2
Djoċesi ta’ Għawd Newsheet tal-Għaqdiet Kattoliċi Segretarjat għall-Appostolat Nru. 475 LULJU 2016 Silta mill-Omelija fil-Vġili tal-Festa tas-Sejħa tal-Verġni Mqa Santwarju Nazzjonali Madonna Ta’ Pinu, l-Għarb It-Tlieta 21 ta’ Ġunju 2016 L-E.T. Mons. Mario Grech, Isqof ta’ Għawdex MIŻERIKORDJA BLA QIES Illum, lejlet din il-ġrajja li għalina l-Maltin u l-Għawdxin tfisser ħafna Madonna sejħet lil Karmni Grima, nixtieq li nħallu lil Marija “ssejħilna”, lilna l ħajja, biex tiżgurana mill-appoġġ li Alla jrid jagħtina. Marija qiegħda tgħidilna: “ għal Alla ma hemm xejn li ma jistax isir”. Qegħdin ngħixu f’soċjetà mtaqqla u li għa qed taqta’ qalbha. Lil din is-soċjetà aħna wkoll nixtiequ nwieżnu billi niżgurawha l ma hemm xejn li huwa impossibbli. Ma nistax ma nirriflettix dwar id-dimensjoni tad-dnub f’ħajjitna. Min minna Marija, għax hi kienet imnissla mingħajr tebgħa. Konxji mid-dnub tagħna, n miżerikordja ta’ Alla. Nibdew nissuspettaw li d-dnub tagħna ma jinħafirx – u bill tfejjaqhom, il-feriti tagħna ser jibqgħu miftuħa. Fi kliem ieħor, aħna ma aħniex żgu Għeżież, ma naqtgħux qalbna mill-ħniena ta’ Alla. Ma hemm ebda dnub li ma jinħafirx. dnub li jista’ jrażżan il-ħniena infinita tiegħu. Huwa minnu li l-ġustizzj miżerikordja tgħaddi l-ġustizzja. Għaliex il-ġustizzja ta’ Alla hija differenti mill Franġisku jgħidilna illi kieku Alla kellu jieqaf sal-ġustizzja, kieku ma kienx jibqa bqija tal-bnedmin li ninsistu fuq ir-rispett lejn il-liġi. “Alla jmur ’l hemm mill-ġ huwa ’l fuq mil-liġi, u l-liġi fundamentali tiegħu hija l-miżerikordja. Għalhekk, meta llum qegħdin niċċelebraw din il-ġrajja fil-Ġublew tal-Ħni Mulej għalikom li tinsabu magħkusin taħt il-piż tal-ħażen u ngħidilkom: La tibżgħ xejn li ma jistax ikun! Il-miżerikordja tiegħu hija bla qies. Flimkien mal-Madonna T tassew għamel magħna ħwejjeġ kbar. Festa ta’ Sant’Anna fid-Dwejra Il-Ġimgħa, 26 ta’ Lulju 2016 FESTA TAT-TRAŻMISSJONI TAL-FIDI U TAL-VALURI NSARA FIL-ĦAJJA MIŻŻEWĠ Fis-7.30 pm – Ċelebrazzjoni Djoċesana Jitlaq korteo bl-Istatwa ta’ Sant’Anna mill-kappella tagħha sal-pjazza tad-Dwejra. H Huma mistiedna partikularment in-nanniet u l-koppji kollha Għawdxin. Fiha ssir il-pr tat-tfal lil Sant’Anna, kif ukoll talb speċjali għall-koppji (partikularment nanniet. Ikun hemm is-siġġijiet għal kulħadd. Ikun hemm konfessuri għall-qrar. MANIFESTAZZJONI MARJANA F’MARSALFORN - It-Tlieta 23 ta’ Awwissu 2016

Djoċesi ta’ Għawdex Newsheet tal-Għaqdiet Kattoliċi · 2018. 8. 31. · LULJU 2016 KALENDARJU PASTORALI Numru 475 1 . Il-Ġimgħa Beatu Nazju Falzon, Kjerku sekulari. Tifkira

