Upload
partit-nazzjonalista
View
229
Download
5
Embed Size (px)
DESCRIPTION
Suppliment in-Nazzjon 9 ta' Jannar 2013
Citation preview
L-Erbgħa, 9 ta’ Jannar 2013 www.mychoice.pn
Is-sidien tan-negozju jiffrankaw sa €25,000 f’income taxIl-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista dejjem għaraf l-importanza li jagħti l-għajnuna meħtieġa lis-sidien tan-negozju biex jissoktaw jimxu ’l quddiem, jinvestu u jiġġeneraw aktar opportunitajiet tax-xogħol
L-inċentivi u l-għajnuna mogħtija mill-Gvern matul din il-leġiżlatura wasslu biex 232 sid ta’ negozju żgħir u medju li jaħdmu minn Għawdex applikaw biex igawdu mill-iskema tal-Gvern MicroInvest.
Dawn is-sidien ta’ negozji żgħar u medji qed jinvestu aktar minn €2 miljun u qed jingħataw €1.5 miljun fi tnaqqis f’income tax.
Sid ta’ negozju jgawdi
Il-Gvern wettaq dan bil-fatti tant li matul din il-leġiżlatura ħa għadd ta’ miżuri li komplew jinċentivaw lis-sidien tan-negozju.
Jirriżulta fil-fatt li aktar minn elf sid ta’ negozju applikaw u ħadu l-iskema tal-Gvern MicroInvest li
232 SME f’Għawdex b’investiment ta’ aktar minn €2 miljunMatul din il-leġiżlatura komplew jiżdiedu l-investimenti ta’ negozju żgħir u medju fil-gżira Għawdxija u dan għall-benefiċċju dirett tal-Għawdxin stess grazzi għall-politika għaqlija li mexa biha l-Partit Nazzjonalista fil-Gvern
minn tnaqqis fl-income tax meta jinvesti jew jimpjega aktar ħaddiema.
F’Malta sid ta’ negozju jista’ jiffranka sa erbgħin fil-mija f’income tax filwaqt li min għandu negozju f’Għawdex jiffranka sa sittin fil-mija.
Il-massimu li sid ta’ negozju jista’ jiffranka f’income tax għal investiment ġdid jew żieda fil-ħaddiema hu ta’ €25,000.
permezz tagħha qed jinvestu fin-negozju tagħhom jew impjegaw ħaddiema ġodda. B’hekk qed igawdu minn tnaqqis fl-income tax. It-tnaqqis fl-income tax ilaħħaq sa €25,000 għal kull sid ta’ negozju.
Dawn is-sidien ta’ negozju qed jinvestu €17.3-il miljun u qed jiffrankaw €7.5 miljun fi tnaqqis fl-income tax.
Bejniethom huma ħolqu 247 impjieg ġdid. Din l-iskema għadha miftuħa.
FattI u ĊIFrISidien ta’ negozji ngħataw self vantaġġuż
Imkabbar l-investiment f’pajjiżna b’għadd ta’ kumpaniji ġodda
Helena Dalli tikxef għawwar Muscat dwar transfers fiċ-Ċivil
tItkEllEM Int MuScat jaGħżEl ħażInii iii vi
f’din l-ElezzjoniSuPPlIMEnt
2013
ii – f’din l-Elezzjoni L-Erbgħa, 9 ta’ Jannar 2013www.mychoice.pn
€24 miljun f’investiment minn 181 sid ta’ negozju
Grazzi għall-politika tal-Gvern bosta kumpaniji, biex jaqdu aħjar lill-klijenti tagħhom,
żiedu fil-makkinarju u llum qed iħaddmu aktar nies
€42 miljunmill-Gvern lil industriji
żgħar biex jirbħu l-kompetizzjoni
Fatti u Ċifri
7 skemibiex industriji żgħar
u medji jsaħħu l-kompetittività tagħhom
232 SME
f’Għawdex investew aktar minn €2 miljun
Permezz tal-iskema MicroCredit, sidien ta’ negozji qed jiġu megħjuna jieħdu self mill-bank b’rati vantaġġużi.
