32
Voglio Vivere Così “Kieku Alla kien ikanta, kien ikollu vuċi tixbah lil ta’ Bocelli!” L-Opera House ta’ Sydney: Il-kapolavur ta’ Jørn Utzon. Amnesty International Sabiex jieqfu l-inġustizzji u l-abbużi madwar id-dinja. Storja li kważi ma ġratx! JANFRA2012 €1.50

Xehda Għasel

Embed Size (px)

DESCRIPTION

2012 January-February Issue

Citation preview

Page 1: Xehda Għasel

Voglio Vivere Così“Kieku Alla kien ikanta, kien ikollu vuċi tixbahlil ta’ Bocelli!”

L-Opera Houseta’ Sydney:Il-kapolavurta’ Jørn Utzon.

Amnesty InternationalSabiex jieqfu l-inġustizzjiu l-abbużi madwar id-dinja.

Storjali kważi ma ġratx!

JANFRA2012€1.50

Page 2: Xehda Għasel

storjali kważi ma ġratx

8

Page 3: Xehda Għasel

Darba kien hemm tifel ftit imfarfar jismu John li ma tantx kellu grazzja mar-Randan. Dik li ma setax jiekol ħelu ma setax jifhimha. Mhux għax kien jiekol ħafna ħelu u ċikkulata imma hekk kif kien jibda r-Randan, ix-xewqa li jiekol biċċa ċikkulata tajba kien jiżdied bil-kbir u għalhekk ir-Randan flok kien jgħinu, kien aktar itellfu! Iżda darba fl-eżerċizzi tar-Randan sema’ saċerdot jgħid li fir-Randan mhux importanti wisq jekk tikolx ħelu jew le imma kemm tkun sirt Nisrani aħjar. Kif sema’ dan, widnejn John qamu qishom ta’ tigra hekk kif tisma’ ħoss ta’ annimal żgħir. Is-saċerdot kompla jitkellem fuq l-eżerċizzi li l-iskop tagħhom huwa li jkun training għan-Nisrani biex ikompli jitjieb bħall-atleta li qabel xi kompetizzjoni jqatta’ żminijiet twal ta’ training. U fl-aħħar is-saċerdot spjega t-tliet prinċipji tat-training Nisrani – it-talb, il-karità u s-sagrifiċċju. U waqt li s-saċerdot kompla jispjega, moħħ dan it-tifel ftit imfarfar intilef fil-ħsieb, issa li kien fehem ftit aktar x’kellu jagħmel f’dak ir-Randan. Fil-klassi tiegħu kien hemm tifel li kulħadd kien jiskarta u kultant jgħadduh biż-żmien. Għalkemm John qatt ma kien għamillu xejn ħażin, imma qatt ma kien resaq ikellmu ma jmurx l-oħrajn jarawh u jibdew jitrattawh kif jitrattaw lil dan it-tifel. Imma issa l-affarijiet kienu se jinbidlu u kif is-saċerdot temm dak li kellu jgħid u beda l-break, John mar ħdejn dak it-tifel li kulħadd kien iwarrab. F’qasir żmien saru ħbieb kbar u hekk kif kien jasal ir-Randan John ma baqax igerger; anzi kien jiftakar f’dak il-jum li fih kien sar Nisrani xi ftit aħjar. Jalla f’dan ir-Randan aħna wkoll niskopru kif nistgħu ngħixu xi ftit aħjar dan iż-żmien tant sabiħ. Il-paċi miegħek ✖

1415

Poster

PRODUZZJONI KUMMISSJONI GHALL-FORMAZZJONI TAT-TFAL U L-MAGHZULINTAS-SOCJETA TAD-DUTTRINA NISRANIJA - M.U.S.E.U.M.

KONTRIBUTURI JOSEPH BONNICI ALAN BONELLO ROBERT ALOISIO KURT MICELIBERTRAM PORTELLI REUBEN ELLUL KAROL DeBONO CLIFTON SAMMUTRAYMOND MUSCAT WARREN BUSUTTIL LAWRENCE FENECHPHILIP BEZZINA DANIEL MICALLEF FRANKLIN BALZANNEIL AQUILINA ANDREW BORG TAZIA HALL NOEL VASSALLOADRIAN VELLA ROBERT MICALLEF SILVAN VELLA

UFFICCJU DISTRIBUZZJONI ABBONAMENTI XEHDA GHASEL, DAR GENERALI TAS-SOCJETA TAD-DUTTRINA NISRANIJA,TRIQ SAN GORG PRECA, MARSA

GRAFIKA WWW.DESIGNEDBYAL.COM STAMPA VERITAS PRESS, ZABBAR

F’din il-ħarġa:

Attur ta’ Hollywood

Amnesty International

2

5

6

20

12

26

Mara fitta,imma bir-raġun!

Colin Paceu l-logħba taċ-Ċess

Mużika:Top Ten tal-2011

Ewreka: l-imnieħeru l-ilsien

Voglio vivere così

10

Dawl tad-Dinja

24

L-Opera Houseta’ Sydney

22

Page 4: Xehda Għasel

y robert ALOISIO

Voglio viverecosìTeatru. Raġel agħma ta’ 52 sena. Qiegħed idoqq pjanu. Fil-platea m’hemm ħadd. It-tenur famuż mad-dinja kollha jinsab hemm biex jirrekordja messaġġ għal missjunarju ħabib tiegħu, Father Rick, li jaħdem fil-Haiti. “Allura — jgħid l-agħma — għal din l-okkażjoni ħsibt li nirrakkuntalkom storja żgħira.” U jirrakkonta fuq mara żagħżugħa li tasal l-isptar b’uġigħ kbir li fil-bidu jaħsbuh appendiċite. Ma kinitx taf li kienet tqila. “It-tobba għamlulha s-silġ fuq żaqqha, u mbagħad meta lestew it-trattament, qalulha li jkun aħjar tagħmel abort. Qalulha li kienet l-aħjar soluzzjoni, għax it-tarbija kienet ġejja fid-dinja b’xi forma ta’ diżabilità. Imma dik l-omm kuraġġuża ddeċidiet li ma twaqqafx it-tqala u t-tifel twieled.” Itemm jgħid l-agħma: “Dik il-mara kienet ommi, u dak it-tifel kont jien... Forsi jiena biased, imma nista’ ngħidilkom

“Kieku Alla kien ikanta,

kien ikollu vuċi tixbah lil

ta’ Bocelli!”Celine Dion fl-1998 waqt il- programm

speċjali tal-Milied These are special times.

li din kienet l-għażla t-tajba u nittama li dan jista’ jagħmel il-qalb lil ommijiet oħra li jinsabu f’mumenti ikkumplikati f’ħajjithom iżda jixtiequ jsalvaw il-ħajja ta’ wliedhom.” U fl-aħħar ikanta “Voglio vivere così... col sole in fronte...”.

