24
Il-gżira l-kaħla

ENV60600 childrenBOOK MTec.europa.eu/environment/pubs/children/pdf/blue_island/mt.pdf · il-mistoqsijiet tieg¢ek dwar l-Unjoni Ewropea. Numru tat-telefon ġdid bla ħlas : ... Tom

  • Upload
    others

  • View
    5

  • Download
    0

Embed Size (px)

Citation preview

Page 1: ENV60600 childrenBOOK MTec.europa.eu/environment/pubs/children/pdf/blue_island/mt.pdf · il-mistoqsijiet tieg¢ek dwar l-Unjoni Ewropea. Numru tat-telefon ġdid bla ħlas : ... Tom

Il-gżira l-kaħla

Page 2: ENV60600 childrenBOOK MTec.europa.eu/environment/pubs/children/pdf/blue_island/mt.pdf · il-mistoqsijiet tieg¢ek dwar l-Unjoni Ewropea. Numru tat-telefon ġdid bla ħlas : ... Tom

Ħafna informazzjoni addizzjonali dwar l-Unjoni Ewropea hija disponibbli fuq l-Internet. Jista’ jsir aċċess għalihapermezz tas-server ta’ l-Europa (http://ec.europa.eu).

Id-Data ta’ katalogar tista’ tinstab fl-aħħar ta’ din il-pubblikazzjoni.

Il-Lussemburgu : L-Uffiċċju għall-Pubblikazzjonijiet Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, 2007

ISBN 978-92-79-05325-2

© Il-Komunitajiet Ewropej, 2007Ir-riproduzzjoni hija awtorizzata jekk jissemma s-sors oriġinali.

Printed in Belgium

STAMPAT FUQ KARTA RIĊIKLATA LI NGĦATAT L-ECO-TIKKETTA TA’ L-UE GĦALL-KARTA GRAFIKA (HTTP://EC.EUROPA.EU/ECOLABEL)

L-EUROPE DIRECT huwa servizz li jwiegeb il-mistoqsijiet tieg¢ek dwar l-Unjoni Ewropea.

Numru tat-telefon ġdid bla ħlas :

00 800 6 7 8 9 10 11

Din il-pubblikazzjoni kienet editjata minn Ambjent DG.Hi ppubblikata fil-lingwi uffiċjali kollha ta’ l-Unjoni Ewropea.

Il-pubblikazzjoni hi disponibbli wkoll fis-sit ta’ l-Internet ta’ Ambjent DG għaż-Żgħażagħ u l-Ambjent :http://ec.europa.eu/environment/youth/index_mt.html

Test : Benoît CoppéeStampi : Nicolas ViotProduzzjoni teknika : European Service Network

Page 3: ENV60600 childrenBOOK MTec.europa.eu/environment/pubs/children/pdf/blue_island/mt.pdf · il-mistoqsijiet tieg¢ek dwar l-Unjoni Ewropea. Numru tat-telefon ġdid bla ħlas : ... Tom

1

Mill-għoli tal-ġebla favorita tagħha, Lila l-volpi bdiet tħares lejn l-oċean. Riħ ħafif beda jmellisha u hi bdiet toħlom. Kemm kienet tħobbha x-xemx u l-kalma. Kemm hu sabiħ il-baħar ! ħasbet bejnha u bejn ruħha. Għajnejha bdew jammiraw l-ilma aħdar, il-bajja bajda, u fil-bogħod, lemħet port żgħir tas-sajd. Hawnhekk fuq il-gżira l-kaħla, kull jum kien jagħtik sens ta’ paċi. Iżda f’daqqa waħda Lila fetħet widnejha. Semgħet xi għajjat mhux tas-soltu ġej mill-port. Il-mustaċċi tagħha bdew jiċċaqalqu.

Page 4: ENV60600 childrenBOOK MTec.europa.eu/environment/pubs/children/pdf/blue_island/mt.pdf · il-mistoqsijiet tieg¢ek dwar l-Unjoni Ewropea. Numru tat-telefon ġdid bla ħlas : ... Tom

- Waddbu l-ħbula ! Għaġġlu aktar, ejja ! beda jwerżaq il-Kaptan Babun, il-kap tal-gwardjani tal-kosta.

