43
Kalejdoskopju 6 1 Alison Portelli LSE 2 Maltese Adaptations 1 Kelb u Qattusa L-ewwel tifkiriet tiegħi bdew fuq il-bejt ta’ razzett flimkien ma’ erba’ ħuti oħra. Min hemm kont inxomm l-irwejjaħ tal-kampanja, u nisma’ inbiħ tal-klieb, tpespis tal-għasasfar, ħamiem igemgem u ħafna ħsejjes oħra. (par. 1) Sid ir-razzett kien jitma’ lil ommi mbagħad hija kienet tagħtina l-ħalib. Kemm kont nieħu gost nidħol f’katusa nistaħba, u kultant kont nieqaf inħares lejn il-belt li kien il-bogħod ħafna mir-razzett. (par. 2) Fuq il-bejt tar-razzett tgħallimt kif nitla’ u ninżel, u kif nfittex u naqbad il-ġrieden u l-gremxul. Meta ma kont naqbad xejn kont immur fejn ommi nibki. (par. 3) Darba ġiet mara tkellem lis-sid tar-razzett. F’daqqa waħda tela’ l-bidwi, qabadni u poġġieni ġo xkora. Kemm bkejt u werzaqt. Daqs kemm bżajt għamilt taħti darbtejn. Fejn kienet sejra bija din il-mara? Għalxejn bdejt nibki ghall-mama’ u għall ħuti għax ħadd ma ġie. (par. 4) Wasalna f’dar din il-mara. Kellha dar ħdejn il-baħar imma jien ħassejtni qiegħed f’ħabs. Ridt naħrab imma ma stajtx. Anzi kelli fejn nistaħba wara l-għamara. (par. 5) Fil-bitħa kien hemm ġeru kbir u kont nibża ħafna minnu. Għalxejn bkejt ‘l ommi għax ma kinitx se ssibni hawn żgur. Il-mara u r-raġel tagħha kienu semmewni Rixa u ppruvaw jifirħu bija imma jien lil ommi ridt u mhux lilhom. (par. 6) Lilian Sciberras

Kalejdoskopju 6 1 Kelb u Qattusa - The Happy School...Il-kartolina għoġbitni ħafna u rajt il-firem kollha ta’ sħabna tal-klassi. Għid lil Kurt li sieqek għandha l-ie u mhux

  • Upload
    others

  • View
    14

  • Download
    1

Embed Size (px)

Citation preview

Page 1: Kalejdoskopju 6 1 Kelb u Qattusa - The Happy School...Il-kartolina għoġbitni ħafna u rajt il-firem kollha ta’ sħabna tal-klassi. Għid lil Kurt li sieqek għandha l-ie u mhux

Kalejdoskopju 6

1 Alison Portelli LSE 2 Maltese Adaptations

1 Kelb u Qattusa

L-ewwel tifkiriet tiegħi bdew fuq il-bejt ta’ razzett flimkien ma’ erba’

ħuti oħra. Min hemm kont inxomm l-irwejjaħ tal-kampanja, u nisma’

inbiħ tal-klieb, tpespis tal-għasasfar, ħamiem igemgem u ħafna ħsejjes

oħra. (par. 1)

Sid ir-razzett kien jitma’ lil ommi mbagħad hija kienet tagħtina l-ħalib.

Kemm kont nieħu gost nidħol f’katusa nistaħba, u kultant kont nieqaf

inħares lejn il-belt li kien il-bogħod ħafna mir-razzett. (par. 2)

Fuq il-bejt tar-razzett tgħallimt kif nitla’ u ninżel, u kif nfittex u

naqbad il-ġrieden u l-gremxul. Meta ma kont naqbad xejn kont immur

fejn ommi nibki. (par. 3)

Darba ġiet mara tkellem lis-sid tar-razzett. F’daqqa waħda tela’ l-bidwi,

qabadni u poġġieni ġo xkora. Kemm bkejt u werzaqt. Daqs kemm bżajt

għamilt taħti darbtejn. Fejn kienet sejra bija din il-mara? Għalxejn

bdejt nibki ghall-mama’ u għall ħuti għax ħadd ma ġie. (par. 4)

Wasalna f’dar din il-mara. Kellha dar ħdejn il-baħar imma jien ħassejtni

qiegħed f’ħabs. Ridt naħrab imma ma stajtx. Anzi kelli fejn nistaħba

wara l-għamara. (par. 5)

Fil-bitħa kien hemm ġeru kbir u kont nibża ħafna minnu. Għalxejn bkejt

‘l ommi għax ma kinitx se ssibni hawn żgur. Il-mara u r-raġel tagħha

kienu semmewni Rixa u ppruvaw jifirħu bija imma jien lil ommi ridt u

mhux lilhom. (par. 6) Lilian Sciberras

Page 2: Kalejdoskopju 6 1 Kelb u Qattusa - The Happy School...Il-kartolina għoġbitni ħafna u rajt il-firem kollha ta’ sħabna tal-klassi. Għid lil Kurt li sieqek għandha l-ie u mhux

Kalejdoskopju 6

2 Alison Portelli LSE 2 Maltese Adaptations

Wieġeb il-mistoqsijiet

1. X’kienet tieħu gost tagħmel il-qattusa? (Par. 2)

1. Il-qattusa kienet tieħu gost _______________________.

2. X’kienet tisma’ minn fuq il-bejt tar-razzett? (par. 1)

2. Minn fuq il-bejt tar-razzett il-qattusa kienet tisma’

a. ________________________________________

b. ________________________________________

c. ________________________________________

3. Min kien jitma’ lil omm il-qattusa? (Par. 2)

3. ___________________________________________.

4. Min ġie għal qattusa? (Par. 4)

4. ____________________________________________.

5. Il-qattusa tgħallmet tfittex u taqbad il- _______________

u l-__________________. (Par. 3)

6. Id-dar tal-mara kienet ħdejn il- _ _ _ _ _. (par 5)

7. Il-qattusa kien jisimha R_ _ _.

8. (Il-qattusa, Lilian Sciberras) kitbet din l-istorja.

Page 3: Kalejdoskopju 6 1 Kelb u Qattusa - The Happy School...Il-kartolina għoġbitni ħafna u rajt il-firem kollha ta’ sħabna tal-klassi. Għid lil Kurt li sieqek għandha l-ie u mhux

Kalejdoskopju 6

3 Alison Portelli LSE 2 Maltese Adaptations

2 Email lil Olaf

Ħelow Olaf,

Kif int?

Għaddejt minn fejn id-dar tiegħek wara l-iskola, imma ma

ħabbatlekx għax bżajt li tkun qed tistrieħ. (par. 1)

Fil-kaxxa tal-ittri għandek kartolina mingħand sħabna tal-

klassi. Kemm xtaqt li ma weġġajtx sieqek u ġejt magħna l-ħarġa

tal- Birgu ma tal-iskola. Nispera li togħġbok il-kartolina u

tagħtix każ li kitbitlek Kim għax dik tħobb tinkik ħafna. (par 2)

Kemm xtaqna li kont magħna xħin morna l-Palazz tal- Inkwiżitur

u rajna ċ-ċelel tal-ħabsin. Tgħidx kemm ħadna gost. Imma

naħseb aħjar nieqaf ngħidlek għax aktar se jiddispjaċik li ma

stajtx tiġi. Nispera li narawk u ma ndumux. (par.3)

Għalissa ċaw u ħu ħsieb dik is-sieq!

Melissa

Lil:

Suġġett:

[email protected]

tislijiet

Page 4: Kalejdoskopju 6 1 Kelb u Qattusa - The Happy School...Il-kartolina għoġbitni ħafna u rajt il-firem kollha ta’ sħabna tal-klassi. Għid lil Kurt li sieqek għandha l-ie u mhux

Kalejdoskopju 6

4 Alison Portelli LSE 2 Maltese Adaptations

Agħmel sinjal taħt it-tweġiba t-tajba.

1. Melissa għaddiet minn fejn id-dar ta Olaf (filgħodu,

filgħaxija, wara l-iskola). (par.1)

2. Melissa poġġiet (ktieb, kartolina) fil-kaxxa tal-ittri. (par.1)

3. Il-kartolina hija minn ta’ (Melissa, sħabu tal-klassi). (par.2)

4. (Kim, Melissa) tħobb tinki ħafna lil Olaf. (par.2)

5. Fil-Palazz tal-Inkwiżitur raw iċ-ċelel (tan-nisa, tal-ħabsin).

(par.3)

6. It-tfal (ħadu, ma ħadux) gost fil- Palazz tal-Inkwiżitur.

(par.3)

Page 5: Kalejdoskopju 6 1 Kelb u Qattusa - The Happy School...Il-kartolina għoġbitni ħafna u rajt il-firem kollha ta’ sħabna tal-klassi. Għid lil Kurt li sieqek għandha l-ie u mhux

Kalejdoskopju 6

5 Alison Portelli LSE 2 Maltese Adaptations

Għażiża Mel,

Oħti tellgħatli l-kartolina għax jien ma nistax ninżel isfel

minħabba sieqi. Kont nieħu ħafna gost kieku ħabbat u ġejt ftit

ħdejja. (par. 4)

Il-kartolina għoġbitni ħafna u rajt il-firem kollha ta’ sħabna tal-

klassi. Għid lil Kurt li sieqek għandha l-ie u mhux kif kitibha hu.

Illum għaddejt il-ġurnata fuq il-laptop u mbagħad lgħabt żewġ

logħbiet ukoll. Tgħidx kemm iddejjaqt waħdi l-aktar xħin

ftakart li intom qed tixxalaw il-Birgu. (par.5)

Mel, naħseb li jien ħa ndum ftit ma niġi skola sakemm sieqi

tgħaddili. Anzi għandi lilek iżżomni nfurmat ta kull ma qiegħed

jiġri l-iskola. (par. 6)

Mela nistenniek tibgħatli lura.

Ċaw,

Olaf

Rita Saliba

[email protected] Lil:

Suġġett: Re: tislijiet

Page 6: Kalejdoskopju 6 1 Kelb u Qattusa - The Happy School...Il-kartolina għoġbitni ħafna u rajt il-firem kollha ta’ sħabna tal-klassi. Għid lil Kurt li sieqek għandha l-ie u mhux

Kalejdoskopju 6

6 Alison Portelli LSE 2 Maltese Adaptations

7. Olaf ma jistax jinżel isfel għax għandu (d-deni, siequ

miksura). (par.4)

8. Olaf (xtaq, ma xtaqx) lil Melissa tmur fejnu. (par.4)

9. Olaf għadda l-ġurnata fuq (il-laptop, it-tablet). (par.5)

10. Huwa (iddejjaq, ma ddejjaqx) fil- kamra tiegħu, l-aktar xħin

Ftakar li sħabu kienu (jgħumu, l-Birgu). (par.5)

11. Olaf (se jdum, mhux se jdum) ma jmur lura l-iskola. (par.6)

12. Melissa (iżżommu, ma żżommux) infurmat b’li qiegħed jiġri

l-iskola. (par.6)

Kif xbajt !