Bocelli twieled bi glaucoma gravi, diżordni f’għajnejh, nhar it-22 ta’ Settembru 1958. Kien jgħix fir-razzett tal-familja, fejn kienu jbigħu makkinarju tal-biedja u jagħsru l-inbid fir-raħal żgħir ta’ La Sterza, fit-Toscana. Sa minn età żgħira, Andrea wera ġibda qawwija lejn il-mużika. Kien tifel fuq ruħu u ommu tgħid li l-mużika biss kienet tikkalmah. Ta’ sitt snin beda l-lezzjonijiet tal-pjanu, u iktar tard tgħallem idoqq ukoll il-flawt, is-saxophone, it-trumbetta, it-trumbun, l-arpa, il-kitarra u d-drums. Malajr sar l-organista tal-parroċċa. Kien iħobb ukoll ikanta

għax kellu vuċi tajba u ta’ erbatax-il sena rebaħ l-ewwel kompetizzjoni tal-kant, il-Margherita d’Oro f’Viareggio bil-famuża ‘O sole mio’.

Iżda ta’ tnax-il sena tilef għal kollox id-dawl t’għajnejh. Sar agħma. “Minn dejjem kont vivaċi u fuq tiegħi. Meta kont żgħir kont inħobb nilgħab il-futbol, u darba minnhom waqt partita, xutt ta’ ballun laqatni f’għajni l-leminija: l-għajn li minnha biss stajt nagħraf daqsxejn id-dawl u l-kuluri... Ippruvaw ifejquni b’ħafna operazzjonijiet, saħansitra użaw is-sangisugi, imma ma swew għalxejn.”

Imma Andrea ma qatax qalbu. Meta spiċċa s-sekondarja, beda jistudja l-liġi fl-Università ta’ Pisa, u biex jaqla’ xi ħaġa filgħaxijiet kien idoqq fil-piano bar. Wara li ggradwa għamel sena avukat appuntat mill-qorti. Minkejja t-talent naturali kbir

2 JANNAR/FRAR 2012

Page 5: Xehda Għasel

tiegħu, is-suċċess u l-popolarità damu daqsxejn ma waslu. Kellu 34 sena meta l-kantant Taljan Zucchero għamel auditions għal tenuri biex magħhom jagħmel demo tape tal-kanzunetta Miserere biex jibgħatha lill-famuż tenur Luciano Pavarotti. Meta Pavarotti sema’ l-leħen irrekordjat ta’ Bocelli, tant għoġbu li insista ma’ Zucchero li juża lil Bocelli minfloku. Iżda Zucchero xtaq lil Pavarotti jkantaha miegħu u hekk Miserere kisbet suċċess mal-Ewropa kollha. Imma sena wara, fil-kunċert Ewropew ta’ Zucchero tal-1993, kien Bocelli li dwetta miegħu u kanta wkoll waħdu n-Nessun Dorma mit-Turandot ta’ Puccini. Fi Frar 1994 rebaħ is-sezzjoni żgħażagħ tal-Festival tal-Kanzunetta Taljana, Sanremo, bil-kanzunetta Il mare calmo della sera, u meta ħariġha f’album bl-istess isem mill-ewwel kienet suċċess kbir.

Minn wara Sanremo, Bocelli rrekordja tlettax-il album mużikali, kemm klassiku kif ukoll pop, tmien opri sħaħ, u biegħ rekord ta’ iktar minn 70 miljun kopja madwar id-dinja kollha. Fil-mużika klassika huwa l-iktar artist li biegħ diski. Mhux hekk biss, iżda rnexxielu jieħu l-mużika klassika fil-quċċata tal-klassifiċi internazzjonali tad-diski pop. Id-dwett famuż tiegħu ma’ Celine Dion, The Prayer, għall-film animat The Quest for Camelot, rebaħ il-Golden Globe għall-Aqwa Kanzunetta Oriġinali. Bl-album klassiku Sacred Arias, kollu innijiet sagri, Bocelli daħal fil-Guinness Book of World Records, bħala l-kantant li żamm l-ewwel tliet pożizzjonijiet fil-klassifika tal-mużika klassika fl-Istati Uniti. Sebgħa mill-albums tiegħu waslu fil-quċċata tal-klassifika fl-Istati Uniti. Ħames miljun ruħ xtraw l-album tiegħu Sacred Arias (1999) l-iktar album ta’ mużika li qatt inbiegħ fl-istorja tad-dinja. Album ieħor tiegħu, din id-darba pop, Romanza (1997), biegħ 20 miljun kopja, l-iktar album ta’ kantant Taljan li nbiegħ barra mill-Italja matul iż-żmien. Time to Say Goodbye, telgħet fuq nett tal-klassifika f’ħafna pajjiżi Ewropej, fosthom fil-Ġermanja, fejn damet

erbatax –il ġimgħa konsekuttivi.

Bocelli jgħid hekk fuq il-mużika: “Il-mużika hija

wieħed mill-isbaħ rigali, u jiena nħossni li ġejt magħżul biex inwassal ftit mużika madwar

id-dinja. Jien nagħmel mill-aħjar li nista’: xi drabi tiġi aħjar, u xi drabi inqas... Il-mużika qiegħda fid-DNA tiegħi, ma nistax nikkonċepixxi d-dinja mingħajrha. Il-mużika għalija hija fuq kollox don ta’ Alla, għax taf tkun talba imma wkoll terapija. Għalhekk kantajt u rrid inkanta iżjed mużika sagra. U għalhekk inħobb inkanta l-għanjiet tal-Milied, l-iktar festa vera.”

X’jaħseb fuq ċerta mużika rock? Hija satanika? “Le, dak li jgħodd hija l-intenzjoni, mhux l-espressjoni. Imma jekk l-effetti ta’ ċerta mużika huma l-vjolenza, id-droga u li titilfek minn sensik, allura wieħed irid joqgħod ferm attent.”

Bocelli bata u għadu jbati ħafna bid-diżabilità tiegħu. X’relazzjoni għandu ma’ Alla? Kemm hija importanti l-fidi f’ħajtu? Bocelli nnifsu jgħid hekk: “Il-fidi hija xorti enormi. Min ma jemminx, iktar ma jgħaddi żmien inqas isib raġunijiet tajba għalxiex għandu jibqa’ jgħix. Ikun qed jirriskja li jgħix dejjem fid-disperazzjoni għax il-ħajja mingħajr fidi hija biss traġedja li tispiċċa ħażin. Il-fidi tgħinek tgħix. Anzi l-fidi hija l-iskop tal-ħajja.”

33

Page 6: Xehda Għasel

Imma kif tista’ temmen f’Alla li ma tarax? “Kull m’għandi ġej minnu. Jiena nemmen u b’mod profond, minkejja li jien konxju mil-limiti u d-debbolizzi tiegħi. Ma nemminx fil-kumbinazzjonijiet. Ħadd ma jiddubita li dar kellha perit. Mela kif jista’ l-univers, li hu ħafna iktar kumpless minn biċċa bini, ma jkollux perit? Isemmu l-Big Bang, l-isplużjoni kbira li oriġinat il-kosmos. Imma n-nar ma jiġġenerax ħajja, pjuttost jikkunsmaha. U lanqas mill-kesħa tas-silġ, ma jista’ jitwieled xejn... Naħseb li hija suppervja li wieħed jipprova jifhem kollox waħdu. Wieħed irid jitgħallem

jisma’ b’umiltà.”

