8
Is-Sibt, 19 ta’ Jannar www.mychoice.pn f’din l-Elezzjoni SUPPLIMENT 20 13 2,000 student megħjuna biex jissoktaw jistudjaw barra minn Malta L-Università ta’ Malta b’numru rekord ta’ studenti żgħażagħ u adulti Meta fl-1996 l-MLP kien fil-Gvern għolla l-kontijiet tad-dawl u l-ilma ii iii vi FATTI U ĊIFRI TITKELLEM INT MUSCAT JAGħżEL ħAżIN Aktar żgħażagħ Għawdxin qed ikomplu bl-istudji tagħhom kemm f’Għawdex kif ukoll f’Malta. Medja ta’ 550 żagħżugħ u żagħżugħa fis-sena jattendu s-Sixth Form ta’ Għawdex, filwaqt li oħrajn isegwu korsijiet fl-ITS f’Għawdex, fl-MCAST u anki fiċ-ċentru tal-Università f’Għawdex stess. Qed ikun hemm żieda wkoll fl-istudenti Għawdxin li jkomplu javvanzaw fl-istudji tagħhom: • L-istudenti fl-MCAST f’Għawdex żdiedu minn 44 fl-2002 għal 243 student u studenta • L-istudenti li jsegwu korsijiet fl-MCAST f’Malta żdiedu minn 5 fl-2001 għal 181 fl-2011 • L-istudenti fl-ITS f’Għawdex żdiedu minn 26 Kuntrarjament għall-politika ambigwa tal-Malta Labour Party dwar l-istipendji li jingħataw l-istudenti għax ikomplu jistudjaw, il- Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista kompla jifrex l-istipendji biex hekk aktar studenti jikkwalifikaw għalih. Matul dawn il-ħames snin beda jingħata stipendju wkoll lill-istudenti li għandhom aktar minn 30 sena biex tiġi inkoraġġita l-edukazzjoni tul il-ħajja Barra minn hekk l-istudenti li qed isegwu kors ta’ degree fl-MCAST qed jingħataw stipendju bħall-istudenti fl- Università: n Qed jingħata stipendju lill-istudenti li jsegwu l-Foundation Course fl- MCAST u r-Revision Course fil-Giovanni Curmi Higher Secondary School n Beda jingħata stipendju lil żgħażagħ meqjusa fi żvantaġġ u li qed isegwu programm ta’ taħriġ u ħiliet biex itejbu l-kwalifiki tagħhom u jsibu xogħol aħjar. 71 żagħżugħ u żagħżugħa qed isegwu dan il-programm n Żgħażagħ Għawdxin li jistudjaw f’Malta minbarra li jingħataw l-istipendju, minn din is-sena qed jingħataw €400 oħra kull Aktar żgħażagħ Għawdxin ikomplu jistudjaw fl-2001 għal 82 fl-2011 • Illum l-istudenti Għawdxin fl-Università huma 1,035 – id-doppju ta’ kemm kienu 10 snin ilu • Żdied l-investiment fl-MCAST f’Għawdex u fiċ- ċentru tal-Università biex saru aktar faċilitajiet għall- istudenti. Fost l-oħrajn saru laboratorji ġodda tal-ICT u workshops fl-istallazzjoni elettrika, fil-welding, fl-inġinerija mekkanika u x-xogħol tal- injam. Studenti li jkomplu bl-istudji tagħhom f’Malta jingħataw allowance ieħor, minbarra l-istipendju biex ikopru l-ispejjeż addizzjonali. Illum l-istudenti kollha Għawdxin li jistudjaw f’Malta qed jingħataw allowance ieħor ta’ €400 kull tliet xhur. 3 xhur biex jagħmlu tajjeb għall-ispejjeż li jkollhom n Studenti li l-ġenituri tagħhom m’għandhomx dħul ta’ aktar minn €10,000 fis-sena jkollhom aktar appoġġ finanzjarju. n Studenti li jkunu l-Junior College jew l-MCAST flok €83 kull erba’ ġimgħat jingħataw €124 kull 4 ġimgħat bħala stipendju n Studenti universitarji flok jingħataw €83 jingħataw €251 kull 4 ġimgħat n L-istudenti li qed ikomplu l-istudji tagħhom wara li jtemmu s-sekondarja żdiedu minn 43 fil-mija fl- 1999 għal 83 fil-mija. Inkomplu nsaħħu l-istipendji għall-istudenti 18,600 student u studenta qed jieħdu l-istipendju. F’dawn il-ħames snin il-Gvern firex aktar l-istipendju li jingħata lill-istudenti. Din is-sena l-investiment fl-istipendji hu ta’ €23 miljun. Studenti f’ċirkostanzi speċjali jgawdu stipendju ogħla