Page 7: Kalejdoskopju 6 1 Kelb u Qattusa - The Happy School...Il-kartolina għoġbitni ħafna u rajt il-firem kollha ta’ sħabna tal-klassi. Għid lil Kurt li sieqek għandha l-ie u mhux

Kalejdoskopju 6

7 Alison Portelli LSE 2 Maltese Adaptations

3 Kif beda l-Futbol

Ħadd ma ħoloq il-futbol. Ħafna snin qabel

twieled Kristu, logħob jixbaħ lil-futbol kien

jintlagħab fil-Messiku, Burma u ċ-Ċina. (par.1)

Il-Griegi tal-qedem kienu jilagħbu logħba fejn żewġ timijiet

kienu jwaddbu ballun minn naħa għal oħra ta’ għalqa. Wara bdew

jilagħbu din il-logħba r-Rumani. L-Ingliżi għoġbithom ħafna din

il-logħba. Hemm leġġenda tgħid li l-ewwel ballun użat mill-

Ingliżi kienet ras maqtugħa ta’ għadu tagħhom. (par.2)

Din il-logħba baqgħet tintlagħab bejn l-irħula għal madwar 1500

sena. L-irġiel kollha tar-raħal, kbar u żgħar kienu jieħdu sehem.

Huma kienu jilagħbu fil-kampanja ta’ bejn iż-żewġ irħula. (par.3)

Il-ballun kien jitwaddab bi-saħħa min-naħa għall-oħra. Kultant

kien ikun hemm xi wieħed u jitlaq jiġri bil-ballun taħt idu.

Tgħidx kemm kien jinqala’ ġlied, u kulħadd jispiċċa jagħti bis-

sieq u bil-ponn. (par.4)

Il-logħba kienet tispiċċa meta xi ħadd kien jidħol bil-ballun fir-

raħal l-ieħor. Din kienet diffiċli ħafna u b’hekk il-logħba kienet

iddum għaddejja. (par.5)

Fiż-żminijiet tan-Nofs il-logħba kompliet tiżviluppa bil-mod il-

mod bdiet issir tixbah il-futbol tal-llum. (par.6)

Carmel Baldacchino - Sagħtar

Page 8: Kalejdoskopju 6 1 Kelb u Qattusa - The Happy School...Il-kartolina għoġbitni ħafna u rajt il-firem kollha ta’ sħabna tal-klassi. Għid lil Kurt li sieqek għandha l-ie u mhux

Kalejdoskopju 6

8 Alison Portelli LSE 2 Maltese Adaptations

Agħmel sinjal taħt il-kelma t-tajba

1. (Ħadd ma, Raġel famuż) ħoloq il-futbol. (par.1)

2. Logħob jixbaħ lill-futbol kien jintlagħab fil-

Messiku, ċ-Ċina u ______________. (par.1)

3. (Il-Griegi, L-Għarab) tal-qedem kienu jwaddbu ballun minn

Naħa ghal oħra ta’ (għalqa, grawnd). (par.2)

4. L-ewwel ballun użat mill-Ingliżi kienet (ras, ġebla). (par.2)

5. Din il-logħba baqgħet tintlagħab għal madwar (1500, 1900)

sena. (par.3)

6. (In-nisa, Iż-żagħżagħ, L-irġiel kbar u żgħar) kollha, tar-

raħal kienu jilagħbu. (par.3)

7. Il-ballun kien jitwaddab (bis-saħħa, bil-mod). (par.4)

8. Meta kienet tinqala’ xi ġlieda kienu jagħtu bil-p_____ u

bis-s_______. (par.4)

9. Meta xi ħadd kien jidħol bil-ballun fir-raħal l-ieħor,

il-logħba kienet (tispiċċa, tkompli sejra). (par.5)

Page 9: Kalejdoskopju 6 1 Kelb u Qattusa - The Happy School...Il-kartolina għoġbitni ħafna u rajt il-firem kollha ta’ sħabna tal-klassi. Għid lil Kurt li sieqek għandha l-ie u mhux

Kalejdoskopju 6

9 Alison Portelli LSE 2 Maltese Adaptations

4 Differenti

Fil-familja tiegħi kulħadd huwa differenti.

Jien inħobb il-mużika tekno, ma nħobbx il-

futbol, nqum tard u m’għandix paċenzja

noqgħod bilqiegħda naqra. Oħti tħobb lil-Britney Spears, iżżomm mal-

Milan, tħobb titkellem bl-Ingliż u taqra. Il-papa’ ma jħobbiex il-mużika,

jżomm mal-Manchester, ma jafx jitkellem ħafna bl-Ingliż u ma jħobbx

jippjana. Ommi tħobb l-opri, fil-futbol iżżomm mat-team rebbieħ, tqum

kmieni u hija organiżżata ħafna. (par.1)

Għalkemm aħna kollha differenti, ngħixu kuntenti f’dar waħda u ma

tantx niġġieldu bejnietna. (par.2)

In-nies li jgħixu fit-triq tagħna huma differenti wkoll. Il-familja

Camilleri kważi dejjem ġod-dar, il-familja Vassallo dejjem barra

jgħajtu. Hemm familja Ingliża bojod silġ u familja Niġerjana ta’ lewn

skur imma jiftehmu ħafna ma xulxin, u jgħinu lil-xulxin. Rais li hu mill-

Bulgarija jaf isajjar ħafna u dejjem b’riħa tfuħ ta’ ikel. (par.3)

Kemm tkun kerha d-dinja kieku kulħadd ikun l-istess. Immaġina lil

kulħadd liebes l-istess, jiekol l-istess ikel u xorb jew iżomm mal-istess

tim. Xi dwejjaq! (par.4)

Darba nfaqgħetilna kanna tal-ilma tard bil-lejl u kif bdejna

nixxottaw l-ilma, ġew l-ġirien jgħinuna. Avolja differenti, xorta

għandna nħobbu u nirrispettaw lil xulxin. (par.5)

Pierre J.Mejlak

Page 10: Kalejdoskopju 6 1 Kelb u Qattusa - The Happy School...Il-kartolina għoġbitni ħafna u rajt il-firem kollha ta’ sħabna tal-klassi. Għid lil Kurt li sieqek għandha l-ie u mhux

Kalejdoskopju 6

10 Alison Portelli LSE 2 Maltese Adaptations

Ikteb Veru jew Falz

1. Id-differenza hija sabiħa. _________________

2. Kieku kulħadd l-istess, il-ħajja tkun monotona. __________

3. Għalkemm il-membri tal-familja tal-awtur huma kollha

differenti, xorta waħda jgħixu kuntenti flimkien. ________

4. Kieku kulħadd jisma’ l-istess mużika, l-ħajja tkun aħjar. ____

5. L-awtur kuntent li fit-triq tiegħu jgħixu nies minn pajjiżi

Differenti. __________

Agħmel sinjal taħt it-tajba

1. L-awtur iħobb jisma’ mużika (moderna, antika, tekno). (par.1)

2. Ommu tħobb il-mużika (tal-opri, moderna, tekno.) (par.1)

3. Oħt l-awtur iżżomm mat-tim tal- futbol tal- (Manchester,

Milan) u missieru jżomm mal- (Madrid, Manchester). (par.1)

4. Il-familja Camilleri huma nies (kwieti, storbjużi), u l- familja

Vassallo huma nies (kwieti, storbjużi). (par.2)

5. Rais il-Bulgaru (jaf, ma jafx) isajjar. (par.3)

6. (Il-ġirien, Iz-zijiet, In-nanniet) marru jgħinu lill-familja tal-

awtur meta nfaqgħetilhom il-kanna tal-ilma. (par.5)

Page 11: Kalejdoskopju 6 1 Kelb u Qattusa - The Happy School...Il-kartolina għoġbitni ħafna u rajt il-firem kollha ta’ sħabna tal-klassi. Għid lil Kurt li sieqek għandha l-ie u mhux

Kalejdoskopju 6

11 Alison Portelli LSE 2 Maltese Adaptations

5 Il-Kaxxa tad-Daqq jew it-Terrimaxka

It-terrimaxka (jew terramaxka) hija

kaxxa tad-daqq li tidher qisha pjanu.

Kienet tinġarr fuq karrettun jew

ikollha r-roti miġbuda minn ħmar.

Kienu joħorguha fit-toroq fil-festi,

fil-karnival u f’xi ċelebrazzjoni

brijuża. (par.1)

Biex iddoqq, ir-raġel kien idawwar manku fil-ġenb. Il-manku kien ikun

mqabbad ma ċilindru fuq ġewwa miksi bis-snien, ħotob jew toqob, u waqt

li jdur iċ-ċilindru, is-snien kienu jħaddmu makkinarju li mbagħad kien

jinstemgħa bċejjeċ qosra ta’ mużika ferrieħa. (par.2)

Mal-kaxxa tad-daqq kien ikun hemm raġel ieħor li jiġbor il-flus. Din il-

kaxxa kienet tkun imżejna bi tpinġija fuq l-injam,bandieri u żigarelli,

statwetti ta’ żeffiena li kienu jduru mal-mużika u pupazz fin-nofs li kien

jidderieġi u jżomm it-temp. (par.3)

Kemm it-tfal u anke l-kbar kienu joħorġu barra biex jaraw it-

terramaxka għaddejja mit-triq. F’dak iż-żmien ftit nies kellhom radju

jew gramofown. (par.4)

Kien hemm min kien jgħidilha ternamaġika, imma dan huwa isem ħażin

għaliha għax jirreferi għall-projector, ġugarell antik bil-lenti quddiem

u xemgħa ġewwa, biex jaraw slajds fuq skrin żgħir. (par.5)

Guido Lanfranco - Sagħtar

Page 12: Kalejdoskopju 6 1 Kelb u Qattusa - The Happy School...Il-kartolina għoġbitni ħafna u rajt il-firem kollha ta’ sħabna tal-klassi. Għid lil Kurt li sieqek għandha l-ie u mhux

Kalejdoskopju 6

12 Alison Portelli LSE 2 Maltese Adaptations

Agħmel it-tweġiba t-tajba

1. It-terramaxka kienet tidher qisha

(vjolin, kitarra, pjanu). (par.1)

2. It-terramaxka kienu joħorġuha l-aktar fil-f______ fil- k________

u f’xi ċelebrazzjoni brijuża. (par.1)

3. Biex tibda ddoqq, ir-raġel kien idawwar (manku, rota, swiċċ). (par.2)

4. Minn din il-kaxxa tad-daqq kienu jinstemgħu bċejjeċ qosra ta’ mużika

(tal-biża’, ferrieħa, kerha). (par.2)

5. Raġel wieħed kien idawwar il-manku, u r-raġel l-ieħor kien jiġbor il-

___________. (par.3)

6. It-terramaxka kienet tkun mżejna (ħafna, ftit). (par.3)

7. (It-tfal, Il-kbar,It-tfal u l-kbar) kienu joħorġu biex jaraw din il-

kaxxa tad-daqq. (par.4)

8. (Ħafna, Ftit) nies kellhom radju f’dak iż-żmien. (par.4)

9. Il-projector kien jintuża biex (jaraw, jisimgħu) slajds fuq skrin żgħir.

(par.5)

Page 13: Kalejdoskopju 6 1 Kelb u Qattusa - The Happy School...Il-kartolina għoġbitni ħafna u rajt il-firem kollha ta’ sħabna tal-klassi. Għid lil Kurt li sieqek għandha l-ie u mhux

Kalejdoskopju 6

13 Alison Portelli LSE 2 Maltese Adaptations

6 Cerontin

Żmien twil ilu f’Għawdex kienu jgħixu l-ġganti.

