63
MT Rue Belliard/Belliardstraat 99 — 1040 Bruxelles/Brussel — BELGIQUE/BELGIË Tel. +32 25469011 — Faks +32 25134893 — Internet: http://www.eesc.europa.eu Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew Brussell, 1 ta' Ottubru 2015 SESSJONI PLENARJA TAS-16 U S-17 TA' SETTEMBRU 2015 SINTEŻI TAL-OPINJONIJIET ADOTTATI Dan id-dokument huwa disponibbli bil-lingwi uffiċjali mis-sit tal- internet tal-Kumitat fl-indirizz li ġej: http://www.eesc.europa.eu/?i=portal.fr.documents#/boxTab1-2 L-opinjonijiet imsemmija jistgħu jiġu konsultati onlajn mill-magna tat-tiftix tal-Kumitat: http://www.eesc.europa.eu/?i=portal.fr.opinions-search EESC-2015-04700-00-01-TCD-TRA (FR/EN) 1/63

 · Web viewSkont il-KESE, ix-xenarju ġdid irid jiġi mmappjat b’mod preċiż għall-benefiċċju ta’ dawk li jfasslu l-politika u għan-negozju. Dan jista’ jwassal għal aġġustament

  • Upload
    lekien

  • View
    223

  • Download
    0

Embed Size (px)

Citation preview

Page 1:  · Web viewSkont il-KESE, ix-xenarju ġdid irid jiġi mmappjat b’mod preċiż għall-benefiċċju ta’ dawk li jfasslu l-politika u għan-negozju. Dan jista’ jwassal għal aġġustament

MTRue Belliard/Belliardstraat 99 — 1040 Bruxelles/Brussel — BELGIQUE/BELGIËTel. +32 25469011 — Faks +32 25134893 — Internet: http://www.eesc.europa.eu

Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Brussell, 1 ta' Ottubru 2015

SESSJONI PLENARJA

TAS-16 U S-17 TA' SETTEMBRU 2015

SINTEŻI TAL-OPINJONIJIET ADOTTATI

Dan id-dokument huwa disponibbli bil-lingwi uffiċjali mis-sit tal-internet tal-Kumitat fl-indirizz li ġej:

http://www.eesc.europa.eu/?i=portal.fr.documents#/boxTab1-2

L-opinjonijiet imsemmija jistgħu jiġu konsultati onlajn mill-magna tat-tiftix tal-Kumitat:

http://www.eesc.europa.eu/?i=portal.fr.opinions-search

EESC-2015-04700-00-01-TCD-TRA (FR/EN) 1/40

Page 2:  · Web viewSkont il-KESE, ix-xenarju ġdid irid jiġi mmappjat b’mod preċiż għall-benefiċċju ta’ dawk li jfasslu l-politika u għan-negozju. Dan jista’ jwassal għal aġġustament

Sommarju:1. AFFARIJIET EWROPEJ.............................................................................................................3

2. GOVERNANZA EKONOMIKA / STRUMENTI FINANZJARJI / FISKALITÀ.................6

3. AMBJENT / AGRIKOLTURA U SAJD...................................................................................12

4. KONSUMATURI / SAĦĦA.......................................................................................................16

5. AFFARIJIET SOĊJALI / IMPJIEG.........................................................................................17

6. TRASPORT..................................................................................................................................25

7. INDUSTRIJA / INTRAPRIŻI / INNOVAZZJONI..................................................................27

8. RELAZZJONIJIET ESTERNI..................................................................................................34

EESC-2015-04700-00-01-TCD-TRA (FR/EN) 2/40

Page 3:  · Web viewSkont il-KESE, ix-xenarju ġdid irid jiġi mmappjat b’mod preċiż għall-benefiċċju ta’ dawk li jfasslu l-politika u għan-negozju. Dan jista’ jwassal għal aġġustament

Matul is-sessjoni plenarja tas-16 u s-17 ta’ Settembru 2015, is-Sinjura Jane Morrice, Viċi President, u s-Sur Hans-Joachim Wilms, Viċi President, għamlu diskorsi ta' analiżi dwar tmiem il-mandat.

L-opinjonijiet adottati fis-Sessjoni huma li ġejjin:

1. AFFARIJIET EWROPEJ

Regolamentazzjoni aħjar

Relatur: Bernd Dittmann (Min Iħaddem – DE)

Referenza: EESC-2015-03697-00-01-AC-TRA

Punti importanti:

Ir-regolamentazzjoni aħjar u intelliġenti hija kompitu komuni għall-istituzzjonijiet Ewropej u l-Istati Membri kollha għall-benefiċċju taċ-ċittadini, il-kumpaniji, il-konsumaturi u l-impjegati. Iżda ma tiħux post id-deċiżjonijiet politiċi.

Fl-Opinjoni tiegħu, il-KESE:

jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li l-miżuri marbutin mar-regolamentazzjoni aħjar ser ikopru ċ-ċiklu tal-ħajja sħiħ ta’att legali u li ser jiġu koperti kemm il-miżuri ex-ante kif ukoll dawk ex-post;

josserva li l-fehmiet tiegħu ma ġewx ikkunsidrati biżżejjed minkejja r-rwol u l-funzjoni rigward l-aġenda tar-regolamentazzjoni aħjar fdati lilu fit-Trattati tal-UE u fil-ftehimiet ta' kooperazzjoni mal-Kummissjoni Ewropea u l-Parlament Ewropew, kif ukoll il-ħidma konsiderevoli tiegħu f'dan il-qasam;

jitlob l-inklużjoni tal-korpi konsultattivi tal-UE fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar Regolamentazzjoni Aħjar;

huwa favur involviment komprensiv tal-partijiet interessati permezz ta’ konsultazzjonijiet matul iċ-ċiklu tal-ħajja sħiħ ta’ inizjattiva politika;

jenfasizza l-ħtieġa li jintgħażlu l-partijiet interessati adatti u jitlob għall-indipendenza, l-imparzjalità u t-trasparenza fl-għażla tal-esperti għall-korpi differenti;

jitlob għall-inkluzjoni tal-awtoregolazzjoni u l-koregolazzjoni fil-Ftehim Interistituzzjonali u għal iżjed trasparenza fl-implimentazzjoni tat-trilogi informali u jargumenta favur l-użu limitat ta' dan l-istrument;

jitlob li l-Kummissjoni tiffoka iżjed fuq in-nuqqasijiet fit-traspożizzjoni u l-applikazzjoni tal-liġi tal-UE mill-Istati Membri, u għll-użu ta' regolamenti minflok direttivi.

Kuntatt: Luis Lobo(Tel.: 00 32 2 546 97 17 – indirizz elettroniku: [email protected])

EESC-2015-04700-00-01-TCD-TRA (FR/EN) 3/40

Page 4:  · Web viewSkont il-KESE, ix-xenarju ġdid irid jiġi mmappjat b’mod preċiż għall-benefiċċju ta’ dawk li jfasslu l-politika u għan-negozju. Dan jista’ jwassal għal aġġustament

Titjib tal-funzjonament tal-UE

Relatur: Luca Jahier (Interessi Varji – IT)

Korelatur: José Isaías Rodríguez García-Caro (Min Iħaddem – ES)

Referenzi: EESC-2015-03264-AC-TRA

Il-parteċipazzjoni tas-soċjetà ċivili fl-implimentazzjoni tal-aġenda għal wara l-2015 (rapport ta' informazzjoni)

Relatur: Brenda King (Min Iħaddem – UK)

Referenzi: EESC-2015-01169-AC-TRA

Punti importanti:

Ir-rapport jikkontribwixxi għad-dibattitu dwar x'inhu qafas effettiv biex jiġi żgurat li s-soċjetà ċivili jkollha rwol attiv fl-implimentazzjoni ta' din l-aġenda l-ġdida għal wara l-2015. Hija waħda mis-sejbiet ewlenin tar-rapport li l-arranġamenti eżistenti għall-governanza parteċipattiva u l-involviment tal-partijiet interessati fil-livell tal-UE għandhom jiġu żviluppati aktar biex jindirizzaw dawn l-isfidi.

Ir-rapport jirrakkomanda li l-Kumitat jorganizza forum Ewropew għall-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u r-rieżami tal-aġenda għal wara l-2015 fl-UE. Dan il-forum għandu jipprovdi qafas regolari, stabbli u strutturat għad-djalogu tas-soċjetà ċivili u d-dibattitu dwar l-aġenda l-ġdida tal-iżvilupp sostenibbli fil-livell tal-UE. Ser ilaqqa' flimkien atturi ta' politika mill-istituzzjonijiet tal-UE ma' firxa wiesgħa ta' rappreżentanti tas-soċjetà ċivili.

Kuntatt:Andreas Versmann(Tel.: 00 32 2 546 84 79 – indirizz elettroniku: [email protected])

EESC-2015-04700-00-01-TCD-TRA (FR/EN) 4/40

Page 5:  · Web viewSkont il-KESE, ix-xenarju ġdid irid jiġi mmappjat b’mod preċiż għall-benefiċċju ta’ dawk li jfasslu l-politika u għan-negozju. Dan jista’ jwassal għal aġġustament

Atti delegati (opinjoni fuq inizjattiva proprja)

Relatur: Jorge Pegado Liz (Interessi Varji – PT)

Referenza: EESC-2015-01053-00-00-AC-TRA

Punti importanti:

Il-KESE:

jilqa’ l-proposta għal ftehim interistituzzjonali ġdid li ġie ppreżentat reċentement mill-Kummissjoni u jilqa’ b'sodisfazzjon l-isforzi li saru sabiex jinkiseb bilanċ ġust bejn il-valuri fundamentali u s-simplifikazzjoni leġislattiva,

jilqa’ l-fatt li l-Kummissjoni qed timpenja ruħha biex tiġbor, qabel ma tadotta atti delegati, il-kompetenza meħtieġa kollha. Madankollu, huwa tal-fehma li dawn il-konsultazzjonijiet kollha ma jtawlux b'mod eċċessiv u mingħajr bżonn il-ħin biex jitħejjew l-atti,

ma jaqbilx kompletament mal-approċċ każwistiku rigward id-distinzjoni fi kwistjonijiet li jridu jkunu s-suġġett ta' atti delegati u atti ta' implimentazzjoni, minħabba li l-kriterji użati huma ambigwi u jistgħu jagħtu lok għal diversi interpretazzjonijiet,

jixtieq li l-linji gwida jistipulaw biċ-ċar li d-delegazzjonijiet ikunu delimitati fid-dettall (l-għanijiet, il-kontenut, id-daqs u t-tul ta' żmien),

iqis li għandu jiġi kkonsultat ukoll għall-opinjoni tiegħu, kif ukoll fil-proċedura leġislattiva ordinarja,

jistqarr li l-abbozzar tal-Artikoli 290 u 291 tat-TFUE irid jitjieb, fil-każ ta' reviżjoni tat-trattati.

Kuntatt: Luís Lobo(Tel.: 00 32 2 546 97 17 – indirizz elettroniku: [email protected])

EESC-2015-04700-00-01-TCD-TRA (FR/EN) 5/40

Page 6:  · Web viewSkont il-KESE, ix-xenarju ġdid irid jiġi mmappjat b’mod preċiż għall-benefiċċju ta’ dawk li jfasslu l-politika u għan-negozju. Dan jista’ jwassal għal aġġustament

2. GOVERNANZA EKONOMIKA / STRUMENTI FINANZJARJI / FISKALITÀ

Għajnuna mill-Istat lill-impriżi (opinjoni fuq inizjattiva proprja)

Relatur: Edgardo Iozia (Ħaddiema – IT)

Referenza: EESC-2015-01139-00-00-AC-TRA

Punti importanti:

Il-KESE:

iqis l-evalwazzjonijiet tal-impatt tal-għajnuna mill-Istat bħala għodod ewlenin sabiex tiġi ċċekkjata l-konsistenza bejn ir-riżultati u l-miri proposti, biex b’hekk ir-riżorsi jiġu allokati b’mod aktar effettiv u effiċjenti u jtejbu t-trasparenza dwar l-infiq tal-flejjes pubbliċi.

jixtieq jara ġeneralizzazzjoni ta’ evalwazzjonijiet tal-impatt u possibbilment tnaqqis tal-medja annwali tal-limitu baġitarju ta' EUR 150 miljun bħalissa stabbilit mir-Regolament għal Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa bħala limitu.

jemmen li l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu mekkaniżmi xierqa għall-evalwazzjoni, imwettqa minn korpi indipendenti u bl-involviment tal-imsieħba soċjali.

jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li s-sistema l-ġdida li tagħti lill-Istati Membri r-responsabbiltà għal evalwazzjoni ex-ante ser iżżid l-ispejjeż globali għall-amministrazzjoni pubblika u għall-kumpaniji.

jitlob li jkun involut fil-proċess tal-valutazzjoni tal-effettività u l-effiċjenza tas-sistema ġenerali tal-għajnuna mill-Istat fit-tmiem tal-perjodu 2014-2020.

Kuntatt: Alina Girbea(Tel.: 00 32 2 546 98 32 – indirizz elettroniku: [email protected])

EESC-2015-04700-00-01-TCD-TRA (FR/EN) 6/40

Page 7:  · Web viewSkont il-KESE, ix-xenarju ġdid irid jiġi mmappjat b’mod preċiż għall-benefiċċju ta’ dawk li jfasslu l-politika u għan-negozju. Dan jista’ jwassal għal aġġustament

L-iżvilupp ta' ekosistema finanzjarja għall-intrapriżi soċjali (opinjoni esploratorja mitluba mill-Presidenza Lussemburgiża)

Relaturi: Ariane Rodert (Interessi Varji – SE)Marie Zvolska (Min Iħaddem – CZ)

Referenza: EESC-2015-03146-00-00-AC-TRA

Punti importanti:

Il-KESE jilqa’ b’sodisfazzjon il-prijorità li l-Presidenza Lussemburgiża tal-UE qed tagħti lill-ekonomija soċjali u b’mod partikolari li qed tiffoka fuq il-ħolqien ta’ ekosistema finanzjarja adattata.

