1
IL-MADONNA TA’ PINU ĠIET... U SER TIBQA’ F’QALBNA F’din il-ġimgħa, il-Katidral tagħna laqa’ b’għożża kbira u devozzjoni ġenwina x- xbieha tal-Madonna Ta’ Pinu f’dik li kienet it-tielet żjara fil-Katidral, l-unika knisja fil-gżira kollha miżjura għat-tielet darba minn dan l-inkwatru. Matul l-24 siegħa li l- inkwatru għamel fil-Katidral kellna serbut kontinwu ta’ nies li ġew u ntasbu fit -talb quddiemu, u reġgħu lura lejn darhom imfarrġa u mwennsa mill -ħarsa ta’ Marija. Ma kellniex dubju li bħala parroċċa ddedikata lill-Assunta ma konniex ser nuru prova biċ-ċar imma bla storbju tad-devozzjoni vera lejn l-Assunta, meqjuma f’dan l- inkwatru mirakoluż. Inħeġġu lil kulħadd biex inżommu tixegħel din il-fjamma li Marija xegħlet f’qalbna u nwegħduha li nkunu missjunarji tagħha u ta’ binha Ġesù ħalli hi tibqa’ fil-qalb tal-ġenerazzjoni li tielgħa. Grazzi lil dawk kollha li f’kollaborazzjoni mal-Arċipriet organizzaw il-programm u dak kollu meħtieġ biex seta’ jkollna dawn iċ-ċelebrazzjonijiet devoti u dinjitużi, li jagħmlu ġieħ lill-Katidral u lill-komunità parrokkjali tiegħu. Il-Ħadd 20.1.19 | 6:30am Laurence Mizzi u John Vella. 7:45am Manuel Saliba. 9:00am Konventwali - Laurence Camilleri. 10:30am Anthony Grech. 12:00pm Adrian Agius. 6:00pm Marija, Carmelo u Miriam Enriquez. 7:15pm Marija DeGiorgio. It-Tnejn 21.1.19 | 6:15am MaryJane Cordina. 7:00am Konventwali - Familja Dimech. 8:00am Marija u Rosa Formosa. 6:00pm u 7:15pm Ġużepp u Ċensa Xerri. It-Tlieta 22.1.19 | 6:15am Pawlu u Marija Sultana. 7:00am Konventwali - Francis u Ewfrosina Scicluna. 8:00am Marija u Rosa Formosa. 6:00pm Dun George Mercieca. 7:15pm Carmelo, Angela u Annie Micallef. L-Erbgħa 23.1.19 | 6:15am Mons. Ġużepp Azzopardi (Fund. Kapit.). 7:00am Konventwali - Familja Debrincat. 8:00am Marjia u Rosa Formosa. 6:00pm Sr Eleonora Grech u Anton u Bernarda Busuttil. 7:15pm Joseph u Ursola Micallef. Il-Ħamis 24.1.19 | 6:15am Marija u Rosa Formosa. 7:00am Konventwali - Karlu Grech. 8:00am Marija u Rosa Formosa. 6:00pm Toni u Marija Grech. 7:15pm Carmelo u Rose Agius. Il-Ġimgħa 25.1.19 | 6:15am Il-quddies kollu jkun għal ruħ Peter Paul Camilleri. Is-Sibt 26.1.19 | 6:15am Salvu Galea (Legat Parr.).7:00am Konventwali - Karlu Grech. 8:00am Salvu Galea (Legat Parr.). 6:00pm Peter Paul Camilleri. 7:15pm Marija, Spiru u Dr. Michael Grech. KNISJA KATIDRALI TAL-ASSUNTA - GĦAWDEX L-UFFIĊĊJU PARROKKJALI, PJAZZA TAL-KATIDRAL, -ĊITTADELLA GĦAWDEX. VCT 1822 | t: 2155 4101 (uffiċċju) / 2155 6087 (knisja) w: www.gozocathedral.org | f: www.facebook.com/gozocathedral/ | ĦINIJIET TAL-UFFIĊĊJU PARROKKJALI: Mit-Tnejn sal-Ġimgħa (filgħaxija) 5:00-7:00pm MONS. JOSEPH SULTANA - ARĊIPRIET: M: 7993 5314 - E: [email protected] | DUN DANIEL SULTANA