16
it-tieni sena ta’ ħidma għad-drittijiet tiegħek fl-ewropa 2015 / 2016 THERESE COMODINI CACHIA membru tal-parlament ewropew

It-tieni sena ta' ħidma fil-Parlament Ewropew - Therese Comodini Cachia

Embed Size (px)

DESCRIPTION

 

Citation preview

Page 1: It-tieni sena ta' ħidma fil-Parlament Ewropew - Therese Comodini Cachia

it-tieni sena ta’ ħidmagħad-drittijiet tiegħek fl-ewropa

2015 / 2016

THERESE COMODINI CACHIAmembru tal-parlament ewropew

Page 2: It-tieni sena ta' ħidma fil-Parlament Ewropew - Therese Comodini Cachia

Permezz tal-ħidma tiegħi elenkata f’dan il-fuljett:

• żgħażagħ, studenti u membri ta’ għaqdiet sportivi jew tal-banda għandhom aktar opportunitajiet biex igawdu esperjenza ta’ mobilità fejn jistgħu jqattgħu żmien barra minn Malta;

• studenti f’taħriġ vokazzjonali, bħal dak mogħti fl-MCAST, jingħataw opportunità ta’ mobilità biex jesperjenzaw taħriġ barra minn Malta;

• persuni bid-dijabete jgawdu minn strutturi preventivi aktar effiċjenti u kura aktar dinjituża permezz ta’ investiment akbar mill-Unjoni Ewropea;

• kull min iħallas għal servizz onlajn f’pajjiżu u li anke jista’ jintuża fuq mowbajl jew tablet jista’ jibqa’ jgawdi aċċess għal dak is-servizz meta jsiefer f’pajjiż Ewropew ieħor, sew jekk dak is-servizz huwa wieħed ta’ logħob, ta’ sport, films, mużika jew xi servizz awdjoviżiv ieħor;

• awturi u pubblikaturi, inkluż dawk Maltin, jibqgħu jgawdu protezzjoni tad-drittijiet tagħhom b’liġi li tapplika wkoll fid-dinja diġitali u huma jkunu jistgħu jgawdu wkoll minn opportunitajiet diġitali;

INIZJATTIVI

• persuni b’diżabilità jgawdu d-drittijiet tagħhom kif protetti fil-Konvenzjoni Internazzjonali dwar id-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità b’mod aktar effettiv permezz ta’ azzjoni tal-Unjoni Ewropea;

• persuni vulnerabbli b’interessi jew assi f’aktar minn pajjiż wieħed tal-Unjoni Ewropea jiġu protetti minn abbużi jew differenzi fil-liġ jiet tal-pajjiżi;

• ġurnalisti u sportivi Maltin ingħataw l-opportunità ta’ networking ma’ msieħba Ewropej u jsiru jafu aktar dwar opportunitajiet ta’ fondi;

• il-kawżi tal-immigrazzjoni jiġu ndirizzati fil-pajjiżi terzi b’għajnuna mill-Unjoni Ewropea ffukata biex tindirizza rispett lejn id-drittijiet tal-bniedem u d-dritt tal-liġi, bini ta’ governanza xierqa, faqar u nuqqas ta’ opportunitajiet u l-waqfien ta’ kunflitti;

• jitrażżan it-traffikar tal-persuni billi l-Unjoni Ewropea ssaħħaħ l-istrutturi tagħha b’tali mod li jinkludu wkoll strutturi aktar sodi fil-qsim ta’ informazzjoni dwar networks kriminali, filwaqt li l-vittmi jiġu mgħejjuna joħorġu minn din ix-xibka ta’ kriminalità;

Page 3: It-tieni sena ta' ħidma fil-Parlament Ewropew - Therese Comodini Cachia

• l-internet isir aktar aċċessibbli għal kulħadd filwaqt li dawk vulnerabbli, bħat-tfal, isibu l-protezzjoni mill-kriminalità, l-abbuż u ibbuljar fl-użu tal-internet;

• riċerkaturi Maltin ingħataw l-opportunità ta’ networking ma’ msieħba Ewropej;

• żviluppi fir-robotika u intelliġenza artifiċjali, bħal per eżempju fl-użu tar-robotika fil-mediċina, jiġu rregolati fl-aspetti etiċi u ta’ responsabbilità legali;

• l-industrija tat-Turiżmu f’Malta u Għawdex tibqa’ tissaħħaħ billi tiġi ndirizzata l-problema tal-insularità doppja li jaffaċċjaw il-gżejjer żgħar. F’dan l-aspett ippromwovejt il-potenzjal turistiku marittimu u ambjentali ta’ Għawdex fil-Parlament Ewropew;

• jinkisbu aktar ħiliet diġitali u għal dan il-għan jien inservi bħala Ambaxxatur tal-eSkills for Jobs, kampanja imnedija mill-Kummissjoni Ewropea, li tippromwovi l-ħiliet diġitali li huma meħtieġa għan-nies ta’ kull età f’dinja li qed issir dejjem aktar diġitali;

Irbaħt il-premju prestiġġ już tal-MEP tas-Sena fil-qasam tal-Governanza Korporattiva, għall-ħidma tiegħi fl-interess tal-intrapriżi żgħar u medji u l-konsumatur.