Imma meta hawn tant tbatija fid-dinja, inkluż tiegħu, kif jista’ wieħed jibqa’ jemmen u jkun

pożittiv fil-ħajja? “Fil-verità nħossni midjun lejn il-ħajja, għax tatni ħafna

sorpriżi straordinarji, tant sbuħija u nħoss tant imħabba madwari. Is-sigriet tal-ħajja hu li tħares lejn in-nofs mimli tat-tazza, u mhux lejn in-nofs vojt. Nemmen li l-ħajja ta’ kull wieħed minna, anki ta’ dawk inqas ixxurtjati, hija mimlija b’tant affarijiet meraviljużi. Irridu nibdew nivvalorizzaw dak li hu sabiħ fina, nirringrazzjaw għalih u ninsew il-kumplament!”

Bocelli kanta u għadu jkanta f’diversi avvenimenti reliġjużi u ta’ karità. Fil-Milied tal-1994 kanta għall-ewwel darba quddiem il-Beatu Papa Ġwanni Pawlu II, li lejh kellu mħabba kbira; kanta l-Adeste Fideles fil-Bażilika ta’ San Pietru. Tliet snin wara, reġa’ kanta quddiemu f’Bologna, fil-Kungress Ewkaristiku. Tliet ġimgħat wara, kanta f’kunċert fil-Vatikan, organizzat mill-FAO, biex iqajjem kuxjenza fuq il-ġuħ fid-dinja. Fis-sena elfejn kanta l-innu uffiċjali tal-

Ġublew. Fost ħafna kunċerti oħra, fl-2002 għamel kunċert għall-Paċi f’Venezja u fl-2005 kunċert b’risq il-vittmi tat-tsunami. F’Ġunju 2005 kanta għall-ewwel darba quddiem il-Papa Benedittu XVI, u fl-2008 għamel kunċert ta’ benefiċenza f’Medjugorje fil-Bosnja.

Iżda ftit jafu li ġieli Bocelli ħa sehem f’missjonijiet ta’ evanġelizzazzjoni fit-toroq tat-Toscana fejn jinġabru ż-żgħażagħ. Bocelli ġieli ntefa’ ġo pub u qabad idoqq xi wieħed mill-ħafna strumenti li jaf idoqq. Meta sid ta’ pub rah l-ewwel darba ma riedx jemmen lil għajnejh u ħaseb li kien qiegħed fuq Scherzi a parte! (programm ta’ candid camera fuq personaġġi famużi) Ħajruh jagħmel dan iż-żewġ uliedu, Amos ta’ 16-il sena u Matteo ta’ 14, li ma ddejqu xejn imorru jkellmu lil żgħażagħ oħra fit-triq fuq Ġesù, bla mistħija ta’ xejn. U missierhom ma qagħadx lura, għalkemm jammetti li għall-bidu staħa. “Imma l-iktar ħaġa tal-għaġeb minn dan kollu hi, u jien naħseb li dan huwa s-sigriet tal-fidi, hi li meta wasalna d-dar u konna tassew għajjenin għax kien tard ħafna bil-lejl, ħassejt li fil-karozza kien hemm atmosfera ta’ ferħ,iktar milli kieku rbaħna t-Tazzatad-Dinja!” ✖

4 JANNAR/FRAR 2012

Page 7: Xehda Għasel

Sibtuni f’ħin daqsxejn ħażin tafux! Kont qiegħed waqt il-provi ta’ film li ser joħroġ fiċ-ċinema dalwaqt....! Ara niċċajta! Issa daqshekk films, u daqshekk xogħol! Issa mistrieħ biss! Forsi ftit tafu min jien, għaliex, ngħiduha kif inhi, għalkemm jien Malti, il-biċċa l-kbira ta’ ħajti qattajtha barra minn Malta. Jiena Joseph Calleia, attur Malti, b’fama internazzjonali.

Jekk taslu wasla sar-Rabat tal-Imdina, tistgħu tammiraw bust li jfakkar li jiena twelidt f’dak ir-raħal fl-4 t’Awwissu 1897. Bħala skola, kont nattendi l-Kulleġġ San Alwiġi u kien f’dak iż-żmien li bdiet tinteressani l-mużika. Flimkien ma’ xi żgħażagħ oħra, għaqqadt banda żgħira li fiha konna ndoqqu strumenti żgħar, b’mod speċjali l-harmonica. Konna ndoqqu fil-ħwienet tax-xorb u fil-ħwienet tat-te, u spiċċajna daħħalna ftit flus mhux ħażin! Dawn servewna biex fl-1914, tlaqna minn Malta u bdejna nduru ħwienet tax-xorb fi bliet kbar bħal Pariġi, li dak iż-żmien kienu għaddejjin mill-Ewwel Gwerra Dinjija.

Wara bosta snin f’din il-ħajja, wasalt ġewwa New York, l-Amerika, u dħalt ukoll fix-xena tad-drama. Kont sirt famuż ftit mhux ħażin, u fi Broadway bdew isejħuli “bright light”, dawl qawwi li kont niġbed l-attenzjoni ta’ kulħadd meta noħroġ fuq il-palk! Fl-1931, bdejt il-karriera tiegħi

Attur Malti....f’Hollywood!

bħala attur tal-films f’Hollywood billi ffirmajt kuntratt mal-Metro Goldywn Mayer (MGM), dik l-istess kumpanija li bdiet toħroġ il-cartoons ta’ Tom & Jerry biex niftiehmu! Għalkemm kont ilni ftit taż-żmien mhux ħażin li tlaqt minn art twelidi, lil Malta qatt ma nsejtha. F’wieħed mill-films li ħdimt fih, li kien iġib l-isem ta’ Tough Guy, kont ħriġt bl-idea li nkanta kanzunetta folkloristika Maltija li kont inkanta fi tfuliti, Ah lilek tal-gallerija. Bla dubju, din kienet l-ewwel darba li nstemgħet il-lingwa Maltija f’wieħed mill-films ta’ Hollywood.

Wara dan il-film, ħdimt bosta oħrajn li llum isimhom intesa kważi għal kollox. Fost l-oħrajn, ħdimt il-parti ta’ Balduo fil-film The Jungle Book li ħareġ fl-1942. Għalkemm ħafna drabi kont nieħu sehem bħala attur, xi drabi wkoll kont nikteb l-iskript għal xi films, fosthom dak tal-film The Robin Hood of El Dorado fl-1936. B’kollox, tul il-karriera tiegħi, ħdimt fi ‘l fuq minn 57 produzzjoni ta’ Hollywood. Ħeqq, m’għandniex xi ngħidu, tul din il-karriera kien

emiT enihcaMy karol DE BONO

hemm bosta lisaru ammiraturi tiegħi,però l-iktar li baqgħu jħobbuni kienu l-Maltin. Kont inqatta’ ħafna ħin nirrispondi l-ittri li kienu jibagħtuli u niffirma ritratti tiegħi biex nibgħathomlhom bħala rigal.