F’dak iż-żmien kien hemm ħafna ġlied bejn il-ġganti u s-sajjieda. Wara

ħafna żmien il-ġganti u s-sajjieda għamlu ħbieb u tgħallmu jgħixu

kuntenti ma xulxin. (par.1)

Il-ġgant Ċerontin kien jgħix ġo għar fl-għolja tan-Nuffara. Ma kienx

ħbieb mal-ġganti l-oħra u dejjem kien joqgħod waħdu. Il-ġganti l-oħra

kienu jgħixu fuq l-Irdum tal-Għejjun fejn illum nsibu r-raħal tax-

Xagħra. (par.2)

F’Daħlet Qorrot kien jgħix Mikiel is-sajjied, martu Ġannina u t-tifla

tagħhom Klara. Ma kinux sinjuri imma kienu kuntenti. Klara kibret u

saret tfajla sabiħa, b’xagħarha twil lixx u għajnejha suwed u kbar. (par.3)

Darba waħda Ċerontin mar Daħlet Qorrot biex jitfa’ x-xbiek. Dan ra lil

Klara u ġġennen warajha. Għaddew ġimgħat sħaħ u l-ħin kollu jaħseb

fuqha. Sa fl-aħħar iddeċieda x’kellu jagħmel. (par.4)

Minn qalb l-għoljiet Ċerontin għażel ġebel kbir, u bil-mod u bit-tbatija

kaxkarhom fuq il-għolja tan-Nuffara. Il-bdiewa qagħdu b’seba’

għajnejn (attenti ħafna) fuqu. Sħabu l-ġganti ħasbu li se jibni xi dwejra

fuq l-għolja iżda ħakmithom il-kurżita (qabdithom kurżita kbira) meta

baqa’ jibni u jgħolli. (par.5)

L-ewwel witta art kbira u bena dar bi tnax-il kamra daqsiex. Dam sajf

biex lesta. Sħabu l-ġganti stagħġbu u bdew jissuspettaw li Ċerontin kien

tefa’ ħarstu fuq xi ġganta. Mur għidilhom li mhux ġganta kienet imma

Ċerontin kien tefa għajnejh fuq is-sbejħa Klara. (par.6)

Vince Vella - Żiffa u stejjer oħra

Page 14: Kalejdoskopju 6 1 Kelb u Qattusa - The Happy School...Il-kartolina għoġbitni ħafna u rajt il-firem kollha ta’ sħabna tal-klassi. Għid lil Kurt li sieqek għandha l-ie u mhux

Kalejdoskopju 6

14 Alison Portelli LSE 2 Maltese Adaptations

Agħmel sinjal taħt it-tweġiba t-tajba

1. Ħafna snin ilu kienu jgħixu (l-ġganti, n-nani)

f’ Għawdex. (par.1)

2. F’dak iż-żmien kien hemm ħafna ġlied bejn il-ġganti u (s-sajjieda,

l-pulizija, n-nisa). (par.1)

3. Il-ġganti u s-sajjieda tgħallmu jgħixu (mdejqin, kuntenti) ma xulxin.

(par.1)

4. Il-ġgant li kien joqgħod fuq l-għolja tan-Nuffara kien jismu (Max,

Joe, Ċerontin). (par.2)

5. Mikiel kien (mastrudaxxa, ħaddied, sajjied). (par.3)

6. Klara kellha xagħarha (twil u lixx, qasir u nnuklat) u għajnejha (suwed

u kbar, ħodor u żgħar). (par.3)

7. Meta niżel Daħlet Qorrot Ċerontin ra lil (Mikiel, Klara). (par.4)

8. Ċerontin dam ħafna jaħseb fuq Klara għax kienet (kerha, qasira,

sabiħa). (par.4)

9. Minn qalb (l-għoljiet, il-widien, il-muntanji) Ċerontin għażel ġebel

ġebel kbir. (par.5)

9. Ċerontin bena (dar, ħajt, kamra) bil-ġebel. (par.6)

10. Id-dar kien fiha (tnax-il, ħmistax-il, sittax-il) kamra. (par.6)

Page 15: Kalejdoskopju 6 1 Kelb u Qattusa - The Happy School...Il-kartolina għoġbitni ħafna u rajt il-firem kollha ta’ sħabna tal-klassi. Għid lil Kurt li sieqek għandha l-ie u mhux

Kalejdoskopju 6

15 Alison Portelli LSE 2 Maltese Adaptations

7 Muniti tad-deheb

Anthea kienet ħolmot ħolma stramba. Ħolmot

li kienet miexja fiż-żoo fix-xita mingħajr

umbrella. L-annimali kienu mdejqin u kienu

jgergru minħabba x-xita. Xħin stembħet

sabet lil oħtha Jane tonħor għax kienet marida u kienet qiegħda tieħu

nifs sew. Ħuha Robert kien ixarrbilha wiċċha biex iqajjimha. (par.1)

“Ieqaf!” qaltlu Anthea. Robert kien iħobb jiċċajta. Sikwit kien jitfa’ xi

ħaġa fis-sodda ta’ xi ħadd jew jagħmel xi ċajta lil min imur iżurhom.

Imma ċ-ċajt tiegħu ma kienx goff u kien idaħħak lil kulħadd. (par.2)

“Kemm kelli ħolma stramba!” qalet Anthea. “Anki jien,” qalet Jane.

“Ħlomt li sibt ħlejqa tar-ramel li kien jisimha Ramlija, u qaltli li setgħet

taqtgħalna xewqa kuljum.” (par.3)

“Iiiiiii! Dik il-ħolma tiegħi,” qal Robert. “Jien ħlomt li x-xewqa tagħkom

kienet, li tagħmilna sbieħ daqs il-ġurnata, imma minħabba x-xewqa

tagħkom kellna ġurnata vera kerha.” (par.4)

Huhom il-kbir Cyril għajtilhom biex jinżlu għall-kolazzjon, u mbagħad

daħal fil-kamra ta’ ħutu. “Kollha kemm aħna kellna l-istess ħolma

stramba. Ħlomna li sibna ħlejqa fir-ramel li taqla’ x-xewqat” qaltlu

Anthea. (par.5)

“Dik ma kinitx ħolma. Dik ġrat vera, u għalhekk irridu nieħdu l-kolazzjon

kmieni, ħalli mmorru fejn il-ħlejqa. Irridu niftiehmu sew x’se nitolbuha

u ħadd ma jista’ jistaqsiha xi ħaġa jekk ma nkunux qbilna fuqha.” (par.6)

E.Nesbit-Five children and It

Adattata għall-Malti minn Clare Azzopardi

Page 16: Kalejdoskopju 6 1 Kelb u Qattusa - The Happy School...Il-kartolina għoġbitni ħafna u rajt il-firem kollha ta’ sħabna tal-klassi. Għid lil Kurt li sieqek għandha l-ie u mhux

Kalejdoskopju 6

16 Alison Portelli LSE 2 Maltese Adaptations

Imla l-vojt u agħmel sinjal taħt it-tajba

1. Anthea ħolmot ħolma ( stramba, sabiħa, kerha). (par.1)

2. Robert kien qiegħed (jaħslilha, ixarrbilha) wiċċha. (par.1)

3. Robert kellhu karattru (serju, ċajtier, ikrah). (par.2)

4. Jane kienet ħolmot li sabet ħlejqa __________________. (par.3)

5. Ix-xewqa tal-bniet kienet li jkunu sbieħ daqs id- ________. (par.4)

6. Cyril għajtilhom biex jinżlu għall-k__________________. (par.5)

7. Cyril qalilhom biex jieħdu l-kolazzjon kmienu biex ma jdumux ma

jmorru f_______ il-ħ____________. (par.6)

Qabbel in-nomi mal-kelma

1 Sraqt dawra

2 Kilt niżla

3 Xrobt ħasla

4 Inżilt raqda

5 Bkejt ġirja

6 Ġrejt 2 ikla

7 Inħsilt bikja

8 Rqadt niżla

9 Inżilt ikla

10 Dort serqa

Page 17: Kalejdoskopju 6 1 Kelb u Qattusa - The Happy School...Il-kartolina għoġbitni ħafna u rajt il-firem kollha ta’ sħabna tal-klassi. Għid lil Kurt li sieqek għandha l-ie u mhux

Kalejdoskopju 6

17 Alison Portelli LSE 2 Maltese Adaptations

8 Iż-żifna tan-Ninfi

Linda bdiet tipprova tiftakar il-versi tar-reċta tal-

klassi hija u sejra lura d-dar wara l-iskola. Il-klassi ta’

Linda kienu se jtellgħu reċta u Linda kellha l-parti ta’

tifla li ma setgħetx tiżfen minħabba li meta kienet żgħira mardet

ħafna, imma li mbagħad marret fil-kampanja, għaddielha u bdiet tiżfen.

Xħin waslet d-dar qalet lil-ġenituri tagħha li kellha l-parti prinċipali, u

kienet eċitata ħafna. (par.1)

Linda studjat il-parti tagħha bl-amment u kienet tipprova ż-żifna

quddiem il-mera. Kellha tilbes libsa sabiħa qisha tan-ninfi u tgħidx

kemm kienet tixirqilha. Ġurnata qabel kellhom il-prova ġenerali, u xħin

Linda marret tilbes il-libsa ma setgħet issibha mkien. (par.2)

Damet ħafna tqalleb fil-kostumi, imma l-libsa tagħha ma setgħet

issibha mkien. L-għalliema daħlet wara l-palk biex tfittex lil Linda u

ratha tfittex. Fil-pront sabet il-libsa mal-art u qaltilha, “Linda din

qiegħda tfittex? Qis li għada tara sew fejn tpoġġiha ħalli ma taħlix ħin.”

