8
Santa Katarina V.M. fil-Kolleġġjata ta’ Bormla (minn Jeremy Cachia) F’dawn il-ħarġiet li ġejjin ser induru ſtit mal-knejjes li jinsabu fit- tle ibliet tal-Koonera u naraw id-devozzjoni tal-Qaddisa Patruna tagħna hemmhekk. Il-Kolleġġjata ta’ Bormla saret Parroċċa fl- 1584 u ġiet iddedikata lill-Immakulata Kunċizzjoni. Iż-żewġ opri tant sbieħ għal qalb il-Bormliżi huma l-kwadru titulari u l-istatwa titulari. Il-kwadru tpier minn Pietru Pawl Caruana fl-1828 u twaħħal f ’ postu fl-1850 peress li ma ġiex aċċeat mill-ewwel ħabba l-libsa tal-Madonna. L-istatwa sabiħa u devota tal-Immakulata Kunċizzjoni ġiet maħduma fil-fidda għand id-Dia Ghezzi ta’ Milan fuq id-disinn tal-iskultur Abram Ga fl-1905. Abram uża l-korp tal-istatwa l-antika jiġifieri: il-wiċċ, l-idejn, is-saqajn u s-serp tal- istatwa l-antika, li dawn huma aribwiti lil De Domenicis u għamel id-disinn fuqhom. Awguri għall-Għid Hieni lilkom u lill-familji tagħkom mill-President, mill-Kumitat tas-Soċjetà Mużikali Santa Katarina V.M. u mill-Bord Editorjali. Il-knisja kolleġġjata tal- Immakulata Kunċizzjoni ta' Bormal Fi żmien il-Kavallieri, Bormla kienet belt importanti u għalhekk il-Kavallieri dawruha bi swar kbar u mastiċċi. Jingħad li d-devozzjoni lejn Santa Katarina V.M. nibtet mill-kurdara – dawk il-ħaddiema li kienu jaħdmu l-ħbula. Il-port tal- Koonera kien port importanti ħafna għall-pajjiżna u l-iġfna tal-Kavallieri kienu jsorġuhom mal-moll ta’ dan il-port u għalhekk l-użu tal-ħbula biex jintrabtu dawn l-istess iġfna kien kbir. Il-kappellun tan-naħa tal-lemin tal-artal maġġur huwa ddedikat kollu lil Santa Katarina V.M. L-artal prinċipali ta’ dan il-kappellun juri l-għerusija mistika ta’ Santa Katarina V.M. Din il-piura hekk kbira u sabiħa ħarġet mill-pinzell ta’ Francesco Zahra, artist Malti famuż tas-seklu 18. Fil-parti ta’ fuq naraw lil Ġesù Bambin fi ħdan il-Madonna qiegħed ilibbes iċ-ċurke tal-għerusija lill-Qaddisa Katarina. Santa Katarina narawha tiġġenneb ſtit lejn il-lemin sabiex tkun tista’ tiltaqa’ ma’ Ġesù– filwaqt li f’ idha qegħdha żżomm il-palma u tistrieħ fuq ir-rota mkissra. Fuq il-lemin hemm San Alwiġi għarkopptejh waqt li l-qaddisin Kosma u Damjan jidhru qed idewwu wieħed marid fil-parti t’isfel tal-piura. Ix-xenografija ta’ din il-piura hija ſtit iffullata bil-personaġġi, anġli u puini, biss però qegħdha bbilanċjata tajjeb ħafna u tpaxxi l-għajn. Dan il-kwadru ġie rrestawrat ſtit ta’ snin ilu u reġa’ ħareġ l-isplendur kollu tiegħu. L-artal ta’ dan il-kwadru huwa xogħol fin fl-irħam u għandu 2 relikwiji ta’ qaddisin ingastati fih. Is-sookwadru tal-artal juri piura sabiħa tal-Anġlu Kustodju. Fil-ħarġa li jmiss inkomplu nitkellmu fuq dan il-kappellun li hu msebbaħ b’ żewġ piuri oħra ta’ Santa Katarina V.M. li jinsabu maġenb dan il-kwadru li tkellimna fuqu llum. Referenzi:- Farrugia J., Il-Knejjes u l-Artali ta’ Santa Katarina V.M. fil-Koonera II - Bormla, Soċjetà Mużikali Santa Katarina V.M., Programm tal-Festa 2007, Malta, 2007, pp 161-165. Zarb Seraphin M., Buhagiar M., St Catherine of Alexandria: Her Churches, Paintings and Statues in the Maltese Islands, Malta, 1979. Il-kwadru ta' Santa Katarina V.M. xogħol ta' Francesco Zahra

Santa Katarina V.M. fil-Kolleġġjata ta’ Bormla (minn Jeremy Cachia) · 2017. 3. 27. · Santa Katarina V.M. fil-Kolleġġjata ta’ Bormla (minn Jeremy Cachia) F’dawn il-ħarġiet

  • Upload
    others

  • View
    0

  • Download
    0

Embed Size (px)

Citation preview

Page 1: Santa Katarina V.M. fil-Kolleġġjata ta’ Bormla (minn Jeremy Cachia) · 2017. 3. 27. · Santa Katarina V.M. fil-Kolleġġjata ta’ Bormla (minn Jeremy Cachia) F’dawn il-ħarġiet

Santa Katarina V.M. fil-Kolleġġjata ta’ Bormla (minn Jeremy Cachia)

