4
Patrijiet Karmelitani Kunvent talKarmnu Triq Villegaignon Mdina. MDN 1190 www.carmelitepriory.org [email protected] facebook: Carmelite Priory Mdina

Il-Labtu tal-Madonna tal-Karmnu

Embed Size (px)

Citation preview

Page 1: Il-Labtu tal-Madonna tal-Karmnu

                                   Patrijiet  Karmelitani  Kunvent  tal-­‐Karmnu  Triq  Villegaignon  Mdina.  MDN  1190    www.carmelitepriory.org  [email protected]  facebook:  Carmelite  Priory  Mdina        

                                                     

Page 2: Il-Labtu tal-Madonna tal-Karmnu

Il-­‐Labtu  tal-­‐Madonna  tal-­‐Karmnu  ORIĠINI,  TIFSIRA  U  PUNTI  PRATTIĊI    Il-­‐Labtu   tal-­‐Karmnu   huwa  wieħed  mis-­‐simboli   l-­‐kbar   ta'   l-­‐ispiritwalità   Karmelitana.   Minn   fejn   ġie   u   x'tifsira   għandu  dan   is-­‐simbolu?   Biex   nifhmu   aħjar,   nagħtu   daqqa   t'għajn  lejn   in-­‐natura   proprja   tal-­‐Labtu   fl-­‐ambjent   storiku   u  teoloġiku  tiegħu.    1.  L-­‐Oriġini  tal-­‐Labtu  Sa   mis-­‐seklu   tlieta,   mal-­‐bidu   tal-­‐monastiċiżmu,   kienet  drawwa   komuni   li   dawk   li   jiddeċiedu   li   jagħtu   ħajjithom  għall-­‐imħabba   ta'   Kristu   jilbsu   lbies   speċjali   li   jfisser   id-­‐dmirijiet  tal-­‐ħajja  li  għażlu.  Dan  l-­‐ilbies  kien  għalihom  sinjal  ħaj   li  huma  mhumiex  aktar  tad-­‐dinja   imma  ta'  Ġesù  Kristu.  Il-­‐Labtu   jfisser   proprju   dan   l-­‐ilbies   reliġjuż   li   juri  appartenenza  lil  Kristu.    Fiż-­‐Żminijiet   tan-­‐Nofs,   meta   l-­‐monastiċiżmu   u   l-­‐Ordnijiet  mendikanti   żviluppaw   ruħhom   aħjar,   minħabba   l-­‐influss  tas-­‐sistema   fewdali,   l-­‐għamla   tal-­‐libsa   kienet   tfisser   ukoll  rabta   bejn   is-­‐sid   u   l-­‐qaddej.   F'din   is-­‐sistema   l-­‐foqra   kienu  jintefgħu   b'ruħhom   u   ġisimhom   għall-­‐qadi   tas-­‐sidien  fewdali   filwaqt   li   dawn   min-­‐naħa   tagħhom   kienu  jaħsbulhom   għall-­‐għixien   u   jaqbżu   għalihom.   Imma   qabel  ma   wieħed   kien   jidħol   biex   jagħmel   parti   minn   din   is-­‐sistema,  kienet  issir  bħal  speċi  ta'  ċerimonja,  il-­‐wegħda  min-­‐