Linda tħassbet kif il-libsa kienet spiċċat mal-art. (par.3)

Jum ir-reċta wasal u kulħadd kien eċitat. Linda ħadmet l-ewwel parti

tajjeb, u daħlet biex tbiddel wara l-ewwel att, imma ma setgħet issib

il-libsa mkien. Bdiet tfittixha, sa xħin semgħet il-mużika li kellha tiżfen

hi. Ittawlet fuq il-palk u b’għaġeb kbir rat tifla oħra tiżfen. (par.4)

Linda ċċassat. Dik it-tifla kienet liebsa l-libsa ta’ Linda. Kienet qisha t-

tewmija ta’ Linda. Tgħidx kemm żifnet sabiħ. Wara r-reċta kulħadd mar

jagħti l-prosit lil Linda. Linda ma setgħetx tgħid li ma kinitx hi, għax

kienet għadha mistagħġba fuq dak li ġara. Tgħid dik it-tifla li ħaditilha

postha kienet xi ninfa li kienet tgħix wara l-palk? (par.5) Rita Saliba

Page 18: Kalejdoskopju 6 1 Kelb u Qattusa - The Happy School...Il-kartolina għoġbitni ħafna u rajt il-firem kollha ta’ sħabna tal-klassi. Għid lil Kurt li sieqek għandha l-ie u mhux

Kalejdoskopju 6

18 Alison Portelli LSE 2 Maltese Adaptations

Imla l-vojt u agħmel sinjal taħt it-tajba

1. It-tifla li kienet se tieħu sehem fir-reċta kien

jisimha L______________. (par.1)

2. Linda kellha parti ta’ tifla li (setgħet, ma setgħetx) tiżfen

għax meta kienet żgħira (mardet, kienet għażżiena) . (par.6)

3. Fit-tieni att Linda kellha libsa qisha tan- _________. (par.2)

4. Il-libsa tan-ninfa kienet (fl-art,fuq siġġu) u sabita (Linda,

l-għalliema). (par.3)

5. F’jum ir-reċta kulħadd kien (imdejjaq, jibki, eċitat). (par.4)

6. Meta daħlet tbiddel Linda wara l-ewwel att, ma setgħetx issib (il-

libsa, iż-żarbun, iċ-ċurkett). (par.4)

7. Minflok Linda, kienet qiegħda tiżfen (tifla, mara). (par.4)

8. It-tfal u l-għalliema (ndunaw, ma ndunawx) li ż-żeffiena ma kinitx

Linda. (par.4)

9. It-tifla li żifnet flok Linda żifnet (ikrah, sabiħ). (par.5)

10. Linda ħasbet li dik it-tifla kienet (fatata, saħħara, ninfa). (par.5)

11. Linda kienet (imdejqa, mistagħġba, irrabjata) fuq dak li ġara. (par.5)

Page 19: Kalejdoskopju 6 1 Kelb u Qattusa - The Happy School...Il-kartolina għoġbitni ħafna u rajt il-firem kollha ta’ sħabna tal-klassi. Għid lil Kurt li sieqek għandha l-ie u mhux

Kalejdoskopju 6

19 Alison Portelli LSE 2 Maltese Adaptations

9 L-iskeletru ta’ fuq il-Bjut

Tassew inħossni xbajt. Ma kienx mument li dħalt

naħdem bħala waħx niġri fuq il-bjut, biex nwerwer

lin-nies bil-passi tiegħi. Sħabi kollha komdi, ġo xi

palazz, kastell jew villa u jkollhom il-pjaċir jaraw in-nies jitwerwru meta

jidhrulhom. Jien ma nkunx naf jekk in-nies ikunu qegħdin jibżgħu minni

jew iwaħħlu fuq xi qattus meta jisimgħu l-passi tiegħi fuq il-bejt. (par.1)

Jien skeletru, għadam biss. Għalhekk għażilni l-kap, għax qal li nagħmel

ħafna ħsejjes speċjalment jekk nagħmel xi kutrumbajsa fuq xi saqaf

taż-żingu. Imma jien xbajt, dejjem niġri waħdi fuq il-bjut. U meta jkun

il-ksieħ ikolli mmur nistkenn ġo xi kamra tinten tal-ħamiem. (par.2)

Xbajt u ddejjaqt! Daż-żmien ma tistax tiġri komdu fuq il-bjut għax

kullimkien wajers. Darba tfixkilt ġo wajer u waqajt, waqgħali l-għadam

kollu ta’ driegħi. Domt lejl sħiħ biex waħħalthom fejn suppost. (par.3)

U xi ngħidu għat-tankijiet tal-ilma? Dawk suppost ikunu mgħottijin

b’għatu, imma xi ħadd traskurat ħallieh mikxuf u waqajt ġo fih. Mad-

daqqa waqagħli x-xedaq taħt l-ilma u kelli nogħdos għalih ġo l-ilma

ffriżat. (par.4)

Is-sena l-oħra għedt lil-kap biex jibgħatni naħdem fiċ-ċimiterju tar-

raħal forsi nkun aħjar. Hemmhekk insib lil xi ħadd ma min inparla ftit

għax dejjem imut xi ħadd. U nkun nista’ nbeżżgħa lid-deffien. (par.5)

U jekk il-kap ma jaċċettax li jibdilli x-xogħol nagħmel waħda minn

tiegħi għax nitla’ mal-ogħla arblu biex jarani kulħadd u ngħidilhom

għaliex tlajt hemm fuq. U nħalli lil kulħadd jeħodli r-ritratti u jagħmluli

l-intervisti. Hekk l-kap ikollu jbiddilli x-xogħol. (par.6) Trevor Zahra - Sagħtar

Page 20: Kalejdoskopju 6 1 Kelb u Qattusa - The Happy School...Il-kartolina għoġbitni ħafna u rajt il-firem kollha ta’ sħabna tal-klassi. Għid lil Kurt li sieqek għandha l-ie u mhux

Kalejdoskopju 6

20 Alison Portelli LSE 2 Maltese Adaptations

Agħmel sinjal taħt it-tajba u imla l-vojt.

1. F’din l-istorja qed jitkellem (waħx, bniedem, tifel).

2. Postu huwa (fiċ-ċimiterju, fit-toroq, fuq il-bjut).

3. Dan il-ħares jidher li huwa (mdejjaq, ferħan) fuq

xogħolu.

4. L-iskeletru jixtieq li jibda jaħdem (ġo palazz, fiċ-ċimiterju).

5. Ix-xogħol ta’ l-iskeletru huwa li (jferraħ, jdejjaq) lin-nies. (par.1)

6. Fiċ-ċimiterju jista’ jbeżżgħa lid- _____________. (par.5)

Ikteb falz jew veru

1 Sħabu huma kollha komdi. (par.1) Veru

2 Il-kap għażlu għax jagħmel ħafna ħsejjes. (par.1)

3 Meta jkun il-ksieħ jistkenn ġo dar sabiħa. (par.2)

4 Fuq il-bjut ma jistax jiġri komdu minħabba l-

wajers. (par.3)

5 Meta waqa’ ġo tank tal-ilma waqgħetlu rasu. (par.4)

6 Ix-xahar l-ieħor qal lil-kap jibdillu xogħolu. (par.5)

7 Jekk il-kap ma jibdillux xogħolu se jitla’ mal-

ogħla arblu biex jarah kulħadd. (par.6)

8 Fiċ-ċimiterju jkollu ma min jitkellem. (par.5)

Page 21: Kalejdoskopju 6 1 Kelb u Qattusa - The Happy School...Il-kartolina għoġbitni ħafna u rajt il-firem kollha ta’ sħabna tal-klassi. Għid lil Kurt li sieqek għandha l-ie u mhux

Kalejdoskopju 6

21 Alison Portelli LSE 2 Maltese Adaptations

10 Is-sena 2020

It-Tnejn, 30 ta’ Lulju, 2020

Festa tal-Baħar

Għażiż Ryan,

Għadni dieħla d-dar u ġejt niktiblek . Għandi aħbar tajba ħafna: il-baħar

f’Wied il-Għajn, fuq il-blat l-abjad iż-żgħir m’għadux imniġġes! Tiftakar

meta konna żgħar kemm konna niżżerżqu mal-blat nieħdu pjaċir u

nibżgħu fl-istess ħin? Kemm kienet tirrabja magħna l-mama’ meta

kienet tarana. (par.1)

Fl-aħħar dawk il-gaġeġ il-kbar tal-ħut li ħammġu l-baħar neħħewhom u

l-baħar qed ikun nadif. Kien ilni ma mmur ngħum hemm minħabba l-ħmieġ

li ġabu magħhom il-gaġeġ. Ħadd ma kien għadu jmur jgħum hemmhekk.

Tant gergru n-nies li l-gvern u s-sidien kellhom ineħħuhom. (par.2)

Illum n-nies qalu li dan is-sajf ma reġgħux raw ħmieġ u l-arja tinxtamm

nadifa. Lanqas għadu jkun hemm speedboats u dgħajjes li kienu jħallu

ż-żejt warajhom. Issa kull ma tara kenuri jaqdfu u dgħajjes bil-qlugħ.

Jekk terġa’ tiġi nikru kenura u naqsmu l-bajja ta’ San Tumas. (par.3)

L-affarijiet inbidlu, u kemm ilhom li daħlu muturi li tiċċarġjahom mal-

elettriku nqatgħu ħafna l-karozzi li jitfgħu exhaust fl-arja. In-nies

qegħdin jimxu ħafna aktar u n-nies qegħdin jimirdu anqas. Issa deħlin

ħafna karozzi u muturi li jaħdmu bid-dawl tax-xemx, u ħafna nies

għandhom it-turbini żgħar tar-riħ fuq il-bejt, li jiġġeneraw l-elettriku.

Dan l-aħħar għalqet power station ukoll għax naqset d-domanda. (par.4)

Nixtieqek tiġi vaganza u toqgħod għandna. Nisma’ mingħandek. (par.5)

Saħħiet,

Audrey Adrian Grima

Page 22: Kalejdoskopju 6 1 Kelb u Qattusa - The Happy School...Il-kartolina għoġbitni ħafna u rajt il-firem kollha ta’ sħabna tal-klassi. Għid lil Kurt li sieqek għandha l-ie u mhux

Kalejdoskopju 6

22 Alison Portelli LSE 2 Maltese Adaptations

Agħmel sinjal taħt it-tweġiba t-tajba

1. L-ewwel aħbar li Audrey tat lil Ryan kienet

li l-baħar f’Wied il-Għajn (għadu, m’għadux)

imniġġes. (par.1)

3. Meta kienu zgħar Audrey u Ryan kienu (jixxabtu, jiżżerzqu) mal- blat

u l-mama’ (kienet, ma kinitx) tieħu gost. (par.1)

4. Il-kelma mniġġes tfisser (nadif, maħmuġ, sabiħ). (par.1)

5. Mill-baħar ta’ Wied il-Għajn tneħħew (in-nases, il-gaġeġ) tal-ħut.

(par.2)

6. Dawn tneħħew għax kienu qegħdin (isebbħu, iħammġu) il-baħar. (par.2)

7. Il-gaġeġ tneħħew (mill-gvern u s-sajjieda, minn nies tar-raħal). (par.2)

Ikteb Veru jew Falz

1 Speedboats u dgħajjes bil-mutur iħammġu l-baħar.

2 Kenuri u dgħajjes tal qlugħ ma jħammġux il-baħar.

3 Id-duħħan tal-karozzi tajjeb għall-ambjent.

4 Il-karozzi u muturi li jaħdmu bid-dawl tax-xemx ma

jagħmlux ħsara lill- ambjent.