Din l-iskema qed tagħti spinta lis-sidien ta’
Sidien ta’ negozju ngħataw self vantaġġużBiex jinkoraġġixxi l-ħidma u l-operat ta’ għadd ġmielu ta’ sidien ta’ negozji l-Gvern ħoloq l-iskema tal-MicroCredit bl-iskop li dawn jingħataw self vantaġġuż. Dan wassal biex sar investiment ta’ €24 miljun bi skema oħra
l-industriji ż-żgħar f’din il-leġiżlatura kienu megħjuna
b’diversi skemi introdotti mill-Gvern bl-iskop li
jkabbru l-ħidma tagħhom, iżidu l-investiment fl-operat
tagħhom u hekk ikunu f’qagħda aħjar li jikkompetu
negozji biex jinvestu aktar. Sa Diċembru 2011, 181 sid ta’ negozju ħadu €16-il miljun f’self b’rati sussidjati u investew €24 miljun.
Permezz ta’ din l-iskema l-Gvern qed jagħti garanzija hu, fuq
l-investiment li jagħmlu s-sidien ta’ negozji.
Mingħajr din il-garanzija, is-sidien ma kinux ikunu f’pożizzjoni li jinvestu u għalhekk din l-iskema qed twassal għal aktar investiment.
L-Erbgħa, 9 ta’ Jannar f’din l-Elezzjoni – iii2013 www.mychoice.pn
titkellem
Naqbel ħafna ma’ dawn it-tip ta’ investimenti għax jolqtu aspett ġdid fl-ekonomija Maltija. Dawn jagħtu opportunità ġdida lir-residenti lokali u mhux bilfors biex ikomplu f’xi qasam partikulari jridu jmorru jistudjaw barra minn Malta u jibqgħu hemm.
L-aspett tal-avjazzjoni hu wieħed minnhom. Sa ftit snin ilu sħabi stess xtaqu jaħdmu f’dan it-tip ta’ xogħol iżda ma kienx possibbli jekk mhux billi jsiefru. Illum il-kontra, b’dan it-tip ta’ investiment ħafna, fosthom żgħażagħ, għandhom din l-opportunità f’pajjiżna stess.
Dan it-tip ta’ investiment naħseb kien kruċjali biex Malta tgħaddi l-kriżi mingħajr skossi għax l-ajruplan hu makkinarju delikat li jrid ikun spezzjonat qabel kull titjira. Il-fatt li Malta għandha numru ta’ rotot u kumpaniji tal-ajru wassal biex dan ikun investimenti importanti ħafna għal pajjiżna.
Nemmen li dan l-investiment se jattira aktar żgħażagħ għax hu aspett edukattiv u joffri aktar snajja’ speċjalizzati. Dan l-investiment se jara tkattir tal-ġid anki għaliex il-Malti hu bieżel u ħabrieki.
Kif kulħadd jaf l-ekonomija Maltija miexja tajjeb ’il quddiem. Dan kien possibbli għan-numru ta’ sagrifiċċji li għamel il-Gvern kemm biex isalva l-Air Malta kif ukoll billi inċentiva numru ta’ kumpaniji barranin fil-qasam tal-avjazzjoni biex jinvestu f’pajjiżna biex ikompli jkabbar l-ekonomija ta’ pajjiżna.
Il-Gvern induna li aktar ajruplani f’pajjiżna se jfissru ħtieġa ikbar għall-manutenzjoni tagħhom. B’dan il-mod u billi pprovda kulma hemm bżonn, fosthom edukazzjoni ta’ kwalità għolja għall-istudenti li xtaqu jaħdmu f’dan il-qasam, il-kumpaniji barranin fetħu n-negozju tagħhom hawn.
Barra minn hekk dan l-investiment ġab żieda sostanzjali fil-ġenerazzjoni tal-impjiegi. B’hekk numru ta’ żgħażagħ sabu impjieg f’dak il-qasam li studjaw fih iżda, importanti, f’dak li xtaqu jagħmlu.