F'dan il-kuntest, il-KESE jikkunsidra li:

il-Kummissjoni m'għandhiex tnaqqas ir-ritmu fl-appoġġ tal-aġenda tal-ekonomija soċjali u għandha tqis l-aċċess għall-finanzjament bħala komponent wieħed fl-ekosistema sħiħa meħtieġa għall-iżvilupp u t-tkabbir ta' Intrapriżi tal-Ekonomija Soċjali (IES);

ekosistema finanzjarja ideali għall-IES tinkludi elementi bħal approċċ li jinvolvi diversi partijiet interessati, soluzzjonijiet tal-kapital ibridu u paċenzjuż bi skemi ta' garanzija, li ħafna drabi jiġu pprovduti minn istituzzjonijiet finanzjarji soċjali li jikkondividu l-valuri tal-ekonomija soċjali;

il-Kummissjoni għandha tappoġġja l-iżvilupp ta’ strumenti ġodda, tiżgura li r-regolamentazzjoni finanzjarja tippermetti l-iżvilupp, tippromovi r-riċerka dwar il-valur miżjud ta’ investiment fl-IES għas-soċjetà, u titlob lill-Istati Membri għal reviżjonijiet bejn il-pari dwar is-suġġett.

il-Kummissjoni għandha tagħmel użu sħiħ tal-fatt li l-ekonomija soċjali hija prijorità ta’ investiment attwali tal-Pjan ta’ Investiment għall-Ewropa preżenti;

l-UE trid tirrikonoxxi bl-istess mod l-IES billi tipprovdi fattur ta' appoġġ fir-regolament dwar ir-Rekwiżiti ta' Kapital. Is-self bankarju lill-ekonomija soċjali jibbenefika ħafna minn dan, bl-ebda impatt fuq il-finanzi pubbliċi.

appoġġ finanzjarju mil-livell tal-UE jrid ikun akkumpanjat mill-provvediment ta' gwida, taħriġ u bini ta' kapaċità mill-KE lill-gvernijiet u 'l-partijiet interessati ewlenin.

L-Istati Membri għandhom jaġixxu bħala koinvestituri biex jappoġġjaw l-istabbiliment ta' fondi etiċi, fondi ta' innovazzjoni soċjali u fondi ta' kapital ta' riskju soċjali u jiffaċilitaw l-iskemi ta' garanzija pubblika. Għandhom jikkunsidraw ukoll ir-reviżjoni tal-opportunitajiet ta’ rifużjoni ta’ taxxa fuq id-dħul kif ukoll inċentivi fiskali oħra.

L-IES għandhom huma stess jieħdu inizjattivi biex jiżviluppaw strumenti bħall-awtokapitalizzazzjoni, il-finanzjament kollettiv u l-involviment fi sħubijiet ta' finanzjament soċjali.

EESC-2015-04700-00-01-TCD-TRA (FR/EN) 7/40

Page 8:  · Web viewSkont il-KESE, ix-xenarju ġdid irid jiġi mmappjat b’mod preċiż għall-benefiċċju ta’ dawk li jfasslu l-politika u għan-negozju. Dan jista’ jwassal għal aġġustament

Iżda, biex jiġi sfruttat bis-sħiħ il-potenzjal tal-IES, l-Istati Membri kollha għandhom jiżviluppaw u jimplimentaw pjani ta’ azzjoni nazzjonali għall-ekonomija soċjali abbażi ta' approċċ ta' firxa wiesa’ ta' partijiet interessati inklużi rappreżentanti mis-soċjetà ċivili.

Kuntatt: Marie-Laurence Drillon(Tel.: 00 32 2 546 83 20 – indirizz elettroniku: marie-

[email protected])

EESC-2015-04700-00-01-TCD-TRA (FR/EN) 8/40

Page 9:  · Web viewSkont il-KESE, ix-xenarju ġdid irid jiġi mmappjat b’mod preċiż għall-benefiċċju ta’ dawk li jfasslu l-politika u għan-negozju. Dan jista’ jwassal għal aġġustament

L-Ekonomija għall-Ġid Komuni (opinjoni fuq inizjattiva proprja)

Relatur: Carlos Trias Pintó (Interessi Varji – ES)

Korelatur: Stefano Palmieri (Ħaddiema – IT)

Referenzi: EESC-2015-02060-00-00-AC-TRA

Punti importanti:

Il-KESE:

iqis li l-mudell tal-Ekonomija għall-Ġid Komuni (ECG) huwa maħsub biex jiġi inkluż kemm fil-qafas legali Ewropew kif ukoll dak nazzjonali.

jenfasizza li l-ECG kienet mudell li għandu jiġi implimentat fl-ekonomija tas-suq; mhuwiex kontra l-ekonomija tas-suq;

jemmen li l-ECG se tikkontribwixxi għat-transizzjoni lejn “Suq Ewropew Etiku” li jrawwem l-innovazzjoni soċjali, jagħti spinta lir-rata tal-impjieg u jibbenefika l-ambjent;

jittama li s-“Suq Ewropew Etiku” ser ikun mibni permezz tal-implimentazzjoni ta’ diversi strateġiji: indikaturi għall-kejl tal-benessri u l-iżvilupp soċjali lil hinn mill-PDG, bħall-Prodott ta' Ġid

Komuni u l-Karta tal-Bilanċ tal-Ġid Komuni; it-tfassil ta’ politika bil-għan li jirrikonoxxi kumpaniji b’kontribuzzjonijiet ogħla għall-ġid

komuni, bħalma huma l-akkwist pubbliku etiku u l-promozzjoni ta’ kummerċ intern etiku; il-promozzjoni tal-kummerċ estern etiku taħt “Ditta Ewropa”. B’dan il-mod, kumpaniji

Ewropej ser imexxu s-suq globali etiku u se jikkontribwixxu għat-tisħiħ tad-drittijiet tal-bniedem, l-istandards tax-xogħol u l-protezzjoni tal-ambjent madwar id-dinja;

it-tħeġġiġ ta' kull tip ta' imprenditur li jibda organizzazzjoni mmirat li tikkontribwixxi għall-ġid komuni;

it-trawwim ta’ konsum etiku u s-sensibilizzazzjoni fost il-konsumaturi Ewropej; tiżdied id-diversità tal-ekosistema finanzjarja bil-promozzjoni ta' netwerks ta’ banek u boroż

etiċi madwar l-UE; jitlob lill-Kummissjoni Ewropea, fil-qafas ta’ strateġija mġedda dwar ir-responsabbiltà soċjali

korporattiva, li tagħmel qabża ta’ kwalità sabiex jiġu ppremjati (mil-lat ta’ akkwist pubbliku, l-aċċess għas-swieq esterni, benefiċċji fiskali, eċċ.) dawk l-intrapriżi li jistgħu juru prestazzjoni etika għolja.

Kuntatt:Gerald Klec(Tel: 00 32 2 546 9909 – indirizz elettroniku: [email protected])

EESC-2015-04700-00-01-TCD-TRA (FR/EN) 9/40

Page 10:  · Web viewSkont il-KESE, ix-xenarju ġdid irid jiġi mmappjat b’mod preċiż għall-benefiċċju ta’ dawk li jfasslu l-politika u għan-negozju. Dan jista’ jwassal għal aġġustament

Il-Metodu Komunitarju għal UEM demokratika u soċjali (opinjoni fuq inizjattiva proprja)

Relatur: Gabriele Bischoff (Ħaddiema – DE)

Referenzi: EESC-2015-01820-00-00-AC-TRA

Punti importanti:

Il-Kumitat

huwa konvint li stabilizzazzjoni ġenwina tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja (UEM) tista’ tirnexxi biss jekk id-difetti tal-kostruzzjoni tal-UEM jiġu rrettifikati u jittieħdu riformi ewlenin sabiex dan jitwettaq. Dan jirrikjedi bidla fit-trattati bħala parti minn konvenzjoni;

jitlob li jittieħdu miżuri biex tissaħħaħ id-dimensjoni soċjali u demokratika tal-UEM fi ħdan il-qafas tat-trattati eżistenti u biex jiġi żgurat li jiġu segwiti r-regoli li hija imponiet fuqha nfisha;

jisħaq li iktar ma nkomplu għaddejjin bil-politika tal-awsterità attwali mingħajr programm ta' investiment effettiv li jiġġenera l-qligħ permezz tat-tkabbir, il-koeżjoni soċjali u s-solidarjetà, iktar ser ikun ċar li l-integrazzjoni ekonomika u l-prosperità tal-Ewropa huma mhedda minn disparitajiet soċjali li qed jiżdiedu;

jaħseb li għandha tissaħħaħ il-koeżjoni soċjali, politika u ekonomika biex ma titfarrakx iż-żona tal-euro. Għandhom jiġu introdotti riformi strutturali bilanċjati li jirriflettu l-ħtiġijiet ta’ unjoni monetarja u f’konformità mar-rekwiżiti nazzjonali;

jirrakkomanda aktar “parlamentarizzazzjoni” taż-żona tal-euro b'kumitat kbir tal-PE li jikkonsisti fil-membri parlamentari kollha taż-żona tal-euro u tal-pajjiżi li jixtiequ jissieħbu fiha (26 Stat Membru), flimkien ma’ koordinazzjoni aktar b’saħħitha tal-membri parlamentari taż-żona tal-euro dwar kwistjonijiet tal-UEM (COSAC+);

jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li wħud mill-għanijiet ekonomiċi tal-governanza ekonomika tas-snin reċenti għandhom isiru iktar kompatibbli mal-għanijiet tal-politika soċjali tal-UE skont l-Artikolu 4(2) tat-TFUE u li għandhom jingħelbu l-kunflitti potenzjali bejn l-għanijiet ekonomiċi u soċjali;

jitlob li l-azzjonijiet kollha tas-Semestru Ewropew – f’konformità mal-klawżola soċjali orizzontali – ikunu soġġetti għal valutazzjoni tal-impatt soċjali;

jiddikjara li l-eliminazzjoni tad-differenzi fil-funzjonament tas-swieq tax-xogħol, is-sistemi tal-formazzjoni tal-pagi u s-sistemi soċjali għandu rwol importanti f'UEM demokratika u soċjali;

jinsab konvint li djalogu makroekonomiku fiż-żona tal-euro (MED-EURO) jista’ jagħmel kontribut importanti għall-iżvilupp soċjali u demokratika tal-UEM.

Kuntatt:Alexander Alexandrov / Gerald Klec(Tel: 00 32 2 546 9805 – indirizz elettroniku: [email protected])(Tel: 00 32 2 546 9909 – indirizz elettroniku: [email protected])

EESC-2015-04700-00-01-TCD-TRA (FR/EN) 10/40

Page 11:  · Web viewSkont il-KESE, ix-xenarju ġdid irid jiġi mmappjat b’mod preċiż għall-benefiċċju ta’ dawk li jfasslu l-politika u għan-negozju. Dan jista’ jwassal għal aġġustament

Iċ-ċaqliq fl-ekonomiji u l-konsegwenzi għall-kompetittività tal-UE (rapport ta' informazzjoni)

Joost Van Iersel (Min Iħaddem – NL)

Enrico Gibellieri (Ħaddiema – IT)

EESC-2015-01586-00-02-RI

Punti importanti:

Seba’ snin ta’ żvilupp ekonomiku kajman, ikkawżat u kkaratterizzat minn kriżi finanzjarja u soċjoekonomika profonda, ħallew marka ċara fuq l-ekonomija Ewropea. Wara aġġustamenti fil-politiki tal-UE fil-qasam monetarju u ekonomiku, kull Stat Membru adatta l-għodod ta’ politika tiegħu stess. Bħalissa hemm ħjiel ta' rkupru. Mistoqsija interessanti hija sa liema punt il-kriżi affettwat is-sitwazzjoni b’mod strutturali fl-UE u l-Istati Membri. L-Ewropa sempliċiment sejra lura għan-normal?

Skont il-KESE, ix-xenarju ġdid irid jiġi mmappjat b’mod preċiż għall-benefiċċju ta’ dawk li jfasslu l-politika u għan-negozju. Dan jista’ jwassal għal aġġustamenti tal-politiki u għal azzjonijiet immirati fir-rigward ta’ pajjiżi individwali. Fost l-analiżi tas-sitwazzjoni minn din il-perspettiva, hemm rapport tal-2014 mill-Boston Consulting Group, imsejjaħ "Shifting Economies" (Iċ-Ċaqliq fl-Ekonomiji). Dan jibda mis-27 pajjiż esportatur ewlieni madwar id-dinja, u jħares lejn il-prestazzjonijiet differenti tagħhom matul dawn l-aħħar snin. Sussegwentement janalizza t-tendenzi li, fil-fehma tiegħu, huma fatturi determinanti għall-futur qarib. F’dan ix-xenarju xi ekonomiji emerġenti qed ifittxu li jiffunzjonaw b’suċċess, filwaqt li fost l-Ewropej xi pajjiżi għadhom jirrendu tajjeb ħafna waqt li oħrajn isofru minn żvantaġġi strutturali. Skont il-KESE jeħtieġ li jkun hemm analiżi ulterjuri.

Dan ir-Rapport ta’ Informazzjoni ma jikkunsidrax l-istampa kollha. Pjuttost għandu jitqies bħala rapport introduttorju li jikkonċerna stampa ferm ikkumplikata. Jindirizza lill-Kummissjoni u lill-Kunsill. Huwa maħsub bħala inċentiv għaż-żewġ korpi sabiex japprofondixxu l-fehim tat-tendenzi li qed jiddeterminaw il-prestazzjoni tal-Istati Membri, tal-ekonomija Ewropea kollha u taż-żona tal-euro. Analiżi strutturata b’mod tajjeb mill-Kummissjoni għandha tkun punt ta’ tluq għar-ritorn lejn mogħdija ta’ konverġenza bl-irfinar ta’ żviluppi ta’ monitoraġġ fl-Istati Membri u bl-immirar ta’ politiki, relatati mal-kompetittività, għal sitwazzjonijiet speċifiċi.