F’dawn il-ħarġiet li ġejjin ser induru ftit mal-knejjes li jinsabu fit-tlett ibliet tal-Kottonera u naraw id-devozzjoni tal-Qaddisa Patruna tagħna hemmhekk. Il-Kolleġġjata ta’ Bormla saret Parroċċa fl-1584 u ġiet iddedikata lill-Immakulata Kunċizzjoni. Iż-żewġ opri tant sbieħ għal qalb il-Bormliżi huma l-kwadru titulari u l-istatwa titulari. Il-kwadru tpitter minn Pietru Pawl Caruana fl-1828 u twaħħal f ’ postu fl-1850 peress li ma ġiex aċċettat mill-ewwel ħabba l-libsa tal-Madonna. L-istatwa sabiħa u devota tal-Immakulata Kunċizzjoni ġiet maħduma fil-fidda għand id-Ditta Ghezzi ta’ Milan fuq id-disinn tal-iskultur Abram Gatt fl-1905. Abram uża l-korp tal-istatwa l-antika jiġifieri: il-wiċċ, l-idejn, is-saqajn u s-serp tal-istatwa l-antika, li dawn huma attribwiti lil De Domenicis u għamel id-disinn fuqhom.

Awguri għall-Għid Hieni lilkom u lill-familji tagħkom mill-President, mill-Kumitat tas-Soċjetà Mużikali

Santa Katarina V.M. u mill-Bord Editorjali.

Il-knisja kolleġġjata tal-Immakulata Kunċizzjoni ta' Bormal

Fi żmien il-Kavallieri, Bormla kienet belt importanti u għalhekk il-Kavallieri dawruha bi swar kbar u mastiċċi. Jingħad li d-devozzjoni lejn Santa Katarina V.M. nibtet mill-kurdara – dawk il-ħaddiema li kienu jaħdmu l-ħbula. Il-port tal-Kottonera kien port importanti ħafna għall-pajjiżna u l-iġfna tal-Kavallieri kienu jsorġuhom mal-moll ta’ dan il-port u għalhekk l-użu tal-ħbula biex jintrabtu dawn l-istess iġfna kien kbir. Il-kappellun tan-naħa tal-lemin tal-artal maġġur huwa ddedikat kollu lil Santa Katarina V.M. L-artal prinċipali ta’ dan il-kappellun juri l-għerusija mistika ta’ Santa Katarina V.M. Din il-pittura hekk kbira u sabiħa ħarġet mill-pinzell ta’ Francesco Zahra, artist Malti famuż tas-seklu 18. Fil-parti ta’ fuq naraw lil Ġesù Bambin fi ħdan il-Madonna qiegħed ilibbes iċ-ċurkett tal-għerusija lill-Qaddisa Katarina. Santa Katarina narawha tiġġenneb ftit lejn il-lemin sabiex tkun tista’ tiltaqa’ ma’ Ġesù– filwaqt li f ’ idha qegħdha żżomm il-palma u tistrieħ fuq ir-rota mkissra. Fuq il-lemin hemm San Alwiġi għarkopptejh waqt li l-qaddisin Kosma u Damjan jidhru qed idewwu wieħed marid fil-parti t’isfel tal-pittura. Ix-xenografija ta’ din il-pittura hija ftit iffullata bil-personaġġi, anġli u puttini, biss però qegħdha bbilanċjata tajjeb ħafna u tpaxxi l-għajn. Dan il-kwadru ġie rrestawrat ftit ta’ snin ilu u reġa’ ħareġ l-isplendur kollu tiegħu. L-artal ta’ dan il-kwadru huwa xogħol fin fl-irħam u għandu 2 relikwiji ta’ qaddisin ingastati fih. Is-sottokwadru tal-artal juri pittura sabiħa tal-Anġlu Kustodju.Fil-ħarġa li jmiss inkomplu nitkellmu fuq dan il-kappellun li hu msebbaħ b’ żewġ pitturi oħra ta’ Santa Katarina V.M. li jinsabu maġenb dan il-kwadru li tkellimna fuqu llum.

Referenzi:-Farrugia J., Il-Knejjes u l-Artali ta’ Santa Katarina V.M. fil-Kottonera II - Bormla, Soċjetà Mużikali Santa Katarina V.M., Programm tal-Festa 2007, Malta, 2007, pp 161-165.Zarb Seraphin M., Buhagiar M., St Catherine of Alexandria: Her Churches, Paintings and Statues in the Maltese Islands, Malta, 1979.

Il-kwadru ta' Santa Katarina V.M. xogħol ta' Francesco Zahra

Page 2: Santa Katarina V.M. fil-Kolleġġjata ta’ Bormla (minn Jeremy Cachia) · 2017. 3. 27. · Santa Katarina V.M. fil-Kolleġġjata ta’ Bormla (minn Jeremy Cachia) F’dawn il-ħarġiet

IL-MULEJ SEJĦILHOM BIEX JIDĦLU FIL-FERĦ MA’ SANTA KATARINA V.M. GĦAL DEJJEM.

Membru Publius Farrugia - 9 ta’ Settembru 2014Membru Charles Gauci - 20 ta’ Settembru 2014

Membru Onorarju Michaelangelo Darmanin - 30 ta’ Settembru 2014Membru Carmen Ellul - 2 t’Ottubru 2014

Membru Tereża Abdilla - 31 t’Ottubru 2014Membru Louis Grixti - 6 ta’ Novembru 2014Agħtihom O’Mulej il-Mistrieħ ta’ dejjem.

