Upload
others
View
7
Download
0
Embed Size (px)
Citation preview
Diċembru 2015
Dis
inn
u St
ampa
r: V
erita
s Pre
ss, Z
abba
r. Te
l: 21
822
270
I l - K e l m a t a l - K a p p i l l a n
PARROĊĊA SANTA MARIJA - BIRKIRKARA Diċembru 2015
Uffiċċju Parrokkjali, 130 Triq E.B. Vella, Birkirkara BKR 1570 • Tel: 21 448 026 / 27 448 026 • E-mail: parrocca.b’[email protected]
Waqt li l-Papa Franġisku ddikjara s-sena straordinarja tal-Ħniena li
tibda fit-8 ta’ Diċembru ta’ dis-sena u tispiċċa s-sena d-dieħla (2016) fl-20 ta’ Novembru qal: “Jien konvint li f’din is-sena tal-ġublew, il-Knisja kollha tkun kapaċi ssib il-ferħ li terġa’ tiskopri u toħroġ
il-frott mill-Ħniena ta’ Alla li permezz tagħha aħna msejħa li
nagħtu l-konsolazzjoni lil kull raġel u kull mara ta’ żmienna.”
Għalhekk, waqt li qed nagħtu bidu g ħ a l din is-sena ġubilari, qed niġu mfakkra li l-Bibbja hija mimlija b’ċirkustanzi li jitkellmu dwar l-abbundanza tal-Ħniena t’Alla u kemm kien ħanin sa mill-bidu tal-ħolqien.
Alla huwa għani fil-Ħniena (Ef 2:4). Il-Ħniena hija mħabba ġenwina għal kwalunkwe persuna li qed issofri u b’xi mod imdejqa. Li ntemmu l-miżerja darba għal dejjem huwa l-aspett essenzjali tal-Ħniena u l-iktar li jidher. Skont San Tumas ta’ Akwino, meta l-imħabba u l-mizerja jiltaqgħu, titwieled il-Ħniena li hija waħda mill-forom essenzjali tal-karità, li tinsab fil-qalba tal-ħajja Kristjana. Il-Ħniena hija l-virtù li tmexxi l-persuna biex tagħmel sforz ġenwin sabiex tħaffef il-piż ta’ kull tip ta’ sfortuna tal-oħrajn. Il-Ħniena hija l-aqwa mod kif tgħix it-tieni kmandament tal-imħabba tal-proxxmu, li ‘tixbaħ lill-ewwel kmandament’ (Mt 22: 36-39). Alla
jgħid espliċitament, “Jien tjieba (Ħniena) rrid, mhux sagrifiċċju” (Ħos 6:6; Mt 9:13).
Il-Ħniena kollha mħabba u tjubija ta’ Alla hija r-risposta Tiegħu għall-miżerja umana. Iktar mal-miżerja tkun kbira, iktar tkun abbundanti l-Ħniena. Alla jsalvana mhux għall-merti tagħna, imma għax hu Ħanin. Id-dinja hija mimlija bil-Ħniena ta’ Alla (Salm 32:5, 118:64). Alla huwa Ħanin u jagħder għaliex Huwa ġust; Huwa jżomm Kelmtu. Ladarba rċevew il-Ħniena minn Alla, il-bnedmin għandhom juru Ħniena ma’ xulxin.
Il-Papa San Pwanni Pawlu II kellu ġibda lejn id-devozzjoni lejn il-Ħniena Divina, permezz ta’ Santa Fawstina Kowalska (1905-1938), li hija magħrufa bħala l-Appostlu tal-Ħniena. Dan l-istess Papa stabbilixxa l-Ħadd tal-Ħniena Divina. Fl-enċiklika tiegħu Dives in Misericordia (‘Għani fil-Ħniena’) huwa jeżamina r-rwol tal-Ħniena – kemm il-Ħniena t’Alla kif ukoll il-bżonn tal-Ħniena umana. Id-devozzjoni lejn Ħniena Divina tiffoka fuq l-imħabba t’Alla kollha Ħniena u x-xewqa li din l-istess imħabba u Ħniena jgħaddu bħal xmara mill-qalb ta’ dak li jkun għal għand dawk li għandhom bżonnha.