Kuntatt: Adam Plezer(Tel.: 00 32 2 546 8628 – indirizz elettroniku: [email protected])

EESC-2015-04700-00-01-TCD-TRA (FR/EN) 11/40

Page 12:  · Web viewSkont il-KESE, ix-xenarju ġdid irid jiġi mmappjat b’mod preċiż għall-benefiċċju ta’ dawk li jfasslu l-politika u għan-negozju. Dan jista’ jwassal għal aġġustament

3. AMBJENT / AGRIKOLTURA U SAJD

Opinjoni fuq inizjattiva proprja dwar "L-importanza tal-kummerċ agrikolu għall-iżvilupp futur tal-agrikoltura u tal-ekonomija agrikola fl-Unjoni Ewropea, fil-kuntest tas-sigurtà tal-ikel"

Volker Petersen (Min Iħaddem – DE)

Referenzi: EESC-2015-01349-00-01-AC-TRA

Punti importanti:

Il-kummerċ agrikolu ta’ spiss huwa s-suġġett ta’ dibattiti polemikużi fis-soċjetà ċivili minħabba li jista’ jkollu impatti differenti ħafna, u dan potenzjalment iwassal għal dipendenza mhux mixtieqa. Bħala l-ikbar esportatur agrikolu fid-dinja – qabel l-Istati Uniti, il-Brażil, iċ-Ċina u l-Kanada – u l-ikbar importatur agrikolu – qabel l-Istati Uniti, iċ-Ċina, il-Ġappun u r-Russja – l-UE ġġorr responsabbiltà doppja u li qiegħda tiżdied għas-sigurtà alimentari dinjija. Il-KESE jilqa' l-fatt li l-politiki tal-UE dwar l-agrikoltura u l-iżvilupp qegħdin jimmiraw b'mod koerenti fl-istess direzzjoni. Dan, iħoss, huwa l-prerekwiżit biex jiġi żgurat li r-rwoli tal-kummerċ u l-iżvilupp huma akkomodati b’mod sostenibbli.

Ir-regoli li għadhom jeżistu fil-kummerċ agrikolu globali għandhom l-oriġini tagħhom qabelxejn fl-importanza li tingħata lill-ħarsien tas-saħħa u l-konsumatur f'diversi pajjiżi. L-istandards tal-UE għandhom ikunu l-bażi għal-liċenzji li jingħataw għall-importazzjonijiet fl-UE. Jekk in-negozjati multilaterali fi ħdan id-WTO ma jagħtux il-frott, għandhom jiġu mfittxija soluzzjonijiet fuq livell bilaterali.

Kuntatt:Maarit Laurila(Tel.: 00 32 2 546 9379 – indirizz elettroniku: [email protected])

EESC-2015-04700-00-01-TCD-TRA (FR/EN) 12/40

Page 13:  · Web viewSkont il-KESE, ix-xenarju ġdid irid jiġi mmappjat b’mod preċiż għall-benefiċċju ta’ dawk li jfasslu l-politika u għan-negozju. Dan jista’ jwassal għal aġġustament

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1829/2003 fir-rigward tal-possibbiltà għall-Istati Membri li jirrestrinġu jew jipprojbixxu l-użu ta' organiżmi ġenetikament modifikati fit-territorju tagħhom

Relatur: José María Espuny Moyano (Min Iħaddem – ES)

Korelatur: Martin Siecker (Ħaddiema – NL)

Referenzi: EESC-2015-02913-00-00-AC-TRACOM(2015)177 final – 2015/0093 COD

Punti importanti:

Il-KESE għandu dubji dwar il-possibbiltà reali li tiġi implimentata din ir-regola fi ħdan is-suq uniku, u għalhekk jirrakkomanda lill-Kummissjoni Ewropea biex tirtira l-proposta tagħha.

Kuntatt: Arturo Iniguez Yuste(Tel.: 00 32 2 546 8768 – indirizz elettroniku: [email protected])

EESC-2015-04700-00-01-TCD-TRA (FR/EN) 13/40

Page 14:  · Web viewSkont il-KESE, ix-xenarju ġdid irid jiġi mmappjat b’mod preċiż għall-benefiċċju ta’ dawk li jfasslu l-politika u għan-negozju. Dan jista’ jwassal għal aġġustament

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta' qafas tal-Unjoni għall-ġbir, il-ġestjoni u l-użu ta’ dejta fis-settur tas-sajd u appoġġ għall-parir xjentifiku fir-rigward tal-Politika Komuni dwar is-Sajd (riformulazzjoni)

Relatur: Brian Curtis (Ħaddiema – UK)

Referenzi: EESC-2015-03926-00-00-AC-TRACOM(2015)294 final – 2015/0133 COD

Punti importanti:

Il-KESE jaqbel b'mod ġenerali mal-intenzjoni tal-Kummissjoni li tibni fuq dawk l-affarijiet li jaħdmu sew, u b'hekk iżżomm livell għoli ta' kontinwità, filwaqt li fl-istess ħin tirreaġixxi għar-rekwiżiti l-ġodda. Huwa jqis ukoll li l-bidliet proposti ma jmorrux lil hinn minn dak li huwa neċessarju u adatt biex jintlaħaq l-għan bażiku tat-titjib tal-kwalità, l-aċċess u d-disponibbiltà tad-data fis-settur tas-sajd.

Kuntatt: Arturo Iniguez Yuste(Tel.: 00 32 2 546 8768 – indirizz elettroniku: [email protected])

EESC-2015-04700-00-01-TCD-TRA (FR/EN) 14/40

Page 15:  · Web viewSkont il-KESE, ix-xenarju ġdid irid jiġi mmappjat b’mod preċiż għall-benefiċċju ta’ dawk li jfasslu l-politika u għan-negozju. Dan jista’ jwassal għal aġġustament

Programmi ta’ żvilupp rurali – L-ewwel għajnuna jew l-ewwel sinjali ta’ rkupru?

Relatur: Tom Jones (Interessi Varji – UK)

Referenzi: EESC-2015-00601-00-00-AC-TRA

Punti importanti:

Il-KESE jilqa' b'sodisfazzjon l-impenn kontinwu tal-UE, l-Istati Membri u r-reġjuni biex jindirizzaw xi wħud mill-isfidi li jħabbtu wiċċhom magħhom iż-żoni rurali permezz ta' Programm tal-Iżvilupp Rurali (PŻR) li jvjarja ħafna. Hemm diżappunt minħabba d-dewmien fil-preżentazzjoni, l-approvazzjoni u t-tnedija tal-programm madwar bosta stati u reġjuni.

Is-suċċess tal-Programm tal-Iżvilupp Rurali jiddependi mill-effettività tal-prinċipju tas-sħubija. Il-KESE jinnota li kien hemm titjib fl-impenn meta mqabbel mal-programmi preċedenti, iżda s-sħubija għadha tvarja madwar l-UE.

Tintlaqa' bi pjaċir il-firxa tal-programmi biex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet u l-prijoritajiet lokali, kif ukoll l-użu akbar tal-mudell tal-Iżvilupp Lokali Mmexxi mill-Komunità (CLLD) favur l-involviment tal-komunità. Il-mudell tal-LEADER li ilu stabbilit għandu appoġġ qawwi u n-Netwerks tal-Iżvilupp Rurali ffinanzjati mill-KE huma mħeġġa biex ikomplu jxerrdu l-aħjar prattiki.

Ħmistax-il Stat Membru trasferew fondi minn pagamenti diretti lill-PŻR, filwaqt li f’ħames Stati Membri oħra t-trasferimenti saru mit-tieni għall-ewwel pilastru. Iż-żewġ possibbiltajiet huma leġittimi iżda m'għandhomx l-istess valur: il-PŻR jaqdu l-għan ta' żvilupp aktar ibbilanċjat fi ħdan kull reġjun tal-UE. Huwa rakkomandat li jsir studju tal-koerenza u tal-effettività ta' din il-flessibbiltà, inkluż l-impatt tagħha fuq il-kompetizzjoni fis-Suq Uniku.

Il-possibbiltà ta' trasferiment ta' fondi minn pilastru għall-ieħor tal-PAK hija nnutata. Huwa rakkomandat li jsir studju tal-effettività ta' din il-flessibbiltà, inkluż l-impatt tagħha fuq is-Suq Uniku.

Enfasi qawwija fuq iż-żamma tal-impjiegi u l-ħolqien ta’ opportunitajiet ġodda ta’ impjiegihija ċara fil-programmi kollha. Il-miżuri biex jinċentivaw iż-żgħażagħ biex ifittxu futur fiż-żoni rurali, flimkien ma' miżuri li jgħinu fl-integrazzjoni ta' dawk il-persuni li għandhom diffikultajiet speċjali jew diżabbiltà fiżika jew mentali, huma importanti.

Il-kontribut tan-nisa għas-suċċess tal-programm għandu jkun immirat u appoġġat b'mod speċifiku. Ir-rwol tagħhom huwa kruċjali biex jiżguraw li n-nies jibqgħu jgħixu f’żoni rurali.

Ir-riġenerazzjoni ekonomika u tal-komunità rurali hija essenzjali u l-PŻR għandhom jiġu ttestjati wkoll għall-isforzi tagħhom biex jinkludu liċ-ċittadini rurali kollha. L-involviment tas-soċjetà ċivili u l-intraprenditorija huma essenzjali għas-sostenibilità taż-żoni rurali.

EESC-2015-04700-00-01-TCD-TRA (FR/EN) 15/40

Page 16:  · Web viewSkont il-KESE, ix-xenarju ġdid irid jiġi mmappjat b’mod preċiż għall-benefiċċju ta’ dawk li jfasslu l-politika u għan-negozju. Dan jista’ jwassal għal aġġustament

Kuntatt:Maarit Lauril(Tel.: 00 32 2 546 9379 – indirizz elettroniku: [email protected])

4. KONSUMATURI / SAĦĦA

Saħħa diġitali (opinjoni fuq inizjattiva proprja)

Relatur: Renate Heinisch (Interessi Varji – DE)

Referenza: EESC-2015-00424-00-01-AC-TRA

Punti importanti:

Il-KESE:

japprova l-isforzi tal-Kummissjoni Ewropea biex is-saħħa elettronika ssir prijorità għolja fl-Aġenda Diġitali,

jinnota li min ifittex l-informazzjoni, jiġifieri l-pazjenti u l-professjonisti fil-kura medika, tennew il-ħtieġa ta' informazzjoni komprensiva, preċiża u aġġornata dwar prodotti mediċinali u suq diġitali uniku;

huwa tal-fehma li din l-informazzjoni approvata uffiċjali għandha tkun aċċessibbli mingħajr ostakli u diskriminazzjoni biex tkun disponibbli wkoll għal dawk neqsin mis-smigħ u mid-dawl jew li għandhom kwalunkwe restrizzjoni oħra;

jemmen li d-distribuzzjoni elettronika tal-informazzjoni dwar il-prodotti, approvata mill-awtoritajiet tal-approvazzjoni tal-prodotti mediċinali, twassal għal aktar titjib fl-aċċess;

jinnota wkoll li jekk dan kollu jkun disponibbli f'portal wieħed jinħoloq sors affidabbli u faċli jintuża ta' informazzjoni uffiċjali konformi mal-kriterji tal-aċċessibbiltà. Dan ifisser li l-pazjenti u l-professjonisti fil-kura medika jistgħu jqabblu kwalunkwe informazzjoni disponibbli mal-informazzjoni awtorizzata;

jenfasizza li t-tobba (partikolarment il-GPs) u professjonisti oħra tal-kura tas-saħħa, bħalma huma l-ispiżjara u l-infermiera, huma l-ewwel punt ta’ kuntatt għall-pazjenti, jipprovduhom b’rakkomandazzjonijiet dwar il-mard tagħhom u l-għażliet ta’ kura għalihom.

Kuntatt: Claudia Drewes-Wran

EESC-2015-04700-00-01-TCD-TRA (FR/EN) 16/40

Page 17:  · Web viewSkont il-KESE, ix-xenarju ġdid irid jiġi mmappjat b’mod preċiż għall-benefiċċju ta’ dawk li jfasslu l-politika u għan-negozju. Dan jista’ jwassal għal aġġustament

5. AFFARIJIET SOĊJALI / IMPJIEG

Dumping soċjali fis-settur Ewropew tal-avjazzjoni ċivili (opinjoni fuq inizjattiva proprja)

Relatur: Anne Demelenne (Ħaddiema – BE)

Referenza: EESC-2015-00417-00-00-AC-TRA

Punti importanti:

Peress li l-KESE huwa mħasseb dwar l-iżviluppi reċenti fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili, huwa jħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tissorvelja mill-qrib is-sitwazzjoni u tieħu passi jekk meħtieġ. Jeħtieġ li l-aspetti kollha indirizzati f’dan id-dokument jiġu kkunsidrati matul it-tħejjija tal-pakkett tal-avjazzjoni li tħabbar bħala parti mill-programm ta’ ħidma tal-Kummissjoni għall-2015. Barra minn hekk, il-KESE huwa tal-fehma li DĠ MOVE u DĠ EMPL għandhom jaħdmu flimkien mill-qrib.

Abbażi tal-ħidma tagħha dwar mudelli ġodda tan-negozju, jeħtieġ li l-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni (EASA) tiskrutinizza l-iżviluppi biex tiżgura l-aqwa sikurezza possibbli tal-passiġġieri u l-persunal, ikun xi jkun il-mudell tan-negozju,

Il-KESE jistenna li l-leġislazzjoni attwali tiġi infurzata kif imiss u li s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tiġi kkunsidrata wkoll.

Il-KESE jirrikonoxxi l-pożizzjoni tal-imsieħba soċjali tal-Grupp ta’ Ħidma tal-Ekwipaġġ tal-Ajru (Air Crew Working Group –ACWG) u jenfasizza li għandhom jiġu indirizzati l-lakuni sabiex jiġi evitat kwalunkwe impatt soċjali negattiv mhux mixtieq f'dan is-settur.

Barra minn hekk, il-KESE jissuġġerixxi li l-Kummissjoni għandha tiskrutinizza l-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar xogħol temporanju fis-settur tal-avjazzjoni. Barra minn hekk, tinħtieġ definizzjoni komuni ta’ “persuna impjegata” u “persuna li taħdem għal rasha” fil-livell tal-UE.

Il-KESE jappoġġja kwalunkwe inizjattiva li jistgħu jieħdu l-imsieħba soċjali tal-UE fil-qasam tal-avjazzjoni biex jinnegozjaw ftehim dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol u d-drittijiet soċjali tal-ħaddiema fis-settur. Barra minn hekk, l-imsieħba soċjali jista' jkollhom pożizzjonijiet komuni dwar ċerti strumenti leġislattivi li jistgħu jressqu quddiem il-Kummissjoni. Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta mal-imsieħba soċjali dwar kull strument leġislattiv u/jew inizjattiva tal-UE li jkollhom impatt soċjali.

