13
Dwardu Cachia Analiżi ta’ Marquita Galea u Audrey Borg Skola St Francis, Tas-Sliema

Dwardu Cachia - maltikurja.files.wordpress.com · Metafora – “qalb waħda t-tnejn sirtu

  • Upload
    builien

  • View
    278

  • Download
    3

Embed Size (px)

Citation preview

Page 1: Dwardu Cachia - maltikurja.files.wordpress.com · Metafora – “qalb waħda t-tnejn sirtu

Dwardu Cachia

Analiżi ta’

Marquita Galea u Audrey Borg Skola St Francis, Tas-Sliema

Page 2: Dwardu Cachia - maltikurja.files.wordpress.com · Metafora – “qalb waħda t-tnejn sirtu

“Il-motiv storiku, il-kontenut imnikket, il-kuntrast aħrax

bejn il-festiv u l-eleġajku, is-sentimenti tas-solidarjeta’ nazzjonali kontra l-aggressjoni tal-barrani bla twemmin; kollox huwa mwaħħad f’innu popolari li jiċċelebra l-innoċenza tal-Maltin u jikkundanna mingħajr ma jtenni kelma waħda ta’ vendetta fuq l-azzjoni tal-għadu.”

Oliver Friggieri

Il-Kontenut

Marquita Galea u Audrey Borg

Page 3: Dwardu Cachia - maltikurja.files.wordpress.com · Metafora – “qalb waħda t-tnejn sirtu

Il-poeżija hija maqsuma fi tliet partijiet:

It-tieġ bejn il-Ħakem u Katrin,

il-ġlieda bejn il-Maltin u t-Torok,

il-mewta tal-Ħakem.

Fl-ewwel parti : ll-ħakem u Katrin kellhom jiżżewġu u f’dak il-jum kulħadd xtaqilhom il-barka.

Kulħadd ħareġ jifraħ f’dik il-ġurnata hekk importanti. Katrin kienet qisha warda Maltija, sabiħa u tiddi bil-ferħ.

Din l-ewwel parti tal-poeżija tagħlaq bil-wasla tal-għarajjes u l-mistednin fil-knisja, fejn il-Ħakem u Katrin jingħaqdu fis-sagrament taż-żwieġ billi jwiegħdu mħabba eterna lil xulxin.

It-Traġedja

Marquita Galea u Audrey Borg

Page 4: Dwardu Cachia - maltikurja.files.wordpress.com · Metafora – “qalb waħda t-tnejn sirtu

It-Tieni Parti tal-poeżija ġġib magħha bidla wkoll fit-tul tal-vers. Issa l-vers tat-tmienja jiddeskrivi l-attakk qalil tat-Torok fuq il-Maltin. Il-ħakem kellu jmexxi l-ġlied kontra l-għedewwa li ħabtu għal gżiritna min-naħa tal-Pwales. Cachia jidħol f’dettall kbir tul il-poeżija kollha. Id-deskrizzjonijiet tiegħu huma dettaljati ħafna.

Malli l-għases tad-Dejma taw l-aħbar tal-attakk, qam ġenn sħiħ, iżda xorta waħda tispikka l-ħlewwa li biha l-Ħakem idur lejn martu u jkellimha. Għalkemm dan kien mument ta’ paniku, huwa qalilha biex tistennieh għaliex huwa kellu jitlaq jagħmel id-dover tiegħu.

Issa l-atmosfera tinbidel għalkollox, il-ferħ jinbidel f’niket, waqt li missirijietna ħejjew ruħhom biex jitqabdu mal-għedewwa. Tispikka l-għaqda tal-Maltin li ngħaqdu mal-Ħakem bl-għan li jegħlbu lit-Torok. Wara nofstanhar ta’ ġlied. Il-Maltin ħarġu rebbieħa.

Marquita Galea u Audrey Borg

Page 5: Dwardu Cachia - maltikurja.files.wordpress.com · Metafora – “qalb waħda t-tnejn sirtu

Fit-Tielet parti, il-ferħ tar-rebħa ma setax ikun komplut, hekk kif kienu tilfu lil dak li mexxiehom bi qlubija kbira. Huma daħlu lura l-Imdina “Bi rjushom imgħaddsa”, għax żewġ Torok kienu nifdu f’ġenbu lill-Ħakem, hekk kif dawn kienu ntebħu bit-telfa tagħhom.

Il-poeta jiddeskrivi n-niket li ħasset f’qalbha Katrin meta rat lil żewġha mejjet. Hija ntilfet u waqgħet fl-art, f’dak l-istess post fejn sa ftit sigħat qabel kienu “xerrdulhom il-ward”. Hawnhekk Cachia jagħlaq fuq nota ta’ swied il-qalb meta jistaqsi min jista’ jsabbar lill-imsejkna Katrin li f’jum wieħed iżżewġet u romlot.

Marquita Galea u Audrey Borg

Page 6: Dwardu Cachia - maltikurja.files.wordpress.com · Metafora – “qalb waħda t-tnejn sirtu

Hemm min isostni li Katrin hija Malta, li tul is-snin

kellha tgħaddi minn ħafna tiġrib biex ma tintrebaħx mill-għadu. Għalhekk il-poeżija tista’ titqies bħala storja simbolika ta’ art mill-isbaħ, li filwaqt li taf tgħix u tiċċelebra, ikollha dduq il-weġgħat, in-niket, it-tbatija u l-mewt.