INKOMPLU NSAĦĦU FL-EDUKAZZJONI

Embed Size (px)

DESCRIPTION

nazzjon_saturday_1901-1

Citation preview

Page 1: INKOMPLU NSAĦĦU FL-EDUKAZZJONI

Is-Sibt, 19 ta’ Jannar www.mychoice.pn

f’din l-ElezzjoniSUPPLIMENT

2013

2,000 student megħjuna biex jissoktaw jistudjaw barra minn Malta

L-Università ta’ Malta b’numru rekord ta’ studenti żgħażagħ u adulti

Meta fl-1996 l-MLP kien fil-Gvern għolla l-kontijiet tad-dawl u l-ilmaii iii viFaTTI U ĊIFrI TITkELLEM INT MUScaT jaGħżEL ħażIN

Aktar żgħażagħ Għawdxin qed ikomplu bl-istudji tagħhom kemm f’Għawdex kif ukoll f’Malta.

Medja ta’ 550 żagħżugħ u żagħżugħa fis-sena jattendu s-Sixth Form ta’ Għawdex, filwaqt li oħrajn isegwu korsijiet fl-ITS f’Għawdex, fl-MCAST u anki fiċ-ċentru tal-Università f’Għawdex stess.

Qed ikun hemm żieda wkoll fl-istudenti Għawdxin li jkomplu javvanzaw fl-istudji tagħhom:• L-istudenti fl-MCAST

f’Għawdex żdiedu minn 44 fl-2002 għal 243 student u studenta

• L-istudenti li jsegwu korsijiet fl-MCAST f’Malta żdiedu minn 5 fl-2001 għal 181 fl-2011

• L-istudenti fl-ITS f’Għawdex żdiedu minn 26

Kuntrarjament għall-politika ambigwa tal-Malta Labour Party dwar l-istipendji li jingħataw l-istudenti għax ikomplu jistudjaw, il-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista kompla jifrex l-istipendji biex hekk aktar studenti jikkwalifikaw għalih.

Matul dawn il-ħames snin beda jingħata stipendju wkoll lill-istudenti li għandhom aktar minn 30 sena biex tiġi inkoraġġita l-edukazzjoni tul il-ħajja

Barra minn hekk l-istudenti li qed isegwu kors ta’ degree fl-MCAST qed jingħataw stipendju bħall-istudenti fl-Università:

n Qed jingħata stipendju lill-istudenti li jsegwu l-Foundation Course fl-MCAST u r-Revision Course fil-Giovanni Curmi Higher Secondary School

n Beda jingħata stipendju lil żgħażagħ meqjusa fi żvantaġġ u li qed isegwu programm ta’ taħriġ u ħiliet biex itejbu l-kwalifiki tagħhom u jsibu xogħol aħjar. 71 żagħżugħ u żagħżugħa qed isegwu dan il-programm

n Żgħażagħ Għawdxin li jistudjaw f’Malta minbarra li jingħataw l-istipendju, minn din is-sena qed jingħataw €400 oħra kull

aktar żgħażagħ Għawdxin ikomplu jistudjaw

fl-2001 għal 82 fl-2011• Illum l-istudenti Għawdxin

fl-Università huma 1,035 – id-doppju ta’ kemm kienu 10 snin ilu

• Żdied l-investiment fl-MCAST f’Għawdex u fiċ-ċentru tal-Università biex saru aktar faċilitajiet għall-istudenti.