Naqbel li l-Gvern għandu jinvesti iktar fl-oqsma tal-IT u l-avjazzjoni għax dawn huma tnejn mill-akbar oqsma li hemm indikazzjoni li fil-futur se jkomplu jikbru u jespandu. Dan jista’ jsir bl-għajnuna tal-MCAST u l-Università ta’ Malta.
Jien naħseb li fl-avjazzjoni l-Gvern investa miljuni kbar speċjalment biex ġab l-investiment hawn Malta bħal SR Electronics u Lufthansa Teknik li jħaddmu numru kbir ta’ żgħażagħ li mhux biss jaqilgħu l-paga iżda jkomplu jieħdu t-taħriġ neċessarju.
Rigward IT sar ħafna investiment fosthom Smart City li se tinfetaħ dalwaqt. Żgur se tkun ta’ vantaġġ kbir għall-Maltin speċjalment dawk li studjaw f’dan il-qasam. Naħseb għandu jkun hemm aktar għajnuna lin-negozji żgħar fuq bażi ta’ IT biex dawn ikomplu jaqdfu ’l quddiem.
L-edukazzjoni mogħtija f’pajjiżna fil-qasam tal-IT hi ta’ livell għoli ħafna tant li jien personalment nara li t-tifel tiegħi, it-taħriġ li jingħata bħalissa hu ferm ogħla minn dak li ngħata r-raġel minn għalliema barranin.
Tant li ġieli f’ċerti suġġetti t-tifel jispikka iktar mir-raġel. Jien naħseb li dan it-tip ta’ taħriġ se jkompli jgħin lill-Gvern biex jattira iktar investiment lejn pajjiżna.
Charles ZaMMit Birkirkara
ViVieNNe Galeatas-slieMa
saNDra sMart raħal ĠDiD
joe Galearaħal ĠDiD
Jien naħseb li l-investiment fl-IT kif ukoll fl-avjazzjoni f’dawn l-aħħar snin kien pożittiv u ta’ benefiċċju għal Malta. Nemmen li din kienet viżjoni tajba ħafna min-naħa tal-Gvern speċjalment meta tara li saru investimenti bħal fl-Aviation Park u numru ta’ inċentivi oħra li offra l-Gvern.
Mill-banda l-oħra meta nieħdu fil-kuntest in-numru ta’ kumpaniji li għandna fosthom SR Electronics u Lufthansa Teknik dan kien ukoll ta’ inċentiv għalihom biex ikomplu jikbru u jżommu l-investiment f’pajjiżna speċjalment meta tara kemm saru tiswijiet fuq ajruplani.
Barra minn hekk l-ekonomija tagħna hi waħda kumplessa u diversifikata. Investiment bħal dan ikompli jkattar l-ekonomija u dan il-kontribut ikompli jgħin lill-pajjiż jimxi ’l quddiem f’mument hekk partikulari.
It-triq ’il quddiem hi li l-MCAST u l-Università jkomplu jħarrġu l-istudenti b’aktar korsijiet fil-futur. Il-kumpaniji se jkunu qegħdin jitolbu għal ħaddiema aktar speċjalizzati.
josePh CaMilleriil-Mellieħa
il-politika għaqlija li mexa biha l-Gvern f’din il-leġiżlatura kabbret l-investiment f’pajjiżna, attirat kumpaniji lokali u internazzjonali ġodda u żdiedu l-opportunitajiet tax-xogħol
L-investiment fil-qasam kemm tal-avjazzjoni kif ukoll fl-IT għen ħafna biex Malta tkompli miexja ’l quddiem mingħajr skossi filwaqt li qiegħed jagħti opportunità lil numru ta’ żgħażagħ biex ikomplu jistudjaw f’dak li jixtiequ jagħmlu speċjalment inġiniera u technicians.
Wieħed irid japprezza li dan l-investiment hu bieb miftuħ ta’ opportunitajiet lil numru ta’ żgħażagħ li qabel biex setgħu jagħmlu dan it-tip ta’ xogħol kellhom jew imorru jistudjaw barra u jibqgħu hemm inkella jħallu l-ħolma tagħhom fuq l-ixkaffa kif naf ħafna li ġralhom hekk.
