14
Kelmiet il-Għadd www.maltikurja.com

Kelmiet il-Għadd - maltikurja.files.wordpress.com · Kif jinkiteb in-nom meta jkollna numru qabel •Minn tnejn sa għaxra jista’ jkollna n-nom fil-plural jew in-nom fil-plural

Embed Size (px)

Citation preview

Page 1: Kelmiet il-Għadd - maltikurja.files.wordpress.com · Kif jinkiteb in-nom meta jkollna numru qabel •Minn tnejn sa għaxra jista’ jkollna n-nom fil-plural jew in-nom fil-plural

Kelmiet il-Għadd

www.maltikurja.com

Page 2: Kelmiet il-Għadd - maltikurja.files.wordpress.com · Kif jinkiteb in-nom meta jkollna numru qabel •Minn tnejn sa għaxra jista’ jkollna n-nom fil-plural jew in-nom fil-plural

In-numri fil-lingwa

• Kelmiet il-Għadd huma kliem li juri

numru biex ifissru l-kwantità

tan-nom.

• In-numri jistgħu jkunu Kardinali jew

Ordinali

www.maltikurja.com

Page 3: Kelmiet il-Għadd - maltikurja.files.wordpress.com · Kif jinkiteb in-nom meta jkollna numru qabel •Minn tnejn sa għaxra jista’ jkollna n-nom fil-plural jew in-nom fil-plural

Kardinali:Juru l-kwantità tan-nom

Ordinali:Juru l-ordni li fiha qiegħed in-nom

wieħed l-ewwel

tnejn / żewġ it-tieni

tlieta / tliet / tlett / tlitt it-tielet

erbgħa / erba’ ir-raba’

ħamsa / ħames il-ħames

sitta / sitt is-sitt

sebgħa / seba’ is-seba’

tmienja / tmien it-tmien

disgħa / disa’ id-disa’

għaxra / għaxar l-għaxar

In-numri kardinali u ordinaliwww.maltikurja.com

Page 4: Kelmiet il-Għadd - maltikurja.files.wordpress.com · Kif jinkiteb in-nom meta jkollna numru qabel •Minn tnejn sa għaxra jista’ jkollna n-nom fil-plural jew in-nom fil-plural

In-numri Kardinali

• Juru kwantità: eż. disa’ klassijiet.

• Juru l-ħin: eż. Saru l-erbgħa!

• Isegwu l-verb: eż. Ġew għaxra.

www.maltikurja.com

Page 5: Kelmiet il-Għadd - maltikurja.files.wordpress.com · Kif jinkiteb in-nom meta jkollna numru qabel •Minn tnejn sa għaxra jista’ jkollna n-nom fil-plural jew in-nom fil-plural

It-’t’ marbuta

• In-numri li nużaw quddiem in-nomi jistgħu jorbtu ‘t’ magħhom.

Dan jiġri quddiem nomi li jibdew b’żewġ konsonanti u jieħdu vokali

tal-leħen, speċjalment meta jkunu nomi b’sillaba waħda.

eż. żewġt itfal

ħamest ibniet

għaxart ibliet

www.maltikurja.com

Page 6: Kelmiet il-Għadd - maltikurja.files.wordpress.com · Kif jinkiteb in-nom meta jkollna numru qabel •Minn tnejn sa għaxra jista’ jkollna n-nom fil-plural jew in-nom fil-plural

It- ‘t’ marbuta f’numri li fihom l- ‘għ’

• Meta jkollna numri li fihom l- ‘għ’ bħal

erbgħa, sebgħa u disgħa dawn iwaqqgħu

l- ‘għ’ u jpoġġu ‘t’ fuq wara.

Eż. erbat idjar

sebat itfal

disat iklieb

www.maltikurja.com

Page 7: Kelmiet il-Għadd - maltikurja.files.wordpress.com · Kif jinkiteb in-nom meta jkollna numru qabel •Minn tnejn sa għaxra jista’ jkollna n-nom fil-plural jew in-nom fil-plural

‘tliet’ jew ‘tlett/tlitt’?

• Meta rridu niktbu n-numru tlieta b’mod kardinali, jaf insibu diffikultà

bejn dawn iż-żewġ kelmiet: tliet / tlett - tlitt.

• Biex naqtgħu dan id-dubju nżommu l-mudell tan-numru ħamsa.