Fost l-oħrajn saru laboratorji ġodda tal-ICT u workshops fl-istallazzjoni elettrika, fil-welding, fl-inġinerija mekkanika u x-xogħol tal-injam.

Studenti li jkomplu bl-istudji tagħhom f’Malta jingħataw allowance ieħor, minbarra l-istipendju biex ikopru l-ispejjeż addizzjonali. Illum l-istudenti kollha Għawdxin li jistudjaw f’Malta qed jingħataw allowance ieħor ta’ €400 kull tliet xhur.

3 xhur biex jagħmlu tajjeb għall-ispejjeż li jkollhom

n Studenti li l-ġenituri tagħhom m’għandhomx dħul ta’ aktar minn €10,000 fis-sena jkollhom aktar appoġġ finanzjarju.

n Studenti li jkunu l-Junior College jew l-MCAST flok €83 kull erba’ ġimgħat jingħataw €124 kull 4 ġimgħat bħala stipendju

n Studenti universitarji flok jingħataw €83 jingħataw €251 kull 4 ġimgħat

n L-istudenti li qed ikomplu l-istudji tagħhom wara li jtemmu s-sekondarja żdiedu minn 43 fil-mija fl-1999 għal 83 fil-mija.

Inkomplu nsaħħu l-istipendji għall-istudenti18,600 student u studenta qed jieħdu l-istipendju. F’dawn il-ħames snin il-Gvern firex aktar l-istipendju li jingħata lill-istudenti. Din is-sena l-investiment fl-istipendji hu ta’ €23 miljun. Studenti f’ċirkostanzi speċjali jgawdu stipendju ogħla

Page 2: INKOMPLU NSAĦĦU FL-EDUKAZZJONI

ii – f’din l-Elezzjoni Is-Sibt, 19 ta’ Jannar 2013www.mychoice.pn

15,000student ingħataw

culture card bi €15 fiha biex jattendu attivitajiet

kulturali

700 student Malti u Għawdxi

jattendu l-Istitut għall-Istudji Turistiċi

550 student Għawdxi

jattendu s-Sixth Form ta’ Għawdex

Fatti u Ċifri

1,035student Għawdxi

jattendu l-Università ta’ Malta

€400kull tliet xhur bħala

allowance ieħor lill-istudenti kollha Għawdxin li jistudjaw f’Malta

Il-Gvern ħadem biex iwessa’

l-opportunitajiet tat-tagħlim u

t-taħriġ għall-istudenti kollha

u dan inkoraġġixxa aktar

studenti Maltin u Għawdxin

biex ikomplu jistudjaw

Mill-Manifest ElettoraliPartit Nazzjonalista

Kienu l-aktar ħames snin diffiċli ekonomikament għad-dinja minn qabel it-Tieni Gwerra Dinjija. Rajna l-akbar kriżi ekonomika u finanzjarja internazzjonali mit-Tieni Gwerra Dinjija ’l hawn. Pajjiżi kbar u ekonomikament b’saħħithom fallew, kumpaniji kbar taw is-sensja lil għexieren ta’ eluf ta’ ħaddiema.

Kien f’dan ix-xenarju diffiċli li ried jaħdem il-Partit Nazzjonalista fil-gvern, u ma’ dan żied ukoll it-tensjoni politika fil-pajjiżi Għarab. Fl-istess waqt li l-Partit Nazzjonalista ħabbat wiċċu ma’ sfidi interni – anki fi ħdan il-partit. Iżda rebaħ l-għaqal tal-politika ekonomika tal-Partit Nazzjonalista u l-bżulija tal-ħaddiem Malti. Il-Partit Nazzjonalista għażel b’mod responsabbli, u rebħu l-famlji u l-ħaddiema. Bil-kontra ta’ x’ġara f’pajjiżi oħra, f’Malta l-qgħad naqas u l-impjiegi tkattru.

