20
IZ-ZOKK MORFEMIKU FIL-MALTI MANWEL MIFSUD

IZ-ZOKK - · PDF fileIz-Zokk morfemiku –x’inhu? L-isem li jintuża jindika li m’hawnx idea ċara wisq dwaru. Fil-fatt, kulma jagħmel sens (ħoss= tifsira) fil-lingwa hu

  • Upload
    lydien

  • View
    472

  • Download
    13

Embed Size (px)

Citation preview

Page 1: IZ-ZOKK -   · PDF fileIz-Zokk morfemiku –x’inhu? L-isem li jintuża jindika li m’hawnx idea ċara wisq dwaru. Fil-fatt, kulma jagħmel sens (ħoss= tifsira) fil-lingwa hu

IZ-ZOKKMORFEMIKU

FIL-MALTI

MANWEL MIFSUD

Page 2: IZ-ZOKK -   · PDF fileIz-Zokk morfemiku –x’inhu? L-isem li jintuża jindika li m’hawnx idea ċara wisq dwaru. Fil-fatt, kulma jagħmel sens (ħoss= tifsira) fil-lingwa hu

Iz-Zokk morfemiku – x’inhu?

L-isem li jintuża jindikali m’hawnx idea ċara wisq dwaru.

Fil-fatt, kulma jagħmel sens (ħoss = tifsira) fil-lingwa hu morfemiku.

L-Għerq morfemiku... Iz-Zokk morfemiku...... mela aħjar: Għerq/Għeruq u Zokk/Zkuk.---------------

Dan stħarriġ li għadu għaddej.Ftit fehmiet personali tiegħi.Biex tibda d-diskussjoni...

Page 3: IZ-ZOKK -   · PDF fileIz-Zokk morfemiku –x’inhu? L-isem li jintuża jindika li m’hawnx idea ċara wisq dwaru. Fil-fatt, kulma jagħmel sens (ħoss= tifsira) fil-lingwa hu

Il-Malti lingwa waħda mħallta mhux 2 volumi mifrudin)

u rridu nippreżentawh SĦIĦ

Bażi Semitika stabbilita...

u r-Rumanz iddepożita fih ftit ftit

Żviluppat lingwa bi grammatika mħallta.

Fil-klassi, iktar ma nqarrbu ż-żewġ sistemi lejn xulxin, iktar aħjar. Iktar jifhmu li hi lingwawaħda.

Nuru kemm hemm unità fid-diversità.

Page 4: IZ-ZOKK -   · PDF fileIz-Zokk morfemiku –x’inhu? L-isem li jintuża jindika li m’hawnx idea ċara wisq dwaru. Fil-fatt, kulma jagħmel sens (ħoss= tifsira) fil-lingwa hu

KIF JITWASSAL IT-TIFSIR FIL-MALTI

TIFSIRA

BAŻIKA

TIFSIRA

RFINATAEŻEMPJU

INTERDIĠITAT GĦERQ FORMA MS ħaddiem

KONKATENATTIV ZOKK AFFISSIMS triq atMR gandlier i

Mela l-Malti-Rumanz (MR) jaħdem biz-Zokk/Affissi biss,imma l-Malti-Semitiku (MS) jaħdem kemm bl-Għerq/Forma

kif ukoll biz-Zokk/Affissi…u ġieli bit-tnejn f’kelma waħda (eż. ħaddiem|a)

Page 5: IZ-ZOKK -   · PDF fileIz-Zokk morfemiku –x’inhu? L-isem li jintuża jindika li m’hawnx idea ċara wisq dwaru. Fil-fatt, kulma jagħmel sens (ħoss= tifsira) fil-lingwa hu

DAWK LI JAQBŻU L-FRUNTIERI

Kultant, l-aktar dari, Zokk ta’ nisel Rumanz sar Għerq:Tal. serpe > MR [serp] > sriep pl., serrep2 √SRPTal. guercio > MR [werċ] > wireċ pl., werreċ2, twerreċ5 √WRĊIng. fire > MI fajjar2, tfajjar5, fajjara n.aġ. √FJR