naħa   l-­‐waħda   u   l-­‐għotja   ta'   libsa  min-­‐naħa   l-­‐oħra.   Lil   min  kien   iwiegħed   f'riġlejh   li   lest   li   jaqdih   f'kollox,   is-­‐sid   kien  jagħtih  libsa,  bħal  speċi  ta'  uniformi,  li  kienet  tagħżlu  u  turi  lil   liema  sid  jappartieni.  Dan  ir-­‐rit   insibuh  ukoll  fl-­‐Ordnijiet  religjużi   u   ħadet   il-­‐forma   tal-­‐voti   li   jagħmlu   n-­‐novizzi  f'riġlejn   is-­‐superjur  quddiem  l-­‐altar  u   l-­‐libsa   jew  it-­‐tonka   li  hu  jagħtihom.  Il-­‐libsa  sservi  biex  tagħżel  u  tipproteġi  lil  min  jissieħeb   f'dak   l-­‐Ordni   u   fl-­‐istess   ħin   tfakkar   u   turi   li   hu  mogħti   kollu   kemm   hu   lill-­‐Mulej.   Fl-­‐Ordni   Karmelitan   il-­‐libsa   reliġjuża   mhijiex   bissa   sinjal   tal-­‐għotja   u   l-­‐konsagrazzjoni  lil  Alla  imma  wkoll   lil  Marija.  Il-­‐Karmelitani  jingħataw  kollhom  kemm  huma  lilha  u  hi  min-­‐naħa  tagħha  tħarishom  u  tagħrafhom  li  huma  tagħha.    Id-­‐devozzjoni  lejn  il-­‐Labtu  tal-­‐Madonna  tal-­‐Karmnu  bdiet  fl-­‐Ingilterra   fi   tmiem   is-­‐seklu   tlettax   meta   l-­‐Ordni   kien  għaddej  minn  persekuzzjoni  qalila.  Imma  Marija,  il-­‐Patruna,  dejjem   daħlet   għall-­‐għeżież   tagħha,   u   lill-­‐Karmelitani  għenithom  joħorġu  rebbieħa  fuq  dawk  li  riedu  jagħmlulhom  il-­‐ħsara.  Meta  l-­‐Ordni,  imdawwar  kif  kien  minn  tant  tfixkil  u  theddid   kien   wasal   f'xifer   il-­‐qerda   tiegħu,   it-­‐Tradizzjoni  twasslilna   l-­‐ġrajja   li   San   Xmun   Stock,   Ġeneral   tal-­‐Ordni  Karmelitan,   waqt   li   b'qalbu   magħfusa   u   kollu   ħeġġa   kien  qiegħed  jitlob  l-­‐għajnuna  lill-­‐Madonna  għall-­‐Ordni  bit-­‐talba  tal-­‐Flos  Carmeli  (Fjur  tal-­‐Karmelu),  huwa  f’telfa  mistika  jara  lill-­‐Verġni  Mbierka  Marija  li  hija  u  turih  il-­‐libsa  Karmelitana  –jew   il-­‐Labtu-­‐   qaltlu:   “dan   ikun   is-­‐sinjal   għalik   u   għall-­‐

Page 3: Il-Labtu tal-Madonna tal-Karmnu

Karmelitani   kollha,   li   min   imut   fih   ma   jintilifx”.   Il-­‐Labtu  huwa    dan  is-­‐sinjal  tal-­‐ħelsien  mill-­‐qerda,  li  tmut  fih  ifisser  li  tippersevera   minkejja   t-­‐tiġrib   fil-­‐mixja   tal-­‐fidi,   tama   u  mħabba   wara   Ġesù   Kristu   taħt   il-­‐ħarsien   ta’   Marija   l-­‐Patruna   tagħhom,   li   lilha   kienu  ddedikaw   l-­‐Ordni   u   lilhom  infushom.  U  ladarba  l-­‐libsa  kienet  ir-­‐rahan  ta'   l-­‐għixien  u  l-­‐protezzjoni   li   s-­‐sid   jew   il-­‐patrun   kien   jagħti   lill-­‐qaddejja  tiegħu,   hekk   huma   emmnu   li   permezz   tal-­‐libsa   mqaddsa  tagħhom,  il-­‐Labtu,  Marija  toħroġhom  rebbieħa.      Għaldaqstant  il-­‐Labtu  tal-­‐Madonna  tal-­‐Karmnu  huwa  l-­‐libsa  mqaddsa  tal-­‐Ordni  Karmelitan,  li  juri  r-­‐rabta  li  tgħaddi  bejn  Marija  u  dawk  li  jxidduh  fuqhom.    2.  Il-­‐konsagrazzjoni  tagħna  lill-­‐Madonna  Biż-­‐żmien   id-­‐devozzjoni   lejn   il-­‐Labtu   tal-­‐Karmnu   xterdet  minn  fost  il-­‐patrijiet  Karmelitani  għall-­‐Knisja  kollha,  hekk  li  twaqqfu  bosta  Konfraternitajiet  tal-­‐Karmnu  u  ħafna  knejjes  ġew  iddedikati  lill-­‐Madonna  tal-­‐Karmnu.  Il-­‐Papiet  ,  fosthom  Ljun  XIII,  Piju  XII,  Pawlu  VI,  Ġwanni  Pawlu  II,  Benedittu  XVI    għarfu   fih   mezz   effikaċi   ta’   evanġelizzazjoni   u   għajnuna  qawwija  fil-­‐mixja  tagħna  wara  Kristu  fl-­‐ispirtu  ta’  Marija.    