Interpretazzjoni

Marquita Galea u Audrey Borg

Page 7: Dwardu Cachia - maltikurja.files.wordpress.com · Metafora – “qalb waħda t-tnejn sirtu

L-Element Folkloristiku

Dwardu Cachia jagħti ħafna tagħrif folkloristiku marbut ma’ din iċ-ċelebrazzjoni, fosthom:

Il-purċissjoni (il-ġilwa) mid-dar sal-knisja taħt il-baldakkin

Id-daqq tal-qniepen, tat-tabal u taż-żmamar waqt li l-għarajjes mexjin lejn il-knisja

It-twaddib tad-dafriet (bukketti tal-ward) mit-twieqi fuq l-għarajjes

L-għożżieb jilqgħu lill-għarajjes fil-pjazza u jdaħħluhom fil-knisja

Mal-bieb tad-dar kien hemm erba’ qaddejja (ħaddara) biex jilqgħu l-mistednin

Id-dar mimlija daqs bajda bil-ħxejjex

L-ilbies tradizzjonali tal-għarus

Kif joqogħdu madwar il-mejda waqt iċ-ċelebrazzjoni: il-Ħakem, Katrin maġenbu u ħdejha l-kunjata (l-imdanna)

Marquita Galea u Audrey Borg

Page 8: Dwardu Cachia - maltikurja.files.wordpress.com · Metafora – “qalb waħda t-tnejn sirtu

Is-suldati tad-Dejma

L-għarfien tal-attakk- id-duħħan u l-qniepen

L-attakk mit-Torok

Il-Ħakem u n-nobbli fl-Imdina

L-irjus tat-Torok biex juru r-rebħa

L-element li jispikka l-iktar huwa dak patrijottiku ta’ missirijietna u tal-Ħakem, li kienu lesti jagħtu ħajjithom għal art twelidhom.

L-Element Storiku

Marquita Galea u Audrey Borg

Page 9: Dwardu Cachia - maltikurja.files.wordpress.com · Metafora – “qalb waħda t-tnejn sirtu

Il-ballata tinqasam fi tliet partijiet: L-ewwel parti fiha ottava bil-vers tas-sitta u b’rima mqabbża

(fejn insibu d-deskrizzjoni taċ-ċelebrazzjoni taż-żwieġ bejn il-Ħakem u Katrin). Hawn it-ton huwa wieħed ferrieħi.

It-tieni parti fiha l-kwartini bil-vers ottonarju u b’rima mqabbża (fejn insibu d-deskrizzjoni tat-taqbida bejn it-Torok u l-Maltin). Hawn it-ton huwa wieħed ta’ tensjoni.

It-tielet parti fiha kwartini bil-vers senarju u rġajna b’rima mqabbża (fejn naraw il-patos li ġabet magħha l-mewt tal-Ħakem u d-dwejjaq kbir li ġabet f’qiegħ ruħ Katrin). Hawn it-ton huwa wieħed ta’ swied il-qalb.

Il-kliem użat tul il-poeżija huwa ta’ nisel semitiku bħal: raħeb, ħaddara, ġilwa u oħrajn.

Il-Metrika

Marquita Galea u Audrey Borg

Page 10: Dwardu Cachia - maltikurja.files.wordpress.com · Metafora – “qalb waħda t-tnejn sirtu

Anafora – “Mitt barka xtaqulhom Mitt hena, mitt ġid” Apokope – “haw’” Eliżjoni – “l’huma” Enjambment – “Minn xebba u għarusa F’jum wieħed dil-mara Ittejjeġ u tormol!” Metafora – “qalb waħda t-tnejn sirtu” Mistoqsija rettorika – “Għala issa mnikktin?” Personifikazzjoni – “ir-rħula qamu” Polisindeto – “U ħdejha mdannitha U r-raħeb Bernard”

Xi Termini Letterarji

Marquita Galea u Audrey Borg

Page 11: Dwardu Cachia - maltikurja.files.wordpress.com · Metafora – “qalb waħda t-tnejn sirtu

Iperbole: “Wied tad-dmija ġera fl-art”

Asindeto: “ Aħbat, idrob, infed, oqtol…”

Similitudni - “Bħal bajda mimlija”

Antiteżi – “Ittejjeġ u tormol!”

Alliterazzjoni – “Xħin tilmħu,tintilef!”

Epizewski – “Jalla, jalla rġiel qalbiena”

Xi Termini Letteraji o]ra

Marquita Galea u Audrey Borg

Page 12: Dwardu Cachia - maltikurja.files.wordpress.com · Metafora – “qalb waħda t-tnejn sirtu

Il-patrijottiżmu – il-qlubija tal-Maltin biex jiddefendu lil pajjiżhom.

L-element Reliġjuż - kliem il-Ħakem li jitlob lil Alla biex jipproteġi lil martu qabel jitlaqha

Il-kefrija tal-għadu – li joqtol lill-Ħakem kif jintebaħ li tilef.

L-imħabba bejn il-Ħakem u Katrin

L-Element Romantiku

Marquita Galea u Audrey Borg

Page 13: Dwardu Cachia - maltikurja.files.wordpress.com · Metafora – “qalb waħda t-tnejn sirtu

Kuntrast bejn l-ewwel u t-tieni parti tal-poeżija

Iċ-ċelebrazzjoni tat-tieġ u l-mewt tal-għarus

Mill-ewforija għat-traġedja

Il-kefrija tal-għadu u l-qlubija tal-Malti

Poeżija mimlija Kuntrasti

Marquita Galea u Audrey Borg