Fl-aħħar ħames snin, il-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista ħoloq 20,000 job ġdid, salva 5,000 impjieg, żied il-paga minima b’€1,000 fis-sena, u naqqas it-taxxa. Fl-aħħar ħames snin iggradwaw 20,000 student mill-Università, mill-MCAST u mill-istituzzjonjiet l-oħrajn edukattivi.

Deċiżjonijiet responsabbli li wasslu għal

aktar xogħol u xogħol aħjar għalik, u aktar xogħol u xogħol b’pagi tajbin għalik. Fuq kollox, dawn wasslu għall-finanzi fis-sod u allura għal titjib fil-pensjonijiet, fl-edukazzjoni, fis-servizzi tas-saħħa, fl-għajnuna għall-persuni b’diżabbiltà. Pajjiżi oħra fl-Unjoni Ewropea jagħtu s-sensji u jqaċċtu s-servizzi soċjali, u l-Partit Nazzjonalista fil-gvern iżid ix-xogħol u jsaħħaħ is-servizzi soċjali.

Il-ġid jiġi mix-xogħol, mill-bżulija u mill-għaqal. Sakemm il-Gvern jibqa’ jiddefendi x-xogħol u joħloq jobs ġodda, jibqa’ jkollna garanzija ta’ ħajja aħjar għalik u għal uliedek. Il-Partit Nazzjonalista, li dejjem kien il-partit tax-xogħol, jibqa’ jagħti din il-garanzija. Huwa biss il-Partit Nazzjonalista li jista’ jagħti din il-garanzija. Bil-poter f’idejh, il-Labour dejjem fisser qgħad u taxxi. Bil-poter f’idejh, il-Labour jerġa’ jġib il-qgħad. Din mhix il-bidla li trid int – mhix il-bidla li tixraq lilek – din tkun bidla għall-agħar.

Għall-Partit Nazzjonalista, ix-xogħol hu l-mezz kif int tiżviluppa ruħek, kif tgħix ħajja aħjar u kif ittejjeb il-kwalità tal-ħajja tiegħek u tal-maħbubin tiegħek. Għalhekk, ix-xogħol li nħoloq irid ipoġġi aktar flus fil-but tiegħek, waqt li niżguraw li jkollok aktar għażla fiex u kif tonfoq flusek, u li tkun sodisfatt bil-ħajja tiegħek.

aktar xogħol bi dħul akbar għall-ħaddiemaL-għan tagħna: Aktar xogħol u xogħol aħjar, b’pagi tajbin u aktar flus f’butek biex int u l-għeżież tiegħek tkomplu tgħixu kwalità ta’ ħajja aħjar

Page 3: INKOMPLU NSAĦĦU FL-EDUKAZZJONI

Is-Sibt, 19 ta’ Jannar f’din l-Elezzjoni – iii2013 www.mychoice.pn

TitkellemIl-Junior College, il-Higher Secondary, l-MCAST, l-Istitut għall-Istudji Turistiċi u istituzzjonijiet oħrajn qed jagħtu opportunitajiet ta’ tagħlim u taħriġ ogħla lil 83 fil-mija taż-żgħażagħ ta’ fuq is-sittax-il sena; id-doppju ta’ għaxar snin ilu

Studju fil-livell post-sekondarjuFilwaqt li fil-passat il-Higher kienet ikkunsidrata inqas mill-Junior College, din il-perċezzjoni nbidlet tant li llum il-ġurnata, il-Higher ħadet parti mill-MCAST u qed tkabbar l-ispazji tagħha biex takkomoda aktar studenti li ta’ kull sena qegħdin jiżdiedu.

