8
E-Spark hija newsletter elettronika mahruga mic-Centru tal-Vokazzjonijiet tas-Seminarju, tal-Virtu,Rabat . Tel: 21450354 - www.vokazzjoni.com E Spark 50 OTTUBRU 2012 ID-DIREZZJONI SPIRITWALI A WEEK IN THE LIFE OF A PRIEST YOUTH FELLOWSHIP

e-spark 50

Embed Size (px)

DESCRIPTION

Rivista ghal min qed ifittex is-sejha ta' Alla, u jrid jaghmel xi haga dwarha A resource for those seeking God's plan in their life, and who wish to do something about it

Citation preview

Page 1: e-spark 50

E-Spark hija newsletter elettronika mahruga mic-Centru tal-Vokazzjonijiet tas-Seminarju,

tal-Virtu,Rabat . Tel: 21450354 - www.vokazzjoni.com

E Spark 50 OTTUBRU 2012

ID-DIREZZJONI SPIRITWALI

A WEEK IN THE LIFE OF A PRIEST

YOUTH FELLOWSHIP

Page 2: e-spark 50

E Spark 50

Qatt kellek kurżità li tkun taf Alla x'għandu x'jgħidlek? Għandek xewqa li tiskopri aktar lil Alla? Ġieli staqsejt "fejn hu Alla" f'xi sitwazzjoni kumplessa tal-ħajja? Forsi fittixt il-parir ta' xi ħadd dwar xi ħaġa li kont għaddej minnha?

Id-Direzzjoni Spiritwali

Mill-bidu nett tal-fidi Nisranija, xi individwi skoprew li kellhom risposta għal dawn id-domandi, u setgħu fl-aħħar itaffu l-ġuħ li kellhom għal Alla u r-rieda tiegħu. Hekk bdiet it-tradizzjoni tad-Direzzjoni Spiritwali.

"Direzzjoni Spiritwali"... Din tista' tinstama' qisha xi ħaġa kkumplikata. Fil-fatt hi għajnuna sempliċi imma mportanti għal min irid jieħu l-ħajja Nisranija aktar bis-serjetà. Forsi int ukoll tixtieq tikber aktar bħala Nisrani...

Direttur Spiritwali hu bħal "Kowċ" Spiritwali: bniedem li miegħu taqsam l-aktar affarjiet personali li jkunu qed jiġru f'ħajtek. Bħal meta ssib ħabib veru - ikun Alla stess li jkun laqqgħek miegħu. Hekk ukoll id-Direttur Spiritwali. Id-differenza bejn ħabib u Direttur Spiritwali hu dan: waqt li ħabib ikellmek ukoll dwar dak li hu jkun għaddej minnu hu, il-"Kowċ" jisimgħewk bla ma joqgħod jgħabbik bil-ħajja personali tegħu. Huwa int li trid titkellem għax l-attenzjoni tiegħu hi fuqek.

Page 3: e-spark 50

Jisimgħek b'tant attenzjoni mhux għax kurjuż, imma biex jipprova jifhem kif Alla jkun qed jaħdem fil-ħajja tiegħek. Biex jgħinek tinnota ċerta dettalji. Fil-fatt il-kelma "Direttur" mhix eżatta għal kollox, għax mhux hu jkun qed imexxilek ħajtek. Hu sempliċiment jiprova jgħinek tinduna kif Alla jkun qed iġib ruħu miegħek, u jħeġġek timxi fl-aħjar direzzjoni biex tkabbar il-ħbiberija tiegħek ma' Alla. Jipprova jwassallek l-istedina ta' Alla.

Għalhekk huwa mportanti li ssib persona li tista' tafda, xi ħadd li jgħinek tħossok komdu, u li sa ċertu punt tkunu taqblu bħala karattru.

E Spark 50 Id-Direzzjoni Spiritwali

Direttur Spiritwali tajjeb ikun attent għal dak kollu li jkun qed jiġrilek, u jisma' dak kollu li tkun tixtieq tgħidlu - l-affarijiet li jkunu qed itellfuk, jew iġegħluk tinkwieta jew tinkedd, dak kollu li jkun attraenti jew antipatku għalik, ix-xewqat, il-ħolm, il-ħajja tat-talb. Hu se jaċċettak - sew meta tkun sejjer tajjeb u anke meta tkun għaddej minn xi gwaj.

Page 4: e-spark 50

E Spark 50 Id-Direzzjoni Spiritwali

Fr Henri Nouwen,

li kiteb ħafna kotba dwar id-Direzzjoni Spiritwali, jgħid hekk...

Kif se nkunu nafu li mhux qed nidħqu bina nfusna? Li mhux qed nagħżlu skont dak li jgħidulna l-istinti u passjonijiet tagħna? Kif se nkunu ċerti li l-leħen li qed nisimgħu ma jkunx forsi l-immaġinazzjoni tagħna? Kif se nkun naf jekk dak li nħoss u dak li naħseb fil-fatt hux se jħallini nimxi fid-direzzjoni tajba? U wara kollox, l-anqas jien żgur fejn irrid nasal... Forsi qed nimxi bla ma naf fejn sejjer...