Page 4: It-tieni sena ta' ħidma fil-Parlament Ewropew - Therese Comodini Cachia

• Ressaqt dikjarazzjoni miktuba f’isem il-Parlament Ewropew li titlob lill-Kumissjoni Ewropea u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea biex id-dijabete tiġi meqjusa bħala sfida Ewropea, sabiex jiġi mħeġġeġ il-konsum u produzzjoni ta’ ikel tajjeb għas-saħħa kif ukoll li tiġi żviluppata strateġija Ewropea għall-prevenzjoni tad-dijabete.

• Assistejt riċerkaturi u intrapriżi żgħar u medji biex ikollhom għarfien akbar dwar l-opportunitajiet ta’ fondi għar-riċerka u l-proġetti tagħhom biex dawk li għandhom il-kundizzjoni tad-dijabete jingħataw kura aħjar u strutturi preventivi aktar effiċjenti.

ĦIDMA bħala President tal-Grupp ta’ Ħidma Ewropea fuq id-Dijabete

Iddiskutejt il-problemi li jaffaċjaw ir-riċerkaturi fil-qasam tad-dijabete flimkien mal-Kummissarju Ewropew għar-Riċerka, x-Xjenza u l-Innovazzjoni Carlos Moedas.

• Appellajt lil Gvern Malti sabiex id-dijabete u l-obeżità jkunu prijorità għall-Presidenza Maltija tal-Unjoni Ewropea fl-2017, liema appell ingħata widen.

Page 5: It-tieni sena ta' ħidma fil-Parlament Ewropew - Therese Comodini Cachia
Page 6: It-tieni sena ta' ħidma fil-Parlament Ewropew - Therese Comodini Cachia

Ħdimt sabiex:

• jidħlu fis-seħħ miżuri li jipproteġu informazzjoni b’valur kummerċjali u jiġu mħarsa l-interessi tar-riċerkaturi, intrapriżi żgħar u medji lokali, filwaqt li jiġu salvagwardjati d-drittijiet tal-ħaddiema fosthom id-dritt tal-mobilità minn post tax-xogħol għal ieħor;

• filwaqt li jitjib l-aċċess għall-kontenut inkluż dak onlajn, jiġu ssalvagwardjati l-interessi tal-awturi u l-pubblikaturi Maltin;

• jiġi ffaċilitat l-ġbir ta’ kreditu minn kumpaniji jew individwi meta d-debitur tkun persuna li tgħix fi stat ieħor;

• jiġu ndirizzati l-ostakli onlajn bħall-barrieri biex wieħed jixtri jew ibiegħ onlajn. Dwar dan iltqajt mal-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea inkarigat mis-suq komuni diġitali, Andrus Ansip.

ĦIDMAfil-Kumitat għall-Affarijiet Legali

Page 7: It-tieni sena ta' ħidma fil-Parlament Ewropew - Therese Comodini Cachia

Inħtart:

• fil-bord tat-tmexxija tal-Uffiċċju tal-Propjetà Intelletwali tal-Unjoni Ewropea (EUPIO) responsabbli biex ikunu ffaċilitati l-protezzjoni tal-innovazzjoni, l-invenzjonijiet u l-interess ta’ min joħloq materjal innovattiv;

• rapporteur f’isem il-grupp tal-Partit Popolari Ewropew (PPE) fuq rapport dwar il-protezzjoni ta’ adulti vulnerabbli;

• rapporteur f’isem il-grupp PPE fuq rapport dwar l-aspetti legali tar-robotika sabiex filwaqt li tiġi ffaċilitata l-ħajja tal-bniedem, jiġi żgurat li ma jkun hemm ebda ksur ta’ drittijiet.

• Irrapreżentajt lill-Kumitat għall-Affarijiet Legali fil-Forum għall-Governanza tal-Internet (IGF) fejn fost l-oħrajn ħdimt biex l-internet ikun aktar aċċessibbli kif ukoll biex l-utenti vulnerabbli bħat-tfal ikunu protetti mill-kriminalità jew ibbuljar.

• Mexxejt delegazzjoni tal-Membri Parlamentari fiċ-Ċina dwar governanza fil-business, drittijiet tal-awturi, proprjetà intelletwali, regolamenti fil-qasam tar-robotika u intelliġenza artifiċjali.