L-għalliema li qegħdin jidħlu f’din l-istituzzjoni qegħdin ikunu magħżulin fuq kwalifiki u esperjenza fil-qasam edukattiv. Wieħed ma jridx jeskludi l-impenn li l-Kap tal-Iskola Ms Attard qiegħda tagħmel flimkien mal-għalliema għall-ġid ta’ kull student li qiegħed jagħżel din l-iskola. L-għalliema jagħtu l-attenzjoni kollha meħtieġa għal kull student biex ikompli javanza.

Fattur imporanti hu li peress li l-Higher tinsab fin-Naxxar, lokalità fiċ-ċentru, l-istudent isib inqas distrazzjoni.

Edukazzjoni tal-aqwa servizzIl-Higher u l-Junior College huma ferm importanti għas-soċjetà Maltija speċjalmemt dik żagħżugħa biex dawn jirnexxu u jkomplu mexjin ’il quddiem fil-ħajja tagħhom.

Kif nisma’ minn diversi ġenituri li għandhom uliedhom imorru f’xi waħda minn dawn l-istituzzjonijiet, jgħidu li t-teknika tal-edukazzjoni tvarja u b’hekk tkun ikkalibrata skont il-bżonnijiet tal-istudent innifsu. Din it-tip ta’ edukazzjoni tgħin lill-istudenti li jsibu xi diffikultà matul il-proċess edukattiv biex ikomplu javvanzaw u ma jaqtgħux qalbhom.

B’hekk l-istudenti Maltin u Għawdxin jaslu sal-Università u minn hemm jistudjaw għal xi professjoni li bis-saħħa tagħha jkunu kapaċi mhux biss isibu impjieg aħjar iżda ta’ kwalità għolja.

Esperjenza sabiħa u pożittivaIktar nista’ nitkellem dwar il-Junior College, fejn kelli żewġt itfal jattendu hemm bħala skola post sekondarja u t-tnejn marru tajjeb tant li spiċċaw l-Università u ggradwaw bħala awdituri.

L-esperjenza tagħhom fil-Junior College kienet ferm tajba tant li kienu jieħdu gost imorru l-iskola jitgħallmu u dan l-entużjażmu kienu jsarrfuh fl-istudju, tant li ma kellix għalfejn nibgħathom privat matul dawk is-sentejn.

L-għalliema kienu juru interess kbir lejn l-istudenti u dawk li kienu jsibu xi diffikultà waqt l-istudji tagħhom. L-istudenti kien ikollhom l-opportunità jiltaqgħu mal-għalliema b’mod individwali u jsaqsu dak li jixtiequ.

Dan kollu għen biex l-esperjenza ta’ wliedi f’din l-istituzzjoni baqgħet f’qalbhom tant li kultant jgħiduli li aħjar għadhom jitgħallmu hemm.

Faċilitajiet edukattiviJien naqbel ħafna mas-sistema edukattiva li teżisti f’pajjiżna b’mod speċjali dik li tikkonċerna il-Higher u l-Junior College. Dan għaliex l-istituzzjonijiet huma magħmula li jgħinu l-istudenti skont l-abbiltà tagħhom.

Il-Junior College narah bħala ambjent kompettiv ħafna fejn l-istudenti huma aktar indipendenti u jaraw li jkomplu jimxu ’l quddiem fuq inizjattivi personali.

Min-naħa l-oħra l-Higher hi nifs għall-istudent, għax filwaqt li l-istituzzjoni hi waħda kompetittiva fejn jidħol l-aspett akkademiku, l-istudent li jeħel minn xi eżami tal-O level u ma setax jidħol il-Junior College, il-Higher tagħtih l-opportunità li jkompli l-istudji tiegħu filwaqt li jattendi għas-suġġetti tal-A levels u b’hekk ma jitlifx sena.

L-istudent ikollu xibka edukattiva li tgħinu jibqa’ javvanza u din hi tassew importanti għax tkompli tqawwi qalb dak li jkun.