  • Upload
    others

  • View
    5

  • Download
    0

Embed Size (px)

Citation preview

Djoċesi ta’ Għawdex

Newsheet tal-Għaqdiet Kattoliċi Segretarjat għall-Appostolat tal-Lajċi

Nru. 475 LULJU 2016

Silta mill-Omelija fil-Vġili tal-Festa tas-Sejħa tal-Verġni Mqaddsa Ta’ Pinu Santwarju Nazzjonali Madonna Ta’ Pinu, l-Għarb

It-Tlieta 21 ta’ Ġunju 2016

L-E.T. Mons. Mario Grech, Isqof ta’ Għawdex

MIŻERIKORDJA BLA QIES

Illum, lejlet din il-ġrajja li għalina l-Maltin u l-Għawdxin tfisser ħafna, għax minn din il-kappella ċkejkna l-

Madonna sejħet lil Karmni Grima, nixtieq li nħallu lil Marija “ssejħilna”, lilna li ninsabu fil-baħar imqalleb tal-

ħajja, biex tiżgurana mill-appoġġ li Alla jrid jagħtina. Marija qiegħda tgħidilna: “Tibżgħux, agħmlu l-qalb, għax

għal Alla ma hemm xejn li ma jistax isir”. Qegħdin ngħixu f’soċjetà mtaqqla u li għandha ġerħat kbar – f’soċjetà li qed taqta’ qalbha. Lil din is-soċjetà aħna wkoll nixtiequ nwieżnu billi niżgurawha li l-Mulej huwa magħna – għaliH

ma hemm xejn li huwa impossibbli.

Ma nistax ma nirriflettix dwar id-dimensjoni tad-dnub f’ħajjitna. Min minna hu bla dnub? Dan mhux il-każ ta’

Marija, għax hi kienet imnissla mingħajr tebgħa. Konxji mid-dnub tagħna, nibdew naħbtu naqtgħu qalbna mill-

miżerikordja ta’ Alla. Nibdew nissuspettaw li d-dnub tagħna ma jinħafirx – u billi ma hemmx mediċina li tista’ tfejjaqhom, il-feriti tagħna ser jibqgħu miftuħa. Fi kliem ieħor, aħna ma aħniex żguri mill-ħniena infinita ta’ Alla!

Għeżież, ma naqtgħux qalbna mill-ħniena ta’ Alla. Ma hemm ebda dnub li ma jinħafirx. Għal Alla ma hemm ebda

dnub li jista’ jrażżan il-ħniena infinita tiegħu. Huwa minnu li l-ġustizzja hija virtù ta’ Alla. Imma f’Alla l-miżerikordja tgħaddi l-ġustizzja. Għaliex il-ġustizzja ta’ Alla hija differenti mill-mod kif aħna nifhmuha. Il-Papa

Franġisku jgħidilna illi kieku Alla kellu jieqaf sal-ġustizzja, kieku ma kienx jibqa’ Alla; minflok, kien ikun bħall-

bqija tal-bnedmin li ninsistu fuq ir-rispett lejn il-liġi. “Alla jmur ’l hemm mill-ġustizzja bil-ħniena u l-maħfra”. Alla huwa ’l fuq mil-liġi, u l-liġi fundamentali tiegħu hija l-miżerikordja.

Għalhekk, meta llum qegħdin niċċelebraw din il-ġrajja fil-Ġublew tal-Ħniena, nixtieq inkun l-anġlu tal-

Mulej għalikom li tinsabu magħkusin taħt il-piż tal-ħażen u ngħidilkom: La tibżgħux, għax għal Alla ma hemm xejn li ma jistax ikun! Il-miżerikordja tiegħu hija bla qies. Flimkien mal-Madonna Ta’ Pinu nfaħħru lil Alla għax

tassew għamel magħna ħwejjeġ kbar.