Kull   nisrani   huwa   msejjaħ   biex   ikun   qaddis.   Kulħadd   hu  mitlub  minn   Ġesù   Kristu   biex   ikun   perfett:   "Kunu  perfetti,  bħalma  hu  perfett  Missierkom  li  hu  fis-­‐smewwiet."  Niksbu   l-­‐perfezzjoni   jekk   kemm-­‐il   darba   aħna   ngħixu   bir-­‐reqqa  kollha   fl-­‐imħabba   ta'   Alla,   billi   nimitaw   bil-­‐fedeltà   u   l-­‐

ġenerozità  kollha  lil  Ġesù  Kristu.  Hu  t-­‐triq,  il-­‐verità  u  l-­‐ħajja,  u  ħadd  ma   jista'   jmur  għand   il-­‐Missier   jekk  mhux  permezz  tiegħu   (Ġw  14,6).   Ġesù  mexa   fit-­‐triq   tar-­‐rabta   tiegħu  mar-­‐rieda   ta'  Alla   l-­‐Missier:   "Jien  dejjem  nagħmel  dak  li   jogħġob  lilu",  "Tkun  magħmula  r-­‐rieda  tiegħek,  u  mhux  tiegħi."  Aħna  msejħin  għal  dan  l-­‐ideal.    Fil-­‐mixja  wara   Kristu,  Marija   hi   l-­‐aqwa  mudell   tal-­‐qdusija.  Hi   l-­‐ewwel  dixxiplu   li  għamel   il-­‐mixja   tal-­‐fidi  u  allura  ħadd  daqsha   ma   jista’   jħeġġiġna   biex   nagħmlu   dak   li   ordnalna  Binha.  Il-­‐Labtu  tal-­‐Madonna  tal-­‐Karmnu  huwa  wieħed  mis-­‐sagramentali   tal-­‐Knisja   li   jgħin   lin-­‐nisrani   jilbes   lil   Kristu.  Permezz   tal-­‐Labtu   n-­‐nisrani   jidħol   f'relazzjoni   speċjali  ma'  Marija.   Hija   relazzjoni   li   għandha   l-­‐karattru   ta'  konsagrazzjoni,   għax   permezz   tal-­‐Labtu   n-­‐nisrani   jibda  jagħmel   parti   minn   Ordni   religjuż   "dedikat",   jiġifieri  "ikkonsagrat"   lilha   sa   mit-­‐twaqqif   tiegħu.   Għaldaqstant   il-­‐konsagrazzjoni   lil   Marija   tfisser   li   wieħed   iwiegħed   li  jagħmel   ħiltu   biex   jimxi   fuq   l-­‐eżempju   tagħha,   mera   tal-­‐qdusija   ta'   Alla,   speċjalment   fl-­‐imħabba   tagħha   lejn   il-­‐proxxmu,   fit-­‐talb  bla  heda  u   fir-­‐rabta  qawwija  tagħha  mar-­‐rieda  ta'  Alla.    

Meta   wieħed   jilbes   il-­‐Labtu   jew   il-­‐libsa   ta'   Ordni   reliġjuż  ifisser   li   jrid   jimxi   fuq   l-­‐eżempju  u   jilħaq   l-­‐għan   ta'   l-­‐istess  Ordni.   Għaldaqstant   min   jidħol   jagħmel   parti   mill-­‐Familja  Karmelitana   permezz   tal-­‐Labtu   mqaddes   ifisser   li   jrid  jaqbad   triq   speċjali   li   twasslu   biex   jilħaq   l-­‐għan   li   għalih  

Page 4: Il-Labtu tal-Madonna tal-Karmnu

twaqqaf  l-­‐Ordni  Karmelitan.  Hawn  ta'  min  izid  li  permezz  ta'  din  l-­‐għazla  n-­‐nisrani  jidħol  għall-­‐ispiritwalità  kollha  kemm  hi  ta'  l-­‐Ordni.  L-­‐att  ta'  konsagrazzjoni  huwa  l-­‐impenn  l-­‐aktar  għoli   ta'   fedeltà   li   jsir   lil   Alla,   u   li   wieħed   jidħol   għalih  permezz  ta'  Marija  għandu  garanzija  kbira  li  ser  jirnexxielu.    