Opportunità għal aktar studjuQrobt lejn l-aħħar fażi tal-iskola sekondarja u ovvjament issa, wara l-eżamijiet, irrid nagħżel fejn se mmur skola, jekk hux il-Junior College, l-MCAST jew il-Higher. Jien irrid immur l-Università ’l quddiem u għalhekk biex nasal hemm l-aħjar hu li nagħżel bejn il-Junior College u l-Higher.

L-għalliema matul dawn l-aħħar xhur tawna informazzjoni dwar dawn iż-żewġ skejjel u t-tnejn jidhru veru interessanti. Id-differenza li hemm hi l-ħajja tal-istudent fejn f’naħa l-istudent donnu għandu kuntest tal-iskola sekondarja filwaqt li fl-oħra tidher li hi iktar qisha università f’daqs iżgħar.

Iva, il-proċess edukattiv sa issa kien tassew interessanti u għalhekk nieħu gost nistudja, anki l-għalliema tal-iskola fejn immur dejjem jagħtuni l-għajnuna li għandi bżonn biex inkompli u nilħaq dak li nixtieq.

vAlEnTInA MICAllEFĦAż-żEbbuġ

AnTOInETTE lAFErlATAS-SlIEMA

EllEn THEuMAIl-MArSA

JOSEpHInE DEbATTISTApAOlA

MArIA MICAllEFIl-ĦAMrun

Page 4: INKOMPLU NSAĦĦU FL-EDUKAZZJONI

iv – f’din l-Elezzjoni Is-Sibt, 19 ta’ Jannar 2013www.mychoice.pn

L-edukazzjoni ta’ wliedna tibqa’ parti integrali mill-viżjoni soċjali tagħna

Bil-bidliet tajbin u għaqlin li għamel il-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista fil-qasam

tal-edukazzjoni, illum għandna 83% tal-istudenti li jtemmu s-sekondarja jkomplu

jistudjaw biex jissoktaw itejbu l-ħiliet tagħhom

Il-Gvern bil-politika tiegħu f’din il-leġiżlatura ħoloq għadd kbir ta’ opportunitajiet għaż-żgħażagħ tagħna li llum jistgħu jkomplu jistudjaw fl-Università ta’ Malta, fil-Kulleġġ MCAST, fl-Istitut għall-Istudji Turistiċi u f’postijiet oħra

Il-Prim Ministru Lawrence Gonzi dejjem hu viċin iż-żgħażagħ u l-istudenti u hu impenjat biex ikompli jagħtihom l-aqwa faċilitajiet u strutturi biex ikomplu jtejbu l-ħiliet u t-talenti

tagħhom saħansitra anki jekk ikollhom bżonn jkomplu l-istudju tagħhom barra minn Malta

Page 5: INKOMPLU NSAĦĦU FL-EDUKAZZJONI

Is-Sibt, 19 ta’ Jannar f’din l-Elezzjoni – v2013 www.mychoice.pn

Il-Gvern bil-politika tiegħu f’din il-leġiżlatura ħoloq għadd kbir ta’ opportunitajiet għaż-żgħażagħ tagħna li llum jistgħu jkomplu jistudjaw fl-Università ta’ Malta, fil-Kulleġġ MCAST, fl-Istitut għall-Istudji Turistiċi u f’postijiet oħra

L-investiment kontinwu li għamel il-Gvern fil-qasam tal-edukazzjoni hu xhieda

tal-importanza kbira li l-Partit Nazzjonalista

fil-Gvern dejjem jagħti lit-tagħlim u lit-taħriġ ta’ wliedna biex jassigura li

jimxu ‘l quddiem fl-istudji tagħhom u eventwalment

fil-karriera li jaqbdu

Page 6: INKOMPLU NSAĦĦU FL-EDUKAZZJONI

vi – f’din l-Elezzjoni Is-Sibt, 19 ta’ Jannar 2013www.mychoice.pn

Il-Partit Laburista fil-gvern fl-1997 u waqt li ż-żejt kien bit-12-il dollaru

l-barmil, għolla l-kontijiet tal-elettriku u l-ilma b’mod tant esaġerat li esponenti

ewlenin Laburisti kkritikaw bl-aħrax l-għoli fil-kontijiet fl-1998

...u tbati int

Alfred Sant fl-1996 tela’ bil-wegħda li jagħmel reviżjoni tal-kontijiet tal-elettriku u l-ilma li, skont il-Labour, kienu għoljin wisq dak iż-żmien