5 It-turbini tar-riħ jiġġeneraw l-elettriku.

6 Id-dħaħen tal-power stations jniġġes l-arja

7 Audrey stiednet lil Ryan biex imur għandha

8 Audrey u Ryan ilhom ħafna ħbieb

Page 23: Kalejdoskopju 6 1 Kelb u Qattusa - The Happy School...Il-kartolina għoġbitni ħafna u rajt il-firem kollha ta’ sħabna tal-klassi. Għid lil Kurt li sieqek għandha l-ie u mhux

Kalejdoskopju 6

23 Alison Portelli LSE 2 Maltese Adaptations

11 Il-Kalejdoskopju

Xi ġmiel ta’ forom joħroġ il-kalejdoskopju!

Tubu tal-kartun magħluq minn naħa, u b’toqba rqiqa fit-tarf l-ieħor,

tliet merat żgħar bil-ponot jistrieħu kontra xulxin biex jiffurmaw

trijanglu, koċċ frak tal-ħġieġ jiċċaqlaq bejn il-mirja, u min jittawwal

mit-toqba jara disinni sbieħ ħafna. (par.1)

Il-mara li tagħmel il-kalejdoskopji kienet tbigħhom lit-tfal huma u

sejrin l-iskola. Dawn kienu jilgħabu bihom waqt il-lezzjoni, u mhux l-

ewwel darba li l-għalliema kienu jeħduhom u jsakkruhom ġol-kexxun sa

xħin tispiċċa l-iskola. (par.2)

Wieħed mill-għalliema ma kienx jagħmel hekk. Wara li jagħmlu ftit

xogħol tal-iskola, kien iħallihom jilagħbu bil-kalejdoskopju u jieħu gost

bit-tfal jitgħaxxqu bil-kuluri u disinni sbieħ. Imbagħad kien

jagħmlilhom xi somom, jirrakontalhom xi storja jew jgħidilhom xi

affarijiet fuq ix-xjenza u wara joħroġhom fil-bitħa jilagħbu. (par.3)

Darba tifel saqsa lil-missieru x’kien hemm fil-kalejdoskopju u xħin mar

l-iskola qal lil sħabu. Kulħadd beda jżarma l-kalejdoskopji imma ma

setgħux jirranġawhom u kellhom jarmuhom. Xi tfal imqarbin ħadu

kalejdoskopju ta’ tifel kwiet u malajr kissruh. (par.4)

Xħin marru lura fil-klassi sabu surmast ieħor u qalilhom li hu s-surmast

il-ġdid. Qalilhom li jekk jara lil xi ħadd jieħu xi kalejdoskopju ieħor l-

iskola, jibagħtu lejn id-dar u ma jdaħħlux l-iskola qabel jiġu l-ġenituri

jkellmuh. It-tfal beżgħu ħafna u ħadd ma reġa’ ħa kalejdoskopju miegħu

l-iskola. (par.5)

Joe Friġġieri – Ħrejjef għal Żmienna

Page 24: Kalejdoskopju 6 1 Kelb u Qattusa - The Happy School...Il-kartolina għoġbitni ħafna u rajt il-firem kollha ta’ sħabna tal-klassi. Għid lil Kurt li sieqek għandha l-ie u mhux

Kalejdoskopju 6

24 Alison Portelli LSE 2 Maltese Adaptations

Agħmel sinjal taħt il-kelma t-tajba

1. Il-kalejdoskopju kien magħmul

mill- (plastik, karti, tubu tal-kartun). (par.1)

2. Kien fih ukoll (ħames, tliet, sitt) merat żgħar bil-ponot. (par.1)

3. It-tfal kienu jixtru l-kalejdoskoji (qabel, wara, waqt) l-iskola. (par.2)

4. (Raġel, Mara, Tal-ħanut) kien ibigħhom il-kalejdoskopji. (par.2)

5. It-tfal kienu jilagħbu bihom fil-(brejk, lezzjoni) u ħafna drabi l-

għalliema (kienu, ma kinux) jeħduhom u jsakkruhom ġol-kexxun. (par.2)

6. Għalliem wieħed kien (jieħu, ma jiħux) gost jara t-tfal jitgħaxxqu bil-

kuluri u disinni sbieħ. (par.3)

7. Wara li żarmaw il-kalejdoskopji t-tfal (setgħu, ma setgħux)

jirranġawhom. (par.4)

8. It-tfal kollha (beżgħu, ma beżgħux) mis-surmast il-ġdid u (kulħadd,

ħadd) ma obdieh. (par.5)

Ikteb Veru jew Falz

1 It-tfal kienu jħobbu jħarsu fil-kalejdoskopju.

2 Il-kalejdoskopju ma setgħax jiżżerma.

3 L-għalliema kollha kienu jkissrulhom l-kalejdoskopju.

4 It-tfal imqarbin kissru l-kalejdoskopju ta’ tifel

kwiet.

5 It-tfal ma reġgħux ħadu kalejdoskopji magħhom l-

iskola, wara li gerger magħhom is-surmast il-ġdid.

Page 25: Kalejdoskopju 6 1 Kelb u Qattusa - The Happy School...Il-kartolina għoġbitni ħafna u rajt il-firem kollha ta’ sħabna tal-klassi. Għid lil Kurt li sieqek għandha l-ie u mhux

Kalejdoskopju 6

25 Alison Portelli LSE 2 Maltese Adaptations

12 Sunil

Fi klassi oħra, f’pajjiż ‘il bogħod, kien hemm

student jismu Sunil. Kien tifel irqiq u twil ħafna.

Huwa kien l-itwal tifel fil-klassi. Sunil kellu bżonn

lil xi ħadd jgħinu waqt il-lezzjonijiet. Soraya kienet

toqgħod ħdejh u tgħinu mill-aħjar li tista’. (par.1)

Mhux kulħadd kien jaċċettah lil Sunil. Kien hemm

min kien jgħid li meta l-klassi jkollha tfal bi bżonnijiet diffiċli, ma

tistax taħdem kemm trid. It-tfal tal-klassi li kienu jgħidu dan il-kliem

wisq probabli semgħuh mid-dar. (par.2)

Soraya kienet tgħin lil kulħadd u l-għalliema ġieli bagħtet tfal ħdejha

biex tgħinhom. Sunil kien jinduna liema tfal kienu jiġu ħdejh għax

iħobbuh, u liema kienu jinkuh u jittantawh. (par.3)

Sunil kien jaf jaqra f’qalbu, imma ma tantx kien jitkellem sew. Xi tfal

kienu jinbxuh iżda Soraya kienet tinduna x’ikun qed jiġri, u kienet

issikkithom. (par.4)

Sunil kien juri nteress kbir fil-lezzjonijiet tal-Ingliż u tal-Ġeografija.

Kien jibda’ jferfer idejh biex juri li jrid jipparteċipa fid-diskussjoni

meta l-għalliema ssaqsi xi ħaġa li jkun qara fuqha hu. (par.5)

Omm Sunil kienet armla u kellha żewġt itfal oħra, iżgħar minnu. Hi

kienet tifhmu kollox lil Sunil u kienet tibki ħafna meta kien jgħidilha li

jinkuh l-iskola. (par.6)

Darba Soraya ġietha ideja u kellmet lil-kap tal-iskola. Il-kap tal-iskola

għamlet laqgħa ghall-ġenituri, fejn qaltilhom biex jgħallmu lil-uliedhom

li għandhom jaċċettaw lil kulħadd u jirrispettaw lil min għandu

bżonnijiet speċjali. (par.7)

Tania Cilia

Page 26: Kalejdoskopju 6 1 Kelb u Qattusa - The Happy School...Il-kartolina għoġbitni ħafna u rajt il-firem kollha ta’ sħabna tal-klassi. Għid lil Kurt li sieqek għandha l-ie u mhux

Kalejdoskopju 6

26 Alison Portelli LSE 2 Maltese Adaptations

Tania Cilia

Agħmel sinjal taħt it-tweġiba t-tajba u imla l-vojt.

1. Sunil kien (qasir u oħxon, twil u irqiq). (par.1)

2. ____________ kienet tgħin lil Sunil fil-

klassi. (par.1)

3. Soraya kienet tifla (kattiva, ġellieda, qalbha tajba). (par.2)

5. Meta Soraya kienet tinduna li t-tfal qegħdin jidħku b’Sunil, kienet

(issikkithom, tidħkilhom, tgħajjat magħhom). (par.3)

4. Sunil kien jaf (jiekol, jaqra) f’qalbu, imma ma tantx kien jitkellem

sew. (par.4)

5.Il-lezzjonijiet tal- I_______________ u tal-Ġ_______________

kienu jogħġbuh ħafna lil Sunil. (par.5)

6. Omm Sunil kienet (sinjura, armla, kattiva). (par.6)

7. Sunil kien jghix ma (ommu, missieru) u ma ħutu. (par.6)

6. Omm Sunil (kien, ma kienx) jiddispjaċiha ħafna meta t-tfal kienu

Jinku lil-Sunil. (par.6)

7. Darba (l-kap tal-iskola, għalliema, Soraya) għamlet laqgħa għall-

ġenituri tat-tfal. (par.7)

8. Il-kap tal-iskola qaltilhom biex jgħallmu lil uliedhom li għandhom

(jinku, jirrispettaw) lil min għandu bżonnijiet speċjali. (par.7)

Page 27: Kalejdoskopju 6 1 Kelb u Qattusa - The Happy School...Il-kartolina għoġbitni ħafna u rajt il-firem kollha ta’ sħabna tal-klassi. Għid lil Kurt li sieqek għandha l-ie u mhux

Kalejdoskopju 6

27 Alison Portelli LSE 2 Maltese Adaptations

13 Joqrob il-Maltemp

Meta kelli disa’ snin ommi kien se jkollha

tarbija, u kienet bdiet tlesti xi ħwejjeġ

żgħar. Ftit qabel ma welldet, ommi rat

wirdiena u bdiet twerżaq qisha miġnuna sa

xħin missieri qatilha. Ħija John twieled fl-20 ta’ Ġunju. (par.7)

Kienet is-sena 1939, meta missieri xtara radju kbir u sabiħ. Dan ir-

radju dejjem kien ikun mixgħul meta missieri kien ikun id-dar. Darba

minnhom, waqt li kien mixgħul dan ir-radju, smajna li Hitler beda jinvadi

Praga, l-Belġju, l-Olanda u l-Polonja. Fil-11:00 ta’ filgħodu tat-3 ta’

Settembru tal-1939 Mr. Neville Chamberlain ħabbar li l-Ingilterra

iddikjarat gwerra kontra l-Ġermanja. (par.2)

L-inkwiet beda jżid u ftit kien jonqos biex aħna l-Maltin nidħlu fil-

gwerra wkoll, imma Mussolini ma riedx jidħol f’din il-gwerra u aħna

serraħna moħħna xi ftit jew wisq. (par.3)

Bdew jiġu d-dar tagħna irġiel mħarrġa jgħallmuna kif nilbsu l-maskri

tal-gass. Kemm kienu koroh u kellhom riħa tinten ta’ lasktu. Kellna

maskra kull wieħed u ktibna isimna fuq il-kaxxa. Kellna nippruvawhom

ftit kuljum u aħna t-tfal konna nibku għax qatt ma ridna nilbsuha. (par.4)