Iżda ż-żmien jgħaddi u ma jistenna ‘l ħadd! Fl-1963 iddeċidejt li nieqaf għal kollox mix-xogħol tiegħi bħala attur, u nirtira għal ħajja aktar kwieta. U fejn ridt immur jekk ridt ngħaddi l-aħħar snin ta’ ħajti fil-kwiet? Imkien ħlief Malta, art twelidi! Meta ġejt lura, mort noqgħod ġewwa Tas-Sliema. Tliet snin qabel ma mitt, talbuni naħdem parti prinċipali fil-film ċelebri The Godfather, iżda jiena m’aċċettajtx, u minfloki għażlu lil Marlon Brando. Xejn ma ddispjaċieni dwar dan! Inħoss li f’ħajti ħdimt biżżejjed! Issa kien żmien il-mistrieħ....u l-mistrieħ veru wasal nhar il-21 t’Ottubru 1975, meta ħallejt din id-dinja. Għeżież żgħażagħ, inħeġġiġkom ħafna li sakemm għadkom f’saħħitkom, taħdmu kemm tifilħu biex tagħmlu d-dinja ftit aħjar. Jien dan għamiltu billi użajt mill-aħjar li stajt it-talenti tiegħi. Issa d-dinja qiegħda f’idejkom! ✖

5

Page 8: Xehda Għasel

L-Amnesty International huwa moviment ta’ aktar minn tliet miljun segwaċi, bil-membri jiġu minn 150 pajjiż u territorji differenti. L-Amnesty International, li twaqqaf fl-1961 mill-avukat Peter Benenson, f’Londra, għandu l-għan li jaħdem biex itemm l-abbużi fil-ksur tad-drittijiet umani.

Benenson kien jgħid li kull meta jiftaħ il-gazzetta kien isib xi storja li fiha, xi ħadd ikun intbagħat il-ħabs, ġie ttorturat jew ġie ddiskriminat b’xi mod jew ieħor minħabba l-opinjoni jew ir-reliġjon li jħaddan. Kien ikompli jgħid li stejjer bħal dawn inisslu fil-qarrej sens ta’ dgħufija għax dan iħossu li quddiem

y REUBEN ellulbertram PORTELLI

dawn l-inġustizzji ma jista’ jagħmel xejn. Imma fl-istess ħin, huwa ried li jagħmel xi ħaġa billi jwaqqaf din l-għaqda li permezz tagħha jagħmel differenza fid-dinja ta’ madwaru. Il-mottiv tal-ħidma tal-Amnesty International huwa biex kull persuna tgawdi d-drittijiet kollha mogħtija lilha fid-dikjarazzjoni universali tad-drittijiet tal-bniedem u ta’ standards oħra internazzjonali li jitkellmu dwar dawn l-istess drittijiet.

Min immexxi dan il-moviment?Dan il-moviment huwa indipendenti minn kull gvern, ideoloġija politika, interess ekonomiku jew reliġjon u fil-fatt huwa jibqa’ miexi bl-

għajnuna finanzjarja li jagħtu l-membri tiegħu u l-pubbliku inġenerali.

Il-moviment jistqarr li huwa se jibqa’ wieqaf u se jibqa’ jaħdem sakemm kull bniedem ikun igawdi mid-drittijiet tiegħu; sakemm kull bniedem jgħix bid-dinjità li tistħoqqlu, ikun mismugħ u ħadd ma jkun ittorturat jew ikkundannat għall-mewt minn xi awtorità.

Iżda l-membri ta’ dan il-moviment mhumiex qegħdin hemm biss biex isemmgħu l-fehma tagħhom dwar dan is-suġġett. Dan għaliex huma wkoll jieħdu diversi azzjonijiet fil-prattika. Bħala eżempji nistgħu

6 JANNAR/FRAR 2012

Page 9: Xehda Għasel

nsemmu dawn li ġejjin: il-kitba ta’ diversi ittri, kampanji kemm fuq l-internet u anki fil-ħajja soċjali, dimostrazzjonijiet li fihom juru l-viżjoni tagħhom u kuntatti u laqgħat ma’ dawk li għandhom il-poter u li jistgħu jinfluwenzaw f’din il-kawża ġusta.

Il-każ ta’ Jabbar SvalanDawn l-azzjonijiet iwasslu għal diversi bidliet u rebħiet favur il-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem. Fost dawn insibu każ li ġara fit-tmiem tas-sena 2011. L-istorja teħodna fl-Ażerbajxan fejn l-istudent Jabbar Savalan kien ġie arrestat wara li fuq l-istatus tiegħu tal-Facebook ħajjar u inkoraġġixxa lil sħabu biex jattendu għal protesta paċifika favur id-dritt tal-libertà tal-espressjoni fl-istess pajjiż. Wara ħdax-il xahar fil-ħabs, Jabbar inħeles u ntbagħat lura d-dar. Din ir-rebħa ma kinitx tkun possibbli mingħajr il-pressjoni li saret mill-Amnesty International, fothom permezz tar-Write for Rights Global Marathon. Fiha, mijiet ta’ eluf ta’ persuni minn tmenin pajjiż differenti talbu biex jitħarsu d-drittijiet ta’ Jabbar ħalli dan jinħeles u fl-istess ħin, wara l-ħelsien, tiġi mħarsa r-reputazzjoni tiegħu.

Magħqudin kontra l-inġustizzjaFil-qalba tal-ħsieb ta’ dan il-moviment hemm il-fehma li l-membri tiegħu huma l-aktar qawwija meta flimkien jaqbżu

għad-drittijiet umani. Il-membri jaħdmu flimkien b’mod differenti biex kull segwaċi tal-moviment ikun jista’ jiġi involut, irrelevanti minn fejn l-individwu jgħix, kemm għandu żmien, l-isfond soċjali u l-ħiliet tiegħu.

Kull sena, l-Amnesty International toħroġ rapport li fih tinkludi lista ta’ kontravenzjonijiet li tħoss li jkunu saru tul dik is-sena f’pajjiżi differenti. Il-ksur ta’ dawn id-drittijiet fundamentali tal-bniedem jinkludu nies li għal xi raġuni jew oħra jkunu għosfru u ħadd ma jkun jaf x’sar minnhom, l-użu tal-piena tal-mewt u dawk li jissejħu ‘Priġunieri ta’ Kuxjenza’ (Prisioners of Conscience). Dan t-terminu intuża minn Peter Benenson stess f’artiklu li kiteb bl-isem ta’ ‘The Forgotten Prisioners’. Priġunieri ta’ Kuxjenza jinkludu nies li qegħdin il-ħabs minħabba r-razza, ir-reliġjon jew opinjoni politika li jkunu esprimew. Ma’ dawn, Benenson jinkludi wkoll lil dawk li jkunu ntefgħu il-ħabs jew ikunu ġew ippersegwitati minħabba protesti paċifiċi jew dimostrazzjonijiet li jkunu għamlu biex jesprimu t-twemmin tagħhom.

Dan il-moviment huwa mmexxi mill-membri tiegħu stess, minn dawk li jappoġġjawh u minn aktar minn 1,800 membru ta’ staff u mijiet ta’ voluntieri mxerrda madwar id-dinja.