Festa ta’ Sant’Anna fid-Dwejra

Il-Ġimgħa, 26 ta’ Lulju 2016

FESTA TAT-TRAŻMISSJONI TAL-FIDI U TAL-VALURI NSARA FIL-ĦAJJA MIŻŻEWĠA

Fis-7.30 pm – Ċelebrazzjoni Djoċesana

Jitlaq korteo bl-Istatwa ta’ Sant’Anna mill-kappella tagħha sal-pjazza tad-Dwejra. Hemmhekk isir Quddiesa solenni. Huma mistiedna partikularment in-nanniet u l-koppji kollha Għawdxin. Fiha ssir il-preżentazzjoni u tberik tat-trabi u tat-tfal lil Sant’Anna, kif ukoll talb speċjali għall-koppji (partikularment dawk li qed jistennew tarbija) u għan-nanniet. Ikun hemm is-siġġijiet għal kulħadd. Ikun hemm konfessuri għall-qrar.

MANIFESTAZZJONI MARJANA F’MARSALFORN - It-Tlieta 23 ta’ Awwissu 2016

LULJU 2016 KALENDARJU PASTORALI Numru 475

1 . Il-Ġimgħa Beatu Nazju Falzon, Kjerku sekulari. Tifkira.

L-ewwel Ġimgħa tax-xahar. Adorazzjoni u Tqarbina Riparatriċi.

Quddiesa għall-Professjonisti fil-Knisja ta’ Santu Wistin, Victoria (8.30p.m.).

2. Is-Sibt L-Ewwel Sibt tax-xahar. Tqarbina Riparatriċi.

Tberik tat-Tarbija fil-Ġuf (Ta’Pinu - 6.30pm).

Lejl Adorazzjoni mill-Moviment Ewkaristiku (Knisja ta' Savina, Victoria - Quddies: 8.30pm u f’nofsillejl).

3. Il-Ħadd L-Erbatax-il Ħadd tas-sena. Sena Ċ.

Festa taż-Żjara tal-Madonna lil Eliżabetta (Viżitazzjoni – Parroċċa Għarb).

4. It-Tnejn Santa Eliżabetta tal-Portugall. Tifkira.

5. It-Tlieta. San Anton Marija Żaccaria Presbiteru. Tifkira.

6. L-Erbgħa Santa Marija Goretti, Verġni u martri. Tifkira. / Laqgħa tal-Kulleġġ tal-Kappillani.

L-għaxar Erbgħa ta’ Santa Marija.

7. Il-Ħamis Adorazzjoni ”Ġesù kkonċeput fil-ġuf ta’ Marija” organizzata mill-Komunità Anawim (Sannat - 7.30pm).

8. Il-Ġimgħa Il-Madonna tas-Sokkors Perpetwu. Tifkira

9. Is-Sibt Santu Wistin Zhao Rong, Presbiteru u sħabu, martri. Tifkira.

Santa Veronika Giuliani, Verġini. Tifkira.

Lejl Adorazzjoni mill-Moviment Ewkaristiku (Knisja ta' Ħamet, ix-Xewkija - Quddies: 8.30pm u f’nofsillejl).

10. Il-Ħadd Il-Ħmistax-il Ħadd tas-sena. Sena Ċ.

Festa tal-Madonna tas-Sokkors Perpetwu (Parroċċa Ta’ Kerċem).

11. It-Tnejn San Benedittu, Abbati u Patrun tal-Ewropa. Festa.

13. L-Erbgħa San Eneriku.Tifkira. / Titfakkar it-3 Dehra tal-Madonna ta’ Fatima f’Ta’ Ħamet (adorazzjoni fil-6.00pm u

quddiesa fis-7.00pm, wara pellegrinaġġ ta’ talb bl-istatwa tal-Madonna ta’ Fatima).

Il-Ħdax-il Erbgħa ta’ Santa Marija.

