12
Il-Ġeografija (Ġenerali) Ir-Raba’ Sena tas-Sekondarja Rotta 2 2014 Paġna 1 minn 11 ID-DIRETTORAT GĦAL KWALITÀ U STANDARDS FL-EDUKAZZJONI Id-Dipartiment tat-Tmexxija tal-Kurrikulu It-Taqsima tal-Assessjar Edukattiv L-Eżamijiet Annwali għall-Iskejjel Sekondarji 2014 Ir-Raba’ Sena IL-ĠEOGRAFIJA (Ġenerali) IL-ĦIN: Siegħa u nofs L-Isem: _____________________________________ Il-Klassi: _______________ Din hija lista ta’ kliem ġeografiku użat f’din il-karta tal-eżami u t-tifsira tiegħu bl-Ingliż. Migrazzjoni tan-nies tal-kampanja lejn l-ibliet Rural to urban migration Erożjoni Erosion Tkissir il-blat bil-ġlata Freeze-thaw weathering Tmermir bijoloġiku Biological weathering Sfoljazzjoni Exfoliation Tmermir kimiku Chemical weathering Depożizzjoni Deposition Ċarċara Waterfall Ħondoq Gorge Ħofra taħt iċ-ċarċara Plunge pool Tieqa Arch Fertilizzanti artifiċjali Fertiliser Pestiċida Pesticide Biedja organika Organic farming Prodotti manifatturati Manufactured goods Materja prima Raw materials Żona industrijali Industrial estate Impjant għat-tisfija tad-drenaġġ Sewage purification plant Impjant tal-enerġija termali Thermal power station Enerġija rinovabbli Renewable energy Rotta 2

Sena IL-ĠEOGRAFIJA (Ġenerali) IL-ĦIN: Siegħa u nofs · Il-Ġeografija (Ġenerali) – Ir-Raba’ Sena tas-Sekondarja – Rotta 2 – 2014 Paġna 2 minn 11 Wieġeb il-mistoqsijiet

  • Upload
    others

  • View
    7

  • Download
    0

Embed Size (px)

Citation preview

Page 1: Sena IL-ĠEOGRAFIJA (Ġenerali) IL-ĦIN: Siegħa u nofs · Il-Ġeografija (Ġenerali) – Ir-Raba’ Sena tas-Sekondarja – Rotta 2 – 2014 Paġna 2 minn 11 Wieġeb il-mistoqsijiet

Il-Ġeografija (Ġenerali) – Ir-Raba’ Sena tas-Sekondarja – Rotta 2 – 2014 Paġna 1 minn 11

ID-DIRETTORAT GĦAL KWALITÀ U STANDARDS FL-EDUKAZZJONI

Id-Dipartiment tat-Tmexxija tal-Kurrikulu

It-Taqsima tal-Assessjar Edukattiv

L-Eżamijiet Annwali għall-Iskejjel Sekondarji 2014

Ir-Raba’ Sena IL-ĠEOGRAFIJA (Ġenerali) IL-ĦIN: Siegħa u nofs

L-Isem: _____________________________________ Il-Klassi: _______________

Din hija lista ta’ kliem ġeografiku użat f’din il-karta tal-eżami u t-tifsira tiegħu bl-Ingliż.

Migrazzjoni tan-nies tal-kampanja lejn l-ibliet Rural to urban migration

Erożjoni Erosion

Tkissir il-blat bil-ġlata Freeze-thaw weathering

Tmermir bijoloġiku Biological weathering

Sfoljazzjoni Exfoliation

Tmermir kimiku Chemical weathering

Depożizzjoni Deposition

Ċarċara Waterfall

Ħondoq Gorge

Ħofra taħt iċ-ċarċara Plunge pool

Tieqa Arch

Fertilizzanti artifiċjali Fertiliser

Pestiċida Pesticide

Biedja organika Organic farming

Prodotti manifatturati Manufactured goods

Materja prima Raw materials

Żona industrijali Industrial estate

Impjant għat-tisfija tad-drenaġġ Sewage purification plant

Impjant tal-enerġija termali Thermal power station

Enerġija rinovabbli Renewable energy

Rotta 2

Page 2: Sena IL-ĠEOGRAFIJA (Ġenerali) IL-ĦIN: Siegħa u nofs · Il-Ġeografija (Ġenerali) – Ir-Raba’ Sena tas-Sekondarja – Rotta 2 – 2014 Paġna 2 minn 11 Wieġeb il-mistoqsijiet

Il-Ġeografija (Ġenerali) – Ir-Raba’ Sena tas-Sekondarja – Rotta 2 – 2014 Paġna 2 minn 11

Wieġeb il-mistoqsijiet kollha.

