2
Newsheet tal-Għaqdiet Kattoliċi Nru. 482 FRAR 2017 ITTRA LILL-POPLU TA’ ALLA TAL-ISQFIJIET MALTIN Il-ferħ tal-imħabba Bħall-“kewkba” li mexxiet lill-Maġi biex jiltaqgħu ma’ Ġesù, hekk hija l-Eżortazzjon tal-Imħabba għall-familji tagħna fil-mixja tagħhom lejn u wara Ġesù. Dan jgħodd ukoll għall-koppji u l-familji li jinvolvu persuni separati qegħdin f’rabta ġdida. Uħud minn dawn il-persuni, għalkemm tilfu l-ewwel ż tagħhom f’Ġesù. Fosthom insibu min jixtieq ħafna jkun f’paċi ma’ Alla u mal-Knisja, x’għandu jagħmel biex ikun jista’ jqerr u jitqarben. Bħall-Maġi, li meta sabu lil Ġesù għaddew minn triq oħra (ara Mt 2:12), hekk dawn i drabi wara vjaġġ twil u mħarbat – jistgħu jiltaqgħu ma’ Kristu, li jagħtihom futur a possibbli li jgħaddu mill-istess triq ta’ qabel. Permezz ta’ akkumpanjament u dixxerniment onest, Alla kapaċi jiftaħ to dawn il-persuni, anki wara li ġarrbu mixja mmarkata mid-“dlam” ta’ għażliet żbaljati qarsa ta’ abbandun u tradiment. Fil-laqgħa tagħhom ma’ Kristu u mal-Knisja “dawl” li jurihom il-ħajja preżenti tagħhom u jgħinhom jaqbdu t-triq tar-ritorn lejn u kuraġġ jgħożżu l-ferħ tal-imħabba. Għalhekk, fuq l-indikazzjoni tal-Papa Franġisku, aħna l-Isqfijiet ta’ Malta u G linjigwida lis-saċerdoti tagħna biex isieħbu fit-triq tat-tfitxija lil dawk il-persu ta’ ħajjithom fid-dawl ta’ Ġesù. Nistiednu lil min jinsab f’xi qagħda bħal din u jixtieqna ngħinuh iko tiegħu, biex ifittex saċerdot li jakkumpanjah. Dawn il-linji-gwida għas-saċerdoti jinsabu fuq il-website tal-Knisjaf’Malta www.thechurchinmalta.org u tal-Knisja f’Għawdex www.gozodiocese.org. Illum, is-Sibt 14 ta’ Jannar 2017. Charles J. Scicluna Mario Grech Arċisqof ta’ Malta Isqof ta’ Għawdex Is-Sibt, 11 ta’ Frar 2017 huwa l-25 JUM DINJI TAL-MORDA Nistagħġbu b’dak li jwettaq Alla: “Is-Setgħani għamel miegħi ħwejjeġ kbar…” (Lq 1:49) Fil-11 ta’ Frar li ġej jiġi ċċelebrat fil-Knisja kollha, u b’mod partikolari f’Lourdes, il suġġett: Nistagħġbu b’dak li jwettaq Alla: “Is-Setgħani għamel miegħi ħwejjeġ kbar…”. Imwaqqfa mill- predeċessur tiegħi San Ġwanni Pawlu II fis-sena 1992, u ċċelebrata għall-ewwel dar Frar 1993, ġurnata bħal din hija okkażjoni ta’ attenzjoni speċjali għall-kundizzjon dawk li qed ibatu; u fl-istess ħin stedina biex naħdmu favurihom, ibda mill-familjari, mill-ħ saħħa u mill-voluntiera, biex iroddu ħajr għas-sejħa li rċivew mill-Mulej li jakkumpanjaw lil minn hekk, din id-data ġġedded fil-Knisja l-ħeġġa spiritwali biex twettaq dejjem aħjar dik il missjoni tagħha li tħaddan il-qadi lil dawk li huma l-aħħar, lill-morda, lil dawk li jbatu, l lill-emarġinati (ara Ġwanni Pawlu II, Motu Propju Dolentium hominum, 11 ta’ Frar 1985, 1). Żgu talb, il-Liturġija Ewkaristika u d-Dilka tal-Morda, il-qsim mal-morda u l-approfondi pastorali li ser isiru f’Lourdes f’dawk il-ġranet, joffru kontribut importanti ġdid Messaġġ tal-Papa) L-Erbgħa 1 ta’ Marzu: Ras ir-Randan Bidu ta' Kampanja ta' Karità matul ir-Randan (Uffiċċju Caritas)