Għeżież qarrejja,

Jekk nagħtu ħarsa lura lejn is-sena 2016 naraw li kienet sena oħra mimlija

suċċessi għas- Soċjetà tagħna. Matul din is-sena organizzajna diversi attivitajiet kif ukoll iċċelebrajna festa kbira li tagħmel unur lir-raħal u lill-Patruna tagħna Santa Katarina Verġni u Martri. Minn hawn nirringrazzja lis-Soċi u ammiraturi tal-għajnuna u tal-kontribut kbir li taw matul is-sena 2016.

Matul dan iż-żmien is-Soċjetà tagħna tkun għaddejja minn żmien importanti ħafna fejn flimkien nibdew nippjanaw u naħdmu biex f ’Settembru nerġgħu niċċelebraw festa kbira oħra. Matul din is-sena ħa nfakkru l-ħamsa u għoxrin sena anniversarju minn meta twaqqfet is-Sezzjoni Żgħażagħ Palmisti, l-ewwel Sezzjoni Żgħażagħ fiż-Żurrieq u ħmistax-

il sena mit-twaqqif ta’ Radju Santa Katarina li jxandar fuq frekwenza 90.6FM. Din hija sena importanti ħafna għas-Soċjetà tagħna għax matulha ħa nibdew bil-preparamenti biex fis-sena 2018 niċċelebraw l-anniversarju importanti tal-mitejn sena mill-wasla tal-Istatwa Titulari fir-raħal tagħna. Is- Soċjetà qed tipprepara numru ta’ attivitajiet biex infakkru dan l-anniversarju kif jixraq.

Għalhekk nappella lis-soċi u ammiraturi biex inkomplu nagħtu s-sapport kollu tagħna biex flimkien nerġgħu nirrepetu s-suċċessi kbar li kellna matul din is-sena. Huwa bis-saħħa ta’ kulħadd li s- Soċjetà tagħna tkun tista’ terġa’ tirrepeti s-suċċessi li kellna. Inħeġġeġġ lil kulħadd biex bil-kontribut tagħkom inkunu parti mill-istorja mimlija unuri tas- Soċjetà Mużikali Santa Katarina Verġni u Martri taż-Żurrieq.

Għeżież qarrejja,Nilqagħkom għall-edizzjoni numru 51 tan-Newsletter tagħna, Santa Catharina – Zurricanorum Patrona u f’isem il-bord editorjali nixtieqilkom ilkoll Is-Sena t-Tajba u nittamaw li jkollna sena mimlijja risq, saħħa u paċi.F’din l-edizzjoni sejrin nibdew nuru bicciet minn “Poema fuq Santa Katarina V.M.”, li ġiet mogħtija lis-Soċjetà mis-Sur Samuel Mercieca, ammiratur kbir u iben Żurrieqi, li tant iħobb lill-Patruna tagħna Santa Katarina V.M. Huwa antiċipat li din il-poema tkun kompluta kollha kemm hi, f’madwar 7 jew 8 ħarġiet oħra wara din il-ħarġa. Nixtieq nirringrazzja lil Samuel u fl-istess ħin nieħu din l-okkażjoni biex nirringrazzja wkoll lil dawk kollha li jikkontribwixxu jew ikkontribwew fil-passat fin-Newsletter tas-Soċjetà.Nistieden ukoll lilkom kollha li tixtiequ tagħmlu kwalunkwe kummenti jew suġġerimenti rigward in-Newsletter tagħna, biex tibgħatuli fuq dan l-indirizz: Editur – Bord Editorjali – Palazz Alexandria; Pjazza Republika, Żurrieq. Grazzi Is-Sur Joseph Saliba - Editur

Editorjal

Editur : Joseph SalibaRappreżentant Kumitat Ċentrali: Segretarju Kevin SchembriArtikolisti: Jeremy Cachia, Carmel Callus, Richard Farrugia, Anna Maria Gatt, Samuel Mercieca, President Philip Schembri, President Onorarju Karmenu ZerafaRitratti: Sam Portelli, Lara Schembri, Jonathan Mifsud Poster Designer: Paul AquilinaProof Reading: Vincienne Attard

IL-MULEJ SEJĦILHOM BIEX JIDĦLU FIL-FERĦ MA’ SANTA KATARINA V.M. GĦAL DEJJEM.

Il-Membru Carmela Gauci 1 ta' Novembru 2016 Il-Membru Georgie Camilleri 11 ta' Novembru 2016 Il-Membru Onorarju Rokku Zahra 26 ta' Novembru 2016 Il-Membru Onorarju Joseph Falzon 21 ta' Jannar 2017 Il-Membru Onorarju Rocco Abdilla 22 ta' Jannar 2017 Il-Membru Sylvester Farrugia 12 ta’ Frar 2017

Agħtihom O’Mulej il-Mistrieħ ta’ dejjem.

Bord Editorjali

Page 3: Santa Katarina V.M. fil-Kolleġġjata ta’ Bormla (minn Jeremy Cachia) · 2017. 3. 27. · Santa Katarina V.M. fil-Kolleġġjata ta’ Bormla (minn Jeremy Cachia) F’dawn il-ħarġiet

Servizzi tal-Banda

April 2017Nhar il-Ħamis 6 t’April 2017, il-Banda Sta. Katarina V.M., ser itella’ programm ta’ mużika Sagra fl-okkażjoni tal-bidu tal-Festi tal-Ġimgħa Mqaddsa. Dan ser isir fil-Knisja ta’ Santa Marija f’Bubaqra u ser jibda fis-7.30pm.