L-­‐att   tal-­‐konsagrazzjoni   jsir   fil-­‐vestizzjoni,   jiġifieri   f'dak   il-­‐waqt   li   n-­‐nisrani   jirċievi   għall-­‐ewwel   darba   l-­‐Labtu   tal-­‐Madonna   tal-­‐Karmelu.   Meta   mbagħad   iġibu   fuqu,   kif  suppost   jagħmel,   huwa   juri   quddiem   kulħadd   li   għandu  rabta   specjali   ma'   Marija.   Fl-­‐istess   waqt   ifakkru   li   huwa  mogħti   lill-­‐Madonna   u   jappartieni   lilha   fi   ħdan   il-­‐Familja  Karmelitana.    3.  Punti  prattiċi  dwar  il-­‐Labtu  •   Id-­‐devozzjoni   lejn   il-­‐Labtu   tal-­‐Madonna   tal-­‐Karmnu   hija  devozzjoni  approvata  mill-­‐Knisja  għal  aktar  minn  seba'  mitt  sena.    •  Min   jinkiteb   fil-­‐Labtu,   jinkiteb  darba  biss  minn   saċerdot,  preferibbilment  Karmelitan  li  jilqgħu  u  jsieħbu  fl-­‐Ordni.    •  Wara   l-­‐kitba   fil-­‐Labtu,   fejn  hemm  diffikultà   li   jintlibes   il-­‐Labtu   tad-­‐drapp,   il-­‐Papa   Piju   XII   kien   ta   permess   li   tista'  tintlbes  domna   li   fuq  naħa  waħda   jkollha  x-­‐xbieha  tal-­‐Qalb  ta'   Ġesu'   u   fuq   in-­‐naħa   l-­‐oħra   x-­‐xbieha   tal-­‐Madonna   tal-­‐Karmnu.    •   Il-­‐Labtu   jistedinna   biex   ngħixu   ta'   veri   nsara   skond   ma  jitlob   minna   l-­‐Evanġelju,   biex   nircievu   s-­‐sagramenti   u  nistqarru   d-­‐devozzjoni   speċjali   tagħna   lejn   il-­‐Verġni  

Mbierka  billi:    -­‐   bħalha   ngħixu   b'qalbna   miftuħa   għal   Alla   u   għar-­‐rieda  tiegħu  murija  fil-­‐ġrajjiet  tal-­‐ħajja,    -­‐   bħalha  nisimgħu   l-­‐Kelma   ta'  Alla   fil-­‐Kotba  Mqaddsa  u   fil-­‐ħajja   ta'   kuljum,   nemmnuha,   ngħożżuha   u   nagħmlu   dak   li  titlobna,    -­‐   nishru  bla  waqfien   fit-­‐talb   biex   insibu   'l   Alla   preżenti   fil-­‐ġrajjiet  kollha,    -­‐  ngħixu  qrib  ħutna  fil-­‐bżonn  u  ngħinuhom  fi  ħtiġijiethom    4.  Prattika  ta’  devozzjoni    

• Ilbes   il-­‐labtu  b’devozzjoni  u  kull   filgħodu  malli   tqum  u   filgħaxija   qabel   torqod,   bus   il-­‐Labtu   u   ġedded   il-­‐konsagrazzjoni  tiegħek   lil  Marija  u   itlobha  tagħtik   il-­‐perseveranza  fil-­‐qadi  ta’  Alla.  

• Għix  il-­‐virtù  tas-­‐safa  skont  l-­‐istat  tiegħek  • Itlob   it-­‐talba   tar-­‐Rużarju   u   l-­‐Kurunella   tal-­‐Madonna  

tal-­‐Karmnu  • Sum   u   astjeni   mil-­‐laħam   nhar   ta’   Erbgħa,   nhar   ta’  

Ġimgħa  u  nhar  ta’  Sibt.  • Iċċelebra  l-­‐festi  ta’  Marija,  kif  ukoll  il-­‐jiem  tal-­‐Erbgħa  

u   s-­‐Sibt   dedikati   lit-­‐tifkira   tagħha   b’devozzjoni   u  qima  speċjali  l-­‐aktar  permezz  ta’  qrara  u  tqarbina.  

• Kull   sena   żomm   it-­‐tifkira   tal-­‐konsagrazzjoni   tiegħek  lil   Marija   fil-­‐Labtu   tal-­‐Karmnu   u   ġedded   din   il-­‐konsagrazzjoni  tiegħek  lilha.