Newsheet tal-Għaqdiet Kattoliċi · 2018. 8. 31. · Newsheet tal-Għaqdiet KattoliċiNru. 482 FRAR 2017 ITTRA LILL-POPLU TA’ ALLA TAL-ISQFIJIET MALTIN Il-ferħ tal-imħabbaBħall-kewkba

  • Upload
    others

  • View
    10

  • Download
    0

Embed Size (px)

Citation preview

Page 1: Newsheet tal-Għaqdiet Kattoliċi · 2018. 8. 31. · Newsheet tal-Għaqdiet KattoliċiNru. 482 FRAR 2017 ITTRA LILL-POPLU TA’ ALLA TAL-ISQFIJIET MALTIN Il-ferħ tal-imħabbaBħall-kewkba

Newsheet tal-Għaqdiet Kattoliċi Nru. 482 FRAR 2017

ITTRA LILL-POPLU TA’ ALLA TAL-ISQFIJIET MALTIN

Il-ferħ tal-imħabba Bħall-“kewkba” li mexxiet lill-Maġi biex jiltaqgħu ma’ Ġesù, hekk hija l-Eżortazzjoni Appostolika Il-Ferħ tal-Imħabba għall-familji tagħna fil-mixja tagħhom lejn u wara Ġesù.

Dan jgħodd ukoll għall-koppji u l-familji li jinvolvu persuni separati jew divorzjati u li llum qegħdin f’rabta ġdida. Uħud minn dawn il-persuni, għalkemm tilfu l-ewwel żwieġ, ma tilfux it-tama tagħhom f’Ġesù. Fosthom insibu min jixtieq ħafna jkun f’paċi ma’ Alla u mal-Knisja, tant li qed jistaqsina x’għandu jagħmel biex ikun jista’ jqerr u jitqarben. Bħall-Maġi, li meta sabu lil Ġesù għaddew minn triq oħra (ara Mt 2:12), hekk dawn il-persuni – xi drabi wara vjaġġ twil u mħarbat – jistgħu jiltaqgħu ma’ Kristu, li jagħtihom futur anki meta ma jibqax possibbli li jgħaddu mill-istess triq ta’ qabel. Permezz ta’ akkumpanjament u dixxerniment onest, Alla kapaċi jiftaħ toroq ġodda quddiem dawn il-persuni, anki wara li ġarrbu mixja mmarkata mid-“dlam” ta’ għażliet żbaljati jew ta’ esperjenza qarsa ta’ abbandun u tradiment. Fil-laqgħa tagħhom ma’ Kristu u mal-Knisja, dawn il-persuni jsibu “dawl” li jurihom il-ħajja preżenti tagħhom u jgħinhom jaqbdu t-triq tar-ritorn lejn Alla, u b’ħafna tama u kuraġġ jgħożżu l-ferħ tal-imħabba. Għalhekk, fuq l-indikazzjoni tal-Papa Franġisku, aħna l-Isqfijiet ta’ Malta u Għawdex qed nagħtu linjigwida lis-saċerdoti tagħna biex isieħbu fit-triq tat-tfitxija lil dawk il-persuni li jixtiequ jaqraw l-istorja ta’ ħajjithom fid-dawl ta’ Ġesù. Nistiednu lil min jinsab f’xi qagħda bħal din u jixtieqna ngħinuh ikompli jdawwal il-kuxjenza tiegħu, biex ifittex saċerdot li jakkumpanjah. Dawn il-linji-gwida għas-saċerdoti jinsabu fuq il-website tal-Knisja f’Malta www.thechurchinmalta.org u tal-Knisja f’Għawdex www.gozodiocese.org.

Illum, is-Sibt 14 ta’ Jannar 2017. Charles J. Scicluna Mario Grech Arċisqof ta’ Malta Isqof ta’ Għawdex

Is-Sibt, 11 ta’ Frar 2017 huwa l-25 JUM DINJI TAL-MORDA Nistagħġbu b’dak li jwettaq Alla:

“Is-Setgħani għamel miegħi ħwejjeġ kbar…” (Lq 1:49) Fil-11 ta’ Frar li ġej jiġi ċċelebrat fil-Knisja kollha, u b’mod partikolari f’Lourdes, il-25 Jum Dinji tal-Morda, bis-suġġett: Nistagħġbu b’dak li jwettaq Alla: “Is-Setgħani għamel miegħi ħwejjeġ kbar…”. Imwaqqfa mill-predeċessur tiegħi San Ġwanni Pawlu II fis-sena 1992, u ċċelebrata għall-ewwel darba propju f’Lourdes fil-11 ta’ Frar 1993, ġurnata bħal din hija okkażjoni ta’ attenzjoni speċjali għall-kundizzjoni tal-morda, b’mod ġenerali ta’ dawk li qed ibatu; u fl-istess ħin stedina biex naħdmu favurihom, ibda mill-familjari, mill-ħaddiema fil-qasam tas-saħħa u mill-voluntiera, biex iroddu ħajr għas-sejħa li rċivew mill-Mulej li jakkumpanjaw lil ħutna morda. Barra minn hekk, din id-data ġġedded fil-Knisja l-ħeġġa spiritwali biex twettaq dejjem aħjar dik il-parti fundamentali tal-missjoni tagħha li tħaddan il-qadi lil dawk li huma l-aħħar, lill-morda, lil dawk li jbatu, lil dawk li huma esklużi u lill-emarġinati (ara Ġwanni Pawlu II, Motu Propju Dolentium hominum, 11 ta’ Frar 1985, 1). Żgur li l-mumenti ta’ talb, il-Liturġija Ewkaristika u d-Dilka tal-Morda, il-qsim mal-morda u l-approfondimenti bijoetiċi u teoloġiċi-pastorali li ser isiru f’Lourdes f’dawk il-ġranet, joffru kontribut importanti ġdid għal dan is-servizz. (Silta mill-Messaġġ tal-Papa)

L-Erbgħa 1 ta’ Marzu: Ras ir-Randan Bidu ta' Kampanja ta' Karità matul ir-Randan (Uffiċċju Caritas)

Page 2: Newsheet tal-Għaqdiet Kattoliċi · 2018. 8. 31. · Newsheet tal-Għaqdiet KattoliċiNru. 482 FRAR 2017 ITTRA LILL-POPLU TA’ ALLA TAL-ISQFIJIET MALTIN Il-ferħ tal-imħabbaBħall-kewkba

FRAR 2017 ¦ KALENDARJU PASTORALI ¦ Numru 482

1. L-Erbgħa Laqgħa tal-Kulleġġ tal-Kappillani. 2. Il-Ħamis Festa tal-Preżentazzjoni tal-Mulej. / Ċelebrazzjoni tal-Kandlora fil-parroċċi u knejjes.

Jum il-Ħajja Kkonsagrata. Pontifikal bis-sehem tal-Persuni Kkonsagrati (Katidral - 6.30pm). 3. Il-Ġimgħa San Bjaġju, Isqof u Matri. Tifkira.

L-Ewwel Ġimgħa tax-xahar. Adorazzjoni u Tqarbina Riparatriċi. Quddiesa għall-professjonisti (Knisja ta’ Santu Wistin, Victoria - 8.30pm). Laqgħa għall-Persuni Separati (Istitut Ġwanni Pawlu II - 8.30pm).

4. Is-Sibt Preżentazzjoni ta' Trabi u Tberik ta' Tfal, organizzata mill-Azzjoni Kattolika (Ta' Pinu - 4.00pm). Lejl Adorazzjoni mill-Moviment Ewkaristiku (Knisja Tar-Ragħaj it-Tajjeb, Victoria - Quddies: 8.00pm u f’nofsillejl).

5. Il-Ħadd Il-5 Ħadd ta’ matul is-Sena (Sena A). / Jum il-Ħajja. Tberik tat-Tarbija fil-Ġuf tal-Omm, organizzata minn Dar Ġużeppa Debono (Ta’ Pinu - 5.15pm). Films għall-familja kollha (Oratorju Don Bosco - 5.30pm u fit-8.00pm.).

6. It-Tnejn San Pawl Miki u Sħabu, Martri. Tifkira (O). 7. It-Tlieta Beatu Piju IX, Papa, Fundatur tad-Djoċesi ta’ Għawdex. Tifkira (O). 8. L-Erbgħa Santa Ġużeppina Bakhita, Verġni jew San Ġirolmu Emiliani. Tifkira.

Laqgħa ta’ Formazzjoni għar-Reliġjużi (Kunvent ta’ Santu Wistin - 4.00pm) 9. Il-Ħamis Santa Skolastika, Verġni. Tifkira (O).

Mixja ta’ tħejjija għaż-żwieġ u għall-ħajja tal-Familja (Dar San Ġużepp, Santa Venera, Malta). 10.Il-Ġimgħa Solennità tan-Nawfraġju tal-Appostlu Missierna San Pawl. Patrun ta’ Malta u Għawdex.