Nhar il-Ħadd 9 t’April 2017, il-Banda Santa Katarina V.M., ser tagħmel programm fi Pjazza Repubblika fl-10.00 am fl-okkażjoni tal-Festa ta’ Ħadd il-Palm.

Nhar is-Sibt 17 ta’ Diċembru 2016, ġie organizzat Kunċert tal-Milied mill-Banda Santa Katarina V.M. Din is-serata saret fis-Sala Banda Santa Katarina u l-banda kienet immexxija mis-Surmast Josef

Grech A.T.C.L., L.T.C.L., Dip. A.B.R.S.M., L.R.S.M.

Waqt dan il-Kunċert il-Banda Santa Katarina V.M. daqqet diversi siltiet tal-Milied fejn diversi siltiet kienu akkumpanjati minn Kor tat-Tfal iffurmat mill-Allievi tal-Banda. L-istess Allievi tal-Banda Santa Kata-rina V.M. qraw diversi siltiet u poeżiji relatati mal-Milied. Ta' min jgħid ukoll li waqt dan il-Kunċert żewġ Allievi tal-Banda Santa Katarina V.M. animaw Priedka Tradizzjonali tal-Milied.

Imbagħad is-Sur Philip Schembri, President tas-Soċjetà Mużikali Santa Katarina V.M. għamel id-diskors tiegħu fejn irringrazzja lil dawk kollha li taw is-sehem tagħhom u awgura lil kulħadd Milied Ħieni u Sena Ġdida mimlija risq u barka.

Dan il-Kunċert kien preżentat mis-Sur Daniel Vella. Fl-aħħar sar riċeviment b'xorb u ħelu tradizzjonali tal-Milied fis-Sala Espedito Deguara.

Kunċert tal-Milied mill-Banda Santa Katarina V.M.Karmenu Zerafa – President Onorarju

SANTA KATARINA VERĠNI U MARTRI - Poema tal-1952

Is-sena d-dieħla, fl-2018, il-Parroċċa ta’ Santa Katarina Verġni u Martri fiż-Żurrieq, ser tkun qegħdha tiċċelebra tlett anniversarji importanti, voldieri, l-125 sena minn meta l-Papa Ljun XIII għolla lill-Knisja tagħna għad-

dinjità Arċipretali, l-400 sena minn mindu l-Knisja tagħna saret Matriċi, bit-twaqqif tal-Parroċċa ta’ Marija Mtella’ s-Sema tal-Qrendi, u bla dubju l-iktar importanti, l-200 sena minn meta waslet ġewwa raħalna l-vara Titulari, kapolavur tal-Marjani. Kien dan l-aħħar fatt li ħajjarni biex navviċina lill-editur ta’ din in-newsletter, bil-ktejjeb li jinsab għandi: ‘Santa Katarina Verġni u Martri’, poema li ġiet ippublikata fl-1952. L-Editur mill-ewwel laqa’ din l-idea li jip-pubblika din il-poema f ’sensiela ta’ ħarġiet ta’ ‘Sancta Catherina Zurricanorum Patrona’, matul dawn is-sentejn li fihom ser inkunu qed nippreparaw u niċċelebraw bil-kbir l-anniversarji li għadni kemm semmejt. Din il-poema kif diġà għidt kienet ippubblikata fis-sena 1952. Ġiet stampata fl-Istamperija tad-Dar ta’ San Ġużepp fil-Ħamrun, iżda sfortunatament ma nafux la min kitibha u lanqas min ippubilikaha. Il-probabbiltà hi li ppubblikata l-istess Soċjetà tad-Duttrina Nisranija (MUSEUM), għax fil-qoxra tal-ktejjeb, fuq nett, hemm il-kelmiet ‘Verbum Dei Caro Factum Est’, liema kelmiet San Ġorġ Preca kien ried li jidhru dejjem f ’kull pubb-likazzjoni li toħroġ is-Soċjetà li huwa waqqaf, u saħansitra f ’kull korrispondenza li tgħaddi bejn is-soċi tal-istess Soċjetà. Fil-5 ta’ Marzu 1952, Patri Alfons M. Camilleri O.F.M. iffirma, bħala Ċensur Teologu, n-Nihil obstat, u fl-10 tal-istess xahar, Emmanuele Galea, Vigarju General ital-Arċidjoċesi Maltija u Isqof Titulari ta’ Tralia ġewwa l-Asja, tal-Imprimatur, jiġifieri l-approvazzjoni tal-Kurja Arċiveskovili ta’ Malta għal din il-poema. Il-poema kienet ippubblikata fi ktejjeb żgħir ta’ 48 faċċata u fiha 365 strofa, kollha kwartini ottonarji (4 versi bi tmien sillabi kull strofa), b’rima mqabbża bejn it-tieni u r-raba’ vers. Dan hu l-iktar stil komuni fil-poeżija tradizzjonali Maltija. Il-poema tagħlaq bil-kliem ‘DEO GRATIAS ET MARIAE’. U mill-ħarġa li jmiss, inħallikom tgawdu dawn il-versi, li ħarġu minn id anonima imma devota, dwar il-ħajja tal-Qaddisa Patruna tagħna.

Samuel Mercieca

Page 4: Santa Katarina V.M. fil-Kolleġġjata ta’ Bormla (minn Jeremy Cachia) · 2017. 3. 27. · Santa Katarina V.M. fil-Kolleġġjata ta’ Bormla (minn Jeremy Cachia) F’dawn il-ħarġiet

#Festa2016#Loading ...