Page 8: It-tieni sena ta' ħidma fil-Parlament Ewropew - Therese Comodini Cachia
Page 9: It-tieni sena ta' ħidma fil-Parlament Ewropew - Therese Comodini Cachia
Page 10: It-tieni sena ta' ħidma fil-Parlament Ewropew - Therese Comodini Cachia

Ħdimt sabiex:

• jiġu ffaċilitati opportunitajiet ta’ mobilità għal studenti f’taħriġ vokazzjoni bħal dawk fl-MCAST, billi ressaqt proposti lir-rappreżentanti tal-Kummissjoni Ewropea;

• flimkien mal-Għaqda Ġurnalisti Sports, ġurnalisti sportivi Maltin ikollhom għarfien akbar dwar oqsma importanti fl-isport fosthom il-politika Ewropea għall-isport, it-tbagħbis tal-logħob, il-karriera doppja fl-isport u d-doping;

• l-għaqdiet sportivi f’Għawdex ikollhom għarfien akbar tal-opportunijiet tal-fondi Ewropej, li permezz tagħhom ikunu jistgħu jtejbu t-taħriġ għat-tfal u żgħazagħ Għawdxin;

• għalliema jingħataw aktar riżorsi sabiex ikunu jistgħu jwasslu tagħlim dwar l-Unjoni Ewropea u l-valuri li jsawwru l-poplu Ewropew.

ĦIDMAfil-Kumitat għall-Kultura, l-Edukazzjoni, ż-Żgħażagħ, il-Midja u lis-Sport

Inħtart:

• Rapporteur f’isem il-grupp PPE fuq rapport dwar id-diżabilità fejn ħdimt sabiex tittieħed azzjoni Ewropea għall-implimentazzjoni effettiva tal-Konvenzjoni Internazzjonali dwar id-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità kif ukoll biex ikun hemm aktar appoġġ għat-tfal b’diżabilità u l-familji tagħhom, inkluż assistenza soċjali adekwata u servizzi xierqa fil-komunità.

Page 11: It-tieni sena ta' ħidma fil-Parlament Ewropew - Therese Comodini Cachia
Page 12: It-tieni sena ta' ħidma fil-Parlament Ewropew - Therese Comodini Cachia

ĦIDMAfis-sottokumitat għad-Drittijiet tal-Bniedem fid-Delegazzjonijiet

Inħtart:

• rapporteur f’isem il-grupp PPE fuq rapport li jressaq proposti sabiex l-Unjoni Ewropea tkun tista’, b’mod aktar effettiv, tiġġieled ix-xibka ta’ kriminalità tat-traffikar tan-nies;

• rapporteur f’isem il-grupp PPE fuq rapport li jindirizza l-immigrazzjoni f’pajjiżi terzi fejn qed isiru proposti dwar il-ħidma tal-Unjoni Ewropea biex tindirizza l-kawżi tal-immigrazzjoni f’pajjiżi terzi.

Nibqa’ naħdem fi tlett delegazzjonijiet

• Fl-Assemblea Parlamentari tal-Unjoni għall-Mediterran ipparteċipajt fil-kitba ta’ riżoluzzjoni dwar l-importanza li tiġi ndirizzata r-radikalizzazzjoni bl-edukazzjoni sabiex tiġi mgħejjuna l-ġlieda kontra t-terroriżmu.

• Ipparteċipajt f’ħidma f’Iżrael u t-territorji tal-Palestina fejn kellna numru ta’ laqgħat mal-mexxejja taż-żewġ naħat, rappreżentanti tan-Nazzjonijiet Magħquda, s-soċjetà ċivili u rappreżentanti ta’ minoritajiet fil-komunitajiet rispettivi bil-għan li nkomplu nindirizzaw il-possibilità ta’ soluzzjoni f’dan il-kunflitt filwaqt li tingħata għajnuna lil dawk vulnerabbli.

Page 13: It-tieni sena ta' ħidma fil-Parlament Ewropew - Therese Comodini Cachia

Għamilt bosta diskorsi waqt sessjonijiet tal-Plenarja dwar oqsma differenti li jolqtu l-ħajja tal-Maltin u l-Għawdxin fosthom il-konklużjonijiet tal-Valletta Summit, ir-riforma fil-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, l-ugwaljanza bejn is-sessi inkluż fost id-diretturi mhux eżekuttivi ta’ kumpaniji, il-ħtieġa li nipproteġu l-interessi tat-tfal fl-Ewropa, il-karrieri tan-nisa fl-ambitu xjentifiku u akkademiku, it-tagħlim tal-Unjoni Ewropea fl-iskejjel, id-drittijiet tal-awturi u l-pubblikaturi, il-korruzzjoni fl-isport u fil-FIFA, is-sitwazzjoni tad-drittijiet