1a. Fuq il-mappa tad-dinja f’Disinn 1 jidhru mmarkati sitta mill-aktar bliet li qed jikbru malajr fid-

dinja. Aqta’ linja taħt l-isem it-tajjeb ta’ erbgħa minn dawn l-ibliet f’Tabella A.

Disinn 1

Numru tal-belt Isem tal-belt

1 Il-Belt tal-Messiku, Ruma

2 Londra, São Paolo

3 Kinshasa, Bagdad

4 Madras, Sydney

5 Melbourne, Dhaka

6 Seoul, Shangai

Tabella A (4)

b. F’liema tliet kontinenti jinsabu l-aktar bliet li qed jikbru malajr fid-dinja?

____________________________________________________________________________

____________________________________________________________________________

____________________________________________________________________________

(3)

Page 3: Sena IL-ĠEOGRAFIJA (Ġenerali) IL-ĦIN: Siegħa u nofs · Il-Ġeografija (Ġenerali) – Ir-Raba’ Sena tas-Sekondarja – Rotta 2 – 2014 Paġna 2 minn 11 Wieġeb il-mistoqsijiet

Il-Ġeografija (Ġenerali) – Ir-Raba’ Sena tas-Sekondarja – Rotta 2 – 2014 Paġna 3 minn 11

c. Il-popolazzjoni tal-ibliet li jidhru f’Disinn 1 qed tikber b’rata mgħaġġla minħabba

l-migrazzjoni tan-nies tal-kampanja lejn l-ibliet. Bl-għajnuna tar-ritratti f’Disinn 2, ittikkja b’

sitt raġunijiet għaliex ħafna nies jagħżlu li jmorru jgħixu fl-ibliet.

Disinn 2

Fl-ibliet hemm aktar xogħol.

Fl-ibliet hemm aktar varjetà ta’ xogħol.

Fl-ibliet hemm aktar sptarijiet u tobba.

Fl-irħula hemm inqas riskju ta’ ġuħ.

Fl-ibliet hemm aktar skejjel u universitajiet.

Fl-irħula hemm aktar postijiet ta’ divertiment.

Fl-irħula x-xogħol jiddependi ħafna mit-temp.

Fl-ibliet hemm aktar ċans li tavvanza fuq il-post

tax-xogħol.

Fl-irħula hemm aktar mezzi tat-trasport.

(6)

2. Imla kolonna A bil-kliem t’hawn taħt biex tqabbel mat-tifsira f’kolonna B.

Erożjoni Tkissir il-blat bil-ġlata Tmermir bijoloġiku

Sfoljazzjoni Tmermir kimiku Depożizzjoni

Kolonna A Kolonna B

Il-proċess li bih il-blat jitfarrak u jitkaxkar mill-mewġ,

xmajjar, riħ jew silġ.

It-tmermir tal-blat l-aktar komuni f’postijiet fejn

it-temperatura tkun madwar 0ºC.

L-istatwi u skulturi esposti għat-tniġġis tal-arja u xita

aċiduża jitmermru b’dan il-proċess.

L-insetti u l-għeruq tal-pjanti jmermru l-blat.

F’postijiet fejn it-temperatura matul il-ġurnata u l-lejl

tvarja ħafna, il-blat jitmermer qisu folja folja.

Il-proċess li bih il-blat imfarrak jintelaq meta l-mewġ,

xmajjar, riħ jew silġ jitilfu l-enerġija tagħhom.

Tabella B (6)

Page 4: Sena IL-ĠEOGRAFIJA (Ġenerali) IL-ĦIN: Siegħa u nofs · Il-Ġeografija (Ġenerali) – Ir-Raba’ Sena tas-Sekondarja – Rotta 2 – 2014 Paġna 2 minn 11 Wieġeb il-mistoqsijiet

Il-Ġeografija (Ġenerali) – Ir-Raba’ Sena tas-Sekondarja – Rotta 2 – 2014 Paġna 4 minn 11

3. Disinn 3 juri parti miċ-ċarċara tan-Niagara mill-ajru. Il-linja ttikkjata f’Disinn 3 turi

l-pożizzjoni (it-tarf) taċ-ċarċara fis-sena 1841.

a. Illejbilja Disinn 3 b’dan il-kliem fil-post it-tajjeb: blat iebes, ħondoq, ċarċara, xmara.