Dan l-investiment għandu jkompli jsir ħalli barra li nżommu lil Malta fuq saqajha, inkunu nistgħu nkomplu nispeċjalizzaw u nimxu ’l quddiem anki b’xi ftit problemi, li dawn dejjem se jfiġġu xi ħin jew ieħor.
Mod ieħor li nistgħu nkomplu nkunu ta’ suċċess hu billi nkomplu nħarrġu u noffru l-korsijiet neċessarji biex iż-żgħażagħ tagħna jkomplu jimirħu fihom. Ladarba jiggradwaw dawn iż-żgħażagħ ikunu jistgħu jsibu xogħol f’dak il-qasam li studjaw fih. B’hekk l-idea li se jsibu xogħol fil-futur ikompli tinstigahom jagħżlu dan it-tip ta’ karriera.
iv – f’din l-Elezzjoni L-Erbgħa, 9 ta’ Jannar 2013www.mychoice.pn
F’ħames snin, 43,427 talba lill-Etc biex tibgħat ħaddiema ġodda għand negozji li żiedu x-xogħol L-estensjonijiet ta’ fabbriki diġà eżistenti u t-twaqqif
ta’ fabbriki ġodda wasslu biex inħolqu 3,462 impjieg ġdid ieħor
L-Erbgħa, 9 ta’ Jannar f’din l-Elezzjoni – v2013 www.mychoice.pn
L-ETC organizzat għadd ġmielu ta’ korsijiet ta’ taħriġ u tul dawn il-ħames snin sabet impjieg għal 15,337 persuna
L-estensjonijiet ta’ fabbriki diġà eżistenti u t-twaqqif ta’ fabbriki ġodda wasslu biex inħolqu 3,462 impjieg ġdid ieħor
Matul din il-leġiżlatura kompla jsir investiment kontinwu u qawwi fil-forzi kollha tal-ordni, filwaqt li nħolqu wkoll diversi
opportunitajiet ta’ xogħol għal dawk interessati f’dawn is-setturi
vi – f’din l-Elezzjoni L-Erbgħa, 9 ta’ Jannar 2013www.mychoice.pn
l-uNika kelMa li jara quDDieM GħajNejh(dehret għall-ewwel darba: il-mument 22.01.12)
Muscat jagħżel ħażin...Helena Dalli tikxef għawwar Muscat:
“Gvern Laburista jifli lill-ħaddiema fid-dipartimenti kollha taċ-Ċivil”
(5 ta’ Novembru 2011)
Muscat u l-MLP jqaċċtu l-irjus ta’ min jidhrilhom huma: “Il-ħaddiema taċ-Ċivil jintbagħtu x’imkien ieħor mill-ETC jekk jinstab li aħjar jagħmlu xogħol differenti”(5 ta’ Novembru 2011)
...u tbati int
Jekk ikun fil-Gvern il-MLP, persuni li jaħdmu ma’ entitajiet governattivi u li fil-fehma tal-Gvern Laburista m’għandhomx ikunu hemm, se jitneħħew
L-Erbgħa, 9 ta’ Jannar f’din l-Elezzjoni – vii2013 www.mychoice.pn
Jekk hawn ċertifikat għall-ekonomija ta’ pajjiż hu kemm qed toħloq xogħol. Hawn ħafna ċifri ekonomiċi, imma kemm qed jaħdmu nies hi r-reġina ta’ dawn iċ-ċifri.
L-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika x-xahar li għadda ħareġ iċ-ċifri dwar in-nies li qed jaħdmu. Dawn huma ċifri li jagħti kull min jimpjega lill-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ, l-ETC. U minn dawn iċ-ċifri joħroġ l-aqwa ċertifikat - qatt ma kien hawn nies jaħdmu f’Malta daqs illum. Rekord ta’ 153,000 ħaddiema jaħdmu full-time.
13,500 aktar jaħdmu mal-privat minn ħames snin iluMinn dawn il-153,000 b’kollox, 112,000 qed jaħdmu mal-partikular: rekord ieħor u ċifra importanti għax l-impjiegi li qed toħloq l-ekonomija Maltija huma impjiegi produttivi mal-privat.