14. Il-Ħamis San Kamillu de Lellis, Presbiteru. Tifkira.

15. Il-Ġimgħa San Bonaventura, Isqof u Duttur tal-Knisja. Tifkira (O).

16. Is-Sibt L-Imqaddsa Verġni Marija tal-Għolja tal-Karmelu. Tifkira (O).

Festa Liturġika tal-Madonna tal-Karmnu f’Ta’ Ħamet u fix-Xlendi.

It-18-il dehra tal-Madonna ġewwa Lourdes.

Festa tal-Madonna tal-Karmnu fil-Knisja ta’ Ħamet: quddiesa fis-6.a.m. mill-E.T. Mons Isqof Mario Grech.

Filgħaxija Quddiesa konċelebrata mill-Arċipriet Mons Daniel Xerri fis- 7.30pm u wara purċissjoni bil-

Madonna u barka Sagramentali.

Lejl Adorazzjoni mill-Moviment Ewkaristiku (Knisja tar-Ragħaj it-Tajjeb, Victoria - Quddies: 8.30pm u

f’nofsillejl).

17. Il-Ħadd Is-Sittax-il Ħadd tas-sena. Sena Ċ.

Festa ta’ San Ġorġ (Parroċċa San Ġorġ, ir-Rabat).

19. It-Tlieta San Lawrenz ta’ Brindisi, Presbiteru u duttur tal-Knisja. Tifkira.

20. L-Erbgħa Santa Margerita Verġni u martri. Tifkira. u San Elija Profeta. Tifkira.

Laqgħa KDF u Preparazzjoni MTŻ (Istitut tal-Familja Ġwanni Pawlu II -7.00pm). Mixja Familji flimkien

(MFF4) (Istitut tal-Familja Ġwanni Pawlu II -8.30pm).

It-tnax-il Erbgħa ta’ Santa Marija.

21. Il-Ħamis San Lawrenz ta’ Brindisi, presbiteru u duttur tal-Knisja. Tifkira.

22. Il-Ġimgħa Santa Marija Maddalena. Tikira (O).

23. Is-Sibt Santa Briġida, Reliġjuża u Patruna tal-Ewropa. Festa.

Lejl Adorazzjoni mill-Moviment Ewkaristiku (Knisja ta' San Franġisk, Victoria - Quddies: 8.30pm u

f’nofsillejl).

24. Il-Ħadd Is-Sbatax-il Ħadd tas-sena. Sena Ċ.

Festa ta’ Santa Margerita (Parroċċa Ta’ Sannat).

25. it-Tnejn San Ġakbu, Appostlu. Festa. Festa. (Festa fil-knisja ta’ San Ġakbu, ir-Rabat.)

26. It-Tlieta. San Ġwakkin u Sant’Anna, ġenituri tal-Verġni Marija. Tifkira (O). (Festa fil-kappella tad-Dwejra.)

Festa tat-Trażmissjoni tal-Fidi u tal-Valuri Nsara fil-Ħajja Miżżewġa (Festa ta’ Sant’ Anna fid-Dwejra).

27. L-Erbgħa It-tlettax-il Erbgħa ta’ Santa Marija.

29. Il-Ġimgħa Santa Marta, dixxipla tal-Mulej. Tifkira (O). Festa ta’ Santa Marta fil-Knisja tal-Għonq, ir-Rabat.

30 Is-Sibt. San Pietru Krisologu, Isqof u Duttur tal-Knisja. Tifkira.

Adorazzjoni għall-Persuni Kkonsagrati fil-Knisja ta’ San Pawl Marsalforn fis-7.30pm.-9.30p.m.

Lejl Adorazzjoni mill-Moviment Ewkaristiku (Kappella tal-Oratorju, Victoria - Quddies: 8.30pm u

f’nofsillejl).

31. Il-Ħadd It-Tmintax- il Ħadd tas-sena Ċ.

Festa ta’ San Lawrenz (Parroċċa San Lawrenz).

Sant’ Injazju ta’ Loyola, Fundatur tal-Ġiżwiti. Festa fil-Kappella ta’ Manresa, ir-Rabat.

Tibda l-Kwindiċina ta’ Santa Marija.