13

Ġ ejja x-Xita Mary Meilak

Embed Size (px)

DESCRIPTION

Ġ ejja x-Xita Mary Meilak. Il-ħuttaf ħafif daqs vleġġa, Ħalla s-sema u ġie jbus l-art, Ġewwa l-qliel in-naħal trekken, Ħalla l-ġonna, reħa l-ward. Il-qattusa ħ iemda f’rokna, Togħrok, togħrok lil widnejha U t-tiġieġa tgerfex tgerfex Sħab ta’ trab qajmet b’d u frejha. - PowerPoint PPT Presentation

Citation preview

Page 1: Ġ ejja x-Xita Mary Meilak
Page 2: Ġ ejja x-Xita Mary Meilak

Ġejja x-Xita

Mary Meilak

Page 3: Ġ ejja x-Xita Mary Meilak

Il-ħuttaf ħafif daqs vleġġa,

Ħalla s-sema u ġie jbus l-art,

Ġewwa l-qliel in-naħal trekken,

Ħalla l-ġonna, reħa l-ward.

Page 4: Ġ ejja x-Xita Mary Meilak

Il-qattusa ħiemda f’rokna,

Togħrok, togħrok lil widnejha

U t-tiġieġa tgerfex tgerfex

Sħab ta’ trab qajmet b’dufrejha.

Page 5: Ġ ejja x-Xita Mary Meilak

Il-bebbux sejjer jistaħba

Ġewwa t-toqob qalb il-blat

U l-kelb tħaxken maġenb sidu,

Qalbu sewda, nofs skantat.

Page 6: Ġ ejja x-Xita Mary Meilak

Ġej il-gawwi, riesaq liebet

Għal ġo rdoss lejn ix-xtajtiet

U t-tfief hemm minn ġol-għelieqi

Qed itellaq “in-nanniet”.

Page 7: Ġ ejja x-Xita Mary Meilak

Il-balluta lil xuxitha

Nokkli nokkli qed tagħmilha,

F’dar in-nemel ma nafx x’ġara,

Fixla u għawġ donnu daħlilha.

Page 8: Ġ ejja x-Xita Mary Meilak

Il-qażquż fit-trab jitmiegħek,

Iċ-ċawl jagħti sħiħ bis-sieq

U kultant żrinġ kbir, imżattat,

Tħajjar jaqsam waħdu t-triq.

Page 9: Ġ ejja x-Xita Mary Meilak

In-nagħaġ qamu jirgħaw kmieni,

Il-mogħoż tgezzu ġol-widien,

Is-serduk jidden flgħaxija,

Kollu mgħaxxex id-dubbien.

Page 10: Ġ ejja x-Xita Mary Meilak

L-isponsun: Witt! witt! witt! witt!

Waqq! waqq! waqq! il-wiżż ġol-għar…

Nies ta’ Malta, xita għandna!

Naddfu l-bjut u iftħu l-bjar.

Page 11: Ġ ejja x-Xita Mary Meilak
Page 12: Ġ ejja x-Xita Mary Meilak

Mary Meilak (1905 – 1975)

Page 13: Ġ ejja x-Xita Mary Meilak