Settur privat jaħdem u jħaddem ferm aktar nies
Dawn il-112,000 ħaddiem mal-privat huma żieda qawwija fuq ħames snin ilu. Illum hawn jaħdmu mal-privat 13,500 ħaddiem aktar mill-istess żmien ħames snin ilu. Dan hu r-riżultat tal-20,000 impjieg ġdid li nħolqu tul dawn il-ħames snin, li l-ewwel pattew għal dawk li ntilfu jew li tbattlu u li mbagħad bqajna minn fuq bi 13,500 full-timer aktar mal-privat.
Żieda qawwija fl-impjiegi produttivi mal-privat, mhux b’xi pjaċirDin hi l-bidla kbira li saret fl-ekonomija Maltija tul dawn l-aħħar 25 sena. Fl-1987, il-privat kien iħaddem biss ftit aktar minn nofs il-ħaddiema, u l-Gvern kien iħaddem kważi n-nofs. Illum, il-Gvern iħaddem kwart tal-ħaddiema; il-privat tliet kwarti. Iż-żieda qawwija fl-impjiegi seħħet f’dawk produttivi mal-privat,
mhux b’xi pjaċir mal-Gvern jew fil-korpi militari kif kien jiġri meta kien hawn Gvern Laburista li dejjem kellu kriżi ta’ xogħol.
Żieda qawwija fin-nisa jaħdmu full-timeFejn seħħet iż-żieda ta’ 13,500 full-timer mal-privat fl-aħħar ħames snin? Fin-nisa speċjalment. Illum hawn 9,500 mara aktar jaħdmu full-time milli kien hawn ħames snin ilu. U f’Għawdex qed jaħdmu 800 ħaddiem aktar full-time. Self-employed hawn 1,100 aktar.
Dawn iċ-ċifri huma kollha dwar full-timers. Imma kien hawn żieda qawwija wkoll f’dawk li jaħdmu part-time. Żieda ta’ disat elef. Ħafna minnhom nisa li ma jistgħux jaħdmu full-time imma li part-time jistgħu u hekk qed jagħmlu għax hawn ix-xogħol.
Dawn iż-żidiet qawwijin fix-xogħol f’Malta trid tarahom fl-istampa usa’ ta’ dak li kien qed jiġri barra. Malta llum hi l-uniku pajjiż
Ewropew mal-Ġermanja li żied l-impjiegi fl-aħħar ħames snin – u Malta żidithom bil-qawwi.
il-privat mhux biss jitħalla jaħdem, imma wkoll inċentivat jaħdem u jħaddemĊifra minn dawn li semmejna għandha tifsira kbira. 13,500 aktar jaħdmu
full-time mal-privat. Li tfisser li l-privat mhux biss kien qed jitħalla jaħdem mill-Gvern, imma wkoll kien qed igawdi l-inċentivi tal-Gvern - il-privat kien qed jaħdem u, aktar minn hekk, kien qed iħaddem; kien qed iżid il-ħaddiema full-time bl-eluf kull sena għal żieda ta’ 13,500 f’ħames snin.
Ċifri uffiċjali juru li l-ħaddiema fis-settur
privat, fosthom fis-settur tat-turiżmu, f’dawn il-ħames
snin żdiedu b’ 14,000 għal 112,000
lEntI FuQ...
L-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika x-xahar li għadda ħareġ iċ-ċifri dwar
in-nies li qed jaħdmu. Dawn huma ċifri li jagħti kull min jimpjega
lill-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ, l-ETC. U minn dawn iċ-ċifri joħroġ
l-aqwa ċertifikat - qatt ma kien hawn nies jaħdmu f’Malta daqs illum.
Rekord ta’ 153,000 ħaddiema jaħdmu full-time
viii – f’din l-Elezzjoni L-Erbgħa, 9 ta’ Jannar 2013www.mychoice.pn
“Matul din il-leġiżlatura l-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista għen b’diversi modi lis-sidien tan-negozju żgħir u medju. Dan biex bl-iskemi mnedija dawn is-sidien ikunu aktar kompetittivi fis-swieq lokali u joffru servizzi aħjar u ta’ kwalità.”
- il-Prim Ministru Lawrence Gonzi