Il-kwistjoni tat-trasferiment tal-persunal f’każ ta’ sejħa għall-offerti u/jew telf parzjali tal-attivitajiet jeħtieġ li tiġi indirizzata wkoll.

Kuntatt: Andrei Popescu(Tel.: 00 32 2 546 9186 – indirizz elettroniku: [email protected])

EESC-2015-04700-00-01-TCD-TRA (FR/EN) 17/40

Page 18:  · Web viewSkont il-KESE, ix-xenarju ġdid irid jiġi mmappjat b’mod preċiż għall-benefiċċju ta’ dawk li jfasslu l-politika u għan-negozju. Dan jista’ jwassal għal aġġustament

L-innovazzjoni soċjali, in-netwerking u l-komunikazzjoni diġitali (opinjoni fuq inizjattiva proprja)

Relatur: Bernardo Hernández Bataller (Interessi Varji – ES)

Referenza: EESC-2014-04902-00-00-AC-TRA

Punti importanti:

L-Opinjoni għandha l-għan li tivvaluta l-kundizzjonijiet meħtieġa sabiex l-innovazzjoni soċjali tibbenefika bis-sħiħ mill-ICT, fl-interess tal-ġid komuni, u titlob l-implimentazzjoni ta' miżuri favur l-iffaċilitar diġitali u ta' pjattaformi għall-promozzjoni ta' relazzjonijiet onlajn u l-iżvilupp ta' interazzjonijiet sinerġetiċi.

Il-KESE jikkonkludi li l-innovazzjoni soċjali, l-istess bħan-netwerks kollaborattivi, għandhom jinbidlu f'għodod għall-ixprunar u t-tisħiħ tal-parteċipazzjoni taċ-ċittadini u, b'mod ġenerali, tas-soċjetà ċivili, fl-iżvilupp u l-ġestjoni tal-politiki tal-Unjoni, permezz ta' proġetti mifruxin, kollettivi u minn isfel għal fuq li jsaħħu demokrazija iżjed diretta. L-aċċess universali għat-teknoloġija l-ġodda, b’mod partikolari għall-internet broadband, għandu jkun prijorità għall-UE. Il-KESE jirrikonoxxi li l-innovazzjoni soċjali, imsejsa fuq it-teknoloġiji ġodda, tista’ taqdi rwol importanti fil-ħolqien ta’ impjiegi ġodda kwalifikati billi jiġu appoġġjati dawk il-proġetti li huma orjentati lejn il-ħolqien ta’ intrapriżi ġodda u innovattivi. It-tisħiħ tat-taħriġ huwa essenzjali wkoll, fi ħdan is-sistema edukattiva għaż-żgħażagħ fil-għamla ta’ taħriġ kontinwu għall-ħaddiema li jikkwalifikahom fl-użu tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni fis-suq tax-xogħol. Il-Kumitat jappella għall-innovazzjoni soċjali u l-użu tat-teknoloġiji ġodda; netwerks soċjali u ħidma kollaborattiva għall-implimentazzjoni ta' soluzzjonijiet tekniċi li jgħinu lin-nies b'diżabbiltà.

Il-KESE jappoġġja l-għanijiet tal-Istrateġija Ewropa 2020 u l-inizjattivi ewlenin tagħha dwar “Unjoni ta’ Innovazzjoni” u “Aġenda Diġitali”, flimkien mal-miżuri meħtieġa biex titmexxa 'l quddiem l-innovazzjoni soċjali, u jinkoraġġixxi l-integrazzjoni ta’ dawn l-objettivi fil-Pjani Nazzjonali ta’ Riforma u s-segwitu tagħhom fis-Semestru Ewropew u bl-involviment tal-imsieħba soċjali.

Huwa jħeġġeġ lill-istituzzjonijiet biex jistimolaw il-bini tal-kapaċità u l-użu ta' ambjenti diġitali essenzjali u biex jgħinu joħolqu spazji għal konnessjonijiet innovattivi orizzontali u biex jiġi ffaċilitat l-aċċess sikur u malajr f’ħin reali. Huwa jappella lill-UE biex tħeġġeġ u tiffinanzja t-tħejjija u l-implimentazzjoni ta’ proġetti, ikkonċeputi miċ-ċittadini u implimentati permezz tan-netwerks soċjali u l-ħidma kollaborattiva, li jkopru azzjonijiet ta’ interess ġenerali.

Il-Kummissjoni Ewropea trid tistabbilixxi politika ċara u konkreta dwar l-innovazzjoni soċjali u l-aċċess pubbliku għat-teknoloġiji l-ġodda, li twassal f’inizjattivi li jġibu benefiċċji kondiviżi fost il-popolazzjoni, f’konformità mal-Pakkett ta’ Investiment Soċjali tal-Kummissjoni Ewropea. Dan huwa meħtieġ sabiex tissaħħaħ l-innovazzjoni soċjali abbażi tal-iżvilupp teknoloġiku, il-promozzjoni tar-riċerka kollaborattiva, il-promozzjoni tal-aċċess għall-għarfien ġdid u t-tisħiħ istituzzjonali permezz

EESC-2015-04700-00-01-TCD-TRA (FR/EN) 18/40

Page 19:  · Web viewSkont il-KESE, ix-xenarju ġdid irid jiġi mmappjat b’mod preċiż għall-benefiċċju ta’ dawk li jfasslu l-politika u għan-negozju. Dan jista’ jwassal għal aġġustament

tad-demokrazija diretta li hija posisbbli permezz ta' dawn l-għodod ġodda ta' parteċipazzjoni f'netwerk u ta' komunikazzjoni diġitali.

Kuntatt: Joanna Ziecina(Tel.: 00 32 2 5469509 - indirizz elettroniku: [email protected])

Is-suq intern tat-trasport internazzjonali tal-merkanzija bit-triq: dumping soċjali u kabotaġġ (opinjoni fuq inizjattiva proprja)

Relaturi: Stefan Back (Ħaddiema – SE)Reymond Hencks (Min Iħaddem – LU)

Referenza: EESC-2015-03722-00-00-AC-TRA

Punti importanti:

Il-KESE jtenni l-appoġġ tiegħu għall-objettiv tal-Kummissjoni Juncker biex jiġi miġġieled id-dumping soċjali kif espress fl-opinjoni tiegħu tal-2015 dwar Pjan direzzjonali għal Żona Unika Ewropea tat-Trasport, kif ukoll l-istedina tiegħu lill-Kummissjoni sabiex tipproponi miżuri preventivi. Il-KESE jiddispjaċih li l-kunċett ta' dumping soċjali filwaqt li jintuża estensivament mhuwiex definit. Għall-fini ta' din l-Opinjoni l-KESE jikkunsidra bħala dumping soċjali l-prattiki li għandhom l-għan li jevitaw jew li huma bi ksur tar-regolamenti soċjali jew tal-aċċess tas-suq (kumpaniji "letterbox") sabiex jiksbu vantaġġi kompetittivi.

Il-KESE jilqa’ l-pjanijiet tal-Kummissjoni biex:

jiġu ssimplifikati u ċċarati r-regolamenti tal-UE dwar l-aċċess għall-professjoni ta' operatur tat-trasport bit-triq u l-aċċess għas-suq internazzjonali tat-trasport tal-merkanzija bit-triq, b'mod partikolari fir-rigward tal-kabotaġġ sabiex tiġi faċilitata l-implimentazzjoni;

jissaħħu l-kriterji ta' stabbiliment biex jiġi evitat l-użu abbużiv ta' kumpaniji "letterbox"; pakkett dwar il-mobbiltà tal-ħaddiema jiffaċilita l-moviment liberu tal-ħaddiema u jtejjeb il-

kapaċità tal-Istati Membri biex jiġġieldu d-dumping soċjali, il-frodi u l-abbuż rigward l-istazzjonar tal-ħaddiema u l-aċċess għall-benefiċċji soċjali.

Il-KESE jemmen li hemm bżonn urġenti għal azzjoni fil-livell tal-UE biex jiġi evitat ir-riskju ta’ frammentazzjoni tas-suq intern fit-trasport bit-triq permezz ta’ miżuri nazzjonali unilaterali fil-ġlieda kontra d-dumping soċjali. Azzjoni tal-UE li tirnexxi tista’ toħloq kundizzjonijiet favorevoli għal aktar ftuħ fis-suq.

Kuntatt: Nuno Quental(Tel.: 00 32 2 5469347 - indirizz elettroniku: [email protected])

EESC-2015-04700-00-01-TCD-TRA (FR/EN) 19/40

Page 20:  · Web viewSkont il-KESE, ix-xenarju ġdid irid jiġi mmappjat b’mod preċiż għall-benefiċċju ta’ dawk li jfasslu l-politika u għan-negozju. Dan jista’ jwassal għal aġġustament

Il-validazzjoni tal-kwalifiki – tagħlim mhux formali u informali

Relatur: Pavel Trantina (Interessi Varji – CZ)Korelatur: Marie Zvolská (Min Iħaddem – CZ)

Referenza: EESC-2015-00802-00-00-AC-TRA

Punti importanti:

Il-KESE:

jemmen bis-sħiħ li għandha ssir enfasi fuq l-identifikazzjoni, ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni u b’hekk jiġu vvalorizzati r-riżultati ta’ tagħlim mhux formali u informali u dan isir bl-aktar mod komparabbli possibbli;

jirrakkomanda li l-Istati Membri jipprovdu opportunitajiet biex jiġu vvalidati l-eżiti tat-tagħlim mhux formali u informali, u jitwessa’ l-ambitu ta’ istituzzjonijiet li jipprovdu pariri u gwida dwar il-benefiċċji tal-validazzjoni ta’ kompetenzi u l-għażliet u l-mekkaniżmi biex dan isir, għall-pubbliku;

jitlob li jingħata appoġġ għall-partijiet interessati kollha, b’mod partikolari l-imsieħba soċjali u organizzazzjonijiet oħra tas-soċjetà ċivili, biex jagħmluhom konxji dwar il-benefiċċji tal-validazzjoni u jippermettulhom jipparteċipaw b’mod attiv fit-tfassil ta’ oqfsa ta’ kwalifiki nazzjonali u fid-determinazjoni tal-kwalifiki professjonali;

jikkunsidra li qafas leġislattiv nazzjonali huwa prerekwiżit għall-iżgurar ta’ valur ugwali ta’ ċertifikati miksuba permezz ta’ tagħlim formali u mhux formali jew informali. Dan jitfa’ piż sinifikanti fuq il-kwalità tal-proċessi ta’ validazzjoni, li għandhom ikunu appoġġjati finanzjarjament, pereżempju, mill-Fond Soċjali Ewropew;

jistieden lill-istituzzjonijiet edukattivi, partikolarment l-iskejjel sekondarji u l-universitajiet, biex jippromwovu l-validazzjoni tal-ħiliet u l-għarfien miksuba permezz ta’ mezzi mhux formali. L-UE għandha ħafna eżempji ta’ prattika tajba f’dan il-qasam u dawn għandhom jiġu promossi;

huwa konvint li n-negozjar kollettiv u d-djalogu soċjali bejn it-trejdjunjins u min iħaddem jista’ jkollhom rwol importanti fil-proċess ta’ validazzjoni mhux formali tal-edukazzjoni u tat-tagħlim tul il-ħajja u għandhom jintużaw bħala strument biex jaħdmu fuq il-validazzjoni ta’ tagħlim mhux formali bħala kontribut importanti għad-dibattitu dwar l-impjegabbiltà u l-istrumenti li jappoġġjawha;

iqis li minħabba r-rata għolja ta’ qgħad fost iż-żgħażagħ, opportunitajiet għal interazzjoni bejn l-aġenziji pubbliċi u privati tal-impjieg, l-organizzazzjonijiet tal-volontarjat (b’mod partikolari ż-żgħażagħ), u dawk li jħaddmu għandhom ikunu appoġġjati;

għalhekk huwa diżappuntat li l-Kummissjoni Ewropea ssospendiet il-ħidma preparatorja fuq il-Europass Experience u jistedinha ssegwi din l-inizjattiva sakemm titlesta.