VIGARJU PARROKKJALI: M: 79924903 E: [email protected] FORMAZZJONI GĦALL-KOPPJI MIŻŻEWĠIN Il-Kummissjoni Familja qed torganizza l-Konferenza Djoċesana 2019. Is- suġġett ser ikun Xi jkissirha l-familja? Kif naffrontaw l-isfidi ta’ llum.Il- kelliema se tkun Ms. Carmen Delicata, family therapist u lekċerer fl-Institute of Family Therapy (Malta). Nhar is-Sibt 26 ta’ Jannar, mill-5:00pm sat-8:00pm f’Villa Fiorita. Inħeġġukom tieħdu nota u ma titilfux dan l-appuntament.... mistieden kulhadd. Il-Kummisjoni Familja qed torganizza serje ta’ laqgħat dwar l-istress u d- depressjoni minn Dr. Marlene Cauchi, counselling psychologist u lekċerer fl- Università ta’ Malta. Il-laqgħat ser ikunu fis-7:30pm fl-Istitut tal-Familja (Triq Fortunato Mizzi, Rabat) fit-18 u 25 ta’ Jannar, 8 ta’ Frar, 8 ta’ Marzu, 22 u 29 ta’ Marzu. JUM L-ART IMQADDSA Fi tmiem ta’ din il- ġimgħa, is-Sibt u l-Ħadd 19 u 20 ta’ Jannar ser ikollna magħna l- Patrijiet Franġiskani tal- Art Imqaddsa. Waqt li nisimgħuhom jagħtuna l- aħħar aħbarijiet fuq l-art ta’ Ġesù, meqjusa bħala l- ħames vanġelu, noffrulhom il-karità tagħna biex ikomplu jżommu b’mod xieraq l- aqwa santwarji tal-fidi tagħna u fuq kollox jgħinu lill-komunità nisranija tal-post, li hija f’minoranza, fil-ħtiġijiet kollha tagħha. ĦARĠA GĦALL-ANZJANI Il-ħarġa tax-xahar ta’ Jannar għall -anzjani tal-parroċċa Ser tinżamm nhar it-Tlieta 22 ta’ Jannar. Nibdew b’quddiesa fil-kappella ta’ San Publju, limiti tal-parroċċa tal -Għarb fl-okkażjoni tal - festa tiegħu, inżuru l -mużew ta’ Frenċ tal-Għarb u wara l-mużew tal -folklor fil-pjazza tal- Għarb. Nagħlqu b’light refreshements fil-Każin tal -Banda Santa Marija taż-Żebbuġ. It-trasport jitlaq minn quddiem is-sorijiet Sależjani fid-8:45am. NABBONAW FIR-RIVISTA IL-ĦAJJA F’GĦAWDEX Minn dan ix-xahar, ir-rivista djoċesana Il-Ħajja f’Għawdex għandha libsa ġdida kollha kemm hi bil-kulur. Għalkemm issa se tiġi tiswa d-doppju, il-prezz tal-abbonament inżamm ta’ €15 fis-sena. Wieħed kulma għandu jagħmel hu jikteb ismu u l -indirizz, u jgħaddihom flimkien mal-ħlas fl-Uffiċċju Parrokkjali. Tkun ħaġa sabiħa li nabbonaw f’din l -unika rivista Għawdxija li issa qabżet l-elf ħarġa u hi kollha bil -kulur. (Fi tmiem il-quddies tal-weekend tas-Sibt u l-Ħadd 26 u 27 ta’ Jannar fil -parroċċa tagħna se jkun hemm voluntiera fuq iz- zuntier tal-Katidral biex jirreġistraw abbonati ġodda). QUDDIESA GĦALL-KITTIEBA U ĠURNALISTI GĦAWDXIN Fl-okkażjoni tal -festa ta’ San Frangisk de Sales, Arċisqof ta’ Ginevra u Patrun tal-Gurnalisti li taħbat il-Ħamis 24 ta’ Jannar, dakinhar stess fil- 5:00pm il-Ġurnalisti u Kittieba Għawdxin huma mistiedna jattendu għall- quddiesa minn Mons. Isqof. fil-knisja tas-Sorijiet Franġiskani tal -Qalb ta’ Ġesù fi Triq Palma.

