20
SAHHTEK Jekk int fl-istess sitwazzjoni, irrakkonta l-istorja tiegħek għax tgħinek tirbaħ il-beżgħat li jista’ jkollok

Sahhtek ghal Qalbna

Embed Size (px)

DESCRIPTION

Publication by the Ministry of Health with the input of Rosanne Scerri, Occupational Therapist and Shawn Abela, 2nd year Occupational Therapy student.

Citation preview

Page 1: Sahhtek ghal Qalbna

saHHtek

Jekk int fl-istess sitwazzjoni,irrakkonta l-istorja tiegħek għax tgħinek tirbaħ il-beżgħat li jista’ jkollok

Page 2: Sahhtek ghal Qalbna

Maternità... servizzi tas-saħħa mill-bidu tal-ħajja

Is-servizz tal-Parent Craft kien esperjenza mill-aqwa għalina. Ingħatajna pariri prattiċi dwar it-tqala u t-trobbija tat-tfal matul is-sessjonijiet kollha li attendejna. L-istaff tal-Parent Craft jagħtuk is-saħħa biex tkompli għaddejja! Il-fatt li s-sessjonijiet isiru wkoll nhar ta’ Ħadd jgħinu lil dawk il-ġenituri li jaħdmu sabiex ikunu jistgħu jattendu flimkien. Kif jgħidu, il-ħaddiema ma jagħmlux dan ix-xogħol għall-flus imma għax hija l-vokazzjoni tagħhom! Ser nibqa’ rikonoxxenti lejhom għal ħajti kollha għax jagħtu lill-ġenituri pariri mill-aqwa u għajnuna meta persuna tkun fil-bżonn!

Tania Craus, omm ta’ tlett itfal

2

Page 3: Sahhtek ghal Qalbna

20 eżami mediku differenti għat-tfal fl-iskejjel

It-testijiet li saru fuq it-tifel tiegħi kienu ta’ benefiċċju kbir. Dan għaliex jagħti serħan il-moħħ lilna l-ġenituri li t-tfal tagħna qed jiżviluppaw tajjeb, u f’każ ta’ bżonn, jingħataw l-appoġġ meħtieġ sabiex il-problema tiġi indirizzata mill-ewwel. It-tim mediku tagħni wkoll għajnuna fuq it-tip ta’ ikel li jien għandi nagħti lit-tifel. Jiena ma kontx naf li dawn it-testijiet kienu jeżistu u li huma parti mis-servizzi tas-saħħa.

Jessica Zammit, omm

Fl-iskejjel isiru testijiet lil kull tifel u tifla. Dawn it-testijiet jikkonsistu fi proċessi fiżiċi, bħal ngħidu aħna s-smiegħ, il-piż, it-tul u n-nutrizzjon kif ukoll proċessi tal-iżvilupp tat-tfal li kollha huma differenti minn xulxin. Dawn it-testijiet huma ta’ importanza kbira. Fil-fatt, żewġt itfal mill-klassi tiegħi ġew identifikati bi problema permezz ta’ dan l-assessjar.

Mary Dominique Fava, għalliema

3

Page 4: Sahhtek ghal Qalbna

...nisa qed jiġu mistiedna

għall-eżami tal-kanċer tas-sider

Ilni naħdem hawn minn Ottubru tal-2009, meta ċ-Ċentru Nazzjonali tal-Breast Screening fetaħ il-bibien tiegħu għan-nisa li twieldu bejn l-1950 u l-1959. Jiena qed ikolli kuntatt ma’ eluf ta’ nisa li qed jaċċettaw l-istedina tagħna, u billi jagħmlu hekk, inaqqsu r-riskju li jmutu minn kanċer fis-sider. Sa issa sibna 75 mara b’kanċer fil-bidu tiegħu. Jiena kburija li qed nagħmel parti minn dan is-servizz. Ir-rispons mill-klijenti hu pożittiv ferm għaliex huma jħossuhom milqugħa u għax qed nipprovdu servizz tajjeb.

