtek regolarment.

• Jekk hemm bżonn iċċaqlaq jew tqandel il-persuna li qed tindokra, saqsi lit-tabib tiegħek biex jirreferik għand fiżjoterapista għal parir ħalli ma tweġġax.

• Jekk spiss tħossok imdejjaq/imdejqa jew anzjuż/anzjuża, tkellem mat-tabib tiegħek kemm jista’ jkun malajr għax dawn jist-għu jkunu sinjali ta’ dipressjoni. Counselor jew psikologu jistgħu jgħinuk ukoll.

Page 10: NINDUKRAW ĦABIB, ĦABIBA JEW QRABA BID-DIMENSJA · • Matul il-lejl ħalli dawl baxx fil-kuruturi speċjalment dawk li jagħtu għall-kmamar tal-banju. • Warrab affarijiet ta’

Residenza San Vinċenz de Paul, Ħal Luqa 21224461Id-Dar Residenzjali tal-Gvern għall-anzjani, tinkludi servizzi ta’ serħan f’sala ġenerali jew magħluqa.

Commcare 25952595 Servizz multi-dixxiplinarju f’residenzi privati tal-anzjani.

Ċentru għall-Attività Paul Cuschieri, San Vinċenz De Paul, Ħal Luqa 21224461 Day centre speċjalizzat għal persuni bid-dimensja.

Sptar Mater Dei 25450000 L-isptar ġenerali akut ta’ Malta li jinkludi d-Dipartiment tal-Emerġen-za, u d-Dipartiment tan-Newroloġija/Psikjatrija għall-out-patients.

07

SERVIZZI RELATATI:

Sptar ta’ Rijabilitazzjoni Karin Grech 22080000L-isptar ta’ valutazzjoni u rijabilitazzjoni inklużi s-servizzi tal-in-pa-tient u l-out-patient għal persuni anzjani.

Klinika tal-Memorja, l-Isptar ta’ Rijabilitazzjoni Karin Grech 22082000 Persuni bid-dimensja jistgħu jiġu riferuti għall-Klinika tal-Memorja mit-tabib tagħhom sabiex issirilhom valutazzjoni minn speċjalisti fid-dimensja, fir-rijabilitazzjoni u l-konsulenza. Il-klijenti jistgħu jiġu vvalutati fl-Isptar ta’ Rijabilitazzjoni Karin Grech jew fiċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Furjana jew Raħal Ġdid skont il-ħtiġijiet tagħhom.

Helpline tad-Dimensja 22081826Għajnuna prattika rigward id-dimensja bit-telefown.

Ċentru Servizz Anzjan 22788800Dan huwa punt uniku għal ħafna mis-servizzi pprovduti mid-Dipar-timent għall-Anzjani u Kura fil-Komunità lil persuni anzjani, fosth-om: telecare, għajnuna fid-dar, ikliet li jinġiebu d-dar, handyman, servizzi ta’ kontinenza, day centres, djar għall-anzjani eċċ.

Pg. 18 - 19

Page 11: NINDUKRAW ĦABIB, ĦABIBA JEW QRABA BID-DIMENSJA · • Matul il-lejl ħalli dawl baxx fil-kuruturi speċjalment dawk li jagħtu għall-kmamar tal-banju. • Warrab affarijiet ta’

08

GĦAL IKTAR INFORMAZZJONI:Malta Dementia Society www.maltadementiasociety.org.mt (Facebook page: https://www.facebook.com/maltademen-tiasociety)Organizzazzjoni mhux governattiva li taħdem biex tkattar l-għar-fien dwar id-dimensja u tipprovdi appoġġ lil persuni li għandhom id-dimensja, lil min jindukrahom u lill-professjonisti tal-kura tas-saħħa.

Alzheimer Europe www.alzheimer-europe.org

Social Care Institute for Excellence www.scie.org.uk/key-topics/dementia-care

Alzheimer’s Disease International www.alz.co.uk

Alzheimer’s Society, UK www.alzheimers.org.uk

Alzheimer’s Scotland www.alzscot.org

Alzheimer Association, USA www.alz.org