Disinn 3 (4)

b. Għalfejn it-tarf taċ-ċarċara resaq lura mis-sena 1841 ’l hawn? Immarka b’ ir-risposta t-tajba.

Għax iċ-ċarċara qed tmermer il-blat artab li jinsab taħt il-blat iebes. B’hekk il-

blat iebes ma jkollux fuqiex jistrieħ u jaqa’.

Għax iċ-ċarċara qed tmermer il-blat iebes li jinsab taħt il-blat artab. B’hekk il-

blat artab ma jkollux fuqiex jistrieħ u jaqa’.

Għax iċ-ċarċara qed tiddepożita blat artab warajha.

Għax iċ-ċarċara qed tiddepożita blat iebes quddiemha.

(2)

c. Fuq Disinn 3 immarka b’linja blu fejn taħseb li tista’ tkun it-tarf taċ-ċarċara minn hawn u mitt

sena oħra. (2)

d. Għalfejn taħt iċ-ċarċara tifforma għadira fonda bħalma jidher f’Disinn 4?

_____________________________________________

_____________________________________________

_____________________________________________

_____________________________________________

_____________________________________________

Disinn 4 (2)

Page 5: Sena IL-ĠEOGRAFIJA (Ġenerali) IL-ĦIN: Siegħa u nofs · Il-Ġeografija (Ġenerali) – Ir-Raba’ Sena tas-Sekondarja – Rotta 2 – 2014 Paġna 2 minn 11 Wieġeb il-mistoqsijiet

Il-Ġeografija (Ġenerali) – Ir-Raba’ Sena tas-Sekondarja – Rotta 2 – 2014 Paġna 5 minn 11

4. Disinn 5 juri artiklu minn gazzetta dwar it-tieqa tad-Dwejra, f’Għawdex.

Disinn 5

a. Għalfejn it-twieqi bħal tad-Dwejra f’Għawdex xi darba għad jaqgħu?

____________________________________________________________________________

____________________________________________________________________________

(4)

b. Disinn 6 (b) juri tieqa fil-baħar. Kompli pinġi u llejbilja Disinn 6 (a) biex turi kif kien xatt

il-baħar qabel ma ffurmat it-tieqa. (3)

c. Kompli pinġi u llejbilja Disinn 6 (c) biex turi kif se jkun xatt il-baħar wara li taqa’ t-tieqa. (3)

Disinn 6 (a) Disinn 6 (b) Disinn 6 (c)

Qabel Wara

________________________________

________________________________

________________________________

________________________________

________________________________

________________________________

Page 6: Sena IL-ĠEOGRAFIJA (Ġenerali) IL-ĦIN: Siegħa u nofs · Il-Ġeografija (Ġenerali) – Ir-Raba’ Sena tas-Sekondarja – Rotta 2 – 2014 Paġna 2 minn 11 Wieġeb il-mistoqsijiet

Il-Ġeografija (Ġenerali) – Ir-Raba’ Sena tas-Sekondarja – Rotta 2 – 2014 Paġna 6 minn 11

Jiena Salvu l-bidwi. Għal ħafna snin kont nuża

fertilizzant u pestiċida artifiċjali. Iżda din is-sena qed

nipprattika biedja organika. B’hekk għandi kwalità ta’

prodotti aktar bnini u l-klijenti tiegħi moħħhom mistrieħ

li qed jieklu ħaxix u frott li huwa tajjeb għal saħħithom.

Fl-istess ħin qed nagħmel inqas ħsara lill-ambjent,

fosthom lill-għalqa tiegħi.

5. Aqra x’għandu x’jgħid Salvu l-bidwi u wara wieġeb il-mistoqsijiet:

Disinn 7

a. Spjega għalfejn il-bdiewa jużaw:

il-fertilizzanti artifiċjali: ________________________________________________________

____________________________________________________________________________

il-pestiċidi: __________________________________________________________________

____________________________________________________________________________

(4)

b. X’tip ta’ ħsara jista’ jagħmel użu żejjed ta’ fertilizzanti u pestiċidi artifiċjali lill-:

ilma tal-pjan? _________________________________________________________________

_____________________________________________________________________________

għasafar u l-insetti?_____________________________________________________________

_____________________________________________________________________________

(4)

c. Xi tfisser biedja organika?