Carrie Grixti, Lead Screening Co-ordinator, National Breast Screening Programme

Breast Screening Centre ġdid...

4

Page 5: Sahhtek ghal Qalbna

Ċentru tal-Onkoloġija għal persuni li jkollhom il-kanċer...minn 27 sodda fl-Isptar Boffa se jiżdiedu għal 94 sodda

Kien xokk kbir għalija meta qaluli li għandi kanċer

fis-sider. Ma stajt nemmen b’xejn! Jiena kelli 29 sena

u ma kien hemm ebda każijiet simili fil-famlija tiegħi.

Ġibt quddiem għajnejja ż-żewġt itfal li rrid ngħix

għalihom! Kemm il-ħaddiema ta’ Mater Dei kif ukoll

dawk tal-Isptar Boffa għandhom qalb tad-deheb u

kienu ta’ għajnuna kbira. Salvawli ħajti. Inqishom

bħala t-tieni familja tiegħi. Jekk inti qiegħda fl-

istess sitwazzjoni, irrakkonta l-istorja tiegħek għax

tgħinek tirbaħ il-beżgħat li jista’ jkollok. Ibqa’ dejjem

għaddejja u ġġieled għaliha!

Rowena Enriquez, pazjenta tal-kanċer, omm

5

Page 6: Sahhtek ghal Qalbna

224,281 eżami tar-radjoloġija fis-sena fosthom CT Scans, MRI u ultrasounds...

...bdew jittieħdu X-Rays diġitali fiċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Mosta wkoll

Seba’ snin ilu sabuli tumur f’moħħi. Wara li għamilt operazzjoni, jiena qed nagħmel MRI kull sena u għalhekk nista’ ngħid li qiegħed taħt osservazzjoni regolari. Il-ħaddiema li jaħdmu f’dan id-dipartiment huma ta’ għajnuna kbira u għandhom jiġu mfaħħra. Jiena persuna kuraġġuża u indipendenti li ma niġi demoralizzat mill-ebda problema ta’ saħħa. Madanakollu, huwa dejjem tajjeb li tirċievi assistenza mill-aqwa mill-ħaddiema tal-Isptar Mater Dei. Grazzi.

Saviour Borg, pazjent

6

Page 7: Sahhtek ghal Qalbna

L-għajnuna li rċevejna mir-Renal Unit kienet xi ħaġa ta’ barra minn hawn! Titlef ’l ibnek hi traġedja personali pero’ l-ħaddiema għamlu mill-aħjar li setgħu biex itaffulna d-dieqa f’dak il-mument daqshekk diffiċli. L-unika ħaġa li stajna nagħmlu hi li nagħtu l-organi tat-tifel tagħna lil dawk in-nies li kien għad fadlilhom tama ta’ ħajja. Aħna nħossuna kuntenti meta naħsbu li t-tifel tagħna għadu qed jgħix permezz ta’ dawn in-nies.

Lawrence u Francesca Dalli,il-familja donatriċi

224,281 eżami tar-radjoloġija fis-sena fosthom CT Scans, MRI u ultrasounds...

Jien għamilt użu mis-servizzi tar-Renal Unit għal seba’ snin bit-terapija ddum madwar erba’ siegħat kull darba, b’servizz uman, f’ambjent mill-aqwa u apparat mediku kull fejn iddawwar wiċċek. Jien nibqa’ grat għal ħajti kollha għall-għajnuna li rċevejt mingħand il-Familja Dalli li tawni l-kilwa, lejn binhom u lejn il-ħaddiema tal-Isptar Mater Dei għax dawn in-nies jagħtu qalbhom għall-pazjenti!