Kien hawn min bena kamra fis-sular ta’ fuq bħala kenn għall-gass, għax

fil-għoli ma tantx kien jinħass il-gass. It-twieqi u l-bibien kienu jkunu

mgħottijin b’kutri ħoxnin u mxarrbin bl-ilma. Fuq ir-radju qalu li kienu

se jippruvaw is-sireni. Dawn ma kinux dik il-ħlejqa nofsha mara u nofsha

ħuta, imma kien ħoss qawwi li javża lin-nies biex jistkennu għax ġej xi

attakk mill-ajru. (par.5)

Lina Brockdorff – Sireni u Serenati

Page 28: Kalejdoskopju 6 1 Kelb u Qattusa - The Happy School...Il-kartolina għoġbitni ħafna u rajt il-firem kollha ta’ sħabna tal-klassi. Għid lil Kurt li sieqek għandha l-ie u mhux

Kalejdoskopju 6

28 Alison Portelli LSE 2 Maltese Adaptations

Agħmel sinjal taħt il-kelma t-tajba

1. L-awtriċi kellha (ħames, sitt,disa’) snin

meta ommha kien se jkollha tarbija. (par.1)

2. Ommha rat (dubbiena, naħla, wirdiena) qabel ma welldet. (par.1)

3. Ħu l-awtriċi kien jismu (Robert, John, Karl). (par.1)

4. Missier Lina xtara (televixin, karozza, radju). (par.2)

5. (L-Ingilterra, Ir-Russja, Malta) iddikjarat il-gwerra kontra

l-Ġermanja fit-3 ta’ (Jannar, Marzu, Settembru). (par.2)

6. Is-sena li qiegħda titkellem fuqha Lina Brockdorff hija s-sena

(1939, 1976, 1986). (par.2)

7. (Mussolini, Hitler) ma riedx jidħol f’din il-gwerra. (par.3)

8. L-irġiel kienu jmorru d-dar tagħhom biex jgħallmuhom kif jilbsu

l- (ħwejjeġ, ż-żarbun, l-maskri). (par.4)

9. Il- maskra kienet (tfuħ, tinten), kienet magħmula mill- (karti,

lastku) u (kulħadd, ħadd) ma kien irid jilbisha. (par.4)

10. Il-gass (kien, ma kienx) jinħass wisq fil-għoli. (par.5)

11. Is-sirena tista tkun ħlejqa nofsha mara u nofsha (ħuta, żiemel) jew

ħoss qawwi li javża lin-nies biex jistkennu għax ġej attakk mill-

(baħar,ajru). (par.5)

Page 29: Kalejdoskopju 6 1 Kelb u Qattusa - The Happy School...Il-kartolina għoġbitni ħafna u rajt il-firem kollha ta’ sħabna tal-klassi. Għid lil Kurt li sieqek għandha l-ie u mhux

Kalejdoskopju 6

29 Alison Portelli LSE 2 Maltese Adaptations

14 Basket

Kulħadd kien jgħid lil-Tessie li kellha gosti sbieħ. Biex xtrat

lili għandhom raġun. Xħin rawni l-ħbieb tagħha iġġennu

warajja, u kulħadd ried imissni, u kienu jiflu l-lewlu u l-

antaċċoli kkulurit li jżejjen il-fjuri li għandi. (par.1)

Kull meta tgħaddi minn x’imkien, Tessie tiġbed ħafna attenzjoni. Jien

nemmen li għax għandha lili. Qatt ma noqgħod ġod-dar, għax Tessie

tħobb toħroġ ħafna u teħodni magħha kullimkien. (par.2)

Ma domtx għal-bejgħ jien, għax kif poġġewni fil-vetrina tal-ħanut,

xtratni Tessie. Fuq ġewwa infurrat bid- drapp tal-ħarir, u għandi żewġt

ibwiet. Fil-bwiet Tessie tpoġġi ċ-ċwievet tad-dar, tal-karozza u xi stoċċ

lipstik. (par.3) .

Bid-drapp li jkanġi ma kull ċaqliqa, nħoss li naqbel mal-aċċessorji kollha

li tilbes Tessie għax jien għandi l-kuluri kollha. Darba ppruvaw jisirquni,

u tgħidx x’daqqa tathom bija lill-ħalliel. Telaq jiġri għax twerwer minni

daqs kemm jien b’saħħti. Min jaf x’gundalla ħallejtlu?! (par.4)

Minn dakinhar, Tessie bdiet tħobbni aktar u l-ħin kollu tara li qiegħed

hemm. Maż-żmien bdejt nġorr fliexken tal-fwieħa, karti tal-eżamijiet,

kartolini tal-Milied u ta’ għeluq sninha u ħafna affarijiet oħra. Kont sirt

qisni kexxun tas-sigurta’ fil-bank! (par.5)

Din it-tagħbija kollha bdiet iġebbidli d-drapp, l-ħajt beda jinqata’, itir

l-lewlu u l-antaċċoli. Bdejt nikrieh u Tessie bdiet tistħi miegħi. Għaddew

ftit xhur minn meta xtratni u dalgħodu battlitni u dendlitni mas-siġġu

fil-kamra tagħha fejn hawn kollezzjoni ta’ basktijiet bħali, għajjenin u

mqattgħin. (par.6) Rita Saliba

Page 30: Kalejdoskopju 6 1 Kelb u Qattusa - The Happy School...Il-kartolina għoġbitni ħafna u rajt il-firem kollha ta’ sħabna tal-klassi. Għid lil Kurt li sieqek għandha l-ie u mhux

Kalejdoskopju 6

30 Alison Portelli LSE 2 Maltese Adaptations

Agħmel sinjal taħt il-kelma t-tajba

1. Tessie kelli gosti (koroh, sbieħ). (par.1)

2. Il-ħbieb ta’ Tessie (għoġobhom, m’għoġobhomx)

Il-basket ta’ Tessie. (par.1)

3. Il-basket kien fih (ħafna, ftit) kuluri. (par.1)

4. Tessie (tħobbb, ma tħobbx) toħroġ. (par.2)

5. Il-basket (kien, ma kienx) ilu għal-bejgħ meta xtratu Tessie. (par.3)

6. Il-basket infurrat bil- (bellus, ħarir, pil) u fih (żewġt, ħamest, erbat)

ibwiet. (par.3)

7. Il-basket kien (kuntent, mdejjaq) ħafna għand Tessie.

Ikteb Veru jew Falz

1 F’din l-istorja qed jitkellem il-basket

2 Il-basket huwa ta’ kulur wieħed biss

3 Darba ppruvaw jisirqu l-basket ta Tessie

4 Fil-bwiet Tessie tpoġġi l-ikel u x-xorb

5 Tessie bdiet tpoġġi ħafna affarijiet fil-basket u

dan beda jikrieh

6 Wara sena Tessie ma baqgħetx tuża l-basket

7 Tessie kellha aktar basktijiet fil-kamra tagħha

8 Il-basket li xtrat Tessie kien sabiħ ħafna

Page 31: Kalejdoskopju 6 1 Kelb u Qattusa - The Happy School...Il-kartolina għoġbitni ħafna u rajt il-firem kollha ta’ sħabna tal-klassi. Għid lil Kurt li sieqek għandha l-ie u mhux

Kalejdoskopju 6

31 Alison Portelli LSE 2 Maltese Adaptations

15 Max Remy

Uuuuuuuuuuuuħħħħħħ

Max qamet maħsuda, u sabet ruħha

mgeżwra fil-liżar, u mal-art qalb l-mp 3

player, il-headphones u affarijiet oħra. Biex

tgħaxxaq xħin waqgħet inqalbet tazza bl-ilma li kellha fuq il-

komodina u ġiet fuq rasha. (par.1)

Bħalma jiġri fil-ħajja ta’ Max kollox kien jiġi bil-kontra, u dak il-ħin

daħlet ommha u saqsietha jekk kienx kollox sew għax semgħu tisbita u

l-għajat ta’ Max. Max ma kinitx taf li kien hemm xi ħadd ma’ ommha u

kellha kurżita kbira min kien. (par.2)

Malajr saret taf, għax dak il-ħin daħal il-famuż Georgio tal-programm

popolari tat-televixin li kien jaħdem m’ommha. In-nisa kollha kienu

ffissati fuqu inkluża Max. Dak il-ħin tgħidx kemm stħat Max. (par.3)

“Imma kemm jien żvinturata,” ħasbet Max. L-idolu tagħha kellu jaraha

mixħuta mal-art qisha ajkla, b’xagħarha kollu mħabbel u l-flokk tal-

piġama mtella’ ‘l fuq u b’żaqqha mikxufa. (par.4)

Max niżżlet il-flok u ppruvat tirranġa xagħarha kif setgħet. Qamet bil-

wieqfa u telqet fuq il-gallarija waqt li qaltilhom li kienet tajjeb u li

kellha ħolma stramba. (par.5)

Georgie qalilha biex toqgħod attenta x’toħlom, u beda jidħak flimkien

ma’ ommha. Tgħidx kemm stħat u ħmaret dak il-ħin u xtaqet li l-art

tiblagħha. (par.6)

Deborah Abela- Max Remy Superspy: Mission in Malta

Adattata għall-Malti minn Clare Azzopardi

Page 32: Kalejdoskopju 6 1 Kelb u Qattusa - The Happy School...Il-kartolina għoġbitni ħafna u rajt il-firem kollha ta’ sħabna tal-klassi. Għid lil Kurt li sieqek għandha l-ie u mhux

Kalejdoskopju 6

32 Alison Portelli LSE 2 Maltese Adaptations

Agħmel sinjal taħt il-kelma t-tajba

1. Kif qamet Max sabet ruħha (fl-art, fuq is-

sodda). (par.1)

2. Xħin waqgħet Max inqalbet tazza (bl-ilma, kafe’, te’) fuq rasha. (par.1)

3. Fil-ħajja ta’ Max kollox kien jiġi (favur tagħha, kontriha). (par.2)

4. Xħin waqgħet Max telgħet (ommha, missierha, n-nanna) fil-kamra

tagħha. (par.2)

5.Max (kienet,ma kinitx) iffissata fuq Georgio, li kien raġel famuż. (par.3)

6. Max (stħat, ma stħatx) ħafna xħin rat lil Georgia f’kamritha. (par.3)

7. Max kienet taħseb li kollox kien jiġiha (tajjeb, ħażin). (par.2)

8. Xtaqet li l-art tiblagħha tfisser – xtaqet li l-art tiblagħha.

– stħat ħafna.

Ikteb Veru jew Falz

1 Max kienet taf li hemm Georgio id-dar t’ommha.

2 Georgio kien jaħdem ma’ omm Max.

3 Georgio ma kienx raġel famuż.

4 Max kienet iffissata fuq Georgio.

5 Xagħar Max ma kienx imqanfed u kienet liebsa

sabiħ dak il-ħin.

6 Hija kellha ħolma stramba u għalhekk waqgħet

mis-sodda.