- X’ġaralu ? staqsa Tom lil Xandru, is-sajjied tal-koralli.

- Hemm il-ħallelin tal-koralli qrib il-gżira tal-fkieren ! Le !.. Se jeqirdu n-natura ! Qed jisirqu r-rikkezzi tal-baħar ! Iżda b’xorti tajba, il-gwardjani tal-kosta se jarrestawhom !

- Kaptan Babun ! L-iskrun...

- Eh, x’għandu l-iskrun ?

- Weħlilna ma’ xibka tas-sajd ! Ma nistgħux niċċaqalqu ! beda jwerżaq wieħed mill-gwardjani.

- Ersqu ‘l hemm, ġieħ kemm hemm ! ordna Babun.

- Għandna bżonn ħafna ħin ! kienet l-iskuża ta’ gwardjan ieħor.

2

Page 5: ENV60600 childrenBOOK MTec.europa.eu/environment/pubs/children/pdf/blue_island/mt.pdf · il-mistoqsijiet tieg¢ek dwar l-Unjoni Ewropea. Numru tat-telefon ġdid bla ħlas : ... Tom

Babun resaq qrib Xandru.

- Xandru, għandi bżonn id-dgħajsa tiegħek ! In-nies tiegħi se jiġu dalwaqt ! Ixħet l-ankri !

B’ħeffa akbar minn tar-riħ, il-Cap Totu qabad it-triq ta’ l-oċean. Fuqu, il-Kaptan Babun, Xandru u Tom. Xandru beda jwerżaq :

- Dawn is-sajjieda tal-koralli mhux qed jirrispettaw in-natura ! Qed jisirqu sa l-anqas korall....sakemm jeqirdu kompletament dan l-annimal !

3

Page 6: ENV60600 childrenBOOK MTec.europa.eu/environment/pubs/children/pdf/blue_island/mt.pdf · il-mistoqsijiet tieg¢ek dwar l-Unjoni Ewropea. Numru tat-telefon ġdid bla ħlas : ... Tom

Fuq il-bastiment Cap Totu, kienet tinħass it-tensjoni. Tom kien qed jittawwal minn xaqq fil-bastiment, u f’daqqa waħda lemaħ lil Lila.

- Ieqaf Xandru ! Irrid lil Lila tiġi magħna.

- Mela aħjar tiċċaqlaq minn hemm ! wieġbu Xandru.

Xandru ressaq il-Cap Totu qrib il-ġebla s-sewda. Il-volpi qabżet fuq il-bastiment.

- Daqshekk tlifna ħin ! sostna Babun. Kull sekonda hija importanti ! Dal-ħallellin tal-koralli qed jeqirdu n-natura tagħna ! Qed jaqbdu l-annimali u jisirqu l-pjanti biex ibiegħuhom f’postijiet imbiegħda, ferm imbiegħda !

4

Page 7: ENV60600 childrenBOOK MTec.europa.eu/environment/pubs/children/pdf/blue_island/mt.pdf · il-mistoqsijiet tieg¢ek dwar l-Unjoni Ewropea. Numru tat-telefon ġdid bla ħlas : ... Tom

- Il-gżira tal-fkieren ! Hemm isfel ! għajjat Xandru.

Fil-bogħod, setgħu jaraw xi ħaġa ħadra u ndunaw li kienet il-gżira.

Xandru fetaħ għajnejh sew.

-Dal-ħallelin mhux qed jirrispettaw ir-regoli tas-sajd ! spjega Xandru lil Tom. Vera li ċertu sajjieda kellhom permess biex jistadu għall-korall sakemm josservaw ċertu kundizzjonijiet. Iżda dal-ħallelin, qed jistadu bla ma josservaw ir-regolamenti ! U agħar minn hekk.. kienu qed jaqbdu annimali li jinsabu f’riskju ta’ estinzjoni ! Bħall-fkieren...

Tom inħasad u ħa nifs ta’ biża’.

- Hemm isfel... Dgħajsa... Żewġ bagi... Hemm huma l-ħallelin !