George Bezzina

Inkomplu nsalvaw il-ħajja...b’kull mezz possibbli

George Bezzina Francesca Saveria Dalli

Lawrence Dalli

7

Page 8: Sahhtek ghal Qalbna

Jiena kelli aċċident ikrah ħafna bil-karozza li affettwali serjament ’il saqajja. Kien is-servizz tajjeb tal-ħaddiema ta’ Mater Dei li ħeġġiġni biex nemmen li kont ser nerġa’ nibda nimxi mill-ġdid. Fil-fatt, erġajt bdejt nimxi bla għajnuna ta’ xejn wara biss disa’ xhur mill-aċċident li kelli! Kien grazzi għas-servizz tad-deheb li rċevejt biex dan kollu seħħ!

Roderick Mangion

Salvati minn ħalq il-mewt fl-emerġenza

8

Page 9: Sahhtek ghal Qalbna

Kura Intensiva (ITU)...attenzjoni individwali

24 siegħa kuljum

Xhar l-ITU u ħames xhur fi swali oħra fl-isptar wara inċident bil-karozza kienet esperjenza li bidlitli ħajti. Jiena ngħatajt ħafna demm matul l-għaxar operazzjonijiet li għamilt. Il-ħaddiema għinuni erbgħa u għoxrin siegħa kuljum f’kull sala li kont. Huma dawn in-nies li tawni l-kuraġġ, is-saħħa u d-determinazzjoni sabiex nibqa’ iffukat ħalli nirbaħ din is-sitwazzjoni u llum erġajt qed ngħix b’mod normali. Irrealizzajt ukoll li l-kura tiswa ħafna flus, ħin u dedikazzjoni.

Joe Mercieca

9

Page 10: Sahhtek ghal Qalbna

41,795 operazzjoni fl-2010...9,000 fis-sena aktar milli kienu jsiru fl-Isptar San Luqa

Il-familja tiegħi kellha numru ta’ każijiet relatati ma’ problemi tal-qalb matul is-snin. Fil-fatt, jiena kelli nagħmel operazzjoni kbira li rnexxiet bil-kbir. Qabel din l-operazzjoni jiena kien ikolli beżgħat fuq x’kien se jkun ir-riżultat tal-operazzjoni. Però l-ħaddiema għinuni wkoll mil-lat psikoloġiku sabiex nirbaħ dawk il-mumenti daqshekk diffiċli. Illum jiena nħossni kburi bija nnifsi u rikonoxxenti ħafna għal min ħa ħsiebi l-isptar!

Laurence Borg

10

Page 11: Sahhtek ghal Qalbna

Qed isiru diversi interventi u operazzjonijiet ġodda

fosthom tal-qalb u tas-smigħ

L-iktar ħaġa li tinteressani fil-professjoni tiegħi hi li nkun qed nagħmel differenza fil-ħajjiet tal-persuni b’mod tanġibbli. L-għajnuna li jiena nagħti lill-pazjenti tgħinhom jgħixu ħajja aħjar u aktar b’saħħitha. Dan hu xogħol iebes, kemm fuq livell fiżiku u kif ukoll fuq livell mentali, pero’ jagħtini ħafna sodisfazzjon.

Lorna Attard Cassar, Theatre Nurse

11

Page 12: Sahhtek ghal Qalbna

Aktar minn 54,500 persuna jużaw l-iskema tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek minn 113-il spiżerija

L-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek hija skema li bidlet il-ħajja tiegħi kif ukoll dik ta’ ommi. Ġeneralment jiena mmur niġbor il-mediċina li jkollha bżonn ommi u issa nista’ nagħmel dan fl-ispiżerija qrib tiegħi fil-lokalità tiegħi stess! Din l-iskema solviet l-inkonvenjenzi tal-passat, neħħiet l-iskariġġ u ġabet magħha benefiċċji oħrajn bħal ngħidu aħna għajnuna aktar personalizzata u li nista’ noqgħod aktar ma’ ommi!