Min-naħa tagħna, jalla kull wieħed minna wkoll jaħdem biex ikun hemm il-ġustizzja kull fejn inkunu: fid-dar, fl-iskola, fil-Museum, fin-nursery tal-futbol, fil-postijiet pubbliċi u f’postijiet oħra li nżuru. Ftakar li jekk int taħdem biex fejn tkun int, l-affarijiet jimxu sewwa, bil-ġustizzja, tkun qed tnaqqas xi ftit mill-inġustizzji li naraw madwarna u d-dinja ta’ madwarek tkun qed tagħmilha aħjar. ✖

L-GĦANIJIET TAL-AMNESTY INTERNATIONAL:

Jiddefendu l-libertàtal-espressjoni(li kulħadd ikun jista’ jesprimi ħsiebu)

Jipproteġu d-drittijiet tan-nisa (f‘pajjiżi fejn m’hemmx ugwaljanza bejn nisa u rġiel)

Itemmu darba għal dejjem il-piena tal-mewt

Jaraw li ssir ġustizzjama’ reati kontra l-bniedem

Jaraw li dawkli xi darbajkunu abbużawmid-drittijiet tal-bniedem, jagħtu kont ta’ għemilhom.

7

Page 10: Xehda Għasel

Kollox imur lura għall-1937 meta l-istudios ħarġu Snow White and the Seven Dwarves. Kien suċċess mill-ikbar, mhux biss għat-tfal imma wisq iktar għall-adulti li qatt ma raw dak il-livell ta’ dettall u arti. Għalkemm il-proġett ġie jiswa $1,488,423, il-film daħħal lura $184,925,486 u b’dan il-profitt l-istudios komplew jikbru u joħorġu animazzjonijiet li jsaħħru lil kull min jarahom. Fis-snin ta’ wara Disney Animation Studios ħarġu l-films Pinocchio (1940), Fantasia (1940), Dumbo (1941) u Bambi (1942).

Għal bosta snin dawn l-ewwel suċċessi servew biex isaħħu l-produzzjonijiet li ġew wara bħal Alice in Wonderland (1951), Peter Pan (1953), The Sword in the Stone (1963) u The Jungle Book (1967), iżda maż-żmien l-istil ta’ Disney beda jindara u l-films ma baqgħux ikunu l-istejjer oriġinali u li jsaħħru lil kull min jarahom. Id-dinja kienet qed tinbidel u l-films tad-disney qishom baqgħu l-istess, jirriċiklaw fl-ideat ta’ dawk l-ewwel films li tant kienu għamlu suċċess.

Il-futur tal-animation studio beda jidher dubjuż u l-amministrazzjoni tad-disney saħansitra bdiet titlef il-fiduċja fil-grupp tal-animazzjoni. Kien hawnhekk li ddeċidew li jeħduha bis-serjetà

u jerġgħu jilħqu l-livell tal-animaturi li ġew qabilhom.

Madanakollu din ma kinitx xi ħaġa faċli. Għalkemm kulħadd kien jaf li l-affarijiet riedu jinbidlu, dan ma kienx ifisser li kulħadd qabel fuq kif se jinbidlu l-affarijiet. L-ambjent fil-grupp tal-animazzjoni beda jsir aktar diffiċli u jaħraq. Ħafna kienu n-nies li tkeċċew jew li qatgħu qalbhom u telqu. Meta ħarġu The Black Cauldron (1985) u mar ħażin fil-box office Amerikan l-istudio kien qasal fil-qiegħ u għalkemm ġie jiswa $25 miljun u kulma daħlu kien nofs dak l-ammont. Ħafna li raw il-film kienu delużi u saħansitra film animat ieħor indirizzat għat-tfal iż-żgħar, Care Bears, għaddihom fil-box office. Id-dar li kien bena Walt Disney kienet tidher li waslet fi tmiemha u l-artisti tal-animation studio kienu konvinti li fil-viċin kienu se jagħlqu u dik tkun it-tmiem tal-animazzjoni tad-disney.

Imma l-istorja ma ntemmitx hemm! L-artisti ddeċidew li jerġgħu jippruvaw jirbħu dak li kienu tilfu. Sa dak iż-żmien kien hemm min ipprova jimla l-vojt li kienu ħallew d-Disney bħal Steven

Simba qatt ma sar is-sultan tas-savanah u ħadd ma sab lil Atlantis! Ariel qatt ma ttarfet lejn ix-xtut tal-bnedmin u Aladdin qatt ma sab il-lampada maġika. Biex ma nsemmux li ħadd ma induna li fil-kampnar tan-Notre Dame kien hemm Quasimodo u li Tarzan qatt ma ltaqa’ ma’ Jane. Tgħiduli: ‘Dan biex inhu ġej?!’ Qed nitkellem fuq il-films klassiċi tad-Disney u kif kienu qed jirriskjaw li jagħlqu l-istudios tagħhom u dawn il-films qatt ma jaraw id-dawl tal-jum.

8 JANNAR/FRAR 2012

Page 11: Xehda Għasel

Spielberg li ħareġ il-film An American Tail (1986) li daħħal $84,542,002 fil-box office. Sabiex jerġgħu jlaħħqu mal-kompetizzjoni l-istudios kellhom bżonn stejjer ġodda u għalhekk fid-dar tad-disney kulħadd seta’ jmur jippreżenta l-idea tiegħu għall-storja ġdida. X’uħud mill-istejjer kienu ġa maħsuba sewwa

fil-passat imma tħallew għax it-teknoloġija

ma kinitx tippermetti

jew kien se jkun

jiswa wisq flus. Ideat oħra kienu biss sketch ħafif ta’ karattru jew tnejn u titlu. Kulħadd seta’ jaqsam l-ideat tiegħu, kemm l-artisti tal-istudio kif ukoll il-purtinar li jnaddaf il-kurituri.

U hekk l-ewwel proġett kbir kien se jkun fuq sirena bl-isem ta’ Ariel li tiltaqa’ ma’ bniedem. Il-proġett kellu bżonn ħafna finanzi u wisq iktar xogħol mill-artisti. Imma l-artisti ma kinux se jaqtgħu qalbhom. Fl-1989 ħareġ il-film u mal-ewwel kien suċċess fil-box office. Suċċess ieħor kien Beauty and the Beast fuq prinċep li kellu jitgħallem jaħseb f’ħaddieħor qabel fih innifsu u sena wara l-istudios ħarġu l-istorja fantastika tal-fqajjar Aladdin u l-ġenju tal-lampada. Fl-aħħar id-disney reġgħu kisbu s-suċċess tal-passat. Animazzjoni ta’ kwalità kbira u storja mill-isbaħ li tiġbed l-immaġinazzjoni tat-tfal u tispira lil dawk li huma akbar. Fl-1994 Disney ħarġet l-akbar suċċess sa dak iż-żmien, The Lion King. L-istorja ta’ Simba tassew ġibdet l-attenzjoni tad-dinja għax għalkemm kien film animat, imma l-istorja kienet tappella għal kulħadd, għat-tfal li riedu jaraw l-avventuri tal-iljun żgħir, taż-żgħażagħ li bħal Simba kienu jħossuhom li mhux qed jirnexxilhom ilaħħqu mal-oħrajn u għall-adulti li l-istorja ta’ Simba kienet storja klassika li jgħaddi kemm jgħaddi żmien qatt ma teqdiem.