Jew kontra, kelma MS qagħdet bħala Zokk għal affiss Rum.:MS [xemx] + MR –āta = xemx-ataMS [emmen] + MR –ūt = emmn-utMS [tellagħ] + MR –ār = tell-ar

Għandna anke kliem Malti b’Zokk MI u affissi MR:MI [fotokopj] + MR –āt = fotokopj-atMI [park] + MR –ār = ppark-jar

Page 6: IZ-ZOKK -   · PDF fileIz-Zokk morfemiku –x’inhu? L-isem li jintuża jindika li m’hawnx idea ċara wisq dwaru. Fil-fatt, kulma jagħmel sens (ħoss= tifsira) fil-lingwa hu

HEMM UKOLL DAWK B’ĊITTADINANZA DOPPJA

bat- (bat-ut) BTJ (bata3, tbatijanv)

firm- (firm-a, firm-atarju, iffirm-aw) FRM (firempl)

kaxx- (kaxx-i, kexx-un) KXX (kaxexpl)

baxx- (baxx-i, baxx-ut) BXX (baxxa2, tbaxxa5, tbaxxijanv )

Page 7: IZ-ZOKK -   · PDF fileIz-Zokk morfemiku –x’inhu? L-isem li jintuża jindika li m’hawnx idea ċara wisq dwaru. Fil-fatt, kulma jagħmel sens (ħoss= tifsira) fil-lingwa hu

Imqabbel mal-Għerq, iz-Zokk ngħidu li huwa stabbli,

li ma jinbidilx... Imma dan mhux eżatt.

FIEX JINBIDEL IZ-ZOKK?

1. BIDLA FIL-KWALITÀ TAL-VOKALI

• bidla fit-timbru tal-vokali biss, l-aktar minħabba l-aċċent

eż. [not]~[nut] (innutajt, notament, nutar)

[ubbid]~[obbed] (ubbidjenza, obbedjenza)

Page 8: IZ-ZOKK -   · PDF fileIz-Zokk morfemiku –x’inhu? L-isem li jintuża jindika li m’hawnx idea ċara wisq dwaru. Fil-fatt, kulma jagħmel sens (ħoss= tifsira) fil-lingwa hu

2. BIDLA FIL-KWANTITÀ (TNAQQIS) TA’ VOKALI

iz-Zokk jikkompressa... bħall-kompjuter meta jimtela

meta żżid l-affissi, jista’ joħloq forma mqassra tiegħu

din tissejjaħ allomorf taz-zokk (i.e. varjant taz-zokk)

vokali qasira tista’ taqa’, vokali twila tista’ tiqsar

eż. [emmen] ~ [emmn] (emmen, emmn-et, emmn-ut)

[ċied]~[ċed] (ċied-a, ċed-iment)

[raffin]~[rfīn], [popol]~[popl],

[manten]~[mantn]

Page 9: IZ-ZOKK -   · PDF fileIz-Zokk morfemiku –x’inhu? L-isem li jintuża jindika li m’hawnx idea ċara wisq dwaru. Fil-fatt, kulma jagħmel sens (ħoss= tifsira) fil-lingwa hu

Din ħaġa li kienet issir anke fl-element Semitiku:Eż. nieżel + -in > niżl-in

nieda / nedieha / nedihielha / nedihilhiex

B’dan il-mod il-Malti kien ħeles ukoll minn ħafnażdruċċjoli (kliem b’aċċent fuq it-tielet sillaba mit-tarf).

eż. Tal. manico > M. mankuumido > umdutavola > tavlaamido > lamturegola > riegla

Page 10: IZ-ZOKK -   · PDF fileIz-Zokk morfemiku –x’inhu? L-isem li jintuża jindika li m’hawnx idea ċara wisq dwaru. Fil-fatt, kulma jagħmel sens (ħoss= tifsira) fil-lingwa hu

3. BIL-BIDLA INTERNA FIL-KONSONANTI

Fit-Taljan hemm numru ġmielu ta’ verbi irregolari

(l-aktar tat-tieni konjugazzjoni) b’2/3 zkuk differenti.