Marthese Psaila

12

Page 13: Sahhtek ghal Qalbna

Dipartiment tar-Radjoloġija ġdid f’Għawdex...

pazjenti Għawdxin jinqdew aħjar

f’Għawdex stess

L-iskema l-iSpiżerija tal-Għażla Tiegħek

mifruxa ma’ Għawdex kollu

Jiena kont sodisfatta ħafna bis-servizz li ngħatajt ġewwa d-dipartiment tar-Radjoloġija ġdid ġewwa l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex li fetaħ din is-sena. Bl-apparat ġdid li hemm ġewwa dan id-dipartiment jiena stajt nagħmel testijiet f’Għawdex stess meta qabel kien ikolli mmur għalihom f’Malta. Minbarra nuqqas ta’ traġitt għal Malta s-servizz f’Għawdex fisser ukoll li jien ingħatajt servizz professjonali mill-aqwa u mingħajr dewmien.

Maria Assunta Azzopardi

13

Page 14: Sahhtek ghal Qalbna

Żewġ Ċentri ġodda ta’ Matul il-Jum fiż-Żejtun u f’Raħal Ġdid...

Jien ilni naħdem fl-Isptar Mount Carmel għal dawn l-aħħar erba’ snin. Ir-rwol tiegħi hu li ngħin lill-pazjenti sabiex jintegraw aktar fil-komunità. Għaldaqstant, din il-ħidma ser twassal fi tnaqqis ta’ nies li jkunu f’dan l-Isptar. Għalkemm it-tagħrif rigward is-saħħa mentali żdied, il-ħaddiema xorta għadhom jiltaqgħu ma’ numru ta’ xkiel minħabba stigma. Il-problemi ta’ saħħa li jien l-aktar naħdem magħhom huma: skiżofrenija, bipolar, dipressjoni u disturbi tal-ansjetà. Bis-servizzi li qed nagħtu aktar persuni qed jgħixu fil-komunità flok l-isptar.

Angie Pace, Social Worker - Team Leader, Outreach Community Team

...klinika ġdida fl-Imtarfa

għal persuni bi problemi

ta’ saħħa mentali

14

Page 15: Sahhtek ghal Qalbna

Infetħu l-ewwel żewġ night shelters

għall-anzjani, fil-Mellieħa u ż-Żejtun

L-ewwel faċilità għall-anzjani bid-dimenzja - 144 sodda ġdida f’San Vinċenz de Paul

Jiena ilni ngħix f’San Vinċenz de Paul, sena u erba’ xhur. L-attivitajiet tiegħi matul il-ġurnata jvarjaw: ġieli ngħin fil-kċina, nara t-televiżjoni, nitkellem ma’ sħabi tal-kamra u nilgħab bil-ballun. F’San Vinċenz de Paul, jiena nħossni moħħi mistrieħ għax naf li kull meta ser ikolli bżonn għajnuna u kura medika, din ser insibha fi ftit sekondi.

Giovanna Spiteri

15

Page 16: Sahhtek ghal Qalbna

188 voluntier jgħinu lill-pazjenti u lill-qraba tagħhom fl-Isptar Mater Dei

Bħala voluntiera tal-VolServ, jiena nista’ ngħid kemm xogħolna hu apprezzat kemm mill-pazjenti kif ukoll mill-ħaddiema tal-isptar. Fil-fatt, wieħed mill-pazjenti ma riedx jemmen li aħna voluntiera u beda jgħidilna ‘l-anġli ta’ Mater Dei’. Jiena nħajjar lil kulħadd sabiex jagħti l-għajnuna li jista’ jagħti fl-isptar. Intom ser tieħdu lura ħafna aktar milli se tkunu qed tagħtu!

Marlene Abela

16

Page 17: Sahhtek ghal Qalbna

Fl-Emerġenza jidħlu medja

ta’ 300 persuna kuljum...

70 persuna jiddaħħlu bl-ambulanza

Jiena minn dejjem ridt insib xogħol li jagħtini l-opportunità biex ngħin lill-persuni fil-bżonn. Huwa ta’ sodisfazzjon li tkun taf li int qed tikkontribwixxi sabiex jiġu salvati ħajjiet prezzjużi. Barra minn hekk, dejjem inkompli nsegwi l-persuni li jiena mmur għalihom bl-ambulanza għax inqis il-pazjenti li niltaqa’ magħhom kuljum bħala l-ħbieb ġodda tiegħi. Xogħli xi kultant jista’ jkun ta’ periklu pero’ xorta waħda ma nimmaġinanix nagħmel ebda xogħol ieħor!

