Id-Deżerti
Ms.S Brincat(2009-2010)Kulleġġ San Benedittu
Skola Primary Kirkop (yr5)
X’inhu Deżert?
Deżert huwa art fejn: a) ftit tagħmel xita. b) ftit pjanti jikbru ċ) ftit annimali jgħixu d) ftit nies joqogħdu
Insibu żewġ tipi ta’ deżerti
Deżert Sħun Deżert Kiesaħ
Il-Klima tad-Deżert Sħun• Ikun hemm nixfa kbira għax ftit
tagħmel xita.• Filgħodu tkun dejjem sħana kbira
(43.5 sa 49 grad celcius)• Iżda bil-lejl tkun kesħa kbira. (It-
temperatura bil-lejl ġieli taqa’ sa – 18 -il celsius). Għaliex taħsbu li jiġri dan?
• Dan jiġri għaliex fuq id-deżert ma jkunx hemm sħab fis-sema għalhekk is-sħana tal-jum, bil-lejl tispiċċa tintilef.
X’inhi Desert Storm?
•Maltempata ta’ riħ qawwi li jġorr miegħu ħafna ramel.
•Desert storm iddum bejn ġurnata u erbat ijiem.
•Komuni ħafna fid-deżert is-sħun.
Kif jidher id-Deżert Sħun?• Deżert sħun hu magħmul minn ramel u
xagħri (blat).
•Fih naraw ukoll ħafna għoljiet tar-ramel li jissejħu sand dunes.
• Il-pjanti tad-deżert is-sħun huma tat-tip cactus.
• Dawn kapaċi jgħixu f’dik in-nixfa għax iżommu l-ilma fil-weraq , fiz-zkuk jew fl-għeruq.
• Pjanti oħra jkollhom l-għeruq twal li jwasslu sa ħdejn xi ilma li jkun inġabar taħt l-art.
• Fid-deżert sħun insibu wkoll partijiet fejn ikun hemm l-ilma għax ikun hemm xi xmara li tkun għaddejja minn taħt l-art.
• F’din il-parti jikbru xi pjanti u siġar u l-annimali jsibu minn fejn jixorbu.
• Din tissejjah OASI
Saguaro• Il-cacti Saguaro jipprovdu
bejtiet għall-għasafar filwaqt li jservu bħala siġar.
• Dawn jikbru bil-mod u jistgħu jgħixu għal madwar mitejn sena.
• Meta jkollhom madwar disa’ snin dawn ikunu 15cm għoljin u wara 75 sena jiffurmaw l-ewwel fergħat tagħhom!
• Meta jkunu kibru dawn ikunu twal 15-il metru u jiżnu għaxar tunnellati.
• Annimali fid-deżert iridu jgħixu f’ambjent kiefer- sħana tremenda, xemx tiżreġ u nuqqas ta’ ilma.
• Kull annimal jadatta ruħu għad-deżert.
• Il-fennec fox għandu widnejh kbar biex jisma’ iktar kif ukoll jarmi s-sħana minnhom.
• Annimali oħra bħal Kangaroo rat u Rettle snake jgħixu taħt l-art matul il-ġurnata.
• Dawn joħorġu jfittxu l-ikel bil-lejl min ħabba s-sħana tremenda ta’ matul il-jum, għalhekk insejħulhom “nocturnal”.
Annimali f’deżerti sħan
Iktar annimali tad-Deżert sħun
Dorcas gazelle
Springbok
Qanfud
Dama gazelle
Nagħma
Jena (hyena)
ċerva
Xakall(Jackal)
Il-Ġemel • Il-ġemel għandu l-kapaċita’ li jġorr ammont kbir ta’ ilma għal perjodu twil u għalhekk huwa kapaċi jgħix fid-deżert.
• Il-ġemel huwa l-akbar annimal tad-deżert u l-mezz prinċipali għal min irid jaqsam fid-deżert.
• Barra minn hekk għandu żewġ ringieli suf ta’ l-għajnejn. B’hekk jevita li jidħollu r-ramel f’għajnejh.
Monte
Thar
Sonoran
Sahara Mojave
Kalahari
Chihuahuan
Australian
Arabian
Fejn jinsabu dawn id-deżerti sħan?
Nies tad-deżert• Il-biċċa l-kbira tan-nies li
jgħixu fid-deżert huma Nomadi.
• Il-kelma Nomadi tfisser nies li dejjem jiċċaqalqu minn post għall-ieħor.
Nomadi• Din hija stampa ta’ Nomadu. Dik li liebes f’rasu
nsejħulha howli. Għalfejn taħsbu li jilbisha?• In-Nomadi jieklu ross u tamal għax huma faċli
biex iġġorrhom. Jieklu wkoll il-laħam tan-ngħaġ.
Din hija dar temporanja li n-nomadi jibnu fid-deżert.
Din hija skola fid-deżert Sahara. Matul il-lejl taqa’ kesħa tremenda u għalhekk il-bini jkun kiesaħ ħafna.
Dawn it-tfal jpoġġu barra fix-xemx sakemm il-bini jkun saħan biżżejjed biex ikomplu l-lezzjonijiet ġewwa għad-dell.