Muscat kien l-aktar ġurnalist magħruf tal-Partit Laburista u fil-gazzetta tal-Partit Laburista KullĦadd fl-14 ta’ Ġunju 1998 kiteb hekk: “Naħseb li d-deċiżjoni dwar dawn it-tariffi kienet waħda, kollox ma’ kollox, ġusta”

Muscat jagħżel ħażin...

STAnDArD & pOOr’S IWISSu DWAr Il-QAGĦDA TAl-EnEMAlTA... IMMA MuSCAT IrID JGĦAbbIlHA pIż IEĦOr TA’ 600 MIlJun EWrO

(dehret għall-ewwel darba: il-mument 25.03.12)

Page 7: INKOMPLU NSAĦĦU FL-EDUKAZZJONI

Is-Sibt, 19 ta’ Jannar f’din l-Elezzjoni – vii2013 www.mychoice.pn

LENTI FUQ...

Il-marka ta’ Malta li Standard & Poor’s baxxew minħabba li m’għaddiex il-budget u minħabba l-qagħda tal-EneMalta hi wirja ta’ kemm ikun qed jissogra dan il-pajjiż bil-fantasiji li jxerrdu politikanti bħal Joseph Muscat.

Fantasija qisu xejn ma jogħla minn barraIl-leader tal-Labour Party ilu għaddej snin iwiegħed li jraħħas il-kontijiet tal-elettriku u l-ilma qisu ż-żejt u l-gass ma jogħlewx u qisu l-EneMalta hi xi bir bla qiegħ. Fl-aħħar għaxar snin, il-gass ittripla fil-prezz fis-swieq internazzjonali, imma Muscat ikompli jxerred fantasiji sbieħ li m’għandhom xejn mir-realtà.

Malta felħet tajjeb għal dak li kien qed jiġri barraIssa, l-aġenzija tal-credit ratings Standard & Poor’s bagħtet rapport li jsemmi żewġ punti fid-dettall: il-budget għal din is-sena li m’għaddiex u l-qagħda tal-EneMalta,

Is-sogru kbir li jrid idaħħalna fih Muscat b’nefqa kbira riskjuża

flimkien mal-fatt pożittiv ħafna li f’dawn l-aħħar snin Malta felħet tajjeb ħafna għal dak li kien qed jiġri barra. Standard & Poor’s tgħid li aħna pajjiż relattivament sinjur li għaddejna tajjeb mill-burraxka ekonomika li laqtet lil ħafna pajjiżi oħrajn.

Muscat qabel mal-budget kollu imma vvota kontraWaqt li semmiet it-tajjeb, Standard & Poor’s wissiet dwar żewġ elementi partikulari, wieħed minnhom in-nuqqas ta’ budget. Naturalment, il-budget m’għaddiex għax ivvota kontrih Muscat. Din kienet l-ewwel darba li oppożizzjoni qablet mal-gvern fuq il-budget - sinjal ta’ kemm fil-fatt il-Gvern kiseb riżultati tajbin. Madankollu, Muscat qal li jaqbel, imma vvota kontra.