Kuntatt:Irina Fomina(Tel.: 00 32 2 546 80 91 – indirizz elettroniku: [email protected])

EESC-2015-04700-00-01-TCD-TRA (FR/EN) 20/40

Page 21:  · Web viewSkont il-KESE, ix-xenarju ġdid irid jiġi mmappjat b’mod preċiż għall-benefiċċju ta’ dawk li jfasslu l-politika u għan-negozju. Dan jista’ jwassal għal aġġustament

Prinċipji għal sistemi tal-benefiċċji soċjali effettivi u affidabbli

Relatur: Bernd Schlüter (Interessi Varji – DE)

Referenza: EESC-2015-01011-00-00-AC-TRA

Punti importanti:

Il-KESE huwa tal-fehma li l-prinċipji tal-politika soċjali jistgħu jipprovdu bażi sostantiva għar-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni. Jipproponi l-prinċipji li ġejjin għal sistemi ta’ għoti ta' benefiċċji soċjali:

Prinċipju tal-limitu minimu ta' protezzjoni soċjali: garanzija ta' benefiċċju soċjali bażiku, inkluż protezzjoni ta' sussistenza/dħul minimu għal persuni mingħajr dħul adegwat;

Prinċipju tal-ħtieġa: forniment ta' servizzi soċjali/ta' kura tas-saħħa moderni għal sitwazzjonijiet problematiċi differenti;

Prinċipju tad-definizzjoni preċiża tal-għanijiet: żvilupp ta' objettivi ċara ta' politika soċjali; Prinċipju tal-aċċessibilità: l-għoti tal-benefiċċji soċjali jrid ikun affordabbli, aċċessibbli u mhux

diskriminatorju; Prinċipju tal-proporzjonalità: servizzi u benefiċċji għandhom ikun adatti fl-għamla u l-ambitu

tagħhom; Prinċipju tas-solidarjetà: il-finanzjament tal-benefiċċji soċjali essenzjalment għandu jkun ibbażat

fuq sistemi solidari tal-assigurazzjoni soċjali u sistemi ta' tassazzjoni ġusti u solidari; Priniċpju tar-responsabbiltà personali: dawk li qed ifittxu l-impjieg għandhom ikunu appoġġjati

permezz ta' servizzi soċjali sabiex jgħixu bl-isforzi tagħhom stess; Prinċipju tal-parteċipazzjoni: servizzi u benefiċċji għandhom jgħinu lin-nies jaqdu r-rwol

tagħhom fis-soċjetà; Prinċipju tal-istruttura: konfigurazzjoni razzjonali fir-relazzjoni legali u finanzjarja bejn l-utenti,

il-fornituri ta’ servizzi tal-benefiċċji soċjali, l-awtoritajiet tal-benefiċċji soċjali u l-entitajiet ta’ assigurazzjoni soċjali;

Prinċipju tad-dritt tal-utent li jiddeċiedi: l-utenti mhumiex riċevituri passivi, iżda msieħba fl-assistenza u ċittadini bi drittijiet;

Prinċipju taċ-ċertezza legali: il-garanzija legali tas-servizzi u l-benefiċċji, pereżempju permezz ta' liġijiet soċjali jew strumenti legali simili stabbiliti demokratikament tal-Istati Membri;

Prinċipju tal-interess pubbliku: b'mod partikolari, forom ta' intraprenditorjat u organizzazzjoni tat-tielet settur u parteċipattivi għandhom igawdu minn kundizzjonijiet finanzjarji u legali adatti;

Prinċipju tat-trasparenza: l-użu ta' fondi pubbliċi għandu jkun trasparenti; Prinċipju tal-approċċ konġunt: raggruppamenti familjari ġodda, it-tixjiħ u l-immigrazzjoni jitolbu

servizzi integrati u konġunti; Prinċipju tal-kundizzjonijiet indaqs: l-utenti, l-amministrazzjonijiet soċjali u s-servizzi soċjali

għandu jkollhom drittijiet u obbligi rregolati legalment u infurzabbli; Prinċipju tal-kwalità: is-servizzi soċjali għandhom ikunu marbutin ma' miżuri għall-garanzija tal-

kwalità;

EESC-2015-04700-00-01-TCD-TRA (FR/EN) 21/40

Page 22:  · Web viewSkont il-KESE, ix-xenarju ġdid irid jiġi mmappjat b’mod preċiż għall-benefiċċju ta’ dawk li jfasslu l-politika u għan-negozju. Dan jista’ jwassal għal aġġustament

Prinċipju tal-koordinazzjoni: għandha tittejjeb il-ġestjoni ta' kwistjonijiet transkonfinali fir-rigward ta' benefiċċji tas-sigurtà soċjali u tal-protezzjoni soċjali.

Kuntatt: Judite Berkemeier(Tel.: 00 32 2 546 9897 – indirizz elettroniku:

[email protected])

EESC-2015-04700-00-01-TCD-TRA (FR/EN) 22/40

Page 23:  · Web viewSkont il-KESE, ix-xenarju ġdid irid jiġi mmappjat b’mod preċiż għall-benefiċċju ta’ dawk li jfasslu l-politika u għan-negozju. Dan jista’ jwassal għal aġġustament

It-titjib fil-prestazzjoni tas-sistemi nazzjonali ta’ taħriġ doppju

Relatur: Dorthe Andersen (Min Iħaddem – DA)

Referenza: EESC-2015-01718-00-00-AC-TRA

Punti importanti:

Iż-żgħażagħ Ewropej intlaqtu ħażin ħafna mill-kriżi iżda l-qgħad ogħla fost iż-żgħażagħ mhuwiex xi ħaġa ġdida u jindika problemi strutturali fit-tranżizzjoni mill-iskola għax-xogħol. Sistemi tal-ETV abbażi ta’ taħriġ doppju jikkontribwixxu għal tranżizzjoni eħfef.

Il-KESE:

jenfasizza li m’hemmx “l-aħjar mudell uniku” għal taħriġ doppju;

jemmen li tinħtieġ għodda Ewropea koerenti għall-valutazzjoni tal-kwalità li tirreġistra l-progress kif ukoll l-effetti tar-riformi li l-Istati Membri qed iwettqu sabiex itejbu l-prestazzjoni tas-sistemi tal-ETV u ta’ taħriġ doppju;

jirrakkomanda li l-Kummissjoni – mal-imsieħba rilevanti – tiżviluppa għodod biex tissorvelja u tiġbor id-data, u tevalwa x’qiegħed jiffunzjona sew fl-Istati Membri u tidentifika l-elementi ewlenin ta’ sistemi ta' tagħlim doppju li jiffunzjonaw sew. L-għan huwa li tiġi żgurata l-kwalità fis-sistemi tat-taħriġ, u ssir enfasi fuq il-korrelazzjoni bejn it-taħriġ doppju u l-impjieg;

jipproponi li tiġi stabbilita mira tal-UE għall-EVT u t-taħriġ doppju.

jemmen li mira u l-kompilazzjoni ta’ data jistgħu jgħinu biex itejbu l-livelli edukattivi u jiżguraw li ż-żgħażagħ ikollhom il-ħiliet meħtieġa fis-suq tax-xogħol. Mira tista’ tkun parti mill-Istrateġija tal-UE 2020 imġedda, u għalhekk il-KESE jitlob lill-Kummissjoni tanalizza l-alternattivi.

jirrakkomanda li l-Istati Membri li ma għandhomx sistemi ta' taħriġ doppju li jiffunzjonaw sew jistħarrġu l-ispejjeż involuti fl-iżvilupp ta’ sistemi bħal dawn, meta mqabbla mal-kompromessi u l-benefiċċji li dan ikollu fuq il-kompetittività tal-kumpaniji u l-opportunitajiet ta’ impjieg għaż-żgħażagħ.

jenfasizza l-importanza tas-sħubijiet bejn l-iskejjel, iċ-ċentri ta' taħriġ, it-trejdunjins u l-komunità tan-negozju. L-imsieħba soċjali għandhom rwol deċiżiv fl-istadji kollha tas-sistemi ta' taħriġ doppju li jiffunzjonaw sew. It-tisħiħ u l-aħjar użu tad-djalogu soċjali fil-livelli kollha jistgħu jkunu strument effettiv biex titjieb il-kwalità tat-taħriġ doppju u jsir aktar attraenti;

EESC-2015-04700-00-01-TCD-TRA (FR/EN) 23/40

Page 24:  · Web viewSkont il-KESE, ix-xenarju ġdid irid jiġi mmappjat b’mod preċiż għall-benefiċċju ta’ dawk li jfasslu l-politika u għan-negozju. Dan jista’ jwassal għal aġġustament

jistieden lill-Istati Membri biex jintroduċu jew jirrevedu fuq bażi sistematika l-iżvilupp professjonali tal-għalliema, il-mentors u l-ħarrieġa ETV;

jenfasizza l-importanza tal-impjegaturi u jemmen li l-impjegaturi, inklużi l-SMEs, jinvolvu ruħhom aktar fi skemi ta’ apprendistat meta dawn ġenwinament jindirizzaw il-ħtiġijiet tagħhom u meta jkun hemm rabtiet tajbin mal-iskejjel. Fis-snin li ġejjin għandu jkun hemm aktar enfasi fuq it-twaqqif ta’ sistemi ta' taħriġ doppju li jippermettu l-involviment kosteffikaċi ta’ impjegaturi u jagħtuhom aktar sens ta’ sjieda.

jirrakkomanda li l-imsieħba soċjali Ewropej ikomplu bil-ħidma tagħhom f’dan il-qasam bħala parti mill-programm ta’ ħidma awtonomu tagħhom.

Kuntatt:June Bedaton(Tel.: 00 32 2 546 81 34 – indirizz elettroniku: [email protected])

EESC-2015-04700-00-01-TCD-TRA (FR/EN) 24/40

Page 25:  · Web viewSkont il-KESE, ix-xenarju ġdid irid jiġi mmappjat b’mod preċiż għall-benefiċċju ta’ dawk li jfasslu l-politika u għan-negozju. Dan jista’ jwassal għal aġġustament

6. TRASPORT

Iċ-ċiberattiviżmu u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili (opinjoni fuq inizjattiva proprja)

Relatur: Bernardo Hernández Bataller (Interessi Varji – ES)

Referenza: EESC-2015-01058-00-00-AC-TRA

Punti importanti:

Fis-soċjetà diġitali attwali, iċ-ċiberattiviżmu huwa strument utli biex jagħti s-setgħa liċ-ċittadini peress li jiffaċilita u jippromovi l-prattika soċjali attiva u l-parteċipazzjoni permezz ta’ teknoloġiji ġodda, filwaqt li jikkontribwixxi biex jitnaqqsu l-esklużjoni soċjali u diġitali. Għalhekk, nistgħu noqorbu lejn il-kunċett taċ-ċiberattiviżmu billi niddefinixxuh bħala tip ta' attiviżmu li jħeġġeġ lill-persuni jiddefendu b'mod attiv kwistjonijiet politiċi, ambjentali, soċjali, ċiviċi, kulturali, eċċ., mingħajr il-bżonn ta' ideoloġiji, ġerarkiji jew programmi definiti, u li, biex jagħmel dan, juża għodod teknoloġiċi li jippromovu t-tixrid u l-parteċipazzjoni b'mod virali. F'dan ir-rigward, għandu jtqies bħala distint minn dawk l-inizjattivi li ma jirrispettawx il-prinċipji u l-valuri demokratiċi u solidali li l-intenzjonijiet tagħhom mhumiex b’konformità mal-interess pubbliku u l-ġid komuni.

Għall-iżvilupp taċ-ċiberattiviżmu bħala għodda, jeħtieġ li kemm il-Kummissjoni Ewropea kif ukoll l-Istati Membri jinkludu fl-aġendi ta' ħidma tagħhom inizjattivi u miżuri li jippromovu strutturi għall-espansjoni adegwata tas-soċjetà onlajn, billi jiffaċilitaw l-aċċess ħieles u universali, filwaqt li jiżguraw it-trasparenza u l-kunfidenzjalità u l-protezzjoni tad-drittijiet għall-privatezza u s-sigurtà tad-data personali, b’attenzjoni speċjali għall-iżjed gruppi żvantaġġati.

Il-KESE jemmen li huwa essenzjali li l-pubbliku jiġi pprovdut bl-għarfien u l-ħiliet meħtieġa biex jittratta ċ-ċiberattiviżmu b’mod intelliġenti u b’mod sikur. Għalhekk iħeġġeġ lill-istituzzjonijiet Ewropej biex jinkoraġġixxu attivitajiet ta’ sensibilizzazzjoni, taħriġ u edukazzjoni, b’enfasi speċjali fuq it-tixrid ta’ prattika tajba u l-eliminazzjoni tal-użu malizzjuż ta’ attiviżmu onlajn. F'dan ir-rigward, għandhom isiru disponibbli r-riżorsi li huma meqjusa meħtieġa għall-valutazzjoni u l-iżvilupp taċ-ċiberattiviżmu.

Barra minn hekk, u f’dak li għandu x’jaqsam mal-governanza istituzzjonali, iċ-ċiberattiviżmu jippromovi oqsma ta’ kodeċiżjoni u setgħa kondiviża permezz tal-interazzjoni multidirezzjonali – proattiva u reattiva – bejn diversi atturi (gvernijiet, organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, operaturi soċjali, ċittadini, negozji). Għaldaqstant, l-appoġġ għaċ-ċiberattiviżmu jimplika konfigurazzjoni onlajn kondiviża li tħaddan kemm ir-relazzjonijiet bejn iċ-ċittadini kif ukoll dawk vertikali bejn il-gvern u ċ-ċittadini.

Kuntatt: Luca Venerando Giuffrida(Tel.: 00 32 2 5469212 - indirizz elettroniku:

[email protected])

EESC-2015-04700-00-01-TCD-TRA (FR/EN) 25/40

Page 26:  · Web viewSkont il-KESE, ix-xenarju ġdid irid jiġi mmappjat b’mod preċiż għall-benefiċċju ta’ dawk li jfasslu l-politika u għan-negozju. Dan jista’ jwassal għal aġġustament

Politika Ewropea Integrata tal-Avjazzjoni (Opinjoni esploratorja fuq talba tal-Kummissjoni)

Relatur: Jacek Krawczyk (Min Iħaddem – PL)

Referenza: EESC-2015-01083-00-00-AC-TRA

Punti importanti:

L-avjazzjoni tal-UE tinsab f'salib it-toroq kruċjali: mingħajr strateġija konvinċenti u koerenti, tinsab fil-periklu ta' aktar diffikultajiet, u għalhekk titlef l-influwenza ekonomika u l-potenzjal tat-tkabbir tagħha. Sabiex ikun jista’ jikkompeti f’ekonomija globalizzata, in-netwerk ta' valur sħiħ tal-avjazzjoni Ewropea jeħtieġ iktar intermodalità, konnettività aħjar, użu aħjar taċ-ċentri sekondarji u tal-ajruporti reġjonali, kif ukoll l-ottimizzazzjoni tal-proċessi attwali. Dan, madankollu, ma jeħtiġx leġislazzjoni ġdida fil-każijiet kollha. Il-KESE jerġa' jħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tagħmel aktar biex tiżgura li l-leġislazzjoni attwali tal-UE tiġi implimentata. L-istrateġija tal-Kummissjoni tal-avjazzjoni tal-UE għandha titmexxa b’viżjoni konvinċenti ta’ kif inhu l-aħjar mod li tiġi promossa l-kompetittività Ewropea mingħajr distorsjoni tal-kompetizzjoni jew l-erożjoni tar-relazzjonijiet soċjali u tax-xogħol.

Il-KESE huwa tal-fehma li l-istrateġija tal-avjazzjoni li għandha tiġi żviluppata għandha tkun ibbażata fuq djalogu soċjali kostruttiv. Il-KESE jappella wkoll lill-partijiet interessati kollha fl-avjazzjoni biex jimpenjaw ruħhom favur l-implimentazzjoni ta’ strateġija ġdida tal-UE dwar l-avjazzjoni sabiex in-netwerk ta' valur tal-avjazzjoni Ewropea jerġa’ jikseb il-momentum u jerġa' jibda jibni kontributi soċjali u ekonomiċi siewja għall-iżvilupp tal-UE. It-tmexxija politika b’saħħitha tal-Kummissjoni Ewropea hija essenzjali.