(tkompli fil-ħarġiet li jmiss)
Kunu mberkinDun Reuben Deguara
Amministratur Parrokkjali
4
ĦSIBIJIET MILL-BOLLA TAL-INDIZZJONITAL-ĠUBLEW STRAORDINARJU TAL-ĦNIENA
(l-ewwel parti)
Spirtu Qaddis, nitolbuk li timla l-qlub tal-imgħammdin kollha bil-ħeġġa Tiegħek, speċjalment ta’ dawn l-adolexxenti li għadhom kemm ikkonfermaw li jridu l-preżenza Tiegħek fihom. Fakkar lilhom u lilna li Int għandek f’moħħok pjanijiet kbar għalina u li hija ħasra jekk dak li
konna maħluqin għalih ma nwettquhx minħabba li jew ma nagħarfuhx jew għax nibżgħu. Tina l-imbuttatura li għandna bżonn biex inħaddmu
fina d-Doni li tajtna u ma nħalluhom qatt midfuna fid-dlam fejn jispiċċaw minsija u ma jħallux frott. Agħmel li nużaw it-talenti spiritwali
li poġġejt fina għax b’hekk biss inkunu ferħana u permezz ta’ hekk inweldu lil Ġesù Bambin ħaj kull fejn inkunu.
Adolexxenti li rċevew is-Sagrament tal-Griżma tal-Isqof fil-parroċċa tagħna
nhar il-Ħadd 8 ta’ Novembru 2015 mill-Eċċellenza Tiegħu Mons. Isqof Pawlu Cremona O.P.
Arċisqof Emeritus
BNIETAttard Jade Elena
Azzopardi ChristabelAzzopardi Mariah
Busuttil MariahCachia Eliza Marie
Catania KeiraFelice MarthaFero’ Emma
Gatt MartinaGrech Kristel
Mifsud CassidyMuscat Cherise
Pisani KristaSammut Francesca
Sant Farrugia KelseySchembri TamyraScicluna Hannah
Sesay MayaTabone Paige
Thika ElisaVella Mireya
Zammit Yasmin
SUBIENAbela Jean PaulBugeja CarlitoCalleja NathanCamilleri Owen
Cassar Cardona KyleCutajar Jamie
Farrugia OwenFrendo Luke
Galea Nathan JosephGalea Bonnici Lucheyange’
Gauci IsaacMeilak Daylen
Pace MarkRunza Luca
Vassallo Ciliberti GianlucaVella Myron
Zammit MattiaZarb JacobZerafa Luke
Parroċċa Santa Marija - B’Kara
2 3
Djarju - Diċembru 2015Il-Ġimgħa 4 L-ewwel Ġimgħa tax-xahar. Tqarbin tal-morda minn saċerdot. Illum Ġesù Ewkaristija jkun espost għall-qima tagħna bejn id-9:00am u
12:00pm u mill-4:00pm sas-6:00pm. Bejn il-4:45pm u s-5:45pm ikollna adorazzjoni mmexxija mill-Grupp tal-Ħniena Divina.
Il-Ħadd 6 It-Tieni Ħadd tal-Avvent (Sena Ċ)
It-Tlieta 8 Solennità tat-Tnissil bla Tebgħa ta’ Ommna Marija. Ikun tajjeb ħafna li llum nieħdu sehem fiċ-ċelebrazzjoni tal-quddiesa. Il-ħin tal-quddies ikun fis-7:00am, fit-8:30am u fis-6:00pm.
Illum il-Papa Franġisku jniedi s-Sena tal-Ħniena li ser tibqa’ sejra sal-20 ta’ Novembru 2016. Tajjeb li nieħdu din l-inizjattiva tal-Papa bis-serjetà, ninteressaw irwieħna u napprofittaw mill-ġid spiritwali li nistgħu nakkwistaw għal ruħna permezz tas-servizz kollu Ħniena li nistgħu nagħtu aħna stess lill-proxxmu bħala tweġiba tagħna għall-Ħniena li Alla wera u għadu juri magħna.