Mro. Tancred Grech ġie maħtur biex ikun Għalliem tal-Allievi tal-Banda Santa Katarina V.M. fuq is-Sezzjoni tal-istrumenti tar-Ramm.Tancred Grech mużiċist minn Naxxar, beda l-istudji tal-euphonium ta’ disa’ snin taħt Mro Lawrence Bonnici u ħareg idoqq għall-ewwel darba meta kellu tlettax-il sena. Wara kompla ma’ Dr. Philip Ciantar li ppreparah għall-eżamijiet tal-Victoria College. Aktar tard, kompla jistudja taħt Mro Paul Borg, li flimkien ma’ Mro Lawrence Borg ippreparah għad- Diplomi ta ALCM u tal-Liċenzjat ta London College of Music (LLCM). Huwa ħa ukoll lezzjonijiet tal-Armonija u orkestrazzjoni mis-Surmast Ray Sciberras. Aktar tard kompla l-istudji tiegħu fil-mużikoloġija fl-universita ta’ Malta minn fejn iggradwa B.A. (Hons) fil-mużika fl-2007, u sena wara ħa l-PGCE Diploma. Ricentament, Tancred Grech kiseb ukoll l-Fellowship ta London College of Music (FLCM) fuq l-ewfonju.Mro Tancred Grech kien għalliem f’diversi kazini lokali, u prezentament huwa is-Surmast Direttur u għalliem tar-ram mas-Soċjeta` Filarmonika Marija Mtellgħa s-Sema ġewwa l-Imġarr u l-Assistent Direttur u għalliem tar-ram mal-Banda Beland taż-Żejtun. Huwa nħatar għalliem tas-sezzjoni tar-ram fl-2014 ġewwa is-Soċjetà Mużikali San Ġuzepp tal-Ħamrun fejn fil 2017 ġie maħtur ukoll bħala Assistent Direttur. Riċentement ġie maħtur ukoll bħala għalliem mas-Soċjetà San Ġużepp ta' Ħal-Għaxaq. Huwa għalliem ta’ l-ICT u l-mużika fi Stella Maris College, il-Gżira. Mro Grech huwa miżżewweġ lil Katya u għandhom zewgt itfal Matthias u Ema.

Għaldaqstant issa s-Soċjeta' għandha 3 Surmastrijiet li jgħallmu l-mużika li huma:-Surmast Direttur Josef Grech

Sezzjoni Strumenti tal-InjamAssistent Surmast Alan Schembri

Tagħlim tat-Teorija tal-MużikaMro. Tancred Grech

Sezzjoni Strumenti tar-Ramm

Il-lezzjonijiet kollha qed isiru s-Sibt filgħodu bejn it-8:00a.m. u nofsinhar.

Il-President u l-Kumitat jawguraw lil Mro. Tancred Grech kull suċċess f'din il-Kariga ġdida tiegħu li hu se jkun qed jokkupa fis-Soċjeta' tagħna.

Il-Kumitat għandu għall-qalbu ħafna t-tagħlim tal-mużika u dan huwa pass ieħor importanti f'dan il-qasam.

Ħatra ta' Għalliem għall-Allievi

Page 5: Santa Katarina V.M. fil-Kolleġġjata ta’ Bormla (minn Jeremy Cachia) · 2017. 3. 27. · Santa Katarina V.M. fil-Kolleġġjata ta’ Bormla (minn Jeremy Cachia) F’dawn il-ħarġiet

Kif intom tfal?

Illum xtaqt inkellimkom dwar inizjattiva ġdida li ser tibda din is-sena fi ħdan is-Soċjetà Mużikali Santa Katarina V.M. taż-Żurrieq. Dawk li fil-festa tas-sena li għaddiet ħadu sehem fil-party li sar qabel il-festa u dawk li ġew

għall-party tal-Milied żgur li semgħu dwar il-Kids Club tas-Soċjetà.

L-iskop ta’ dan il-Kids Club hu li nibdew inressqu aktar tfal lejn is-Soċjetà, mhux biss għal żmien il-Milied jew għal żmien il-festa, imma wkoll tul ġimgħat oħra tas-sena. B’hekk it-tfal jifhmu aħjar xi tfisser li tkun membru ta’ Soċjetà ħajja u attiva bħalma hi s-Soċjetà Mużikali Santa Katarina V.M. taż-Żurrieq.

L-attivitajiet ser ikunu varji: attivitajiet fejn ser nitgħallmu flimkien, attivitajiet fejn ser niddevertu kif ukoll attivitajiet li fihom ser nieħdu sehem u b’hekk inkunu aktar qrib u fil-qalba tas-Soċjetà tant għażiża għalina.

It-tfal kollha huma mistiedna u għalhekk inħeġġukom biex toqgħodu attenti għar-riklami dwar attivitajiet li ser norganizzaw. Dawn ser jixxandru fuq Radju Santa Katarina kif ukoll fuq is-sit u l-paġna tal-Facebook tas-Soċjetà.

It-tfal huma l-futur tas-Soċjetà u għalhekk huwa importanti li sa minn meta jkunu żgħar it-tfal jidraw jifhmu x’inhu x-xogħol ta’ każin tal-banda u kemm huwa importanti li wieħed japprezza kemm jista’ jitgħallem minn Soċjetà. Dawk il-ġenituri interessati li jibgħatu lit-tfal tagħhom u li għadhom ma mlewx il-formola tal-Kids Club jistgħu jibgħatu imejl fuq [email protected].