7 Georgio u ommha bdew jidħku biha.

8 Max ma tatx każ u ma stħatx xħin bdew jidħku

Page 33: Kalejdoskopju 6 1 Kelb u Qattusa - The Happy School...Il-kartolina għoġbitni ħafna u rajt il-firem kollha ta’ sħabna tal-klassi. Għid lil Kurt li sieqek għandha l-ie u mhux

Kalejdoskopju 6

33 Alison Portelli LSE 2 Maltese Adaptations

16 Ħolm

Minn meta rajt il-ktieb tan-nannu li kien kollu

mapep tad-dinja, bdejt noħlom li xi darba nagħmel

vjaġġ twil u immur indur id-dinja kollha. (par.1)

Imma kont naf ukoll li biex tagħmel vjaġġ twil trid ħafna flus. Trid

tħallas biex tirkeb ajruplan, vapur jew ferrovija. Trid tħallas biex

torqod x’imkien, tiekol u taħsel il-ħwejjeġ u biex tixtri xi suvenir għad-

dar. Allura l-ħolma tiegħi warrabtha għal ġenb. (par.2)

Xahar ilu ftaħt il-gażżetta u rajt mappa tad-dinja b’linja twila ddur ġo

fiha. Erġajt ftakart fil-ħolma ta’ tfuliti. Bdejt naqra u sirt naf li dak

is-sinjal kien r-rotta li kienet se tieħu l-fjamma Olimpika, minn Ateni

sa Beijing!. L-artiklu kien fuq l-Olimpijadi. (par.3)

Dan l-aħħar kelli ħolma li nsir atleta. Kont nitħarreġ darbtejn f’ġimgħa

u llum kapaċi niġri kważi ħames kilometri bla ma naqta’ n-nifs. Min jaf?

Forsi xi darba nieħu sehem fl-Olimpijadi u niġri l-maratona. Imma l-

maratona ħafna itwal minn ħames kilometri. Li kieku jqassruha forsi

nkun nista’ nieħu sehem. (par.4)

Meta nixba’ waqt il-lezzjoni, nagħlaq għajnejja u nibda noħlom li qed

niġri f’din il-maratona u niġi l-ewwel. Ikun hemm ommi,missieri, z-ziju

Fabio u z-zija Pia jwerżqu u jieħdu r-ritratti waqt li ningħata bukkett

fjuri, medalja tad-deheb u tittellgħa l-bandiera Maltija waqt li jindaqq

l-Innu Malti. (par.5)

Meta nqum mill-ħolma, sikwit inkun ħażżiżt ħames ċrieki mdaħħlin

f’xulxin. Tlieta fir-ringiela ta’ fuq u tnejn fir-ringiela t’isfel. (par.6)

Pierre J. Mejlak

Page 34: Kalejdoskopju 6 1 Kelb u Qattusa - The Happy School...Il-kartolina għoġbitni ħafna u rajt il-firem kollha ta’ sħabna tal-klassi. Għid lil Kurt li sieqek għandha l-ie u mhux

Kalejdoskopju 6

34 Alison Portelli LSE 2 Maltese Adaptations

Agħmel sinjal taħt il-kelma t-tajba

1. Il-ktieb tan-nannu kien kollu (mapep,

stejjer, ħrejjef). (par.1)

2. L-awtur beda joħlom li jagħmel vjaġġ (twil,qasir) u jdur id-dinja

kollha. (par.1)

3. Biex tagħmel vjaġġ twil irid ikollok (ħafna, ftit) flus. (par.2)

4. L-awtur warrab il-ħolma li kellu għaliex (biddel il-ħsieb, ma riedx

Imur, ma kellux flus). (par.2)

5. Fil-gażżetta, l-awtur ra mappa (ta’ Malta, tal-Asja, tad-dinja). (par.3)

6. Din il-mappa kienet turi r-rotta li kienet se tieħu l-(logħba, fjamma)

Olimpika. (par.3)

7. Ir-rotta kienet minn (Ateni sa Beijing, Ateni sa Malta, Ateni sal-

Afrika). (par.3)

8. Meta l-awtur kien jixba’ waqt il-lezzjoni kien (jiekol,joħlom). (par.5)

Minn paragrafu 4 agħżel 2 verbi (verb=azzjoni tiekol)

1)___________________ 2) ______________________

Minn paragrafu 3 agħżel 2 nomi Proprju (nom Proprju=isem

Malta)

1)___________________ 2) ______________________

Page 35: Kalejdoskopju 6 1 Kelb u Qattusa - The Happy School...Il-kartolina għoġbitni ħafna u rajt il-firem kollha ta’ sħabna tal-klassi. Għid lil Kurt li sieqek għandha l-ie u mhux

Kalejdoskopju 6

35 Alison Portelli LSE 2 Maltese Adaptations

17 L-Assedju l-Kbir

“Ejjew għalihom l-aħwa!

Ejjew għal Malta tagħna!

Ejjew iġġieldu l-għadu!

U ftakru li Alla magħna!”

‘Mma llejla differenti

U niġri niġri bqajt

Għax fhimt li t-tmiem hawn qiegħed

Għax qiegħed f’dan li rajt ....

U ġrew u jien ġrejt magħhom

ma nafx eżatt ‘il fej’....

kien għadu bilkemm sebaħ

u hawn mhu nara xej’!

“Għinuni!” smajtu jgħajjat

lil kavallier bid-dmugħ

li f’sidru kellu vleġġa

u waqa’ fl-art muġugħ ...

‘Mma ġrejt fit-toroq dojoq

biex nara nsibx il-kenn ....

għax “Waslu! Waslu! Waslu!”

L-għajjat, il-biki, l-ġenn ...

“Għinuni!” smajtha tgħajjat

il-mara b’rasha ‘l fuq

li f’idha kellha r-raġel

iħares ċass mitluq ...

In-nisa kollha jibku

lit-tfal jgħannqu bil-qalb ....

ix-xjuħ jippruvaw jiġru

bla nifs igemgmu t-talb .....

“Għinuni!” smajtu jgħajjat

it-tifel f’idu jżomm

lil oħtu ċkejkna, tixher,

għalxejn ifittxu ‘l omm.

L-irġiel kollha mbikkma

għax jafu x’inhu ġej....

Għax jafu li ħajjithom

minn issa ġiet fix-xej’ ....

“Għinuni!” t-talba tagħhom ...

“Għinuni!” bkew ilkoll ...

“Għinuni!” tennew kollha ....

“Għinuni!” tlabt ukoll

U bdew ifeġġu l-balal

bħal kwiekeb kbar tan-nar....

Il-kwiekeb o il-kwiekeb

kemm dehru sbieħ mas-swar ...

Lill-anġli kbar tas-sema

Biex ma nibqax beżgħan

U nqum u mmexxi l-poplu

Għax jien tiegħu Sultan! David Agius Muscat

Page 36: Kalejdoskopju 6 1 Kelb u Qattusa - The Happy School...Il-kartolina għoġbitni ħafna u rajt il-firem kollha ta’ sħabna tal-klassi. Għid lil Kurt li sieqek għandha l-ie u mhux

Kalejdoskopju 6

36 Alison Portelli LSE 2 Maltese Adaptations

Agħmel sinjal taħt il-kelma t-tajba

1. Il-poeta qiegħed jitkellem fuq (il-Milied, l-Għid, l-Assedju l-Kbir).

2. Għadu bilkemm sebaħ jiġifieri għadu (tard ħafna, kmieni ħafna).

3. It- toroq kienu (twal,qosra, dojoq).

4. Xħin wasal l-għadu kulħadd beda (jibki u jgħajjat,

jidħak u jiżfen).

5. Il-kavallier kien qiegħed (jidħak, jibki) u f’sidru kellu

sikkina, vleġġa).

6. Il-mara b’rasha ‘l fuq kienett qiegħda żżomm (lit-tifel, lit-tifla, lir-

raġel) tagħha f’idha.

7. It-tifel u t-tifla kienu qiegħdin jfittxu lil (ommhom, missierhom).

8. Imbikkma jfisser (ferħana, maħsuda, morda).

9. Kelma oħra għall-kwiekeb hija (stilel, xemx, qamar).

10. Tixher tfisser (twerżaq, tidħak, tkanta).

11. Tennew tfisser (reġgħu qalu, qalu, għajtu).

12. Beżgħan tfisser (mwerwer, kuraġġuż, għajjien).

Page 37: Kalejdoskopju 6 1 Kelb u Qattusa - The Happy School...Il-kartolina għoġbitni ħafna u rajt il-firem kollha ta’ sħabna tal-klassi. Għid lil Kurt li sieqek għandha l-ie u mhux

Kalejdoskopju 6

37 Alison Portelli LSE 2 Maltese Adaptations

18 Is-sultana s-Sewda

Darba kien hemm sultan li kellu tliet uliedu subien.

Is-sultan marad u kien qed imut. Għajjat lil-uliedu u qalilhom li għandhom ġid

u saltna kbira u li kienu kapaċi jirbħu kull għadu. Imma qalilhom biex jibżgħu

mis-Sultana Arapuxka li kienet tissejjaħ ukollis-Sultanna s-Sewda, għax

ħadd qatt ma rebħilha. (par.1)

Meta miet is-Sultan, it-tifel il-kbir tiegħu ma tax każ il-parir ta’ missieru u

mar ifittex lis-Sultana s-Sewda. Wara erbgħin jum mixi, hu u l-armata

tiegħu waslu f’palazz sabiħ bil-pilastri tad-deheb. Daħlu ġewwa u ma sabu lil

ħadd. Kien hemm ħafna urni tad-deheb mimlijin bl-inbid u bdew jixorbu sa

xħin sikru. Wara marru raqdu ġo għalqa. (par 2).

Bil-lejl dehret ittir mara sabiħa liebsa l-iswed u f’idejha kellha ximitarra

tal-fidda. Kienet is-sultana s-sewda u din xejret ix-ximitarra. L-armata u t-

tifel tas-sultan ibbiesu u f’sekonda qatgħet l-irjus ta’ kulħadd. (par.3)

Wara sena mar it-tifel tan-nofs biex jiġġieled mas-Sultana, u bħal ħuh ħa l-

armata tiegħu biex jiġġildilha. Sfortunatament ġralu bħal ħuh u spiċċa

maqtul mis-Sultana s-Sewda. (par.4)

Issa it-tifel iż-żgħir kien baqa’ u meta laħaq sultan, dan għamel l-istess bħal

ħutu imma hu ma xorobx mill-inbid u staħba meta ġiet is-Sultana. Baqa’ jiġri

warajha u ltaqa’ ma’ alwetta xiħa imma maġika, li biddlet lir-raġel f’dubbiena.