Charles Pullicino, xufier ta’ Ambulanza

17

Page 18: Sahhtek ghal Qalbna

Mill-vokazzjoni u t-taħriġ professjonali għas-servizz tal-poplu

Hija ta’ sodisfazzjon għalina li l-pazjenti jafdaw fina għax dan ifisser li jkun qed jirnexxielna ngħinuhom!

Ruth Grech, Pharmacy Technician

B’sodisfazzjon nara n-nies jirkupraw wara li jkunu fi stat ta’ saħħa ħażin ħafna. Huma dawn l-emozzjonijiet li jgħinuk tapprezza aktar kemm hu siewi xogħolna.

Joseph Grech, Nursing Aide

Fl-isptar ikun hemm nies li jkunu għaddejjin minn mumenti koroh f’ħajjithom u allura huwa importanti li nuruhom li aħna jimpurtana minn dak li qed jiġrilhom f’ħajjithom!

Nazju Muscat, Foreman

Aħna niltaqgħu ma’ nies ġodda bi bżonnijiet differenti b’mod kontinwu u nagħtu l-aħjar li nistgħu.

Josephine Sammut, Uffiċjal Eżekuttiv

Huwa dejjem ta’ emozzjoni meta niltaqa’ ma’ dawk it-trabi li jkunu kibru li jiena nkun għint biex jitwieldu.

Astrid Zarb, Midwifery Officer

F’Mater Dei, aħna noffru servizz professjonali u kburin meta naraw li dan ix-xogħol li qed isir hu apprezzat u jissarraf f’saħħa aħjar.

Natalie Muscat, Manager Employee Service

Aħna nisimgħu u nieħdu ħsieb il-pazjenti tagħna wkoll għaliex huma jkollhom bżonn ukoll attenzjoni li mhix biss kura medika min-naħa tagħna.

Maria Theresa Seychell, Nursing Officer

Ix-xogħol tiegħi hu li niżgura s-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema kollha ta’ Mater Dei. Nieħu ħsieb il-ħaddiema li jieħdu ħsieb il-pazjenti.Dieter Ebejer, Senior Inspector, Saħħa u Sigurtà

Bħala professjonisti, aħna ngħinu u nagħtu appoġġ lil kull min jiġi quddiemna b’kull mezz possibbli. Niżguraw li nkunu altruwisti sabiex nipproteġu l-interessi tagħhom.

Dr Rita Micallef, Manager Speech Language PathologyGħandna jiġu pazjenti li jkunu b’uġiegħ kbir

meta jidħlu filwaqt li diġà jkun qed iħossuhom aħjar meta joħorġu mill-klinika. Tista’ tara li qed tgħin sabiex tagħmel differenza fil-ħajja tal-pazjenti mal-ewwel!Dr. Nicholas Busuttil Dougall, Dental Surgeon

18

Page 19: Sahhtek ghal Qalbna

F’idejn imħuħ ġodda b’qalb kbira

Jiena ngħatajt borża ta’ studju mill-Gvern sabiex intejjeb l-istudji tiegħi fuq livell ta’ Masters u qed nispeċjalizza fil-mard infettiv. Il-fatt li dawn il-boroż ta’ studju bdew jingħataw anke lil dawk l-istudenti li jkunu qed jistudjaw ma’ università barranija filwaqt li jibqgħu Malta kienet inizjattiva tajba ħafna. Din ser tħeġġeġ aktar nisa sabiex javvanzaw fl-istudji tagħhom. Dan għaliex issa jistgħu jibbilanċjaw bejn il-bżonnijiet tal-familja u dawk il-bżonnijiet li huma aktar ta’ natura akkademika. Dr Claudia Fsadni