Huwa rakkomandat ukoll li l-Kummissjoni tikkonsulta mal-Kumitat dwar l-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-istrateġija tal-avjazzjoni tal-Kummissjoni li għaddejja bħalissa. Il-KESE se jniedi proġett separat sabiex jalloka biżżejjed riżorsi u għarfien espert.

Kuntatt: Andrei Popescu(Tel.: 00 32 2 5469186 – indirizz elettroniku: [email protected])

EESC-2015-04700-00-01-TCD-TRA (FR/EN) 26/40

Page 27:  · Web viewSkont il-KESE, ix-xenarju ġdid irid jiġi mmappjat b’mod preċiż għall-benefiċċju ta’ dawk li jfasslu l-politika u għan-negozju. Dan jista’ jwassal għal aġġustament

7. INDUSTRIJA / INTRAPRIŻI / INNOVAZZJONI

Esperjenzi marbutin mar-regolamentazzjoni dwar l-intrapriżi ż-żgħar fl-Istati Uniti u l-UE: l-aħjar prattiki għal azzjonijiet innovattivi fil-qasam tal-SMEs? (opinjoni fuq inizjattiva proprja)

Relatur: Ullrich Schröder (Min Iħaddem – NL)

Referenza: EESC-2015-00822-00-01-AC-TRA

Punti importanti:

L-SBA għandu jiġi aġġornat għal forma aktar vinkolanti, b'approċċ aktar ambizzjuż. Il-KESE jirrakkomanda li:

fil-livell tal-UE jiġi organizzat Kunsill tal-Kompetittività għall-SMEs u l-SBA darba fis-sena; il-Grupp ta' Ħidma ta' Livell Għoli dwar il-Kompetittività u t-Tkabbir, fi ħdan il-Kunsill, għandu

jirrevedi l-progress milħuq fl-azzjonijiet nazzjonali għall-implimentazzjoni tal-prijoritajiet tal-SBA u jirrifletti dwar miżuri addizzjonali fil-livell tal-UE;

in-Netwerk ta' Rappreżentanti Ewropew tal-SMEs jiġi aġġornat billi l-livell ta' parteċipanti jittella' għad-diretturi ġenerali tal-Ministeri tal-Ekonomija. Dan jiżgura koordinazzjoni iktar b'saħħitha u aħjar bejn l-UE u l-Istati Membri.

Barra minn hekk:

il-Qorti Ewropea tal-Awdituri għandha tiġi mħeġġa tippubblika rapporti dwar il-funzjonament ta’ programmi u miżuri rilevanti tal-SMEs

uffiċċju indipendenti fi ħdan il-Kummissjoni għandu jittratta l-governanza interna. is-sistema tal-pjani nazzjonali u lokali ta' implimentazzjoni tal-SBA (ara 4.3.3) għandha tittejjeb u

tiġi kkomplementata bl-użu ta' tabelli ta' valutazzjoni. għandu jsir iktar użu ta' miri indikattivi (sabiex jiżdied l-involviment tal-SME fl-akkwist

pubbliku) u ta' miri vinkolanti fir-rigward tal-programmi ta' riċerka u żvilupp.

Kuntatt: Marie-Laurence Drillon

EESC-2015-04700-00-01-TCD-TRA (FR/EN) 27/40

Page 28:  · Web viewSkont il-KESE, ix-xenarju ġdid irid jiġi mmappjat b’mod preċiż għall-benefiċċju ta’ dawk li jfasslu l-politika u għan-negozju. Dan jista’ jwassal għal aġġustament

Negozji tal-familja (opinjoni fuq inizjattiva proprja)

Relatur: Jan Klimek (Min Iħaddem – PL)

Referenza: EESC-2015-00722-00-00-AC-TRA

Punti importanti:

Il-KESE jappella li:

tiġi implimentata strateġija attiva fil-promozzjoni tal-aħjar prattiki dwar in-negozji tal-familja fost l-Istati Membri;

preparazzjoni ta’ qafas legali dwar in-negozji tal-familja, li għandu jinkludi definizzjoni aċċettata minn kulħadd ta’ negozju tal-familja;

kategorija ta’ negozju tal-familja li għandha tiġi inkluża fl-istatistika Ewropea u d-data nazzjonali dwar negozju tal-familja u li għandha tinġabar b’mod effettiv;

regolamentazzjoni aħjar dwar it-trasferiment ta’ negozji tal-familja minn ġenerazzjoni għal oħra; il-klima organizzattiva tal-familja u l-innovazzjoni fost il-kumpaniji tal-familja għandhom jiġu

promossi; tiġi żviluppata l-edukazzjoni u tiġi promossa r-riċerka fil-qasam tal-intraprenditorija tal-familja; l-irziezet tal-familja għandhom jiġu appoġġati u l-interprenditorja msejsa fuq il-kooperattiva

għandha tiġi żviluppata mill-ġdid; jiġi introdott tnaqqis fit-taxxa fuq il-profitti investiti mill-ġdid, u li jkun hemm opportunitajiet

għan-negozji tal-familja sabiex iżidu l-kapital tagħhom mingħajr ma jingħataw drittijiet tal-vot; ssir kooperazzjoni attiva fil-livell tal-UE ma’ organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw negozji tal-

familja.

Kuntatt: Dorota Zapatka(Tel.: 00 32 2 546 90 67 – indirizz elettroniku: [email protected]

EESC-2015-04700-00-01-TCD-TRA (FR/EN) 28/40

Page 29:  · Web viewSkont il-KESE, ix-xenarju ġdid irid jiġi mmappjat b’mod preċiż għall-benefiċċju ta’ dawk li jfasslu l-politika u għan-negozju. Dan jista’ jwassal għal aġġustament

Niġġieldu l-korruzzjoni

Relatur: Filip Hamro-Drotz (Min Iħaddem – FI)

Korelatur: Pierre Gendre (FR-Kat. 2)

Referenza: EESC-2014-06520-00-00-AC-TRA

Punti importanti:

L-UE għandha tiżviluppa strateġija kontra l-korruzzjoni u pjan ta’ azzjoni ta’ ħames snin. Il-promozzjoni tat-trasparenza u l-prevenzjoni tal-korruzzjoni għandhom ikunu objettivi ewlenin tal-politiki kollha tal-UE.

Il-Kummissjoni Ewropea u l-Istati Membri tal-UE għandhom isaħħu l-kooperazzjoni transnazzjonali kontra l-korruzzjoni u tiġi żgurata ġestjoni effettiva tan-Netwerk Ewropew kontra l-Korruzzjoni (EACN). Il-Kunsill Ewropew għandu jippromwovi s-sensibilizzazzjoni u l-edukazzjoni fl-Istati Membri li jikkonċernaw il-valur ta’ integrità fis-soċjetà u l-ekonomija, iżid l-isforzi biex issir l-approssimazzjoni tal-leġislazzjoni kriminali nazzjonali u jistabbilixxi Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (EPPO).

L-istituzzjonijiet tal-UE għandhom iqajmu kuxjenza pubblika dwar kif iċ-ċittadini jistgħu jiġu involuti fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni. L-UE għandha tappoġġja miżuri alternattivi biex jiġu promossi l-adozzjoni u l-implimentazzjoni ta’ konformità, kif ukoll kodiċijiet u standards kontra t-tixħim u l-korruzzjoni f’kumpaniji individwali. Il-Kummissjoni Ewropea għandha terġa’ tirrevedi d-direttivi dwar l-akkwisti pubbliċi.

Kumpaniji kbar li jagħmlu offerti għal kuntratti għandu jkollhom stabbilit kodiċi b'saħħtu kontra l-korruzzjoni u kontra t-tixħim. Il-konformità tal-banek mal-leġislazzjoni applikabbli tal-UE għandha tittejjeb. L-Istati Membri għandhom jiġu ggwidati wkoll biex jistabbilixxu offiża kriminali għall-arrikkiment illeċitu mwettaq intenzjonalment minn uffiċjal pubbliku. Il-Kummissjoni Ewropea għandha tippromwovi l-protezzjoni tal-informaturi.

L-UE għandha tintensifika l-parteċipazzjoni tagħha fl-isforzi kontra l-korruzzjoni fix-xena globali. L-UE għandha wkoll issaħħaħ l-isforzi sabiex tipprevjeni li s-sistema finanzjarja tagħha ssir rifuġju sigur għall-flus miksuba b’mod illegali. L-istituzzjonijiet tal-UE nfushom iridu jiżguraw li dawn huma x-xempju ta’ trasparenza, integrità u governanza tajba.

Kuntatt:Adam Plezer

EESC-2015-04700-00-01-TCD-TRA (FR/EN) 29/40

Page 30:  · Web viewSkont il-KESE, ix-xenarju ġdid irid jiġi mmappjat b’mod preċiż għall-benefiċċju ta’ dawk li jfasslu l-politika u għan-negozju. Dan jista’ jwassal għal aġġustament

L-industrija Offshore Ewropea

Relatur: Marian Krzaklewski (Ħaddiema – PL)

Korelatur: José Custódio Leirião (PT – Kat. 3)

Referenza: EESC-2015-01459-00-00-AC-TRA

Punti importanti:

Il-KESE huwa konvint li sabiex jiġi żgurat l-iżvilupp sostenibbli fl-industrija offshore jinħtieġ qafas komuni għal viżjoni strateġika Ewropea, li jipprovdi teknoloġiji avvanzati u soluzzjonijiet innovattivi għal din l-industrija.

Il-Kumitat jemmen li bħalissa m'hemm l-ebda viżjoni strateġika Ewropea komprensiva għall-industrija offshore kollha u s-setturi kostitwenti tagħha. Filwaqt li l-Kummissjoni u l-Kunsill gradwalment qed iwessgħu l-firxa ta’ regolazzjoni għal din l-industrija, speċjalment fis-settur tal-estrazzjoni taż-żejt u l-gass offshore, f’dawn l-attivitajiet jidher li m’hemmx approċċ koerenti u olistiku.

Il-Kumitat jemmen li l-Kummissjoni u l-imsieħba soċjali settorjali Ewropej li jirrappreżentaw l-industrija offshore għandhom jużaw l-eżempju tajjeb tad-Direttiva tal-2008 li timplimenta l-Konvenzjoni tal-UE dwar ix-xogħol marittimu taħt il-Ftehim Settorjali konkluż mill-Assoċjazzjonijiet tas-Sidien tal-Bastimenti tal-Komunità Ewropea (ECSA) u mill-Federazzjoni Ewropea tal-Ħaddiema tat-Trasport (ETF) dwar il-Konvenzjoni tax-Xogħol Marittimu.

Il-KESE jemmen li l-isfidi ewlenin fid-dawl tal-kompetizzjoni globali u dik Ewropea u r-rekwiżiti regolatorji konfrontati mill-industrija offshore huma:

l-estrazzjoni f'ilmijiet fondi, u – fis-settur tal-enerġija eolika fuq il-baħar – it-tranżizzjoni lejn it-tqegħid ta' impjanti f'distanzi ikbar mill-ixtut u f'ilmijiet miftuħa iktar fondi;

il-proċeduri għat-tħaffir orizzontali u t-tkissir idrawliku fil-minjieri offshore konformi mar-rekwiżiti ambjentali;

il-ġestjoni tal-infrastruttura li qed teqdiem tal-impjanti offshore; l-iskoperta, l-inventarju u l-esplojtazzjoni tar-riżorsi fl-Artiku; ir-rispons għall-ixprun ekoloġiku mill-Konvenzjoni MARPOL u l-Konvenzjoni dwar l-ilma tas-

saborra u r-Regolament dwar ir-Riċiklaġġ tal-Bastimenti.

Kuntatt: Adam Plezer(Tel.: 00 32 2 546 8628 - indirizz elettroniku: [email protected])

EESC-2015-04700-00-01-TCD-TRA (FR/EN) 30/40

Page 31:  · Web viewSkont il-KESE, ix-xenarju ġdid irid jiġi mmappjat b’mod preċiż għall-benefiċċju ta’ dawk li jfasslu l-politika u għan-negozju. Dan jista’ jwassal għal aġġustament

L-effetti tad-diġitalizzazzjoni fuq l-impjieg fis-settur tas-servizzi

Relatur: Wolfgang Greif (Ħaddiema – AT)

Korelatur: Leo Hannes (AT–Kat.3)

Referenza: EESC-2015-00765-00-01-AC-TRA

Punti importanti:

Id-diġitalizzazzjoni tibdel is-sezzjonijiet kollha tas-soċjetà u tal-ekonomija u b’hekk, loġikament, għandha impatt fuq ix-xogħol u l-impjiegi. It-teknoloġija diġitali għandha l-potenzjal li tkattar il-ġid għal livelli mingħajr preċedent, u tista’ tixpruna l-kwalità tax-xogħol u l-impjieg fl-Ewropa. Madankollu, dawn l-opportunitajiet fihom ir-riskji tagħhom, kif inhu evidenti fis-setturi ekonomiċi kollha, inkluża wkoll l-industrija privata tas-servizzi.

It-tfassil proattiv tal-politika fil-livelli tal-UE u nazzjonali jista' u għandu jiżgura li l-potenzjali evidenti tad-diġitalizzazzjoni jista' jiġi sfruttat filwaqt li jiġu evitati l-iżvantaġġi tagħha.

Sabiex l-UE jkollha forza tax-xogħol bil-ħiliet li teħtieġ fl-era diġitali, jeħtieġ li jiġi promoss l-investiment pubbliku u privat fl-edukazzjoni vokazzjonali u għandu jiġi eżaminat jekk huma meħtieġa miżuri Ewropej sabiex jiġu ġeneralizzati madwar l-UE l-esperjenzi pożittivi fl-Istati Membri fir-rigward tal-liv għal taħriġ.