Ngħaddu issa għall-kompetizzjoni ta’ din l-edizzjoni. Agħtuna intom xi idejat ta’ xi attivitajiet li tixtiequ li norganizzaw fil-Kids Club u aħna nagħżlu l-aktar idejat oriġinali.

Ibgħatu t-tweġibiet tagħkom f ’dan l-indirizz:Zurricanorum Patrona

Għalina t-TfalPalazz Alexandria

Misraħ RepubblikaŻurrieq

Page 6: Santa Katarina V.M. fil-Kolleġġjata ta’ Bormla (minn Jeremy Cachia) · 2017. 3. 27. · Santa Katarina V.M. fil-Kolleġġjata ta’ Bormla (minn Jeremy Cachia) F’dawn il-ħarġiet

Mitt sena ilu kienet għaddejja l-Ewwel Gwerra Dinjija. Din il-gwerra kienet ilha għaddejja tlett snin li fiha kienu qegħdin imutu miljuni ta’ żgħażagħ fil-fjur ta’ ħajjithom. Fi Franza, l-Belġju u artijiet tal -madwar kien għaddej ġlied sider ma’ sider

fejn il-miżien kien qiegħed imur ‘l hawn u ‘l hemm. L-Alleati, primarjament l-Ingliżi u l-Franċiżi kienu qegħdin jissieltu kontra l-Ġermaniżi u l-alleati tagħhom. Dik is-sena kienu ġew miġġielda battalji fost l-oħrajn fi Ypres u Messines fi Franza, Caporetto fin-naħa ta’ fuq tal-Italja fejn it-Taljani ġarrbu telf kbir kontra l-Ġermaniżi u l-Awstrijaċi. Anke fil-Lvant Nofsani kien għaddej ġlied qalil bejn l-Ingliżi u-t-Torok, l-aktar rebħa importanti kienet dik tal-ġeneral Allenby fejn rebaħ Jerusalemm minn idejn it-Torok. Fil-Lvant Nofsani kien hemm fizzjal Ingliż li kien qiegħed imexxi tribujiet Għarab kontra l-ħakma torka li kienet ilha sekli sħaħ. Dan il-persunaġġ kien Thomas Edward Lawrence li hu magħruf fl-istorja bħala “Lawrence of Arabia”. Hu kien juża metodi ta’ ġlied li kienu addattati għas-sħana tad-deżert tal-Għarabja. Hu kellu jitlef ħajtu b’inċident tat-traffiku bil-mutur fl-1935. Il-Kwistjoni tal-Lvant Nofsani li għadha mhix solvuta sal-lum bdiet dik is-sena, meta Lord Balfour, politikant ewlieni ingliż kien ħareġ bil-“Balfour Decleration” li fiha l-Ingilterra kienet qegħdha tagħraf u tgħin biex fil-Palestina ikun hemm stat Lhudi.Dik is-sena l-Istati Uniti mmexxija mill-president Woodrow Wilson, daħlet fil-gwerra fuq in-naħa tal-alleati, fejn intbagħtet armata lejn l-Ewropa taħt il-Ġeneral John Pershing. Din l-għajnuna kellha tkun strumentali biex il-gwerra tispiċċa s-sena ta’ wara.Fir-Russja beda jqum l-inkwiet li kien ilu jinġema’ għal tul ta’ żmien. Ir-Russja ħarġet mill-gwerra wara disfatti kbar fejn tilfet ħafna nies. Il-Poplu beda juri r-rabja tiegħu kontra s-sistema fewdatarja li biha l-fqir kien ittrattat għar mill-annimal. It-Tzar ipprova jżomm il-kontroll bl-armata, imma issa din tal-aħħar kienet iddemoralizzata. Il-Partit Bolxevist li wara kellu jsir il-partit Kommunista kien qiegħed jitmexxa minn Vladimir Ilyich Lenin li kien qiegħed jagħmel minn kollox biex titneħħa il-monarkija. F’Novembru ta’ dik is-sena r-rivoluzzjoni neħħiet it-Tzar Nikola II, u l-Bolxevisti taħt it-tmexxija ta’ Lenin ħadu l-poter fir-Russja.Il-Familja Rjali Ingliża qatgħet kull konnessjoni mal-Ġermanja fejn kellha l-isem ta’ Saxe-Coburg-Gotha, u bdiet tissejjaħ il-House of Windsor. Dan ġara minħabba l-gwerra li kienet għaddejja. Ir-Re Ġorġ V kien il-kuġin tal-Kaiser Wilhelm II tal-Ġermanja kif ukoll taz-Tzar Nikola II tar -Russja.Dik is-sena nhar it-13 ta’ Mejju il-Madonna dehret lit-tlett it-tfal rgħajja f ’Fatima il-Portugal. Dan il-post kellu jsir famuż ma’ ħafna pellegrini, li tul dawn l-aħħar mitt sena żaru dan il-Maqdes Marjan biex jitolbu lill-Madonna biex tgħinhom .Hawn Malta, Isqof kien hawn Dom Mawru Caruana. Lord Methuen kien il-gvernatur

ta’ Malta. L-Ewwel Gwerra Dinjija m’involvietx lil Malta fil-ġlied imma bosta suldati feruti kienu jinġiebu Malta biex jirrikoveraw. Is-sitwazzjoni politika ta' dak iż-żmien kienet waħda tali fejn kellek dawk li kienu favur l-Italja u dawk li kienu jaraw dak kollu Ingliż bħala l-aħjar. Lord Strickland u Nerik Mizzi kienu l-aktar żewġ politikanti prominenti. Dawn it-tnejn ma kienux jaraw għajn m'għajn fuq ħafna affarijiet. Nerik Mizzi kien spiċċa arrestat fuq akkuża li kien għamel lill-