KNISJA KATIDRALI TAL-ASSUNTA - GĦAWDEX · IL-MADONNA TA’ PINU ĠIET...FORMAZZJONI U SER TIBQA’ F’QALBNA “ ’din il-ġimgħa, il-atidral tagħna laqa’ b’għożża kbira

Embed Size (px)

Citation preview

Page 1: KNISJA KATIDRALI TAL-ASSUNTA - GĦAWDEX · IL-MADONNA TA’ PINU ĠIET...FORMAZZJONI U SER TIBQA’ F’QALBNA “ ’din il-ġimgħa, il-atidral tagħna laqa’ b’għożża kbira

IL-MADONNA TA’ PINU ĠIET... U SER TIBQA’ F’QALBNA “ F’din il-ġimgħa, il-Katidral tagħna laqa’ b’għożża kbira u devozzjoni ġenwina x-xbieha tal-Madonna Ta’ Pinu f’dik li kienet it-tielet żjara fil-Katidral, l-unika knisja fil-gżira kollha miżjura għat-tielet darba minn dan l-inkwatru. Matul l-24 siegħa li l-inkwatru għamel fil-Katidral kellna serbut kontinwu ta’ nies li ġew u ntasbu fit-talb quddiemu, u reġgħu lura lejn darhom imfarrġa u mwennsa mill-ħarsa ta’ Marija. Ma kellniex dubju li bħala parroċċa ddedikata lill-Assunta ma konniex ser nuru prova biċ-ċar imma bla storbju tad-devozzjoni vera lejn l-Assunta, meqjuma f’dan l-inkwatru mirakoluż. Inħeġġu lil kulħadd biex inżommu tixegħel din il-fjamma li Marija xegħlet f’qalbna u nwegħduha li nkunu missjunarji tagħha u ta’ binha Ġesù ħalli hi tibqa’ fil-qalb tal-ġenerazzjoni li tielgħa. Grazzi lil dawk kollha li f’kollaborazzjoni mal-Arċipriet organizzaw il-programm u dak kollu meħtieġ biex seta’ jkollna dawn iċ-ċelebrazzjonijiet devoti u dinjitużi, li jagħmlu ġieħ lill-Katidral u lill-komunità parrokkjali tiegħu.

Il-Ħadd 20.1.19 | 6:30am Laurence Mizzi u John Vella. 7:45am Manuel Saliba. 9:00am

Konventwali - Laurence Camilleri. 10:30am Anthony Grech. 12:00pm Adrian Agius. 6:00pm

Marija, Carmelo u Miriam Enriquez. 7:15pm Marija DeGiorgio.

It-Tnejn 21.1.19 | 6:15am MaryJane Cordina. 7:00am Konventwali - Familja Dimech. 8:00am

Marija u Rosa Formosa. 6:00pm u 7:15pm Ġużepp u Ċensa Xerri.

It-Tlieta 22.1.19 | 6:15am Pawlu u Marija Sultana. 7:00am Konventwali - Francis u Ewfrosina

Scicluna. 8:00am Marija u Rosa Formosa. 6:00pm Dun George Mercieca. 7:15pm Carmelo,

Angela u Annie Micallef.

L-Erbgħa 23.1.19 | 6:15am Mons. Ġużepp Azzopardi (Fund. Kapit.). 7:00am Konventwali -

Familja Debrincat. 8:00am Marjia u Rosa Formosa. 6:00pm Sr Eleonora Grech u Anton u

Bernarda Busuttil. 7:15pm Joseph u Ursola Micallef.

Il-Ħamis 24.1.19 | 6:15am Marija u Rosa Formosa. 7:00am Konventwali - Karlu Grech.

8:00am Marija u Rosa Formosa. 6:00pm Toni u Marija Grech. 7:15pm Carmelo u Rose Agius.

Il-Ġimgħa 25.1.19 | 6:15am Il-quddies kollu jkun għal ruħ Peter Paul Camilleri.

Is-Sibt 26.1.19 | 6:15am Salvu Galea (Legat Parr.).7:00am Konventwali - Karlu Grech.

8:00am Salvu Galea (Legat Parr.). 6:00pm Peter Paul Camilleri. 7:15pm Marija, Spiru u Dr. Michael Grech.