Alla tagħna hu ikbar minn qalbna u moħħna. Spiss, u faċli ħafna jiġrilna, li naqgħu fit-tentazzjoni li nqisu x-xewqat ta' qalbna u t-thewdin ta' moħħna bħala dak li jrid Alla minna. Hu għalhekk li neħtieġu gwida, xi ħadd li jakkumpanjana u li jimxi magħna, li jgħinna niddistingwu bejn il-vuċi ta' Alla u l-ħafna vuċijiet oħra li jkunu ġejjin mill-konfużjoni tagħna, jew minn setgħat mudlama li mgħandniex kontroll fuqhom.

Ilkoll neħtieġu lil xi ħadd li jagħmlilna kuraġġ meta nkunu se naqtgħu qalbna, meta nkunu lesti nabbandunaw kollox, jew niddispraw. Imma rridu wkoll lil xi ħadd li jipprova jiddiswadina meta nkunu qed ngħaġġlu żżejjed waqt mumenti ta' inċertezza, jew meta l-kburija tkun qed tmexxina wisq lejn it-tarf. Neħtieġu xi ħadd li jkun jista' jissuġġerielna kif naqraw id-dettalji ta' ħajjitna, meta għandna noqogħdu biss fis-skiet, u fuq xhiex għandna nirriflettu meta s-skiet iktar joħolqilna ansjetà milli paċi.

Reaching Out: The Three Movements of the Spiritual Life, Fr Henri Nouwen (1986).

Reaching Out: The Three Movements of the Spiritual Life, Fr Henri Nouwen

Page 5: e-spark 50

Meta tlesti, għid: "Grazzi Spirtu Qaddis, għax int miegħi dejjem. Bik jien nista' nara lili nnifsi tassew kif jien. Kompli għamilni nixbaħ aktar lil Ġesù. Ammen." Dak li ktibt jista' jkun il-bidu biex toħloq diskussjoni mad-Direttur Spiritwali tiegħek.

E Spark 50

Xi domandi għar-riflessjoni tiegħek

L-ewwelnett sib post għall-kwiet u rodd is-salib. Oqgħod xi minuta bla ma taħseb u tagħmel xejn. Imbagħad għid "Mulej Alla, jien qed noffri lili nnifsi lilek. L-anqas jien ċert x'għandi x'noffri, imma naf li int lili tilqagħni kif jien. Nixtieq insegwi dak li jgħidli l-Ispirtu tiegħek." Ara ftit dawn id-domandi. Aqrahom kollha l-ewwel. Meta tlesti, aħseb ftit liema domandi jidhru l-aktar importanti għalik. Aqbad karta w biro u weġibhom. Meta twieġeb kun fil-qosor, u ikteb l-ewwel ħaġa li tiġi f'moħħok: xi kliem, xi ħaġa li tħoss, xi domanda li tixtieq tagħmel. Issa innota wkoll jekk hemmx xi domandi li tarahom bla sens jew li joħolqu "feeling" negattiv fik (tipo, "din ma rridx naħseb dwarha"). Aħseb ftit dwar dawn id-domandi wkoll. Min jaf, tista' tiġi xi idea f'moħħok.

Id-Direzzjoni Spiritwali

1.Kif tiddeskrivi l-ħajja tiegħek matul dan l-aħħar xahar? Ipprova iddeskrivi billi tqabbel ħajtek ma' xi kulur (jew kuluri) jew xi oġġett, jew xi diska, jew billi tagħżel kelma waħda (jew tnejn).

2.X'inhuma dawk l-affarijiet li taħseb li Alla qed jinqeda bihom dan l-aħħar biex ikellmek? Per eżempju: xi ħaġa li ġrat, jew xi esperjenza, jew relazzjoni.

3.X'inhuma dawk l-affarijiet li taħseb li Alla qed jinqeda bihom dan l-aħħar biex ma tħossux miegħek?

4.In-nuqqas ta' preżenza ta' Alla, jew il-preżenza tiegħu, tagħmel differenza għalik? Kif tagħmel differenza?

5.Kif qed titlob dan l-aħħar? Hemm xi ħaġa li tgħinek tkun attent għal dak li qed jgħidlek Alla? X'inhuma l-affarijiet li jfixkluk meta tipprova titlob?

6.Għandek ħjiel li Alla forsi qed jitlob minnek tikber ftit, jew iċċedi xi ħaġa li qed iżżommok lura? X'jista' jkun qed jitlob minnek Alla? X'qed tagħmel dwar dan?

Page 6: e-spark 50

E Spark 50

http://saltandlighttv.org/blog/tag/vocations

A Week in the life of a priest

Page 7: e-spark 50

E Spark 50 http://youthfellowship.org/

Page 8: e-spark 50

Contact

Fr Michael and share your comments, suggestions, ideas or problems

email: [email protected]

Tel : 21450354 /79964557.

Vocational Centre, Archbishop’s Seminary , Tal-Virtu, Rabat

E Spark 50 Contact

Vocation prayer

Prayer of Abandonment to God’s Will and

Direction

Master of my heart, what I yearn for most is

intimacy with you. Give me that deep-down

faith that believes you love me passionately. In

our heart-to-heart conversations, my Eucharistic

Jesus, let me dream your dreams for me. And

may I dream to make a difference for the

people of today. Jesus Master, calm me as I go

about my sometimes frenetic-paced life. Use

my creativity, my energy, my enthusiasm in the

way you see best, to bring light and grace to our

overworked world. When I become

overwhelmed by difficulties, doubts, and

disappointments, may I let go of my own

opinions and desires and trust that your will

should be done. I can say more,

but….Whatever, Lord! May I live only for you.

Amen.