gvern Ingliż li ma kienx qiegħed jittratta lil Malta b'mod aktar xieraq u mhux sempliċi kolonja fortizza fil-Mediterran. Il-qagħda soċjali waqt il-gwerra kienet waħda imwera. Il-kandidati li kienu eletti fil-Kunsill tal-Gvern f 'Mejju ta' dik is-sena irriżenjaw bi protesta għall-mod ta' kif il-Gvern Ingliż kien qiegħed jagħlaq għajnejh għat-tbatijiet tal-poplu Malti. Fil-Futbol Malti is-St. Georges ta’ Bormla rebħu l-uniku kampjonat fl-istorja tagħhom. Dik is-sena Charles Chaplin beda l-karriera tiegħu f ’Hollywood fejn ftit wara kellu jsir wieħed mill-ewwel stilel taċ-ċinema. L-Industrija tal-films kienet għadha fil-bidu tagħha. Hollywood kienet qegħdha bil-mod issir il-belt ewlenija taċ-ċinema. Nies famużi li twieldu dik is-sena, fosthom J.F. Kennedy, Vera Lynn, Indira Gandhi, Dean Martin u l-Isqof Oscar Romero li kien assassinat fl-1981 fl-El Salvador.

Mitt Sena Ilu .... 1917Is-Sur Carmel Callus

Il-President Amerikan Woodrow Wilson iħabbar id-dħul tal-Istati Uniti fl-Ewwel Gwerra Dinjija 1917

Fatima 1917, Lucija, Franġisku u Ġaċinta

Lenin, rivoluzzjoni Russa 1917

Ir-Rebħa ta' Jerusalem mill-Ingliżi

minn idejn it-Torok 1917

It-Tim tas-St.George’s li rebaħ l-uniku kampjonat fl-istorja tiegħu 1917

Charles Chaplin 1917

Page 7: Santa Katarina V.M. fil-Kolleġġjata ta’ Bormla (minn Jeremy Cachia) · 2017. 3. 27. · Santa Katarina V.M. fil-Kolleġġjata ta’ Bormla (minn Jeremy Cachia) F’dawn il-ħarġiet

Attivitajiet mis-Soċjetà Mużikali Santa Katarina V.M.

11 ta' Marzu 2017 Country Night fil-Każin organizzat mis-Sotto Kumitat Nar15 ta' Marzu 2017 Coffee Morning organizzat mis-Sotto Kumitat Nisa17 ta' Marzu 2017 Ikla organizzata mis-Sotto Kumitat Armar18 ta' Marzu 2017 Youth Gathering organizzat mis-Sezzjoni Żgħażagħ Palmisti19 ta' Marzu 2017 Sparatura organizzata mis-Sezzjoni Żgħażagħ Palmisti Ħarġa Kulturali organizzata mis-Sotto Kumitat KulturaMill-20 sat-22 ta' Eżerċizzi Spiritwali minn Patri Raymond Gatt O.P fil-KażinMarzu 2017 24 ta' Marzu 2017 High Tea fil-Każin organizzat mis-Sotto Kumitat Nisa25 ta' Marzu 2017 Ikla organizzata mis-Sezzjoni Żgħażagħ Palmisti 1 t'April 2017 Ikla organizzata mis-Sezzjoni Żgħażagħ Palmisti fejn se jintwera d-DVD tad- Dramm tal-Ġimgħa Mqaddsa tas-sena 2016 bl-isem 'IESUS'2 t'April 2017 Ġabra b'risq is-Soċjetà6 t'April 2017 Kunċert ta' Mużika Sagra mill-Banda Santa Katarina V.M. fil-Knisja ta' Santa Marija f'Bubaqra8 u 9 t'April 2017 Dramm marbut maż-żminijiet tal-Ġimgħa Mqaddsa imtella' mis-Sezzjoni Żghażagħ Palmisti. 9 t'April 2017 Programm ta' Marċi Funebri mill-Banda Santa Katarina V.M. filgħodu f'Misraħ RepubblikaMid-9 sal-14 Wirja fil-Każin relatata mal-Ġimgħa Mqaddsa organizzata mis-Sezzjoni Żgħażagħt'April 2017 Palmisti12 t'April 2017 Ħarġa sa Għawdex orgnaizzata mis-Sotto Kumitat Kultura15 t'April 2017 Youth Gathering fil-Każin organizzat mis-Sezzjoni Żgħażagħ Palmisti16 t'April 2017 Bejgħ ta' Kannoli mis-Sezzjoni Żgħażagħ Palmisti21 t'April 2017 High Tea fil-Każin organizzat mis-Sotto Kumitat Nisa22 t'April 2017 Country Night fil-Każin organizzat mis-Sotto Kumitat Nar28 t'April 2017 High Tea organizzat mis-Sotto Kumitat Nisa fil-Każin29 t'April 2017 Is-Soċjetà ser tieħu sehem fil-Festival tan-Nar tal-Art Mekkanizzat fuq il-Fosos tal-Furjana30 t'April 2017 Sunday Lunch organizzat mill-Kumitat tas-Soċjetà Filgħaxija Youth Gathering organizzat mis-Sezzjoni Żgħażagħ Palmisti

Imla' l-vojt kollu b’mod li l-kolonni, il-linji u kull kaxxa ta’ disgħa jintlew bin-numru 1 sa 9.