Ilhom jgħixu n-nies f’dan id-deżert madwar 20,000 elf sena u jissejħu San. Għandhom lingwa għalihom
Huma jmorru għall-kaċċa bil-qaws u l-vleġeġ. Jiġbru frott u pjanti u lewż tajjeb għall-ikel.L-ilma jaħżnuh ġol-bajd tal-ostrich biex iżomm frisk.
Ilhom jgħixu n-nies f’dan id-deżert madwar 20,000 elf sena u jissejħu San. Għandhom lingwa għalihom
Huma jmorru għall-kaċċa bil-qaws u l-vleġeġ. Jiġbru frott u pjanti u lewż tajjeb għall-ikel.L-ilma jaħżnuh ġol-bajd tal-ostrich biex iżomm frisk.
Id-Deżert Kalahari
X’inhu Deżert Kiesaħ?
• Medda ta’ art miksija bis-silġ. • Tagħmel kesħa fl-istaġuni kollha. • It-temperatura fis-sajf tkun xorta baxxa ħafna. • F’dawn it-tip ta’ deżerti t-temperatura tkun baxxa ħafna anke taħt
iz-zero.• Mill-inqas tagħmel xita għax il-qtar tal-ilma jiffriża qabel dan imiss
mal-art.• F’dan l-ambjent qatt ma tkun sħana biżżejjed biex jikbru l-pjanti. • L-annimali li jgħixu f’dawn il-kundizzjonijiet iħaffru taħt l-art biex
iżommu sħan.
•Dawn huma maltempati kbar li jseħħu fid-deżert il-kiesaħ fejn riħ qawwi jibda jkaxkar miegħu ħafna silġ.•It-temperatura tkun baxxa.•Il-viżibilita tkun baxxa (ma tantx tkun tista’ tara)
X’inhuma blizzards?
Deżerti Kesħin tad-Dinja
Antartica
Namib
Takla Makan
Atacama
Iranian
Great BasinGobi
Turkestan
Tundra
• X’ inhi Tundra?• Tundra hija art fejn m’hemmx siġar.
• Fejn tinsab Tundra?• Tundra hija dik il-parti ta’ fuq tad-dinja,
lejn ‘in-North Pole’. Din tiksi 1/5 tal-wiċċ tad-dinja.
Tundra
• It-Tundra hija miksija bis-silġ. • Fil-perjodi qosra tas-Sajf, is-silġ tal-wiċċ idub u jkunu
jistgħu jfeġġu xi pjanti u organiżmi oħra.• Matul ix-Xitwa qalila dawn ta’ l-aħħar jerġgħu
jitattew.• L-ilma huwa skars is-sena kollha.
Annimali
Il-Volpi Artiku (Arctic Fox)•Insibuh f’deżerti kesħin.
•Jagħmel id-dar tiegħu taħt l-art fejn ma jsibx silġ.
•Jieħu fdalijiet li jħallu annimali oħra bħal Polar Bear.
•Għandu saqajh qosra, dahru goff u jitkebbeb biex iżomm sħun u jorqod.
•Huwa jgħix madwar 15-il sena u nsejħulu Omnivore għax jista’ jiekol pjanti kif wkoll annimali.
L-Ors l-abjad•Għandu l-pil abjad fil-cream.
•Jiekol mammali kbar u żgħar, ħut, għasafar u matul is-sajf jiekol ukoll frott u weraq.
•Annimal li jgħix għalih waħdu.
•Meta jkollu iż-żgħar dawn idumu mal-omm sakemm ikollhom sena.
•Għalkemm huwa annimal kbir dan l-ors għandu ħeffa kbira u jaf jgħum sew.
Klieb tas-silġ
• Din hija razza b’saħħitha u kuraġġuża.• Kapaċi jġorru persuna u slitta għal
bosta mili.• Klieb li jaħdmu flimkien bħala
tim biex isalvaw.• Biex jisħnu jitkebbu u jilqgħu
r-riħ.
Annimali OħraXi ħut fl-Antartiku għandhom likwidu speċjali f’demmhom li ma jħallihomx jiffriżaw.
Xi annimali tad-deżert il-kiesaħ bħal dawn l-iljuni tal-baħar ikollhom ammont ta’ xaħam taħt il-ġilda. Dan jgħinhom iżommu sħan.
Bumerini bħal dawn ifittxu l-ikel taħt is-silġ. Huma jtaqqbu toqob fis-silġ biex jieħdu n-nifs.
Nies li jgħixu fid-deżert il-kiesaħ jissejħu....
Eskimos jew Eskimiżi.
Fejn joqogħdu l-Eskimos?
Fix-xitwa, meta s-silġ iżomm aktar, jibnu kapanni bil-blokki tas-silġ.
Fis-sajf joqogħdu ġo tined magħmulin mill-ġlud ta’ l-annimali.
Ħwejjeġ bil- pil oħxon
Żraben u ħwejjeġ magħmulin mill-ġilda tal-annimali
Dawn x’inhuma?
L-Eskimos huma ka``aturi u jieklu la]am u ]ut.
Dawn huma ftit mill-g]odda li ju\aw meta jmorru g]all-ka``a.
Kif jivjaġġaw l-Eskimos?Il-Huskies u ċ-ċriev jużawhom biex jiġbdulhom is-slitta meta jmorru ‘l bogħod għall-kaċċa.
Dan Kajjik. Meta jmorru għall-kaċċa, l-Eskimos jużaw il-kajjik. Dan ukoll ikun miksi bil-ġlud tal-annimali.
Tmiem