Obbligu tas-Smigħ tal-Quddies. / Pontifikal fil-Parroċċa tal-Munxar (8.30am). 11. Is- Sibt Il-25 Jum Dinji tal-Morda.

L-1 dehra tal-B.V.M ta’ Lourdes. (Id-dehriet l-oħra fi Frar: 14,18, 19, 20, 21, 23, 24, 25, 26, 27 u 28). / Festa tal-Madonna ta’ Lourdes (Knisja ta’ Lourdes, Għajnsielem). Lejl Adorazzjoni mill-Moviment Ewkaristiku (Knisja ta’ San Franġisk, Victoria - Quddies: 8.00pm u f’nofsillejl). / Ċenaklu Azzjoni Kattolika (4.30pm).

12. Il-Ħadd Is-6 ta’ matul is-Sena (Sena A). Quddiesa minn Mons. Isqof fl-okkażjoni ta’ Jum il-Morda (Sptar Ġenerali ta’ Għawdex - 9.30am). / Festa ta’ San Pawl Appostlu, Marsalform (Pontifikal fis-6.00pm). Films għall-familja kollha (Oratorju Don Bosco: 5.30pm u fit-8.00pm).

14. It-Tlieta San Ċirillu, Raħeb, u San Metodju, Isqof. Patruni tal-Ewropa. Festa. It-2 dehra tal-B.V.M. ta’ Lourdes.

15. L-Erbgħa Laqgħa Kummissjoni Djoċesana Familja (Istitut Ġwanni Pawlu II - 7.30pm). 17. Il-Ġimgħa Is-Seba’ Qaddisin Fundaturi tal-Ordni tas-Serviti ta’ Marija. Tifkira.

Laqgħa għall-Persuni Separati (Istitut Ġwanni Pawlu II - 8.00pm). 18. Is-Sibt It-3 dehra tal-B.V.M. ta’ Lourdes.

Adorazzjoni għall-Persuni Kkonsagrati (Parroċċa Xagħra - 6.30pm quddiesa). Lejl Adorazzjoni mill-Moviment Ewkaristiku (Knisja ta' Ħamet - Quddies: 8.00pm u f’nofsillejl).

19. Il-Ħadd Is-7 Ħadd ta’ matul is-Sena (Sena A). Ir-4 dehra tal-B.V.M. ta’ Lourdes. / Films għall-familja kollha (Oratorju: 5.30pm u fit-8.00pm.)

20. It-Tnejn Birthday tal-Isqof Mons. Mario Grech. Il-5 dehra tal- B.V.M. ta’ Lourdes.

21. It-Tlieta San Pietru Damiani, Isqof u Duttur tal-Knisja. Tifkira. / Is-6 dehra tal-B.V.M. ta’ Lourdes. 22. L-Erbgħa Il-Kattedra ta’ San Pietru, Appostlu. Festa. / KKSK (Kon.Sek) 23. Il-Ħamis San Polikarpu, Isqof u Martri. Tifkira (O). / Is-7 dehra tal-B.V.M. ta’ Lourdes.

Mixja ta’ tħejjija għaż-żwieġ u għall-ħajja tal-Familja (Dar San Ġużepp, Santa Venera, Malta). 24. Il-Ġimgħa Seminar tal-Kumm. Djoċ. Familja (Istitut Ġwanni Pawlu II). / It-8 dehra tal-B.V.M. ta’ Lourdes. 25. Is-Sibt Beata Marija Adeodata Pisani, Verġni. Tifkira. / Nofstanhar ta’ Spiritwalità għas-saċerdoti.

Festa tal-Madonna tal-Fiduċja fil-Kappella tal-Ispigolatriċi, ix-Xagħra. Konċelebrazzjoni preseduta mill-E.T. Mons Isqof Mario Grech fis-6.00pm. Lejl Adorazzjoni mill-Moviment Ewkaristiku (Knisja ta' Santu Wistin, Victoria - Quddies: 8.00pm u f’nofsillejl). / Id-9 dehra tal-B.V.M. ta’ Lourdes.

26. Il-Ħadd It-8 Ħadd ta’ matul is-Sena (Sena A). L-10 dehra tal- B.V.M. ta’ Lourdes. / Films għall-familja kollha (Oratorju: 5.30pm u fit-8.00pm).

27. It-Tnejn Il-11-il dehra tal- B.V.M. ta’ Lourdes. 28. It-Tlieta Laqgħa soċjali/ Formazzjoni Promozzjoni Umana (A.K. Marsalforn).

It-12-il dehra tal-B.V.M. ta’ Lourdes.