5

Page 8: ENV60600 childrenBOOK MTec.europa.eu/environment/pubs/children/pdf/blue_island/mt.pdf · il-mistoqsijiet tieg¢ek dwar l-Unjoni Ewropea. Numru tat-telefon ġdid bla ħlas : ... Tom

- Hemm tnejn ! induna Babun. Ejja naqbduhom kif ikunu telgħin lura fuq l-art !

Xandru dawwar il-Cap Totu lejn id-dgħajsa tal-ħallelin. Tom ħares lejn l-ilma trasparenti u ra numru ta’ fkieren enormi għaddejjin wara xulxin.

- Qatt ma kont rajthom daqshekk mill-qrib !

- Wara kollox ma jisimhiex il-gżira tal-fkieren għalxejn ! żid jgħid Xandru. Hawnhekk nistgħu nammiraw l-isbaħ kreaturi fost dawn l-ispeċi...

- L-isbaħ iżda anke l-aktar fraġli ! Żid il-Kaptan Babun. Nispera li dal-ħalleliln ma missewx lanqas biċċa minnhom, għax inkella qed navżakom, se nirrabja bil-kbir !

6

Page 9: ENV60600 childrenBOOK MTec.europa.eu/environment/pubs/children/pdf/blue_island/mt.pdf · il-mistoqsijiet tieg¢ek dwar l-Unjoni Ewropea. Numru tat-telefon ġdid bla ħlas : ... Tom

Bum ! Il-Cap Totu resqet lejn id-dgħajsa tal-ħallelin. Babun qabeż mill-ewwel fuq il-pont. Tom qabeż warajh. Għajnejn Babun riedu jinfaqgħu bir-rabja. Ħdejn saqajh kien hemm ħafna kaxxex mimlija bil-korall.

- Il-ħallelin ! Araw ! Ħerġin mill-ilma ! Sewwa rajna : tnejn hemm !

- U ġej ukoll il-bastiment tal-gwardjani tal-kosta ! żied Tom. Irnexxilhom jinħelsu mix-xibka tas-sajd !

7

Page 10: ENV60600 childrenBOOK MTec.europa.eu/environment/pubs/children/pdf/blue_island/mt.pdf · il-mistoqsijiet tieg¢ek dwar l-Unjoni Ewropea. Numru tat-telefon ġdid bla ħlas : ... Tom

8

Page 11: ENV60600 childrenBOOK MTec.europa.eu/environment/pubs/children/pdf/blue_island/mt.pdf · il-mistoqsijiet tieg¢ek dwar l-Unjoni Ewropea. Numru tat-telefon ġdid bla ħlas : ... Tom

Il-kburi Kaptan tal-gwardjani tal-kosta, Babun, ippompa sidru. Ressaq idejh lejn ħalqu u għajjat :

- Ja ħallelin kattivi ! Qerrieda ta’ din is-sbuħija ! Ja qabda ġrieden ! La naqbdukom insajrukom !

Tom u Xandru rabtu d-dgħajsa tal-ħallelin mal-Cap Totu.

9

Page 12: ENV60600 childrenBOOK MTec.europa.eu/environment/pubs/children/pdf/blue_island/mt.pdf · il-mistoqsijiet tieg¢ek dwar l-Unjoni Ewropea. Numru tat-telefon ġdid bla ħlas : ... Tom

10

Page 13: ENV60600 childrenBOOK MTec.europa.eu/environment/pubs/children/pdf/blue_island/mt.pdf · il-mistoqsijiet tieg¢ek dwar l-Unjoni Ewropea. Numru tat-telefon ġdid bla ħlas : ... Tom

Il-ħallelin kellhom jaslu sal-gżira tal-fkieren bl-għawm. Tom beda jħares lejhom bir-rabja. Minn fuq il-bastiment Cap Totu, kompla jagħfas lil Lila miegħu.

- Xorti tajba li l-gwardjani tal-kosta kienu attenti... qal Tom lilu nnifsu. Xorti tajba li huma jħarsu t-teżor kbir li huwa l-baħar...

Taħt l-ilma, xi fkieren dehru jduru qrib il-Cap Totu. Xandru tħawwad.

- Ikolli ngħid li dawn il-fkieren ġew jgħidulna grazzi ! Lissen bil-mod ir-raġel.