Eż. ħames oġġetti – tliet oġġetti

ħamest idjar – tlett idjar

• Fit-tieni eżempju, in-numru ħamsa żied it-‘t’ marbuta fuq quddiem, mela

l-istess jagħmel in-numru tlieta u hekk il-kelma tispiċċa b’konsonanti

doppja (waħda tal-kelma stess u l-oħra miżjuda).www.maltikurja.com

Page 8: Kelmiet il-Għadd - maltikurja.files.wordpress.com · Kif jinkiteb in-nom meta jkollna numru qabel •Minn tnejn sa għaxra jista’ jkollna n-nom fil-plural jew in-nom fil-plural

Imxi mal-mudell ...

ħamsa ħames ħamest

tlieta tliet tlett/tlitt

erbgħa erba’ erbat

sebgħa seba’ sebat

disgħa disa’ disat

www.maltikurja.com

Page 9: Kelmiet il-Għadd - maltikurja.files.wordpress.com · Kif jinkiteb in-nom meta jkollna numru qabel •Minn tnejn sa għaxra jista’ jkollna n-nom fil-plural jew in-nom fil-plural

Xi eċċezzjonijiet• Mhux kull nom li huwa ta’

sillaba waħda jpoġġi vokali

tal-leħen fuq quddiem meta

jkun fil-plural u għalhekk ma

jkunx hemm bżonn

‘t’ marbuta.Eż.seba’ xhur

mhux sebat ixhur*

tliet snin

mhux tlett isnin*

www.maltikurja.com

Page 10: Kelmiet il-Għadd - maltikurja.files.wordpress.com · Kif jinkiteb in-nom meta jkollna numru qabel •Minn tnejn sa għaxra jista’ jkollna n-nom fil-plural jew in-nom fil-plural

Kif jinkiteb in-nom meta jkollna numru qabel

• Minn tnejn sa għaxra jista’ jkollna n-nom fil-plural jew in-nom fil-plural

magħdud. Il-plural magħdud jissejjaħ ukoll plural determinat għax qed juri

l-kwantità u dan isir meta jkollna kwantità ta’ 2 sa 10.

Eż. żewġ karozzi (plural) żewġ kelmiet (plural magħdud)

ħames kotba (plural) ħames larinġiet (plural magħdud)

seba’ lapsijiet (plural) seba’ tuffiħat (plural magħdud)

• F’każ ta’ nomi bil-plural magħdud dejjem inpoġġu s-suffiss ‘-iet’ jew ‘-at’.

www.maltikurja.com

Page 11: Kelmiet il-Għadd - maltikurja.files.wordpress.com · Kif jinkiteb in-nom meta jkollna numru qabel •Minn tnejn sa għaxra jista’ jkollna n-nom fil-plural jew in-nom fil-plural

Minn ħdax sa dsatax...

• Meta l-kwantità tan-nom tkun bejn ħdax u dsatax, in-nom jieħu l-forma tas-singular.

• Bejn in-numru u n-nom inżidu l-partiċella ‘-il’

Eż. ħdax-il tifel

tlettax-il ktieb

ħmistax-il sena

dsatax-il tuffieħa

www.maltikurja.com

Page 12: Kelmiet il-Għadd - maltikurja.files.wordpress.com · Kif jinkiteb in-nom meta jkollna numru qabel •Minn tnejn sa għaxra jista’ jkollna n-nom fil-plural jew in-nom fil-plural

Minn għoxrin ’il fuq

• Meta l-kwantità tan-nom tkun iżjed minn għoxrin in-nom jinkiteb fis-singular.

Eż. għoxrin tifla tnejn u tletin flixkun

ħamsin rota mitt pakkett

mija u għoxrin siġġuwww.maltikurja.com

Page 13: Kelmiet il-Għadd - maltikurja.files.wordpress.com · Kif jinkiteb in-nom meta jkollna numru qabel •Minn tnejn sa għaxra jista’ jkollna n-nom fil-plural jew in-nom fil-plural

Numri komposti

• Meta l-kwantità tan-nom tkun kbira u għalhekk in-numru jkun

magħmul minn żewġ kelmiet, in-nom irid jaqbel mal-aħħar numru.

Eż. 101 djar – mitt dar u waħda

109 djar – mija u disat idjar

112 djar – mija u tnax-il dar

150 djar – mija u ħamsin dar

www.maltikurja.com

Page 14: Kelmiet il-Għadd - maltikurja.files.wordpress.com · Kif jinkiteb in-nom meta jkollna numru qabel •Minn tnejn sa għaxra jista’ jkollna n-nom fil-plural jew in-nom fil-plural

kemm-il

• Il-frażi ‘kemm-il’ timxi fuq il-mudell tan-numri minn ħdax sa

dsatax u għalhekk il-partiċella ‘-il’ tmur mal-kelma kemm u mhux

man-nom.

Eż. Kemm-il darba morna ngħumu fil-bajja tar-Ramla l-Ħamra.

www.maltikurja.com