Fuq l-EneMalta, li Standard & Poor’s jiddedikaw parti sew mir-rapport tagħhom għaliha, Muscat ħareġ bl-idea li jitfa’ fuqha

saħansitra aktar piżijiet. Skont il-pjan ta’ Konrad Mizzi u ta’ Joseph Muscat, l-EneMalta se jkollha l-ewwel nett toħroġ miljuni kbar malajr u direttament għall-infrastruttura li trid tħallas għaliha hi.

piżijiet fuq l-EneMalta li trid tħallas l-ispejjeż kollha u l-profitt tal-privatMa’ dan, l-EneMalta tkun imbagħad qiegħda tħallas kull sena għall-elettriku mill-power station żejda li jrid jagħmel Muscat u li l-EneMalta fil-prezz tiegħu tkun trid tħallas għall-ispejjeż kollha tal-kumpanija barranija li jkollha din il-power station żejda u wkoll għall-profitt li tkun trid tagħmel din il-kumpanija.

Għax min ġej privat ibigħ l-elettriku lill-EneMalta, bħal kull privat, jiċċarġja biex ikopri l-ispejjeż kollha tiegħu u jiċċarġja wkoll għall-profitt għax mhu se jagħmel xejn għalxejn. Mela s-600 miljun ewro li jiswa

l-pjan ta’ Konrad Mizzi u ta’ Muscat se tħallashom kollha l-EneMalta biz-zalza tal-profitt tal-kumpanija privata.

Muscat se jħalli rieqed cable ma’ Sqallija li jagħtina elettriku bi rħis...

Mis-sena d-dieħla 2014, Malta se jkollha cable ma’ Sqallija li se jagħtina elettriku bl-aħjar prezz fis-suq fl-Italja speċjalment billejl meta l-elettriku żejjed li jipproduċu l-power stations Taljani jbigħuh bi rħis. B’hekk, bil-pjan bil-għaqal tal-Gvern Nazzjonalista, mis-sena d-dieħla l-EneMalta se tkun tista’ tixtri elettriku mill-Italja b’cable li għal billejl jagħtina elettriku kemm għandna bżonn u bi prezz irħas milli jiġina fil-power station.

... u jintrabat li jixtri elettriku bl-għoli mill-impjant li jrid il-labour Muscat, imma, ħareġ bi pjan li jintrabat li jixtri l-elettriku kollu li kumpanija privata barranija tipproduċi f’impjant tagħha

hawnhekk, li jaħdem bil-gass li jiġi bil-vapuri, u li billejl jiġi ferm ogħla mill-prezz li l-EneMalta tista’ ġġib bil-cable minn Sqallija. Muscat se jkun qed jintrabat li jixtri elettriku, speċjalment billejl, bl-għoli meta mis-sena d-dieħla stess jista’ jixtrih b’ferm irħas bl-għaqal tal-investiment ta’ Gvern Nazzjonalista f’cable ma’ Sqallija.

Twissija ċara dwar ir-riskju kbir li Muscat irid idaħħalna fihF’atmosfera meta hawn twissija dwar il-qagħda tal-EneMalta, l-aħħar ħaġa li għandha bżonn l-EneMalta hi piż ta’ 600 miljun ewro oħra għal elettriku li xorta jiġi ogħla.

U din il-marka anqas li Standard & Poor’s taw lil Malta turi kemm Muscat hu riskju kbir għal Malta b’deċiżjonijiet fundamentalment ħżiena bħal dik kontra l-budget u dik li jdaħħal lill-EneMalta f’piż ieħor ta’ 600 miljun ewro għalxejn.

Deċiżjonijiet ħżiena ta’ Muscat ifissru sogru kbir kif spjegaw Standard & poor’s li semmew il-budget li m’għaddiex għax Muscat ivvota kontrih allavolja jaqbel miegħu kollu

Page 8: INKOMPLU NSAĦĦU FL-EDUKAZZJONI

viii – f’din l-Elezzjoni Is-Sibt, 19 ta’ Jannar 2013www.mychoice.pn

“bla dubju ta’ xejn, it-tisħiħ tas-sistema tal-għotjiet ta’ manteniment lill-istudenti, magħrufa bħala s-sistema tal-istipendji, għenet bis-sħiħ biex aktar studenti jagħżlu li jkomplu jistudjaw f’livelli ogħla.”

- Il-Prim Ministru Lawrence Gonzi