Statistika u riċerka aħjar dwar l-industrija tas-servizzi huma meħtieġa (fil-livell globali u Ewropew) biex jitwassal tbassir dettaljat tal-iżviluppi fis-suq tax-xogħol u l-polarizzazzjoni tax-xogħol, l-impjiegi u d-dħul. Il-promozzjoni ta’ negozjar kollettiv fil-livelli kollha, speċjalment f’setturi u negozji li huma affettwati mid-diġitalizzazzjoni jistgħu jiżguraw li forom ġodda ta’ organizzazzjoni tax-xogħol diġitalizzati itejbu aktar milli jiddeterjoraw il-kwalità tal-impjiegi.

L-UE, il-gvernijiet nazzjonali u l-imsieħba soċjali għandhom jibdew diskussjonijiet bil-ħsieb li jiddefinixxu l-leġislazzjoni u l-miżuri politiċi li jiżguraw livelli adatti ta’ protezzjoni soċjali obbligatorja għall-forza tax-xogħol kollha – inklużi l-persuni f'forom ta' impjieg mhux standard.

Il-kundizzjonijiet makroekonomiċi ġenerali jvarjaw b’mod konsiderevoli bejn l-Istati Membri. Biex jiġu appoġġati l-impjiegi minkejja t-tnaqqis fid-domanda għax-xogħol, problemi potenzjali jridu jiġu identifikati permezz ta’ diskussjoni li tinvolvi l-partijiet interessati kollha u l-istrateġiji korrispondenti stabbiliti skont il-ħtiġijiet tal-Istati Membri individwali (pereżempju, inklużi l-investimenti pubbliċi fil-qasam tal-investimenti pubbliċi, l-innovazzjoni fil-ħolqien tal-impjiegi u d-distribuzzjoni u t-tnaqqis tax-xogħol).

EESC-2015-04700-00-01-TCD-TRA (FR/EN) 31/40

Page 32:  · Web viewSkont il-KESE, ix-xenarju ġdid irid jiġi mmappjat b’mod preċiż għall-benefiċċju ta’ dawk li jfasslu l-politika u għan-negozju. Dan jista’ jwassal għal aġġustament

Kuntatt: Alain Colbach(Tel.: 00 32 2 546 9170 - indirizz elettroniku: [email protected])

L-industriji kreattivi u kulturali

Relatur:

Korelatur: Nicola Konstantinou (Kat. 2 - EL)

Reference: EESC-2015-01499-00-00-AC-TRA

Punti importanti:

L-industrija kulturali u kreattiva hija wieħed mill-aktar setturi dinamiċi tal-ekonomija Ewropea billi l-kontribut tiegħu għall-PDG Ewropew jammonta għal bejn 4,4 % (għall-industriji purament kreattivi u ewlenin biss) u 6,8 % (meta dawk dipendenti ħafna fuq tal-ewwel, jew industriji mhux prinċipali, huma miżjuda) u l-kontribuzzjonijiet tagħhom lejn l-impjieg huma rispettivament 3,8 % mill-popolazzjoni attiva totali tal-UE għall-industriji ewlenin, u 6,5 % meta industriji mhux prinċipali huma miżjuda. Dan is-settur sar it-tielet impjegatur fl-UE wara l-kostruzzjoni u x-xorb.

Minħabba l-importanza tal-industriji kulturali u kreattivi (IKK) fl-Unjoni Ewropea, il-KESE jitlob lill-Kummissjoni Ewropea tfassal strateġija multiannwali għall-iżvilupp ta' dawn l-industriji:

Il-KESE jenfasizza l-fatt li l-UE għandha żżomm viġilanti lejn l-istrateġiji tal-kompetituri globali tagħna, u jitlob lill-Kummissjoni li d-dimensjoni esterna għandha tiġi integrata fin-negozjati bilaterali u multilaterali kollha li għaddejjin. B’mod partikolari għandhom jitqiesu fid-diskussjonijiet għaddejjin bħalissa fil-Kummissjoni Ewropea dwar komunikazzjoni mistennija fil-Ħarifa tal-2015 dwar strateġija ġdida fir-rigward tal-politika tal-kummerċ.

Il-KESE jiġbed l-attenzjoni għall-mistoqsijiet imqajma mill-arkitettura tal-Programm Ewropa Kreattiva għall-perjodu 2014-2020, b’mod partikolari l-aspett finanzjarju. Għal dawk l-industriji li mhux kollha jistgħu "jiġbru" l-valur, il-kwistjoni tal-valutazzjoni finanzjarja tal-assi intanġibbli tagħhom - il-portafoll tal-klijenti, il-fama u r-reputazzjoni, il-marki kummerċjali, il-kompetenzi - li huma sostenibbli, u sorsi ta’ profitti futuri, hija essenzjali.

Minħabba l-evoluzzjoni tas-suq tax-xogħol f'ċerti Stati Membri, hija neċessarja kunsiderazzjoni aktar adattata għall-bżonnijiet tal-ħaddiema atipiċi fir-rigward tal-kundizzjonijiet tax-xogħol, u tas-saħħa u s-sigurtà. Barra mill-aġġustament għall-bżonnijiet il-ġodda tas-suq, huma meħtieġa aktar mobbiltà għall-professjonisti tas-settur, u politiki u għodod tat-taħriġ u l-edukazzjoni. Il-KESE huwa favur negozjar kollettiv iktar intensiv fis-settur tal-midja u l-kultura, partikolarment fil-qafas tat-tradizzjonijiet nazzjonali.

EESC-2015-04700-00-01-TCD-TRA (FR/EN) 32/40

Page 33:  · Web viewSkont il-KESE, ix-xenarju ġdid irid jiġi mmappjat b’mod preċiż għall-benefiċċju ta’ dawk li jfasslu l-politika u għan-negozju. Dan jista’ jwassal għal aġġustament

Diversi aspetti oħra jistħoqqilhom attenzjoni speċjali, bħal:

l-adattament tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali għar-rivoluzzjoni diġitali; ħtieġa urġenti għal inċentivi territorjali; approċċ għal bidliet antiċipati fl-għodod tal-edukazzjoni u t-taħriġ fis-settur tal-industriji kulturali

u kreattivi; fertilizzazzjoni inkroċjata bejn id-diversi industrii kulturali u kreattivi; nużaw il-valur ekonomiku tal-wirt arkitettoniku; it-twaqqif ta' Forum Ewropew ta' diversi partijiet interessati.

Kuntatt:Amelia Munoz Cabezon(Tel.: 00 32 2 546 8373 - indirizz elettroniku:

[email protected])

EESC-2015-04700-00-01-TCD-TRA (FR/EN) 33/40

Page 34:  · Web viewSkont il-KESE, ix-xenarju ġdid irid jiġi mmappjat b’mod preċiż għall-benefiċċju ta’ dawk li jfasslu l-politika u għan-negozju. Dan jista’ jwassal għal aġġustament

8. RELAZZJONIJIET ESTERNI Ir-reviżjoni tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-UE u l-Messiku

Relatur: José Isaías Rodríguez García-Caro (Min Iħaddem – ES)

Korelatur: Juan Moreno Preciado (Ħaddiema – ES)

Opinjoni fuq inizjattiva proprja: EESC-2015-01608-00-00-AC-TRA

Punti importanti:

L-opinjoni ssostni li r-relazzjonijiet tal-UE mal-Messiku għandhom jitqiesu fil-kuntest tar-relazzjonijiet globali mal-Amerika Latina. F’dan ir-rigward, huma għandhom imorru lilhinn mill-aspett ekonomiku u jikkunsidraw ir-rabtiet storiċi u kulturali. Dan jista’ jservi ta' kontrobilanċ għall-influwenza ta’ blokki oħra u biex jiġu kkonsolidati l-pożizzjonijiet komuni f’fora internazzjonali.

Jappoġġja r-reviżjoni tal-Ftehim attwali sabiex jitwessa’ l-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu. Wieħed mill-objettivi ewlenin huwa l-ħolqien ta’ Kumitat Konsultattiv Konġunt tas-soċjetà ċivili rikonoxxut mill-korpi tat-tmexxija tal-ftehim b’setgħat konsultattivi.

Għandha tingħata attenzjoni lejn ir-ratifika u l-infurzar tal-Konvenzjonijiet tal-ILO dwar id-drittijiet soċjali fundamentali. Il-Konvenzjoni 98 tal-ILO dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji tad-dritt ta’ organizzazzjoni u ta’ negozjar kollettiv hija partikolarment rilevanti fix-xenarju Messikan.

Fir-rigward tal-kummerċ u l-investiment, oqsma speċifiċi li jeħtieġu reviżjoni u titjib jinkludu l-ostakli mhux tariffarji, il-protezzjoni tal-investiment, id-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali u l-kooperazzjoni biex jitwaqqfu l-frodi u l-evażjoni tat-taxxa.

Mil-lat ta’ attivitajiet ta’ kooperazzjoni, dawn għandhom ikunu allinjati aħjar mal-komponenti tas-sħubija strateġika sabiex ikunu promossi sinerġiji pożittivi. B’mod speċifiku, għandha tiġi intensifikata l-kooperazzjoni fl-oqsma tal-governanza, ir-riċerka xjentifika u teknika u l-kooperazzjoni dwar l-iżvilupp sostenibbli, it-tibdil fil-klima u l-protezzjoni tal-ambjent

Kuntatt: Javier Fernandez Admetlla(Tel.: 00 32 2 546 9345 – indirizz elettroniku:

[email protected])

EESC-2015-04700-00-01-TCD-TRA (FR/EN) 34/40

Page 35:  · Web viewSkont il-KESE, ix-xenarju ġdid irid jiġi mmappjat b’mod preċiż għall-benefiċċju ta’ dawk li jfasslu l-politika u għan-negozju. Dan jista’ jwassal għal aġġustament

L-agrikoltura, iż-żoni rurali u l-iżvilupp sostenibbli fil-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant

Relatur: Dilyana Slavova (Interessi Varji – BG)

Opinjoni tas-sezzjoni: EESC-2015-00902-00-02-AC-TRA

Punti importanti:

L-Opinjoni tiffoka fuq ir-riforma tal-appoġġ għall-agrikoltura għall-iżvilupp soċjoekonomiku taż-żoni rurali u l-kisba tas-sostenibbiltà fil-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant.

Il-KESE jirrikonoxxi l-importanza tal-agrikoltura fil-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant, kif ukoll tas-setturi upstream u downstream biex ikompli jkun hemm żvilupp soċjoekonomiku fiż-żoni rurali. Huwa jħeġġeġ il-proċess ta’ diversifikazzjoni ekonomika taż-żoni rurali, li jista' jkun sors ta’ dħul addizzjonali permezz ta’ attivitajiet alternattivi u opportunitajiet għal aktar impjiegi.

Il-KESE jappoġġja l-Kummissjoni Ewropea u l-isforzi tagħha biex toħloq djalogu stabbli dwar l-agrikoltura u l-iżvilupp rurali mal-pajjiżi sħab kollha u lest li jassisti fl-implimentazzjoni tal-politiki u r-riformi relatati għal dawk kollha impenjati li, fil-kooperazzjoni tagħhom mal-UE, jagħmlu l-agrikoltura u l-iżvilupp rurali settur ewlieni. Il-biċċa l-kbira tal-investimenti tal-UE għandhom ikunu ffukati fuq il-pajjiżi li għalihom l-agrikoltura u l-iżvilupp rurali huma prijorità.

Il-KESE jagħti importanza kbira lill-Programm tal-Viċinat Ewropew għall-Agrikoltura & l-Iżvilupp Rurali (ENPARD) li tnieda biex jappoġġja s-settur, u jittama li flimkien ma' programmi oħrajn, iwassal għal progress sostenibbli fl-agrikoltura, u titjib fil-kundizzjonijiet tal-għajxien fiż-żoni rurali tar-reġjun tas-Sħubija tal-Lvant. Barra minn hekk, għandu jitwettaq monitoraġġ b'saħħtu wara l-implimentazzjoni tar-riżorsi allokati mill-UE lill-pajjiżi tas-SL.

Il-KESE jappella għall-modernizzazzjoni strateġika tas-settur agrikolu fil-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant biex iżżid il-produzzjoni domestika ta’ ikel sikur b’mod sostenibbli. Il-KESE jemmen li l-UE għandha tkompli tkun ta’ għajnuna kbira għall-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant biex itejbu l-istandards sanitarji u fitosanitarji (SPS) tal-prodotti tagħhom u biex jiżviluppaw il-programmi ta’ żvilupp rurali tagħhom. Il-Kumitat jesprimi t-tama tiegħu li ż-Żoni ta’ Kummerċ Ħieles Profondi u Komprensivi (DCFTA) bħala parti minn Ftehimiet ta’ Assoċjazzjoni jkunu implimentati b’mod korrett u jkunu wkoll effiċjenti f’dan l-aspett.

Il-KESE jinsisti li għandha tiġi kkunsidrata l-esperjenza tal-UE fir-riforma tal-agrikoltura u ż-żoni rurali fil-pajjiżi qabel l-adeżjoni tagħhom, flimkien mad-diversità ta’ esperjenzi u tal-isforzi fil-pajjiżi msieħba. Il-KESE jappella għal enfasi qawwija fuq il-parteċipazzjoni tas-soċjetà ċivili u l-involviment tal-partijiet interessati f’dan is-settur.

EESC-2015-04700-00-01-TCD-TRA (FR/EN) 35/40

Page 36:  · Web viewSkont il-KESE, ix-xenarju ġdid irid jiġi mmappjat b’mod preċiż għall-benefiċċju ta’ dawk li jfasslu l-politika u għan-negozju. Dan jista’ jwassal għal aġġustament

Il-KESE jistqarr ċar ukoll ix-xewqa tiegħu li r-rappreżentazzjoni tas-soċjetà ċivili tkun ferm iktar usa’ fil-Pjattaforma 2 – “L-Integrazzjoni Ekonomika u l-Konverġenza mal-Politiki tal-UE”, fil-Panel tagħha dwar l-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali, fil-Panel dwar l-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima fir-rigward tal-promozzjoni tat-teknoloġiji ekoloġiċi, l-ekoinnovazzjoni u l-bijodiversità, fil-Panel Kummerċjali dwar kwistjonijiet tal-SPS u fil-Panel tal-SMEs fejn l-għarfien espert tal-Kumitat u l-ħiliet jistgħu jagħtu kontribut utli.