Il-Kaptan Babun ħares lejn l-orizzont.

- Jirringrazzjawna talli proteġejnihom....jista’ jkun, qal Babun. L-ispeċi tagħhom tant hi mhedda li huwa illegali li taqbadhom. B’hekk setgħu jgħixu fil-paċi madwar il-gżira tal-fkieren.

Xandru qabad korall f’idu.

- X’ħasra ! Dal-ħallelin lanqas tgħid qagħdu attenti kif jaqbduhom dal-koralli ... Ufff..

Xandru, is-sajjied tal-koralli, beda jibki, imdejjaq u rrabbjat fl-istess ħin. Qrib il-Cap Totu, il-gwardjani tal-kosta kienu qed jaqbdu l-kriminali.

- Fl-aħħar ninsab kuntent... lissen Babun.

11

Page 14: ENV60600 childrenBOOK MTec.europa.eu/environment/pubs/children/pdf/blue_island/mt.pdf · il-mistoqsijiet tieg¢ek dwar l-Unjoni Ewropea. Numru tat-telefon ġdid bla ħlas : ... Tom

Xandru dar lejn Tom.

- Għall-bravura tiegħek, o raġel twajjeb, nixtieq nagħtik rigal.

- X’rigal hu ? Staqsa Tom imħaseb

- Dawra sabiħa ! Dawra fil-qiegħ tal-baħar !

Tom libes il-flippers. Mit-tarf tal-Cap Totu, ħassu kuntent li qiegħed hemm. Babun tefa’ idu fuq spalltu.

- Dak li se tiskopri, Tom, huwa rikkezza kbira. Xandru se jurik il-koralli li xtaqu jisirqu dawk il-briganti. Dak li se tara int, ftit nies jistgħu jarawhom. Dan huwa ċans ta’ darba. Xandru, is-sajjied tal-koralli, jistad regolarment għalihom. Dak huwa xogħolu. B’dawn il-koralli, inkunu nistgħu nagħmlu ġojjelli ferm sbieħ. Il-korall huwa riżorsa naturali u l-bniedem irid jużah bl-għaqal. Għal din ir-raġuni, is-sajd mhux ipprojbit, iżda hemm regoli stretti u s-sajjieda jrid ikollhom permess.

12

Page 15: ENV60600 childrenBOOK MTec.europa.eu/environment/pubs/children/pdf/blue_island/mt.pdf · il-mistoqsijiet tieg¢ek dwar l-Unjoni Ewropea. Numru tat-telefon ġdid bla ħlas : ... Tom

Tom qabeż fil-baħar. Wara l-maskla tiegħu, żewġ għajnejn kbar infetħu, infetħu, infetħu quddiem l-isbaħ spettaklu li qatt kien ra. Qalbu kienet se tisplodi fil-ferħ.

Il-baħar huwa sabiħ. Sbuħija infinita.

13

Page 16: ENV60600 childrenBOOK MTec.europa.eu/environment/pubs/children/pdf/blue_island/mt.pdf · il-mistoqsijiet tieg¢ek dwar l-Unjoni Ewropea. Numru tat-telefon ġdid bla ħlas : ... Tom

Fil-pruwa tal-Cap Totu Tom u Lila qagħdu jgawdu r-riħ ħafif hekk kif kien qed joqrob filgħaxija. Il-bastiment ta’ Xandru ġibed dak tal-briganti. Ix-xemx kienet bil-mod qed tinħeba wara l-baħar, u l-ġurnata kienet qed tersaq lejn tmiemha. Il-ħallelin tal-koralli, li tpoġġew fuq wara tal-bastiment tal-gwardjani tal-kosta, kellhom ħarsa tad-dwejjaq. Bdew jibżgħu li n-nies se tgħajjarhom u ssafrilhom. Il-gżira l-kaħla kienet qrib. Hawn hu d-dħul tal-port. L-abitanti kollha kienu qed jistennew li l-ħbieb tagħna jaslu lura.

- Ara Xandru ! Il-villaġġ kollu qiegħed hemm ! għajjat bil-ferħ Tom.