Dawn aktarx jidħlu fil-Malti bl-eċċezzjonijiet tagħhom –allomorfijiet taz-zokk

li mhux dejjem faċli li tagħrafhom ċar.

eż.

[pretend]~[pretens], [divid]~[diviż], [splod]~[spluż], [perswad]~[persważ], [preved]~[previż][assum]~[assunz]~[assunt], [inkwatr]~[inkwadr][pinġ]~[pittur], [distingw]~[distint]~[distinz][derieġ]~[diret], [proteġ]~[protet]~[protezz][rispond]~[rispost], [konfond]~[konfuż][traduċ]~[tradott], [propon]~[propost][opprim]~[oppress], [kommett]~[kommess][magn]~[makkin], [predik]~[prietk]

Page 11: IZ-ZOKK -   · PDF fileIz-Zokk morfemiku –x’inhu? L-isem li jintuża jindika li m’hawnx idea ċara wisq dwaru. Fil-fatt, kulma jagħmel sens (ħoss= tifsira) fil-lingwa hu

Fil-Malti għandna tendenza nevitaw l-allomorfijiet tat-Taljan,nagħmluhom REGOLARI.

eż. [koreġut] flok [korrett] (Tal. corretto)[imponut] flok [impost] [offrut] flok [offert][konfondut] flok [konfuż] [pinġut] flok *[pint] (Tal. pinto)

Minn fejn ġejja dit-tendenza?

1. Fit-Taljan Std. diġà hemm ċerta libertà (eż. visto/veduto,

perso/perduto, reso/renduto, eċċ.).

2. Fid-djaletti tal-Italja tas-Sud – mnejn ġie l-element Rum.

tagħna – il-forom regolari huma mifruxa ħafna (eż. Napli

lietto/leggiuto, scritto/scrivuto).

3. Fl-ambjent monolingwistiku Malti, aktarx li wieħed jippreferi

r-regolarità – dan seta’ kien punt ta’ distinzjoni

soċjolingwistika.

Page 12: IZ-ZOKK -   · PDF fileIz-Zokk morfemiku –x’inhu? L-isem li jintuża jindika li m’hawnx idea ċara wisq dwaru. Fil-fatt, kulma jagħmel sens (ħoss= tifsira) fil-lingwa hu

KIF NISTA’ NSIB IZ-ZOKK TA’ KELMA?

— PRATTIKAMENT BĦALMA NSIB L-GĦERQ...

Noħroġ ħafna kliem bl-istess zokk.

Nara liema parti minn dan il-kliem hija komuni bejniethom.

ikkalmat, kalmanti, jikkalmaw, kalmi ...

Mela z-zokk huwa kalm.

importatur, importat, jimporta, importazzjoni ...

Mela z-zokk huwa import.

Attenti għall-infiss ixx (ippreferixxa), is-suffiss izza (ipprofetizza), eċċ.

Page 13: IZ-ZOKK -   · PDF fileIz-Zokk morfemiku –x’inhu? L-isem li jintuża jindika li m’hawnx idea ċara wisq dwaru. Fil-fatt, kulma jagħmel sens (ħoss= tifsira) fil-lingwa hu

IT-TRIQ MHIX KOLLHA WARD U ŻAHAR...