L-alwetta rikbitu u ħaditu fejn kienet tgħix s-Sultana. L-alwetta qaltlu li l-

maġija tas-Sultana tinstab fix-ximitarra. Xħin waslu reġa nbidel f’raġel u

daħal fil-palazz żgħir li kellha, moħbi qalb is-siġar. (par.5)

Huwa ra lis-Sultana rieqda bix-ximitarra ħdejha. Bil-mod qabad ix-ximitarra

u mar jaħbiha. Wara daħal jittawwal lis-Sultana u biesha fuq xofftejha. Dak

il-ħin waqgħet taħt is-seħer tas-Sultan. Wara ftit iżżewġu u s-Sultana s-

Sewda ma baqgħetx kattiva iżda nbidlet f’Sultana qalbha tajba. (par.6)

Mario Azzopardi- Is-Sultana s-Sewda

Page 38: Kalejdoskopju 6 1 Kelb u Qattusa - The Happy School...Il-kartolina għoġbitni ħafna u rajt il-firem kollha ta’ sħabna tal-klassi. Għid lil Kurt li sieqek għandha l-ie u mhux

Kalejdoskopju 6

38 Alison Portelli LSE 2 Maltese Adaptations

Agħmel sinjal taħt il-kelma t-tajba u imla l-vojt

1. Is-sultan kellu (żewġ, tliet, ħames) subien. (par.1)

2. Is-Sultana s-Sewda kien jisimha A________________. (par.1)

3. Meta laħaq Sultan, it-tifel il-kbir mar i________________ lis-

Sultana s-Sewda. (par 2).

4. It-tifel il-kbir u l-armata tiegħu damu mexjin (ħamsin, erbgħin)

jum meta waslu ħdejn palazz. (par 2).

5. Il-palazz kellu l-pilastri (tad-deheb, tal-fidda, tar-ram). (par 2).

6. Is- Sultana kienet mara (sabiħa, kerha).

7. Bil-lejl ġiet is-Sultana s-Sewda u lis-Sultan u l-armata tiegħu

(qatgħetilhom rashom, sparatilhom, sajjrithom). (par 3).

8. Is-Sultan tan-nofs (ġralu,ma ġralux) bħal ħuh il-kbir. (par 4).

9. Is-Sultan iż-żgħir (xorob, ma xorobx) inbid. (par 5).

10. L-alwetta =tip ta’ għasfur kienet (xiħa, żgħira, kattiva). (par 5).

11. Is-Sultan mar _________ ix-ximitarra tas-Sultana s-Sewda.(par 6)

12. Is-Sultana waqgħet taħt is-seħer tas-Sultan u wara ftit

_______________. (par 6)

Page 39: Kalejdoskopju 6 1 Kelb u Qattusa - The Happy School...Il-kartolina għoġbitni ħafna u rajt il-firem kollha ta’ sħabna tal-klassi. Għid lil Kurt li sieqek għandha l-ie u mhux

Kalejdoskopju 6

39 Alison Portelli LSE 2 Maltese Adaptations

19 Id-Dubbiena

Id-dubbien huwa insett li jdejjaq lil kulħadd. Id-dubbien jgħix fil-ħmieġ

u jġorr ħafna mikrobi u mard. Iżda mhux id-dubbien kollu huwa ħażin.

Hawn ħafna tipi ta’ dubbien li ma jagħmilx ħsara jew iġorr il-mard imma

jagħmel ħafna ġid. Fid-dinja hemm aktar minn 8,000 speċi ta’ dubbiena,

min rari u min komuni. (par.1)

Hemm razza ta’ dubbien li jixbah ħafna lin-naħal u ż-żunżan. Dan ix-

xebh jgħin lid-dubbien biex ma jittikilx mill-annimali li jieklu l-insetti,

bħall-għasafar peress li dawn is-soltu iħallu lin-naħal u ż-żunżan għax

jibżgħu li jlaqqtu xi xewka. Dan id-dubbien iżur il-fjuri u jgħin biex

idakkarhom. (par.2)

Il-ġisem tad-dubbien huwa maqsum fi tliet partijiet bħal ta’ insetti

oħra, iżda l-ġwienaħ ta’ wara huma żgħar ħafna u ma tantx jidhru. Dawn

jużawhom biex iżommu l-bilanċ waqt li jkun qed itir. (par.3)

Id-daqs tad-dubbien ukoll ivarja ħafna. L-iżgħar dubbien bilkemm

jidher u l-ikbar dubbiena fiha aktar minn tmien ċentimetri. (par.4)

Il-parti kbira tad-dubbien ibid fi pjanti u annimali li jkunu mejta.

Oħrajn ibidu fuq jew ġo annimali ħajjin waqt li oħrajn jħallu l-bajd

tagħhom fl-ilma jew fil-frott. (par.5)

Għalkemm id-dubbien iġorr il- mard, jagħmel il-ġid ukoll għax li kieku

ma jkunx hawn id-dubbien, il-ħmieġ jibqa’ aktar magħna. Id-dubbien

jgħix fil-ħmieġ tagħna u jgħin biex ifarrku u jispiċċa malajr. (par.6)

Paul Portelli- Sagħtar

Page 40: Kalejdoskopju 6 1 Kelb u Qattusa - The Happy School...Il-kartolina għoġbitni ħafna u rajt il-firem kollha ta’ sħabna tal-klassi. Għid lil Kurt li sieqek għandha l-ie u mhux

Kalejdoskopju 6

40 Alison Portelli LSE 2 Maltese Adaptations

Minn paragrafu 1 agħżel 2 verbi (verb=azzjoni

tiekol)

1)___________________ 2) ______________________

Minn paragrafu 2 agħżel 4 nomi komuni (post,annimal,oġġett,nies)

Eż: raħal, knisja, kelb, siġġu, omm

1)___________________ 2) ______________________

3)___________________ 4) ______________________

Ikteb Veru jew Falz

1 Id-dubbien mhux insett li jdejjaq lil kulħadd. (par.1)

2 Mhux id-dubbien kollu huwa ħażin. (par.1)

3 Hawn ħafna tipi ta’ dubbien li ma jagħmlux ħsara. (par.1)

4 Hemm dubbien li jixbah lin-naħal u ż-żunżan. (par.2)

5 Il-ġisem tad-dubbien huwa maqsum f’ħames

partijiet. (par.3)

6 L-ikbar dubbiena fiha sitt ċentimetri. (par.4)

7 Id-dubbien ibid fuq il-pjanti biss. (par.5)

8 Id-dubbiena għandha il-ġwienaħ ta’ wara li huma

żgħar ħafna u tużahom biex iżżomm il-bilanċ. (par.3)

9 Hemm xi dubbien li jżur il-fjuri u jgħin biex

idakkarhom. (par.2)

10 Id-dubbien ma jġorrx mard. (par.6)

11 Id-dubbien jgħix fil-ħmieġ tagħna. (par.6)

Page 41: Kalejdoskopju 6 1 Kelb u Qattusa - The Happy School...Il-kartolina għoġbitni ħafna u rajt il-firem kollha ta’ sħabna tal-klassi. Għid lil Kurt li sieqek għandha l-ie u mhux

Kalejdoskopju 6

41 Alison Portelli LSE 2 Maltese Adaptations

20 It-togħma Ħelwa tal-Kummerċ Gust Kitba ta’ Rijayatu Razak (imma kulħadd jgħajjatli Rija)

Ommi u missieri jkabbru l-kawkaw. It-trab tal-kawkaw

jintuża għaċ-ċikkulata. Aħna ngħixu ġo raħal ċkejken fil-

Gana, pajjiż fil-Punent tal-Afrika. Il-Gana hija t-tieni l-

ikbar produttur tal-kawkaw fid-dinja. (par.1)

Meta kont għadni żgħira missieri daħal fil-Kuapa Kokoo

koperattiva tal-bdiewa Ganjani. Permess ta’ din il-koperattiva ommi u

missieri jitħallsu kif suppost u mhux bi ftit flus. (par.2)

Qabel ma daħal f’din il-koperattiva, missieri kien ibati ħafna u ma jaqlax

il-flus li ħaqqu. Miegħu konna nbatu ħafna aħna u jien kien ikolli nqum

kmieni ħafna biex immur nimxi xi ħames kilometri biex inġib barmil

ilma.Mbagħad kont ngħin fix-xogħol tad-dar u wara mmur l-iskola fejn

kont inlaqqat xi kastig għax nkun tard. Imma issa peress li missieri

jitħallas fil-ħin, ħaffer bir u m’għadnix immur għall-ilma. (par.3)

Issa immur l-iskola u nixtieq niba’ nitgħallem u nsir xjentista. Missieri

jibza’ li l-ispejjeż jkunu ħafna u ma jridx li nkompli, imma ommi tagħmilli

l-kuraġġ biex nibqa’ nistudja. (par.4)

Bis-saħħa tal- Kummerċ Ġust il-ħajja ta’ ħafna bdiewa tal-Afrika u tal-

familji tagħhom marret għall aħjar. Fejn qabel kumpaniji taċ-ċikkulata

kienu jsiru sinjuri u l-bidwi jaħdem u jaqla’ ftit flus, bis-saħħa tal-

Kummerċ Ġust, il-bdiewa jaqilgħu dak li jkun ħaqqhom. (par.5)

Għalhekk meta tmorru tixtru għażlu l-prodotti tal-Kummerċ Ġust (Fair

Trade) u b’hekk tkunu tgħinu biex issir il-ġustizzja mal-bdiewa tal-

Afrika. (par.6) Adrian Grima

Page 42: Kalejdoskopju 6 1 Kelb u Qattusa - The Happy School...Il-kartolina għoġbitni ħafna u rajt il-firem kollha ta’ sħabna tal-klassi. Għid lil Kurt li sieqek għandha l-ie u mhux

Kalejdoskopju 6

42 Alison Portelli LSE 2 Maltese Adaptations

Agħmel sinjal taħt il-kelma t-tajba u imla l-vojt

1. It-tifla li qiegħda titkellem jisimha R___________________. (par.6)

2. Ommha u missierha jkabbru l-__________________. (par.1)

3. Rija tgħix ġo raħal ċkejken fil- ______________. (par.1)

4. Meta kienet (kbira, żgħira) missierha daħal fil-Kuapo Kokoo li hija

koperattiva tal- (mastrudaxxi, ħajjata, bdiewa) Ganjani. (par.2)

5. Qabel ma daħal fil-koperattiva, missier Rija (kien, ma kienx) ibati

ħafna u ma kienx jieħu l- (flus, prosit) li ħaqqu. (par.3)

6. Rija kienet timxi (għaxar, ħames, sitt) kilometri għall-ilma. (par.3)

7. Rija ma baqgħetx tmur għall-ilma għax missierha ħaffer

__________. (par.3)

8. Rija tixtieq issir _________________ meta tikber. (par.4)

9. Bis-saħħa tal- Kummerċ Gust, il-ħajja ta’ ħafna bdiewa tal-Afrika u

tal-familji tagħhom ________________ għall- (agħar, aħjar). (par.5)

10. Ikteb żewġ nomi Proprji: ______________, ________________

11. Ikteb żewġ verbi: __________________, _________________

12. Ikteb żewġ nomi komuni: ________________, ______________

Page 43: Kalejdoskopju 6 1 Kelb u Qattusa - The Happy School...Il-kartolina għoġbitni ħafna u rajt il-firem kollha ta’ sħabna tal-klassi. Għid lil Kurt li sieqek għandha l-ie u mhux

Kalejdoskopju 6

43 Alison Portelli LSE 2 Maltese Adaptations