14

Page 17: ENV60600 childrenBOOK MTec.europa.eu/environment/pubs/children/pdf/blue_island/mt.pdf · il-mistoqsijiet tieg¢ek dwar l-Unjoni Ewropea. Numru tat-telefon ġdid bla ħlas : ... Tom

Xandru nfaqa jidħak.

- Hekk hu sieħbi ! Kienu qed jaraw l-avventuri tagħna mill-bogħod ! Ħares mill-binokolu... Tista’ sserraħ moħħok li għal dawk l-abitanti kollha int sirt eroj ta’ veru !

Malli waslu biex jidħlu fil-port, Tom sema’ għagħa kbir ġej mill-bajja. Kienu l-abitanti u kollha

bdew iċapċpu lil Tom, Lila, Xandru u Babun. Xandru, li kien qed isuq il-Cap Totu b’attenzjoni bejn id-dgħajjes l-oħra, ried juri kemm kien b’saħħtu. Iżda kien jidher li kien emozjonat. Tom kien kburi. Lila, li fl-aħħar kienet straħet, raqdet fuq saqajn l-aqwa ħabib tagħha..

15

Page 18: ENV60600 childrenBOOK MTec.europa.eu/environment/pubs/children/pdf/blue_island/mt.pdf · il-mistoqsijiet tieg¢ek dwar l-Unjoni Ewropea. Numru tat-telefon ġdid bla ħlas : ... Tom

Il-vakanzi kienu waslu biex jintemmu. Għal numru ta’ jiem, imorru fejn imorru fuq il-gżira l-kaħla, kulħadd beda jifraħ lil Tom u Lila. Tifla żgħira resqet lejn Tom.

- Jien....Jien jisimni Fleur. Qaluli li int dalwaqt se titlaq u tmur lura f’pajjiżek. Qabel ma titlaq mill-gżira l-kaħla, nixtieq nagħtik rigal.

- Rigal ? Diġà rajt qiegħ il-baħar ma’ Xandru...Dak diġà kien ħafna għalija....Jien...

It-tifla ż-żgħira ħarġet pakkett minn butha.

- Ġiżirana tal-korall ! esklama Tom. Kemm hi sabiħa !

- Din ħadimha missieri bil-korall li stad Xandru, is-sajjied tal-korall.

16

Page 19: ENV60600 childrenBOOK MTec.europa.eu/environment/pubs/children/pdf/blue_island/mt.pdf · il-mistoqsijiet tieg¢ek dwar l-Unjoni Ewropea. Numru tat-telefon ġdid bla ħlas : ... Tom

Fleur tbissmet.

- Biex tkun tista’ tieħu din il-giżirana f’pajjiżek, għandek bżonn karta speċjali li aħna nsejħulha “ċertifikat CITES”. Fid-dwana ta’ l-ajruport se jitolbuk dan iċ-ċertifikat. Hawn, ħudu....

Tom beda jaħseb.

- Mmmm...... Iċ-ċertifikat CITES juri li dan il-korall kien miġbur mill-baħar skond ir-regoli...Mmmm...qed nifhem....Se nieħu ħsiebu sew !

Xandru wasal qrib it-tifla u l-volpi.

- Tom, wasal il-ħin li tmur tlesti l-bagalji...għada trid tmur lura pajjiżek...

17

Page 20: ENV60600 childrenBOOK MTec.europa.eu/environment/pubs/children/pdf/blue_island/mt.pdf · il-mistoqsijiet tieg¢ek dwar l-Unjoni Ewropea. Numru tat-telefon ġdid bla ħlas : ... Tom

Wasal il-jum tar-ritorn il-kbir. Xandru wassal lil Tom u Lila sa l-ajruport. Kulħadd kien emozzjonat ħafna. Kif wasal fid-dwana, Tom wera ċ-ċertifikat CITES lill-uffiċjali tad-dwana.

- Tajjeb, kollox skond ir-regoli ! qal l-uffiċjal tad-dwana. Tista’ tilbes dil-ġiżirana tal-korall verament sabiħa !

- Ej ! Lilek nafek x’imkien ! ! esklama uffiċjal ieħor tad-dwana. Int mhux Tom ? Int ħadt sehem fl-arrest tal-ħallelin tal-gżira l-kaħla ! Rajt ir-ritratt tiegħek fuq il-gazzetta ! Fejn hi ħabibtek Lila ?