DISKORSI

MISTOQSIJIET

waqt sessjonijiet tal-Plenarja

Parlamentari

fundamentali fl-Unjoni Ewropea, t-traffikar tal-bnedmin kif ukoll il-protezzjoni tal-kumpaniji u l-ħaddiema fl-aspett tas-sigrieti kummerċjali.

fid-Delegazzjonijiet

Ippreżentajt ukoll numru ta’ mistoqsijiet parlamentari dwar suġġetti li jolqtu lill-Maltin u l-Għawdxin, inkluż aspetti li dwarhom ġibduli l-attenzjoni bosta kostitwenti fosthom mediċini foloz, il-livell tal-merkurju fl-ibħra Maltin, l-iskema tal-frott fl-iskejjel, l-edukazzjoni vokazzjonali, is-sospensjoni tax-Schengen,

id-diskriminazzjoni fil-finanzjament tal-NGOs minn pajjiżi żgħar, drittijiet tal-annimali, il-ħeffa tal-internet u d-drittijiet tal-persuni li jbatu mill-intolleranza tal-glutina (coeliacs) fost l-oħrajn. Dan dejjem sar fl-ispirtu li d-drittijiet tal-Maltin u Għawdxin jiġu ssalvagwardjati.

Page 14: It-tieni sena ta' ħidma fil-Parlament Ewropew - Therese Comodini Cachia

KUNTATT

Kelli bosta laqgħat ta’ konsultazzjoni fuq temi relatati mal-kummerċ u l-intrapriżi żgħar u medji li kont qed naħdem fuqhom fil-Parlament Ewropew fosthom dwar il-protezzjoni ta’ informazzjoni kummerċjali.

Page 15: It-tieni sena ta' ħidma fil-Parlament Ewropew - Therese Comodini Cachia

Smajt x’kellhom xi jgħidu dawk konċernati mal-qasam tad-diżabilità sabiex jiġu ndirizzati nuqqasijiet permezz ta’ rapport fuq id-diżabilità li ħdimt fuqu fil-Parlament Ewropew.

Organizzajt laqgħat ma’ numru ta’ organizzazzjonijiet fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem fosthom waħda fil-Jum Dinji għad-Drittijiet tal-Bniedem.

Iltqajt ma’ numru ta’ pubblikaturi u awturi biex nisma’ l-isfidi li jsibu u biex nindirizza dawn l-isfidi fil-ħidma tiegħi fil-Kumitat għall-Affarijiet Legali.

Iltqajt ukoll ma’ bosta ħaddiema minn oqsma varji li qed iħossu li d-drittijiet tagħhom qed jiġu mittiefsa. Żammejt ukoll konferenza flimkien mas-Solidarjetà Ħaddiema Partit Nazzjonalista biex niddiskutu l-prekarjat u l-valur tal-paga fil-kuntest nazzjonali u Ewropew.

Żammejt kuntatt ma’ oqsma varji tas-settur artistiku u kulturali f’pajjiżna u tajt l-assistenza tiegħi lil numru ta’ għaqdiet. Tajt is-sapport tiegħi biex jiġi organizzat kunċert mużikali f’Għawdex.

Żammejt bosta laqgħat ma’ nies li xtaqu jiddiskutu miegħi kwistjonijiet li fil-fehma tagħhom l-istituzzjonijiet Ewropej jistgħu jintervjenu jew biex jieħdu aktar għarfien fuq aspetti relatati mal-Unjoni Ewropea.

Assistejt bosta studenti fir-riċerka tagħhom speċjalment dawk interessati fi kwistjonijiet Ewropej.

Iltqajt ma’ professjonisti mis-settur tas-saħħa kif ukoll dawk li jirrapreżentaw il-pazjenti sabiex naħdmu aktar għat-twettieq reali tal-EU Cross Border Health Care Directive.

Assistejt bosta għaqdiet li kellhom bżonn għajnuna fuq fondi u opportunitajiet oħra relatati mal-Unjoni Ewropea.

Page 16: It-tieni sena ta' ħidma fil-Parlament Ewropew - Therese Comodini Cachia

Ikkuntattjani t 2123 3600m 7942 5907e [email protected] i Partit Nazzjonalista Dar Ċentrali Triq Herbert Ganado Tal-Pietà - PTA 1450

Segwinifacebook www.facebook.com/ThereseComodiniCachiatwitter @ComodiniCachia instagram therese_comodini_cachia linkedIn www.linkedin.com/in/theresecomodinicachia youtube www.youtube.com/ComodiniCachiawebsajt www.comodinicachia.eu

Se nkompli nsarraf il-fiduċja tiegħek fija b’aktar xogħol fl-interess ta’ pajjiżna.

“ “

Therese Comodini Cachia