____________________________________________________________________________

____________________________________________________________________________

(2)

d. Bl-għajnuna ta’ Disinn 7, semmi vantaġġ ta’ biedja organika għall-:

bdiewa:

____________________________________________________________________________

____________________________________________________________________________

konsumaturi:

____________________________________________________________________________

____________________________________________________________________________

(4)

Page 7: Sena IL-ĠEOGRAFIJA (Ġenerali) IL-ĦIN: Siegħa u nofs · Il-Ġeografija (Ġenerali) – Ir-Raba’ Sena tas-Sekondarja – Rotta 2 – 2014 Paġna 2 minn 11 Wieġeb il-mistoqsijiet

Il-Ġeografija (Ġenerali) – Ir-Raba’ Sena tas-Sekondarja – Rotta 2 – 2014 Paġna 7 minn 11

6. F’Disinn 8 tidher studenta qed tistudja għall-eżamijiet. Fuq il-mejda jidhru numru ta’ oġġetti li

tuża waqt l-istudju tagħha.

Disinn 8

a. Ikteb żewġ prodotti manifatturati li jidhru f’Disinn 8.

___________________________ ___________________________ (2)

b. Ikteb il-materja prima li ntużat biex isiru żewġ prodotti f’Disinn 8.

___________________________ ___________________________ (2)

c. Il-prodotti manifatturati jinħadmu f’fabbriki. F’Disinn 9 jidhru xi fatturi li jinfluwenzaw fejn

tinbena fabbrika ġdida. Agħżel żewġ fatturi u agħti raġuni għaliex huma importanti

għall-fabbriki f’Tabella C.

Disinn 9

Fattur Raġuni

Tabella C (6)

Page 8: Sena IL-ĠEOGRAFIJA (Ġenerali) IL-ĦIN: Siegħa u nofs · Il-Ġeografija (Ġenerali) – Ir-Raba’ Sena tas-Sekondarja – Rotta 2 – 2014 Paġna 2 minn 11 Wieġeb il-mistoqsijiet

Il-Ġeografija (Ġenerali) – Ir-Raba’ Sena tas-Sekondarja – Rotta 2 – 2014 Paġna 8 minn 11

d. Disinn 10 juri fejn jinstabu tmien żoni industrijali f’Malta u Għawdex, immarkati bin-numri

minn 1 sa 8. Agħmel ċirku madwar in-numru t-tajjeb ta’ ħamsa minn dawn iż-żoni industrijali

ħdejn l-isem tagħhom f’Tabella D.

Disinn 10

Tabella D (5)

e. Semmi vantaġġ wieħed li għandhom iż-żoni industrijali li jinsabu viċin il-Port il-Kbir u l-Port

Ħieles fuq żoni industrijali oħra.

____________________________________________________________________________

__________________________________________________________________________ (2)

Isem iż-żona industrijali

Agħmel ċirku

man-numru

t-tajjeb

Żona Industrijali tax-Xewkija 1 2

Żona Industrijali tal-Imrieħel 1 4

Żona Industrijali ta’ San Ġwann 3 7

Żona Industrijali ta’ Bulebel 6 7

Żona Industrijali ta’ Ħal Far 6 8

Żona Industrijali tal-Marsa 4 5

Technopark, Il-Mosta 2 8

Smart City, Il-Kalkara 3 6

Page 9: Sena IL-ĠEOGRAFIJA (Ġenerali) IL-ĦIN: Siegħa u nofs · Il-Ġeografija (Ġenerali) – Ir-Raba’ Sena tas-Sekondarja – Rotta 2 – 2014 Paġna 2 minn 11 Wieġeb il-mistoqsijiet

Il-Ġeografija (Ġenerali) – Ir-Raba’ Sena tas-Sekondarja – Rotta 2 – 2014 Paġna 9 minn 11

7. Għal ħafna snin il-fabbriki kienu jarmu l-iskart industrijali tagħhom fil-baħar jew fix-xmajjar.

Il-Baħar tat-Tramuntana u l-Baħar Mediterran huma tnejn mill-iktar ibħra mniġġsa fl-Ewropa.

a. Fuq Disinn 11 immarka l-Baħar tat-Tramuntana u l-Baħar Mediterran. (4)

Disinn 11

b. Bl-għajnuna ta’ Disinn 12, semmi tliet sorsi ta’ tniġġis tal-baħar u spjega kif dawn huma ta’

periklu għall-ambjent tal-baħar u l-ħlejjaq li jgħixu fih.