Tom beda jħares madwaru biex jara fejn hi Lila. Lemaħ il-volpi ftit aktar ‘il bogħod. Hi ntefgħet ħdejn basket li kien hemm ma’ l-art. Dehret imħassba. Ċaqalqet ftit rasha - u dan kien biżżejjed biex Tom fehem għalxiex kienet imħassba.

18

Page 21: ENV60600 childrenBOOK MTec.europa.eu/environment/pubs/children/pdf/blue_island/mt.pdf · il-mistoqsijiet tieg¢ek dwar l-Unjoni Ewropea. Numru tat-telefon ġdid bla ħlas : ... Tom

- Hemm hi Lila...lissen bil-mod Tom lill-uffiċjali tad-dwana. Kieku jien minnkom, nagħti daqqa t’għajn x’hemm f’dak il-basket !

L-uffiċjali tad-dwana ressqu lejn il-basket. Wieħed minnhom fetħu.

- Dahar ta’ fekruna ! għajjat l-uffiċjal tad-dwana. Sinjur, li ġġor dahar ta’ fekruna bħal din huwa illegali ! Ninsab obbligat ninforma lill-awtoritajiet ! Jekk jogħġbok, ejja warajja !

Għalfejn hawn tant nies li jridu jeqirdu l-pjaneta ? ħaseb b’dieqa Tom.

19

Page 22: ENV60600 childrenBOOK MTec.europa.eu/environment/pubs/children/pdf/blue_island/mt.pdf · il-mistoqsijiet tieg¢ek dwar l-Unjoni Ewropea. Numru tat-telefon ġdid bla ħlas : ... Tom

20

L-ajruplan li wassal lil Tom u Lila lejn il-Belt ta’ Merlin penġa ċirklu kbir madwar il-gżira l-kaħla.

- Ara, Lila ! Dak il-punt iż-żgħir ! Dik il-gżira tal-fkieren ! Tom beda jħoss u jmiss il-ġiżirana m’għonqu, dik il-ġiżirana tal-korall li offritlu Fleur.

- Kemm hi sabiħa l-ħajja ! qal Tom bil-mod f’widnejn Lila.

Hemm isfel, qrib il-gżira l-kaħla, tliet fkieren kienu qed jilgħabu fl-ilma pur ta’ l-oċean immens. Hemm isfel, fuq il-gżira l-kaħla, tifla żgħira kienet qed tagħmel sinjal twil b’idha lejn is-sema. Sinjal ta’ imħabba.

Page 23: ENV60600 childrenBOOK MTec.europa.eu/environment/pubs/children/pdf/blue_island/mt.pdf · il-mistoqsijiet tieg¢ek dwar l-Unjoni Ewropea. Numru tat-telefon ġdid bla ħlas : ... Tom

Il-Kummissjoni Ewropea

Il-gżira l-kaħla

Il-Lussemburgu : L-Uffiċċju għall-Pubblikazzjonijiet Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej

2007 – 20 pp. – 16,2 x 22,9 cm

ISBN 978-92-79-05325-2

Kopji ta’ din il-pubblikazzjoni huma disponibbli b’xejn sakemm iservi l-istokk mingħand il- :Kummissjoni EwropeaDirettorat Ġenerali ta’ l-AmbjentĊentru tat-Tagħrif (BU-9 0/11)B-1049 BrussellFax : 32-2 299 61 98

http://bookshop.eu/

Jekk għandek xi mistoqsijiet oħra, jekk jogħġbok żur il-websajts li ġejjin :

http://ec.europa.eu/environment/cites/home_en.htm

http://www.eu-wildlifetrade.org/

http://www.cites.org/

jew ibgħat email fuq : [email protected]

Page 24: ENV60600 childrenBOOK MTec.europa.eu/environment/pubs/children/pdf/blue_island/mt.pdf · il-mistoqsijiet tieg¢ek dwar l-Unjoni Ewropea. Numru tat-telefon ġdid bla ħlas : ... Tom

KH-77-07-218-M

T-C