KNISJA KATIDRALI TAL-ASSUNTA - GĦAWDEX L-UFFIĊĊJU PARROKKJALI, PJAZZA TAL-KATIDRAL, IĊ-ĊITTADELLA GĦAWDEX. VCT 1822 | t: 2155 4101 (uffiċċju) / 2155 6087 (knisja) w: www.gozocathedral.org | f: www.facebook.com/gozocathedral/ | ĦINIJIET TAL-UFFIĊĊJU PARROKKJALI: Mit-Tnejn sal-Ġimgħa (filgħaxija) 5:00-7:00pm MONS. JOSEPH SULTANA - ARĊIPRIET: M: 7993 5314 - E: [email protected] | DUN DANIEL SULTANA – VIGARJU PARROKKJALI: M: 79924903 – E: [email protected]

FORMAZZJONI

GĦALL-KOPPJI MIŻŻEWĠIN Il-Kummissjoni Familja qed torganizza l-Konferenza Djoċesana 2019. Is-suġġett ser ikun “Xi jkissirha l-familja? Kif naffrontaw l-isfidi ta’ llum.” Il-kelliema se tkun Ms. Carmen Delicata, family therapist u lekċerer fl-Institute of Family Therapy (Malta). Nhar is-Sibt 26 ta’ Jannar, mill-5:00pm sat-8:00pm f’Villa Fiorita. Inħeġġukom tieħdu nota u ma titilfux dan l-appuntament.... mistieden kulhadd. Il-Kummisjoni Familja qed torganizza serje ta’ laqgħat dwar l-istress u d-depressjoni minn Dr. Marlene Cauchi, counselling psychologist u lekċerer fl-Università ta’ Malta. Il-laqgħat ser ikunu fis-7:30pm fl-Istitut tal-Familja (Triq Fortunato Mizzi, Rabat) fit-18 u 25 ta’ Jannar, 8 ta’ Frar, 8 ta’ Marzu, 22 u 29 ta’ Marzu.

JUM L-ART

IMQADDSA Fi tmiem ta’ din il-ġimgħa, is-Sibt u l-Ħadd 19 u 20 ta’ Jannar ser ikollna magħna l-Patrijiet Franġiskani tal-Art Imqaddsa. Waqt li nisimgħuhom jagħtuna l-aħħar aħbarijiet fuq l-art ta’ Ġesù, meqjusa bħala l-ħames vanġelu, noffrulhom il-karità tagħna biex ikomplu jżommu b’mod xieraq l-aqwa santwarji tal-fidi tagħna u fuq kollox jgħinu lill-komunità nisranija tal-post, li hija f’minoranza, fil-ħtiġijiet kollha tagħha.

ĦARĠA GĦALL-ANZJANI Il-ħarġa tax-xahar ta’ Jannar għall-anzjani tal-parroċċa Ser tinżamm nhar it-Tlieta 22 ta’ Jannar.

Nibdew b’quddiesa fil-kappella ta’ San Publju, limiti tal-parroċċa tal-Għarb fl-okkażjoni tal-

festa tiegħu, inżuru l-mużew ta’ Frenċ tal-Għarb u wara l-mużew tal-folklor fil-pjazza tal-

Għarb. Nagħlqu b’light refreshements fil-Każin tal-Banda Santa Marija taż-Żebbuġ. It-trasport

jitlaq minn quddiem is-sorijiet Sależjani fid-8:45am.

NABBONAW FIR-RIVISTA IL-ĦAJJA F’GĦAWDEX Minn dan ix-xahar, ir-rivista djoċesana Il-Ħajja f’Għawdex għandha libsa ġdida kollha kemm hi bil-kulur. Għalkemm issa se tiġi tiswa d-doppju, il-prezz tal-abbonament inżamm ta’ €15 fis-sena. Wieħed kulma għandu jagħmel hu jikteb ismu u l-indirizz, u jgħaddihom flimkien mal-ħlas fl-Uffiċċju Parrokkjali. Tkun ħaġa sabiħa li nabbonaw f’din l-unika rivista Għawdxija li issa qabżet l-elf ħarġa u hi kollha bil-kulur. (Fi tmiem il-quddies tal-weekend tas-Sibt u l-Ħadd 26 u 27 ta’ Jannar fil-parroċċa tagħna se jkun hemm voluntiera fuq iz-zuntier tal-Katidral biex jirreġistraw abbonati ġodda).

QUDDIESA GĦALL-KITTIEBA U ĠURNALISTI GĦAWDXIN Fl-okkażjoni tal-festa ta’ San Frangisk de Sales, Arċisqof ta’ Ginevra u

Patrun tal-Gurnalisti li taħbat il-Ħamis 24 ta’ Jannar, dakinhar stess fil-

5:00pm il-Ġurnalisti u Kittieba Għawdxin huma mistiedna jattendu għall-

quddiesa minn Mons. Isqof. fil-knisja tas-Sorijiet Franġiskani tal-Qalb ta’

Ġesù fi Triq Palma.