Bħala membru tal-lecturing staff tal-Università ta’ Malta, nieħu gost nara l-istudenti tiegħi japplikaw b’mod prattiku dak li nkun għallimthom. Barra minhekk bħalissa jien qed nistudja aktar. Il-borża ta’ studju li jiena ngħatajt is-sena li għaddiet tatni l-opportunità sabiex navvanza u nidħol aktar fil-fond billi nirriċerka aktar fuq il-kura tal-kanċer. Susan Mercieca

Bil-boroż ta’ studju li ngħatajt qed nirnexxi f’waħda mix-xewqat tiegħi: dik li ntejjeb l-istudju tiegħi f’Rijabilitazzjoni Newroloġika. L-aktar li tinteressani fix-xogħol tiegħi hi li nara l-pazjenti jtejbu l-kundizzjoni tagħhom u permezz tal-Masters li qed nagħmel, jiena se nikseb aktar ħiliet sabiex nagħti servizz aħjar lil dawn il-pazjenti. Rosanne Scerri

Bħala student tal-Occupational Therapy diġà nista’ mmiss b’idejja kif persuni jintegraw lura fis-soċjetà. Fix-xogħol tal-Occupational Therapist tiltaqa’ ma’ nies ta’ kull eta’ (minn tfal sa anzjani) u minn kull sfera tal-ħajja. Shawn Abela (student tal-Occupational Therapy)

Jien dħalt fil-kors ta’ Medical Secretary bħala mature student għaliex ridt li nkabbar l-għarfien tiegħi billi nistudja l-parti teoretika sabiex inkun nista’ nagħti servizz aħjar minkejja li diġà kont qed naħdem bħala skrivan f’Mater Dei. Il-ħidma fil-qasam tas-saħħa hi differenti minn kull tip ta’ xogħol ieħor. Il-messaġġ tiegħi hu li ħadd ma għandu jaqta’ qalbu fil-ħajja! Franco Scicluna (student , MCAST)

19

Page 20: Sahhtek ghal Qalbna

Emerġenza / Ambulanza ................................................ 112

Ministeru għas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunità ................... 2122 4071

Segretarjat Parlamentari għall-Anzjani u Kura fil-Komunità ....... 2122 4071

Sptar Mater Dei - Customer Care .........................................................2545 4184

Sptar Mater Dei ........................................................................................2545 0000

Sptar ta’ Rijabilitazzjoni Karin Grech ..................................................2208 0000

Sptar Sir Paul Boffa ....................................................................................2122 4491

Sptar Monte Karmeli ..................................................................................2141 5183

Residenza San Vinċenz De Paul ............................................................2122 4461

Ċentri tas-Saħħa:

Birkirkara ......................................................................................................2149 4960

Bormla .......................................................................................................2167 3292/3

Ħal Qormi ....................................................................................................2148 4450

Il-Furjana ...................................................................................................2124 3314/5

Il-Gżira .......................................................................................................... 2133 7245

Il-Mosta ......................................................................................................... 2143 3256

Ir-Rabat .........................................................................................................2145 9082

Raħal Ġdid ................................................................................................2169 1314/5

Servizzi Għall-Anzjani ........................................................................25575101/2/3

Ċentri ta’ Matul il-Jum ............................................................................ 2278 8445

Dementia Helpline ....................................................................................2208 1826

Night Shelters ............................................................................................ 2557 5000

Direttorat Promozzjoni tas-Saħħa u Prevenzjoni tal-Mard ......... 2326 6000

Direttorat Saħħa Ambjentali ...................................................................2133 7333

Saħħa u Sigurta fuq il-Post tax-Xogħol ............................................... 2124 7677

Skema Spiżerija tal-Għażla Tiegħek - POYC .....................................2248 1800

Faculty Of Health Science (Università ta’ Malta) ............................. 2340 2340

Malta College of Arts, Science & Technology (MCAST) .................2398 7100

Numri bżonnjużi tat-telefown

Ministeru g˙as-Sa˙˙a,l-Anzjani u Kura fil-Komunità