Ma kienx faċli u dawn il-films talbu sigħat twal ta’ xogħol u sagrifiċċji

An American Tail

kbar. Imma l-artisti kienu jemmnu li dak li kienu qed jagħmlu ma kienx xogħol kwalunkwe li fl-aħħar tax-xahar jagħtik il-paga. L-artisti tassew kienu jemmnu li xogħolhom kien qed jibdel id-dinja u jispira eluf ta’ nies bħalma huma stess kienu ispirati mill-animaturi tal-passat. Issa wara tant sagrifiċċji Disney kienet reġgħet fuq quddiem tat-tellieqa u ma kinitx se tieqaf tiġri.

Fis-snin ta’ wara Disney pproduċiet suċċessi oħra bħal The Hunchback Of Notre Dame (1996) u Tarzan (1999) kif ukoll sabu kollaboraturi ġodda fil-kumpanija żgħira PIXAR. Maż-żmien PIXAR ingħaqdet mad-Disney u minn hawn twieldu stejjer mill-isbaħ bħal Toy Story, Finding Nemo u Up.

U hekk illum, ħafna minna dawn l-istejjer rajniehom ħafna drabi u fosthom għandna l-favuriti tagħna. Iżda kieku l-artisti ħallew iċ-ċirkustanzi jaqtgħulhom qalbhom, Simba qatt ma kien isir is-sultan tas-savanah, u tarzan kien jibqa’ mitluf fil-ġungla. U aħna konna nitilfu xi ħaġa speċjali li skoprejna dakinhar li rajna din l-istorja sseħħ quddiem għajnejna. Bil-għajnuna ta’ Alla dawn ma qatgħux qalbhom u min jaf, forsi għada pitgħada xi ħadd minnkom il-qarrejja joħroġ b’xi storja ġdida! Meta dan jiġri, taqtgħux qalbkom għax hawn ħafna minna li nixtiequ naqraw dik l-istorja tiegħek! ✖

Tarzan

The Lion King 9

Page 12: Xehda Għasel

Hemm min għandu l-flus xi jtajjar biex iħallas avukatu hemm min irid joqgħod fuq l-għaqal u l-insistenza tiegħu nnifsu!

L-ARMLA: fis-soċjetà ta’ żmien Kristu, ma kienet tiswa xejn. Postha kien fl-iktar tarġa baxxa tas-soċjetà orjentali li fiha kien jgħix l-Imgħallem, flimkien mal-orfni u mat-tfal. Fil-Bibbja, l-armla hija s-simbolu tal-persuni li ma

għandhomx min jiddefendihom, il-fqar li jitolbu ġustizzja, id-dgħajfa trattati bħallikieku dejjem għandhom tort.

L-IMĦALLEF: kien tip ta’ persuna li ma jridx ikollok x’taqsam miegħu. Dan l-imħallef partikolari kien l-ogħla awtorità tar-raħal ... imma ma kien jimpurtah minn ħadd!

AGĦMILLI ĠUSTIZZJA: din il-mara marret quddiem imħallef waħdu u mhux quddiem tribunal għax kellha kwistjoni ta’ flus: xi dejn jew wirt li ma ridux jagħtuhulha.

JISMAGĦHA: L-imħallef iċedi mhux għax niggżitu l-kuxjenza, imma għax riedha tħallih fil-kwiet. Id-dgħufija quddiem Alla hija dejjem rebbieħa. Ġesù juża din it-tixbiha mhux daqshekk kumplimentuża lejn Alla Missieru biex juri li, jekk imqar imħallef korrott iċedi quddiem id-debbolizza tal-bniedem batut, kemm iktar iħenn għal min hu msejken Alla li huwa kollu ħniena! Alla jagħmel ġustizzja favur il-maħqurin, kontra min jaħqarhom. L-intervent tiegħu ikun bla mistenni.

F’dak iż-żmien fis-soċjetà Ebrajka, ma kienx hemm xi Kamra tal-Avukati jew Maġistratura. Min kien ikollu xi problema legali kien jagħmel bħal din l-armla u jmur quddiem imħallef biex issirlu ġustizzja. Kont tkun ixxurtjat meta ssib bniedem li kapaċi jibda l-kawża u jtemmhielek b’wiċċ il-ġid! L-imħallef imsemmi fil-parabbola jieħu fit-tul għall-ewwel għax iqis lill-armla bħala fqira li ma jista’ jieħu xejn minn fuqha! Bla flus, la tgħannaq u lanqas tbus!

Imma x’kellu f’moħħu Ġesù?Il-ħsieb tal-parabbola huwa ċar. Għalkemm kultant qisu dak li nitolbu mhux jinstema imma ma rridux naqtgħu qalbna, għandna nkomplu nitolbu. Alla huwa qrib id-dgħajjef u l-batut u għalkemm mhux dejjem jagħtina dak li rridu meta rridu imma jekk bniedem ħażin jisma’ talb, kemm aktar Alla li huwa tajjeb bla qies! Alla dejjem jisma’ talbna u jagħtina dak kollu li neħtieġu.

Ejjew naraw ftit din l-armla b’wiċċha jaqlagħha teħodha ma’ mħallef li la jibża’ minn Alla u lanqas mill-bnedmin. Ma tantx kellha l-karti favur tagħha! Il-faqar tagħha ma kienx jippermettilha tħallas avukat. L-imħallef kellha teħodha miegħu bil-ħila ta’ moħħha u l-qawwa kollha tagħha.

Ma ħallitux minuta bi kwietu! Intefgħet warajh u dejqitu tirrepeti l-kelmiet: ‘Agħmilli ġustizzja!’ La għax kien jirrispetta lil Alla u lanqas għax kellu xi ħniena lejn il-bnedmin, fl-aħħar l-imħallef iddeċieda li jismagħha – biex jeħles mill-fittaġni ta’ din il-mara!

Imma għaliex Ġesù għażel persuna daqshekk korrotta biex jagħti eżempju ta’ kif nersqu lejn Alla? Adattata minn Lq 18, 1-8

10 JANNAR/FRAR 2012

Page 13: Xehda Għasel

XEJN MA JIĠI WAĦDU!Intervista ma’ Igino Straffi,dak li ħoloq il-Winx!

Daqqa ta’ bakkettamaġika u, hemm –ħloqt fenomenumondjali! Veru?Altru milli bakkettazmaġika! Wara dan is-suċċess mondjali hemm ħafna xogħol,snin ta’ riċerka, provi, diskussjonijiet mal-kollegitiegħi. Xogħol li jseħħ biss f’tim.

Illum hemm min iqisek bħala theddida għal Walt Disney. Imma donnok bdejt mix-xejn...Ħajti qisha dik tad-dinja msaħħra tal-Winx. Kibret ftit ftit bħas-sekwenzi tal-kartuns li ħloqt: disinn wara ieħor, xena wara l-oħra, puntata puntata, magħqudin b’ħafna fantasija u impenn. Mingħajr dawn l-isforzi ma kienx ikolli dawn ir-riżultati.

Il-Perseveranza… matematika!Ix-xabbatur tagħna baqagħlu x’jitla’ mal-muntanja! Kważi qed jaqta’ qalbu. Qed jikkalkula kemm fadallu x’jixxabbat. L-altimetru qed jurih li qiegħed f’għoli ta’ 2, 400 metru. Il-quċċata tinsab f’għoli ta’ 2, 640 metru. Kif mexa s’issa jaf li kull erba’ minuti jitla’ tliet metri. Kemm se jieħu ħin biex jasal sal-quċċata?