Kuntatt: Magdalena Ruda(Tel.: 00 32 2 546 92 86 – indirizz elettroniku: [email protected])

EESC-2015-04700-00-01-TCD-TRA (FR/EN) 36/40

Page 37:  · Web viewSkont il-KESE, ix-xenarju ġdid irid jiġi mmappjat b’mod preċiż għall-benefiċċju ta’ dawk li jfasslu l-politika u għan-negozju. Dan jista’ jwassal għal aġġustament

Ir-responsabbiltà soċjali u soċjetali korporattiva, lieva ta' azzjoni fil-ftehimiet ta' sħubija tal-UE (kummerċ, investiment u kooperazzjoni/żvilupp) (rapport ta' informazzjoni)

Relatur: Evelyne Pichenot (Interessi Varji – FR)

Referenzi: EESC-2015-00558-00-02-RI-TRA

Punti importanti:

Meta tiġi applikata ma' politiki u miżuri oħrajn, ir-responsabbiltà soċjali u soċjetali korporattiva tikkostitwixxi lieva importanti sabiex jintlaħaq l-għan ta' żvilupp sostenibbli għall-pajjiżi kollha li jipparteċipaw fil-kummerċ, fl-investiment u fil-kooperazzjoni għall-iżvilupp. L-UE ilha ssegwi din il-loġika u tinnegozja kapitolu dwar l-iżvilupp sostenibbli (inklużi dispożizzjonijiet dwar ir-Responsabbiltà Soċjali Korporattiva) fil-ftehimiet kummerċjali tagħha. L-UE u l-Istati Membri jaħdmu wkoll flimkien fil-qasam tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp, jippromwovu l-iżvilupp tas-settur privat u jimplimentaw il-prinċipji ta’ governanza tajba.

Filwaqt li jibni fuq dan is-suċċess, il-KESE jressaq il-proposti li ġejjin bi tħejjija għat-tfassil tal-pjan ta' ħidma tar-Responsabbiltà Soċjali Korporattiva tal-UE (CSR) għas-snin 2015-2020.

Fir-rigward tal-azzjonijiet tal-UE, il-KESE jitlob għall-inklużjoni ta’ linji gwida u prinċipji rikonoxxuti internazzjonalment dwar ir-Responsabbiltà Soċjali Korporattiva f’kapitolu dwar l-iżvilupp sostenibbli tal-ftehimiet kummerċjali u ta’ investiment. Huwa ssupperixxa wkoll li l-pajjiżi benefiċjarji ta’ ftehimiet kummerċjali preferenzjali unilaterali tal-UE, bħas-Sistema Ġeneralizzata ta' Preferenzi (GSP), jiġu mħeġġa jistabbilixxu pjanijiet nazzjonali fil-qasam tas-CSR. Jipproponi, barra minn hekk, il-kondiviżjoni tal-aħjar esperjenzi tal-UE ma’ pajjiżi msieħba, bil-ħsieb ta’ tħejjija ta' Pjani ta' Azzjoni tas-CSR u l-promozzjoni ta' prattiki tas-CSR. Fir-rigward ta’ miżuri settorjali, il-KESE jistieden lill-Kummissjoni ssegwi l-inizjattiva mħabbra fis-settur tat-tessuti u tal-ħwejjeġ

Fir-rigward tal-azzjonijiet tal-Istati Membri tal-UE, il-KESE jappoġġja l-iżvilupp ta’ pjanijiet ta’ azzjoni għall-implimentazzjoni tal-Prinċipji Gwida tan-NU dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem u jtenni r-rwol ċentrali tal-istat fil-promozzjoni u l-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem. Huwa jappella lill-awtoritajiet statali biex issaħħu l-miżuri ta’ sorveljanza fiskali u l-miżuri biex jiġi indirizzat il-ħasil tal-flus u l-korruzzjoni. Fir-rigward tal-politika tal-kummerċ u tal-investiment, il-KESE jħeġġeġ lill-Istati Membri biex itejbu t-tħaddim tal-Punti ta’ Kuntatt Nazzjonali (NCPs) stabbiliti skont il-Linji Gwida tal-OECD għall-Intrapriżi Multinazzjonali u jissuġġerixxi li dawn joħolqu forum għal djalogu bejn l-Istati Membri tal-UE u l-pajjiżi li qed jiżviluppaw li ffirmaw il-prinċipji tal-OECD.

Barra minn hekk, huwa jappella lill-aġenziji ta' żvilupp u ta' kreditu għall-esportazzjoni biex jimplimentaw bis-sħiħ il-prinċipji tas-CSR fl-attivitajiet tagħhom. Huwa jinkoraġġixxi wkoll lill-

EESC-2015-04700-00-01-TCD-TRA (FR/EN) 37/40

Page 38:  · Web viewSkont il-KESE, ix-xenarju ġdid irid jiġi mmappjat b’mod preċiż għall-benefiċċju ta’ dawk li jfasslu l-politika u għan-negozju. Dan jista’ jwassal għal aġġustament

istituzzjonijiet pubbliċi u sħubijiet pubbliċi/privati biex jimplimentaw prattiki ta’ akkwist pubbliku responsabbli.

Fir-rigward ta’ responsabbiltajiet u attivitajiet ta’ pajjiżi li mhumiex fl-UE, il-KESE jħeġġeġ il-promozzjoni, ir-ratifika u l-implimentazzjoni effettiva tal-konvenzjonijiet rilevanti dwar is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, minbarra t-tmien konvenzjonijiet ewlenin tal-ILO. Huwa jitlob ukoll biex l-akbar numru ta' pajjiżi possibbli jħaddnu l-prinċipji gwida tal-OECD, b'mod partikolari l-ekonomiji emerġenti. Il-KESE jħeġġeġ lill-kumpaniji f'pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp biex jużaw is-servizzi tal-Helpdesk tal-Uffiċċju Internazzjonali tax-Xogħol tal-ILO, servizz ta' assistenza maħsub għall-kumpaniji li jixtiequ jirrispettaw l-istandards internazzjonali.

Fir-rigward tal-operaturi ekonomiċi, il-KESE jħeġġeġ lill-kumpaniji multinazzjonali, kemm jekk elenkati jew le, biex jaderixxu volontarjament mal-prinċipji tas-CSR rikonoxxuti internazzjonalment u li huma meqjusa l-iktar rilevanti, u jirrakkomanda li jiżvelaw il-mod li bih jipproponu li japplikawhom permezz ta' djalogu mal-partijiet interessati.

Il-KESE jirrakkomanda lill-kumpaniji prinċipali u lill-kuntratturi u l-fornituri biex jinkoraġġixxu lis-sussidjarji, is-sottokuntratturi u l-fornituri jirrispettaw l-istess prinċipji internazzjonali u jgħinuhom fl-implimentazzjoni ta' dawn il-prinċipji billi jiġu adottati politiki ta' xiri responsabbli. Huwa jissuġġerixxi l-intraprendituri, partikularment fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, jiġu pprovduti b'taħriġ dwar l-għodod marbutin mas-CSR u t-tmexxija responsabbli;

Il-KESE jilqa’ l-iżvilupp ta’ ftehimiet ta' kumpanija transnazzjonali (TCA) bejn l-imsieħba soċjali bħala wieħed mill-istrumenti għall-kumpaniji biex jindirizzaw kwistjonijiet relatati mad-drittijiet tal-bniedem, u jitlob li jkun hemm segwitu għal dawn il-ftehimiet. Huwa jistieden ukoll lin-negozji biex jiksbu valutazzjoni tar-rapport mhux finanzjarju tagħhom minn parti terza indipendenti magħżula minnhom.

Il-KESE jappoġġja l-miżuri, bħalma hu l-ittikkettjar, li jipprovdu informazzjoni ċara u utli għall-konsumaturi u jtejjeb ukoll it-trasparenza.

Fir-rigward tas-soċjetà ċivili, il-KESE jirrakkomanda aktar inkoraġġiment ta' produzzjoni u distribuzzjoni iktar sostenibbli, billi jgħollu l-profil ta’ inizjattivi fil-qasam tal-kummerċ ġust, it-tikkettar speċifiku għas-settur, id-disinn ekoloġiku u l-ekonomija ċirkolari. Huwa jissuġġerixxi wkoll li tiġi proposta assistenza lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili tal-pajjiżi terzi li huma involuti fl-iżvilupp tal-pjani nazzjonali fil-qasam tas-CSR.

Kuntatt: is-Sinjura Magdalena Ruda(Tel.: 00 32 2 546 92 86 – indirizz elettroniku: [email protected])

EESC-2015-04700-00-01-TCD-TRA (FR/EN) 38/40

Page 39:  · Web viewSkont il-KESE, ix-xenarju ġdid irid jiġi mmappjat b’mod preċiż għall-benefiċċju ta’ dawk li jfasslu l-politika u għan-negozju. Dan jista’ jwassal għal aġġustament

Lejn konvenzjoni tal-ILO kontra l-vjolenza bbażata fuq is-sess fuq il-post tax-xogħol

Relatur: Beatrice Ouin (Ħaddiema – FR)

Opinjoni tas-sezzjoni: EESC-2015-01969-00-00-AC-TRA

Punti importanti:

Il-KESE jsegwi mill-qrib dibattitu fl-ILO (notevolment fil-Korp Governattiv tagħha) dwar jekk idaħħlux diskussjoni dwar standard internazzjonali dwar il-vjolenza bbażata fuq is-sess fuq il-post tax-xogħol fuq l-aġenda tal-Konferenza Internazzjonali tax-Xogħol i-korp tat-teħid-tad-deċiżjonijiet tal-ILO). Il-KESE jappoġġja din il-proposta u jħeġġeġ lill-Istati Membri tal-UE u lill-imsieħba soċjali Ewropej biex jagħmlu l-istess.

L-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO), permezz tal-istruttura tripartitika tagħha li tinkludi gvernijiet u organizzazzjonijiet ta' min iħaddem u tal-ħaddiema, għandha rwol essenzjali fil-livell globali ittejjeb is-sitwazzjoni tal-ħaddiema u l-funzjonament tal-intrapriżi.

Il-KESE jqis li l-vjolenza sesswali u dik ibbażata fuq is-sess fil-post tax-xogħol hija impediment għal xogħol deċenti u tirrappreżenta ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem, u attakk fuq id-dinjità u l-integrità fiżika u psikoloġika tal-ħaddiema. Tirrifletti wkoll relazzjonijiet ta' poter mhux indaqs bejn in-nisa u l-irġiel u tgħin biex jiġu perpetwati l-inugwaljanzi fil-post tax-xogħol. Barra minn hekk, il-vjolenza bbażata fuq is-sess għandha impatt negattiv fuq il-produttività tal-ħaddiema u l-operazzjoni tan-negozju u għalhekk b'mod aktar ġenerali fuq l-iżvilupp ekonomiku u soċjali u t-tkabbir, u għalhekk għandha titwaqqaf u tiġi miġġielda.

Fir-rigward tad-deċiżjonijiet futuri fi ħdan il-Korp Governattiv tal-ILO, il-KESE jistieden lill-Istati Membri tal-UE li, bis-saħħa tad-Direttiva 2002/73/KE għandhom strumenti fis-seħħ biex jiġu ttrattati l-inugwaljanzi bejn l-irġiel u n-nisa u fastidju sesswali fuq il-post tax-xogħol, biex jitkellmu b’vuċi waħda fl-ILO.

Il-KESE jfakkar ukoll li l-imsieħba soċjali Ewropej iffirmaw fl-2007 Ftehim Qafas dwar il-fastidju u l-vjolenza fuq ix-xogħol, li huwa indikazzjoni li x'aktarx se jieħdu pożizzjoni konġunta fid-dibattitu dwar il-proposta għal standard internazzjonali tax-xogħol.

Fil-fehma tal-KESE, standard tal-ILO dwar vjolenza bbażata fuq is-sess fuq ix-xogħol għandu jibbenefika lis-soċjetà, id-djalogu soċjali, l-ambjent tax-xogħol u r-relazzjonijiet fil-post tax-xogħol, billi jistabbilixxi definizzjoni komuni dwar dak li jikkostitwixxi vjolenza bbażata fuq il-ġeneru fuq ix-xogħol, peress li jiġu inklużi min iħaddem u l-ħaddiema fil-konsultazzjoni dwar il-qafas il-ġdid, u jiġu ċċarati r-responsabbiltajiet tagħhom fir-rigward tal-prevenzjoni, l-indirizzar u r-rimedju ta' vjolenza bbażata fuq is-sess fuq ix-xogħol; u billi min iħaddem jingħata l-għajnuna biex jiżviluppa politiki tar-riżorsi umani adegwati, inklużi t-taħriġ tal-persunal, kif ukoll jiġu stabbiliti proċeduri għar-rappurtar

EESC-2015-04700-00-01-TCD-TRA (FR/EN) 39/40

Page 40:  · Web viewSkont il-KESE, ix-xenarju ġdid irid jiġi mmappjat b’mod preċiż għall-benefiċċju ta’ dawk li jfasslu l-politika u għan-negozju. Dan jista’ jwassal għal aġġustament

ta' ilmenti u talbiet, u l-eżami tagħhom.

Il-KESE jenfasizza li standard ġdid tal-ILO għandu jgħin biex jintlaħqu objettivi tax-xogħol deċenti; titnaqqas il-vulnerabbiltà ta' nies esposti għal vjolenza bbażata fuq is-sess u tiżdied l-indipendenza finanzjarja tagħhom kif ukoll il-produttività fil-post tax-xogħol. Għall-ħaddiema u s-soċjetà inġenerali, dan ikun ifisser titjib fis-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, u ffrankar ta' flus, meta wieħed iqis li l-vjolenza domestika u fuq il-post tax-xogħol jiswew miljuni fil-kura tas-saħħa, proċedimenti legali, telf fil-paga u pagi mħallsa meta l-ħaddiem ikun marid.

Fl-Opinjoni tiegħu, il-KESE jipprovdi proposti konkreti dwar il-kontenut ta’ standard ġdid tal-ILO.

Kuntatt: is-Sinjura Magdalena Ruda(Tel.: 00 32 2 546 9286 – indirizz elettroniku: [email protected])

_____________

EESC-2015-04700-00-01-TCD-TRA (FR/EN) 40/40