Il-Ħadd 13 It-Tielet Ħadd tal-Avvent (Sena Ċ) Tiġi mnedija s-Sena Straordinarja tal-Ġublew tal-Ħniena f’Malta mill-ET
Mons. Arċisqof Charles J. Scicluna. Tajjeb li nżommu ruħna aġġornati dwar id-diversi inizjattivi li ser ikunu qed jittieħdu kemm fid-djoċeżi kif ukoll fil-parroċċa sabiex jintrebħu l-indulġenzi u jiġi muri fil-glorja tiegħu il-Wiċċ kollu Ħniena nfinita tal-Mulej.
It-Tlieta 15 Illum tibda n-Novena tal-Milied bis-sehem ta’ diversi gruppi f’kull ġurnata. In-Novena niċċelebrawha kuljum fil-quddiesa tas-6:00pm. Wara l-quddiesa ta’ filgħaxija jkollna ħin ta’ adorazzjoni quddiem Ġesù Ewkaristija u fl-aħħar tingħata l-Barka Sagramentali. Inħeġġu għall-attendenza bħala preparazzjoni immedjata għall-Milied Qaddis.
Il-Ħadd 20 Ir-raba’ Ħadd tal-Avvent (Sena Ċ) Fil-quddiesa tal-10:00am, it-tfal huma mistiedna jġibu l-Bambini li jarmaw
id-dar tagħhom, biex jiġu mbierka fl-istess quddiesa.
Il-Ħamis 24 Fis-6:00pm niċċelebraw il-Quddiesa tal-Vġili tal-Milied. Wara, il-knisja terġa’ tiftaħ fit-8:30pm biex fid-9:00pm tibda velja ta’ kant u talb u l-prietka tat-tfal li twassalna għall-quddiesa ta’ bil-lejl li dis-sena ser issir fl-10:00pm minflok f’nofs il-lejl. Wara mistednin biex nieħdu xi ħaġa żgħira flimkien u nawguraw Milied qaddis lil xulxin.
Il-Ġimgħa 25 Illum niċċelebraw it-Twelid ta’ Ġesù. Il-ħinijiet tal-quddies huma bħal tal-Ħadd biss tas-7:00am ma ssirx, jiġifieri nibdew b’tat-8:30am u mbagħad fl-10:00am u fis-6:00pm.
Il-Ħadd 27 Festa tal-Familja Mqaddsa ta’ Ġesù, Marija u Ġużeppi.
It-Tlieta 29 Illum nibdew 3 ijiem ta’ adorazzjoni quddiem Ġesù Ewkaristija. Is-Sagrament ikun espost b’mod solenni għall-qima tagħna bejn id-9:00am u 12:00pm u mill-4:00pm sas-6:00pm.
Il-Ħamis 31 L-aħħar jum tas-sena. Fil-Quddiesa tas-6:00pm nirringrazzjaw lil Alla tas-sena li għaddiet, u li tkun qed tispiċċa, bit-talba tat-Te Deum.
Ikla buffet għall-familja kollha fl-okkażjoni tal-festi tal-Milied il-Ħadd 13 ta’ Diċembru. Tluq bil-private minn ħdejn il-knisja f’nofsinhar. Il-biljetti jinxtraw mis-sagristija jew mingħand il-helpers.
Qatta’ ftit mill-ħin tiegħhek fl-aħħar jiem tas-sena f’adorazzjoni quddiem Ġesù Ewkaristija. Mit-Tlieta 29 sal-Erbgħa 31 ta’ Diċembru, is-Sagrament ikun espost bejn id-9:00am u 12:00pm u mill-4:00pm sas-6:00pm. Ejja itlob quddiem Alla tal-Ħniena li sar bniedem, bata, miet, irxoxta, u baqa’ magħna fl-Ewkaristija biex ikompli jwasslina l-Ħniena tiegħu illum.
Il-Kappillan flimkien mas-saċerdoti, ir-reliġjużi, il-membri tal-Kunsill
Pastorali Parrokkjali, il-voluntiera u l-membri attivi f’kull grupp
tal-parroċċa, jawguraw Milied qaddis u sena ġdida mimlija barkiet tal-Mulej
lilek li qed taqra dan il-Fuljett u lil kulħadd, speċjalment lil kull parruċċan
tal-komunità tagħna, residenti jew mhux.