Il-Perseveranza…mid-dizzjunarjuMhux kulħadd jiggostaha din il-kelma. Forsi għax tfakkar fl-impenn, fix-xogħol u fit-tbatija! Hija l-qawwa ta’ min hu sod, mhux bilfors għax mibni u mmuskolat, imma għax ‘minn ġewwa’ jħoss li m’għandux jaqta’ qalbu, anki jekk ir-riżultati ma jidhrux mill-ewwel, anki jekk ma jaqlax ċapċip ( forsi anki meta jċapċpuhielu! ). Dawn huma nies li jibqgħu mexjin fuq l-impenn li jieħdu, ma jiqfux fin-nofs, lanqas fit-telgħa!

Trid tiċċekkja kemm għandek minnha?Staqsi ftit lilek innifsek:X’nagħmel mal-ewwel diffikulta’ li tiġini?Inżomm impenn li nkundħalt għalih?Nibda mitt ħaġa u manlestix imqar waħda?Naqta’ qalbi xejn meta niżloq xi waħda, jew nemmen li anke b’żelqa nista’ nimxi ‘l quddiem?

11

Page 14: Xehda Għasel

topteny WARREN busuttil

WITHOUT YOU DAVID GUETTA

“Il-kontinenti kollha tad-dinja jerġgħu jingħaqdu għal

party kbir mingħajr l-ebda differenzi fir-razza u l-kulur.” Din kienet l-idea oriġinali li spirat lil David Guetta biex joħroġ id-diska ‘Without You’. U propju l-video uffiċjali ta’ din id-diska jagħmel din il-ħolma ta’ Guetta realtà.

MOVES LIKE JAGGERMAROON 5 FT. CHRISTINA AGUILERA

Titqies bħala ‘esperiment li rnexxa’ ta’ Maroon 5, band Amerikana li flimkien ma’ Christina Aguilera, ħarġu din id-diska fl-album ‘Hands All Over’. Forsi wieħed jistaqsi, “Min hu eżattament Jagger?” Ħadd ħlief il-kantant popolari ta’ The Rolling Stones, Mick Jagger li kien magħruf għall-istil li bih kien jiżfen waqt il-kunċerti tiegħu.

STEREO HEARTSGYM CLASS HEROES FT. ADAM LEVINE

Il-lead singer tal-band Maroon 5 ma kienx biss kuntent bid-disa’ post, imma xtaq li jkun ukoll fit-tmien post tal-klassifika flimkien ma’ Gym Class Heroes bid-diska ‘Stereo Hearts’. Qlub li nbidlu f’radju tal-mużika fit-toroq ta’ New York li ppruvaw ibiddlu l-ħajja ta’ min ikun għaddej… u rnexxielhom, mhux biss ġewwa l-Amerika imma f’madwar ħmistax-il pajjiż madwar id-dinja fejn tniżżlu mal-ewwel għaxra tal-lista tagħhom.

SOMEONE LIKE YOU ADELE

Stil totalment differenti mill-bqija, li jispikka fid-diska

topten tal-2011

tal-kantanta Ingliża Adele. Stil sempliċi għall-aħħar fil-mużika u li biha rnexxielha tbigħ ’il fuq minn 3 miljun album ġewwa l-Ingilterra. Fid-diska, Adele titkellem fuq relazzjoni li ntemmet li kellha mal-ewwel maħbub tagħha, u għamilhielha! Għaliex ħallieha fil-quċċata taċ-charts Ingliżi għal ħames ġimgħat sħaħ waħidha.

SET FIRE TO THE RAIN ADELE

Fl-istess album ta’ Someone Like You bl-isem ta’ ’21’, Adele tidher li tibdel xi ftit l-istil tagħha għal wieħed ftit iktar mexxej fid-diska ‘Set Fire to the Rain’. U fuq YouTube? Din id-diska kellha ‘l fuq minn 89 miljun hit fuq sempliċiment lyric video u l-cover version tad-diska minn tifel ta’ ħdax-il sena qiegħed kulma jmur iżid fil-popolarità tiegħu.

PARTY ROCK ANTHEM LMFAOTitlob li DJ jitfa’ din id-diska u tara lil kulħadd jixxafilja! Diska li kienet fil-quċċata ta’ dan is-sajf fl-Awstralja, fil-Brażil, fi Franza, fil-Ġermanja, fl-Ingilterra, fl-Amerika u mhux inqas f’Malta. Fuq l-internet din id-diska nbiegħet ‘il fuq minn 5 miljun darba fl-Amerika u żammet l-ewwel post fiċ-charts Amerikani għal sitt ġimgħat sħaħ. Kordi tal-mużika sempliċi ħafna… iżda għal ħafna, kif tgħid il-lirika stess, “it makes you lose your mind”!

GOOD FEELINGFLO RIDA

Miktuba mir-rapper Amerikan Flo Rida għall-album li ser joħroġ din

is-sena ‘Only One Rida (Part 2).’ Din id-diska ntużat għal diversi programmi fuq it-TV u l-popolarità tagħha tant żdiedet li fi ħmistax-il pajjiż differenti klassifikat mal-ewwel għaxra fiċ-charts tagħhom tal-mużika.

IT WILL RAINBRUNO MARS

Imniżżla b’mod uffiċjali bħala parti mis-soundtrack tal-film ‘The Twilight

Saga: Breaking Dawn - Part 1’. Wara s-suċċessi kbar ta’ Bruno Mars, id-diska ‘It Will Rain’ kienet fil-quċċata tal-klassifika, fosthom ġewwa l-Amerika.

WE FOUND LOVERIHANNA FT. CALVIN

HARRIS

Fit-tieni post tal-klassifika hemm il-kantanta

mill-Barbados, Rihanna bid-diska ‘We found Love’. Għalkemm ġiet kritikata għall-video uffiċjali tad-diska, Rihanna donnu li ma sabitx biss xortiha fl-imħabba iżda wkoll fil-quċċata tal-klassifika f’numru ta’ pajjiżi madwar id-dinja, fosthom fl-Amerika li baqgħet fl-ewwel post tal-lista għal tmien ġimgħat sħaħ.

SEXY & I KNOW IT LMFAO

LMFAO iddominaw il-klassifika tal-2011 b’żewġ diski minn tagħhom li ġew mal-ewwel

għaxra. Ftit qabel ma ħarġu l-video tad-diska, dan il-grupp ta’ fama internazzjonali kien f’Malta għall-Isle of MTV 2011 f’Ġunju tal-istess sena bi ’l fuq minn 50,000 persuna li attendew għal dan il-party kbir fuq il-Fosos tal-Furjana.