Dawn huma wħud mid-diffikultajiet:

1. Il-Ġeminazzjoni – it-tennija tal-ewwel kons. taz-Zokk

2. Bejn it-Taljan u l-Ingliż

3. Il-j f’tarf il-kliem ta’ nisel Ingliż

4. Iz-Zkuk li jikbru...

5. Iz-Zokk mill-Ingliż – b’waħda jew bi tnejn?

Page 14: IZ-ZOKK -   · PDF fileIz-Zokk morfemiku –x’inhu? L-isem li jintuża jindika li m’hawnx idea ċara wisq dwaru. Fil-fatt, kulma jagħmel sens (ħoss= tifsira) fil-lingwa hu

1. IL-ĠEMINAZZJONI

ippretendiet, jippretendi, pretensjoni, pretendent

jikkaġuna, kaġun

- mhix komuni għall-forom kollha

- mela tista’ ma titqiesx parti miz-Zokk

- il-forom nomin./aġġ. aktarx mingħajrha

- l-influwenza tal-Ingliż kontriha wkoll

- mela z-Zokk jiġi:

[pretend ~ pretens], [kaġun]

Page 15: IZ-ZOKK -   · PDF fileIz-Zokk morfemiku –x’inhu? L-isem li jintuża jindika li m’hawnx idea ċara wisq dwaru. Fil-fatt, kulma jagħmel sens (ħoss= tifsira) fil-lingwa hu

2. BEJN IT-TALJAN U L-INGLIŻ

telefoniku, telefonija, telefon, ittelefona, telefonist- imma telefown telefon/telefown?

psikologu, psikoloġija- imma sajkoloġist, sikologu psikolog/psikoloġ/sikolog/sajkolog?

strumentali, jistrumentalizza, strument (sturment?)- imma instrument strument/instrument?

mostruż, mostrożità, mostru- imma monstru mostr/monstr?

dissettur, jiddissetta, dissett , dissezzjoni- imma jiddissektja dissett/dissekt?

Page 16: IZ-ZOKK -   · PDF fileIz-Zokk morfemiku –x’inhu? L-isem li jintuża jindika li m’hawnx idea ċara wisq dwaru. Fil-fatt, kulma jagħmel sens (ħoss= tifsira) fil-lingwa hu

3. IL-J F’TARF IL-VERBI MILL-INGLIŻ

MI: ipparkja, ixxuttja, ippanċja, ibbumbardja, iċċettja, iggugilja, iċċalinġjaMR: iċċattja, ittondja, ippostja, ibbottja

• park/park-eġġ• xutt-ijiet• bumbard-ament• Google• tefagħlu ċalinġ• ċatt• tond• post• botta

Infiss li jidher biss fil-verb u l-partijiet tiegħu (pp, nv).Mela m’għandux jitqies parti miz-Zokk.

Page 17: IZ-ZOKK -   · PDF fileIz-Zokk morfemiku –x’inhu? L-isem li jintuża jindika li m’hawnx idea ċara wisq dwaru. Fil-fatt, kulma jagħmel sens (ħoss= tifsira) fil-lingwa hu

4. IZ-ZKUK LI JIKBRU...

edukazzjoni- darba: e-duk-azzjoni- illum: eduk-azzjoni

televiżjoni- darba: tele-viż-joni- illum: televiż-joni

ortografija, fotografija, fotokopja....Il-komposti Ingliżi: cupboard / kabort ?skyscraper, fulltime, showroom, toothpaste, windscreen, grapefruit, shutdown, handbrake......

Jekk il-partijiet m’għadhomx preżenti f’moħħ il-kelliem tista’ tqisu Zokk wieħed. Aċċetta l-familja l-ġdida.

Page 18: IZ-ZOKK -   · PDF fileIz-Zokk morfemiku –x’inhu? L-isem li jintuża jindika li m’hawnx idea ċara wisq dwaru. Fil-fatt, kulma jagħmel sens (ħoss= tifsira) fil-lingwa hu

5. IZ-ZOKK MILL-INGLIŻ: -KK JEW –K ?

• friġġ, friġġ-ijiet, friġis• jiffittja, fiter• jibbażżja, bażer• jikkanvassja, kanvaser• ppuxxja, puxer• nibbaġittjaw, baġit• baċċ/baċċijiet, beġġ/beġis• timmaniġġja, maniġer, immaniġġjar

Liema Zokk jista’ jirrappreżentahom b’mod xieraq?