Disinn 12

Sors 1: __________________________________________________________________________

________________________________________________________________________________

Sors 2: __________________________________________________________________________

________________________________________________________________________________

Sors 3: __________________________________________________________________________

________________________________________________________________________________

(6)

Page 10: Sena IL-ĠEOGRAFIJA (Ġenerali) IL-ĦIN: Siegħa u nofs · Il-Ġeografija (Ġenerali) – Ir-Raba’ Sena tas-Sekondarja – Rotta 2 – 2014 Paġna 2 minn 11 Wieġeb il-mistoqsijiet

Il-Ġeografija (Ġenerali) – Ir-Raba’ Sena tas-Sekondarja – Rotta 2 – 2014 Paġna 10 minn 11

c. F’Disinn 13 jidhru modi differenti kif jista’ jitnaqqas it-tniġġis tal-baħar. Spjega kif wieħed

minn dawn il-metodi jgħin biex jitnaqqas it-tniġġis fil-Baħar Mediterran u fil-Baħar tat-

Tramuntana.

Disinn 13

________________________________________________________________________________

________________________________________________________________________________

________________________________________________________________________________

________________________________________________________________________________

(4)

8a. F’Malta l-elettriku jiġi ġġenerat mill-impjanti tal-enerġija termika li jinsabu fil-Marsa u

f’Delimara. Disinn 14 juri dawn iż-żewġ impjanti. Bl-għajnuna ta’ Disinn 14, semmi żewġ

problemi ambjentali li jikkawżaw impjanti tal-enerġija termika.

Disinn 14

________________________________________________________________________________

________________________________________________________________________________

________________________________________________________________________________

________________________________________________________________________________

(4)

Impjant għat-tisfija tad-drenaġġ Użu ikkontrollat ta’ pestiċidi

L-impjant tal-enerġija fil-Marsa L-impjant tal-enerġija f’Delimara

Page 11: Sena IL-ĠEOGRAFIJA (Ġenerali) IL-ĦIN: Siegħa u nofs · Il-Ġeografija (Ġenerali) – Ir-Raba’ Sena tas-Sekondarja – Rotta 2 – 2014 Paġna 2 minn 11 Wieġeb il-mistoqsijiet

Il-Ġeografija (Ġenerali) – Ir-Raba’ Sena tas-Sekondarja – Rotta 2 – 2014 Paġna 11 minn 11

b. F’disinni 15 u 16 jidhru żewġ sorsi ta’ enerġija rinovabbli li jintużaw f’Malta: enerġija mir-riħ

u enerġija mix-xemx. F’kolonna B ikteb għal liema sors qed tirreferi kull sentenza.

Disinn 15 Disinn 16

Kolonna A

Kolonna B:

Enerġija mix-xemx jew

enerġija mir-riħ?

1. Dan is-sors ta’ enerġija jiġġenera l-aktar elettriku fis-sajf.

2. Dan is-sors ta’ enerġija jiġġenera l-aktar elettriku fix-xitwa.

3. Dan is-sors ta’ enerġija jieħu ħafna spazju mill-bejt.

4. Dan is-sors ta’ enerġija ma jiħux ħafna spazju ta’ art.

5. Dan is-sors ta’ enerġija jiġġenera elettriku lejl u nhar.

(5)

c. Ikteb tliet raġunijiet għalfejn il-Gżejjer Maltin jaqblilhom jinvestu f’enerġija rinovabbli.

1. _________________________________________________________________________

_________________________________________________________________________

2. _________________________________________________________________________

_________________________________________________________________________

3. _________________________________________________________________________

_________________________________________________________________________

(6)

Pannelli solari Turbina tar-riħ

Page 12: Sena IL-ĠEOGRAFIJA (Ġenerali) IL-ĦIN: Siegħa u nofs · Il-Ġeografija (Ġenerali) – Ir-Raba’ Sena tas-Sekondarja – Rotta 2 – 2014 Paġna 2 minn 11 Wieġeb il-mistoqsijiet

Geography Form 4 General Maltese Version

Paġna 9 – Mistoqsija 7 (a) għandha (4) marki

Paġna 6 – Mistoqsija 5 (c) għandha (3) marki u mhux (2) marki