Min ser jikkompeti jista’ jibgħat it-tweġiba tiegħu lis-Segretarju tas-Soċjetà: Palazz Alexandria, Misraħ Repubblika, Żurrieq sal-20 ta' Marzu 2017.

Rebbieħa ta' Sudoku No. 50 hija Ms. Emma Malliamiż-Żurrieq

2

1 5 4

7 3 1

8 9

2 4 1 9

3 5 2

2 6 5

6 7 4 3 1

9 2 8

A

B

C

D

E

F

G

H

I

Page 8: Santa Katarina V.M. fil-Kolleġġjata ta’ Bormla (minn Jeremy Cachia) · 2017. 3. 27. · Santa Katarina V.M. fil-Kolleġġjata ta’ Bormla (minn Jeremy Cachia) F’dawn il-ħarġiet

Niċċa bl-istatwa ta’ Marija Addolorata Ftit ilu laqtitni niċċa ta’ Marija Addolorata u għidt li tkun ideali għal din il-ħarġa

sabiex nammiraw ftit is-sbuħija ta’ din in-niċċa. Dan peress li nkunu qegħdin fi żmien tar-Randan u nħejju għall-akbar festa tal-Knisja; dik tal-Mewt u l-Qawmien ta’ Sidna Ġesù Kristu.

Hekk kif wieħed ikun f ’Misraħ San Lazzru u tidħol għal Triq il-Warda, wieħed jilmaħ niċċa sabiħa u forsi unika għal raħalna. L-ewwel li tolqtok hija l-għamla li għandha din in-niċċa. Din hija mibnija fuq stil Gotiku u tfakkarna fl-istil kif inhi mibnija l-Knisja taċ-ċimiterju l-kbir tal-Addolorata ta’ Raħal Ġdid. In-niċċa hija mdawwra b’kolonna fuq kull naħa u qegħdha tistrieħ fuq żewġ mensoli. Dawn jinsabu magħqudin flimkien fil-parti t’ isfel tan-niċċa - tilgħin minn ġo werqa oħra skulturata fil-ġebla maltija bħal bqija tal-iskultura ‘l oħra kollha. Fin-nofs fuq il-bieba tan-niċċa nsibu puttin sabiħ li jisraq l-attenzjoni ta’ din l-opra. Bħal kull niċċa oħra; fin-naħa ta’ fuq, din tispicca bis-salib, l-elm tar-Reliġjon Kattolika imżejjen b’ disinni u mottivi oħra.

L-istatwa li hemm fin-niċċa għandha ikonografija komuni għal statwa tad-Duluri - b’idejha magħqudin flimkien b’ ħarsitha mnikkta tħares ‘l isfel. Din hija miżbugħa bil-kuluri u mżejna wkoll bi ftit induratura tad-deheb fil-libsa u l-mantell tagħha.

Peress li din l-istatwa qegħdha wara ħġieġa diffiċli, tikkonkludi jekk din l-istatwa tal-Madonna tad-Duluri hijiex maħduma fil-kartapesta jew skulturata fil-ġebla. Filfatt mill-panneġġi tal-istatwa, mill-induratura tad-deheb li semmejna u x’ aktarx li l-għajnejn huma tal-ħġieġ, iktar nkompli naħseb li din l-istatwa hija maħduma fil-kartapesta.

Fil-parti t’isfel tan-niċċa, bejn il-mensoli, hemm skrizzjoni bit-Taljan. Grazzi għal Kan. Dr Jonathan Farrugia stajna nippubblikaw din it-traduzzjoni peress li fiha xi żbalji grammatiċi. Dan jista’ jkun li min żebagħha l-aħħar sab li kienet waqgħet xi żebgħa u b’ konsegwenza t’ hekk kien hemm xi ittri neqsin. Bil-Malti din l-iskrizzjoni taqra hekk:

L-E.T. Mons. P.Pace permezz tad-digriet tal-4 ta’ Lulju 1903 ta l-indulgenza ta’ 40 jum lil min jitlob Salve Regina quddiem din ix-xbieha

Kull min jinzerta għaddej minn Triq il-Warda, ta’ min wieħed jinnota din in-niċċa tassew ħelwa u jammira l-għamla u s-sbuħija tagħha. Dan hu wirt missirijietna u minn din il-paġna dejjem nisħqu biex nibżgħu għall-patrimonju tar-raħal sabiħ tagħna – iż-Żurrieq - min jaf forsi xi darba nerġgħu naraw din l-istatwa miżbugħa u rrestawrata mill-ġdid.

1 In-numru ta’ ġranet tal-indulgenza jista’ jkun xi numru ieħor minħabba li l-kitba mhix ċara.

L-istatwa ta' Marija Addolorata

Design & Printing: Tel: 21250994/3

In-niċċa tal-Madonna tad-Duluri li tinsab fi Triq il-Warda

Ser isiru tlett ijiem ta’ eżerċizzi tar-Randan fis-Sala Mro. Espedito Deguara tal-każin tal-banda Sta. Katarina V.M., it-Tnejn, it-Tlieta u l-Erbgħa: 20, 21 u 22 ta’ Marzu 2017 fis-7.00pm. Il-predikatur ser ikun Patri Raymond Gatt O.P. Matul dawn il-jiem issir introduzzjoni minn Dun Raymond Cassar, Direttur Spiritwali tas-Soċjetà.

EŻERĊIZZI TAR-RANDAN FIL-KAŻIN