Kwistjoni marbuta mal-kitba tal-kliem Ingliż li daħal fil-Malti, li hija deċiżjoni pendenti.

[friġġ] jew [friġ]jew forsi [friġġ]~[friġ] ?

Page 19: IZ-ZOKK -   · PDF fileIz-Zokk morfemiku –x’inhu? L-isem li jintuża jindika li m’hawnx idea ċara wisq dwaru. Fil-fatt, kulma jagħmel sens (ħoss= tifsira) fil-lingwa hu

MILL-KARTA TAL-MATSEC 2000-2010

Liema hu z-zokk morfemiku tal-verb jirraġuna?Nissel verb min-nom riklam.Nissel nom ieħor minn kontribut.Nissel nom minn jiddetermina.Nissel aġġettiv minn indifferenza.Ikteb nom minn sinċiera.Ikteb aġġettiv minn fantasija.Minn liema nom hu mnissel il-verb napprofittaw?Oħroġ nom minn artifiċjali.Oħroġ nom minn ippretendejna.Oħroġ verb minn kuntradizzjoni.Oħroġ verb minn xalata.Agħti l-mamma ta’ rnexxilekx.Oħroġ aġġettiv min-nom immaġinazzjoni.Nissel verb mill-kelma riżultat.Nissel aġġettiv minn żbalja.Sawwar nom ieħor minn telefown.Minn liema nom tnisslet il-kelma iffullata?Oħroġ nom minn egoistiku.Nissel verb minn oppożizzjoni.Nissel aġġettiv mill-verb tbati.Nissel verb mill-kelma sodisfazzjon.Nissel nom mill-verb jissuġġerixxi.Nissel aġġettiv minn uffiċċju.

Page 20: IZ-ZOKK -   · PDF fileIz-Zokk morfemiku –x’inhu? L-isem li jintuża jindika li m’hawnx idea ċara wisq dwaru. Fil-fatt, kulma jagħmel sens (ħoss= tifsira) fil-lingwa hu

KELMA LILL-GĦALLIEMA

Fil-ħajja kulħadd jixtieq ikollu tweġiba ċara, soluzzjoni infallibbli, għal kull mistoqsija tiegħu.

U l-għalliema mhux inqas, għax jixtiequ jagħtu struzzjonijiet ċari, direttivi impekkabbli,

lill-istudenti tagħhom. Jaħsbu li dan jeħtieġu...

Imma d-dinja, il-ħajja u l-lingwa qegħdin jinbidlu kull ħin u taħt għajnejna. L-istudenti tagħna

tal-lum tixirqilhom tweġiba differenti minn dik li tajna lil tal-bieraħ.

Għalhekk, aħna għalliema tajbin daqskemm għadna studenti tajbin... nies li, minkejja s-snin,

il-karriera u l-pożizzjoni, nibqgħu msaħħrin bħat-tfal – u mat-tfal – wara lsienna, nibqgħu

nistudjaw l-iżvilupp tiegħu, nistennew ħerqana ħa naraw biex se joħroġ kull filgħodu...

Ma nobogħduhx minħabba l-bidla tiegħu. Ma nħobbuhx minkejja l-bidla. Inħobbuh sewwasew

għaliex huwa ħaj, għaliex jiċċaqlaq, jinbidel, u kull rebbiegħa jarmi friegħi friski, forom mhux

magħrufa, sfidi ġodda.

L-istudenti tagħna ma jridux mingħandna tweġibiet infallibbli, mudelli immutabbli, xenarji

statiċi. Ġa jafu li dawk giddieba. Iriduna nirrakkontawlhom l-istorja ta’ bidla li ġarrabna aħna

tul għomorna, bin-newbiet imprevedibbli tagħha. Iriduna tfal magħhom quddiem is-seħer tal-

ħajja...

Għax il-ħajjin jiċċaqalqu. manwel