Page 15: Xehda Għasel

Niżżel verżjoni JPEG u l-istruzzjonijiet mill-paġna ta’ Facebook ta’ Xehda Għaselwww.facebook.com/Xehda

13

Page 16: Xehda Għasel

SH

AK

IRA

Page 17: Xehda Għasel
Page 18: Xehda Għasel

minn hawn u minnhemm

AaradvarkTaħseb li jirnexxilek tgħix jekk tiekol nemel biss? Bniedem ma nafx jirnexxilux imma l-aaradvark jirnexxilu jgħix bin-nemel biss! Dan il-mammiferu Afrikan joħroġ mill-bejta tiegħu filgħaxija u jqatta’ l-lejl ixammem biex ifittex in-nemel u f’lejla waħda kapaċi jiekol eluf ta’ nemel. L-aaradvark hu addattat ħafna biex jiekol in-nemel: għandu saqajh ta’ quddiem u difrejh b’saħħithom biex iħaffer ġol-bejtiet tan-nemel u lsienu twil xi 30 ċentimetru u jwaħħal biex bih jaqbad in-nemel. U għalkemm ma jiġrix ħafna, meta jattakkah xi ljun kapaċi jiddefendi ruħu b’feroċità kbira.

Il-Jet PackIl-jet pack hi invenzjoni li ilha tiġi studjata għal dawn l-aħħar mitt sena għalkemm din it-teknoloġija hi ferm aktar kumplikata minn kif naraw fil-films tal-fantaxjenza. Imma din is-sena, il-kumpanija mwaqqfa minn Glenn Martin irnexxielha toħroġ l-ewwel jet pack li bih persuna tista’ ttir b’mod faċli u mingħajr periklu. Din hi vettura li biha persuna waħda tista’ ttir għal distanza ta’ madwar 50 kilometru. Wara riċerka u xogħol ta’ xi tletin sena, il-Martin Jet Pack issa wasal fl-aħħar fażijiet biex fi ftit żmien ikun jista’ jibda jinbiegħ kummerċjalment.

y LAWRENCE fenech

16 JANNAR/FRAR 2012

Page 19: Xehda Għasel

F’min tiftakar meta tisma’ t-titlu tal-Fondazzjoni Pies Descalzos? Jekk ma tiftakar f’ħadd ara fiex ifakkruk dawn id-diski: Whenever Wherever, Hips Don’t Lie, Waka Waka, Loca…

Ma naħsibx li għandi għalfejn nibqa’ nistaqsi għax żgur li taf fuq min qed nitkellem… Il-Kolombjana Shakira Isabel Mebarak Ripoll, li fit-2 ta’ Frar tagħlaq 35 sena, hija l-kantanta ta’ dawn id-diski msemmija hawn fuq u wkoll il-fundatriċi tal-Fondazzjoni Pies Descalzos jew aħjar Barefoot Foundation.

minn hawn u minn hemm

L-isem ta’ din il-fondazzjoni mhuwiex ġej minħabba li f’ħafna mid-diski tagħha Shakira tiżfen u tkanta ħafja, imma għax permezz ta’ din il-fondazzjoni hi tgħin lit-tfal Kolombjani foqra u vittmi ta’ vjolenza biex jirċievu edukazzjoni xierqa, wara li rat b’għajnejha stess kemm kienu qed ibatu dawn it-tip ta’ tfal f’Barranquilla, raħal twelidha.

Għalhekk fl-1997 hi waqqfet din il-Fondazzjoni u bdiet skola f’Barranquilla. Sal-lum din il-fondazzjoni fetħet ħames skejjel fil-Kolombja (tnejn f’Barranquilla,

wieħed fi Quibdó, 1 f’Altos de Cazucá u oħra f’Cartagena li għadha under construction) u waħda f’Port-au-Prince fil-Haiti. B’hekk din il-fondazzjoni qed tgħin mal-4000 tifel u tifla kull sena jirċievu edukazzjoni xierqa.

Fi Frar 2011 Pies Descalzos u l-klabb tal-futbol F.C. Barcelona laħqu arranġament fejn il-klabb wera li jixtieq jgħin lil din il-fondazzjoni fl-edukazzjoni permezz tal-isport.

Għal iktar informazzjoni żur is-sitwww.fundacionpiesdescalzos.com

Fondazzjoni Pies Descalzos

55-inch OLED TV li jista’ jintuża mal-internet u jurik l-affarijiet li jinteressaw lilek għax jagħrfek; Razer Project Fiona hija tablet aktar b’saħħitha minn kompjuter normali biex tintuża għall-logħob; sistema elettronika għall-karozzi biex wieħed jintegra l-mobile phone tiegħu u anke tal-passiġġieri; Laptop tal-ħġieġ mingħand HP; Fujifilm X-Pro1 16MP Camera. Dawn huma ftit mill-prodotti li rebħu

l-unuri fl-International Consumer Electronics Show (CES) ta’ din is-sena. F’Jannar ta’ kull sena, kumpaniji tat-teknoloġija u l-elettronika jintroduċu prodotti innovattivi ġewwa Las Vegas, l-Istati Uniti. Għalkemm uħud minn dawn l-affarijiet ma jibqgħux jissemmew waqt li oħrajn jinbiegħu bi prezzijiet esaġerati, wieħed jista’ jieħu ħjiel ta’ x’se tkun it-teknoloġija fis-snin li ġejjin.

17

Page 20: Xehda Għasel

y RAYMOND muscat

GUNDAMDan hu l-isem li l-kumpanija tal-animazzjoni Sunrise kienet tat lill-cartoons il-ġdid li ħarġet f’April tal-1979. F’għeluq it-30 sena mill-

minn hawn u minn hemm

bidu ta’ din is-serje, il-kumpanija ddeċidiet li tibni mudell tal-istess daqs tar-robot li jirrappreżenta. Gundam RX-78 huwa għoli 18-il metru, jitfa’ bħal duħħan minn 14-il post differenti u huwa mdawwal b’50 sors ta’ dawl. Tlesta fl-2009 u wara li żarmawh, reġgħu

għaqqduh f’belt Ġappuniża magħrufa għall-mudelli fejn żaruh aktar minn 4 miljun ruħ. Is-sena l-oħra reġgħu ħaduh f’Tokjo fejn ġibed ammont kbir ta’ nies anke waqt li kienu qed jibnuh biex japprezzaw il-biċċiet enormi li bih huwa mibni Gundam.

y CLIFTON sammut

Logħob bl-irħisRajthom dawk l-Andorid tablets li issa ħarġu bi quad core jew l-iPad il-ġdid?! X’inhuma sbieħ u għandhom ftit logħob li tassew jogħġbuni. Jekk jogħġbok il-logħob hemm servizz jismu Onlive. Tħallas ftit flus fix-xahar u permezz tal-internet tista’ tilgħab kull logħba li toħroġ. Jaħdem kemm fuq il-PC, fuq il-Mac, fuq Linux, u fuq it-tablets. Jekk trid tilgħab dan il-logħob, irid ikollok l-internet. Dejjem ħu ħsieb li jkollok bilanċ tal-ħin meta tibda tilgħab dan il-logħob għax faċli tintilef fuqu! www.onlive.com

18 JANNAR/FRAR 2012

Page 21: Xehda Għasel

Min jaf kemm-il darba sabbatt saqajk, irbatt idejk, kemmixt xufftejk filwaqt li lissint dawn l-imberkin żewġ kelmiet! Min jaf! Li hu żgur hu li f’dak il-ħin tkun ġrat xi ħaġa li ma saritx kif xtaqt!

“Mhux fair jekk jagħtuk ħafna homework jew jekk ir-referee isaffar kontrik jew jekk taqla’ ċamatagħal xi ħaġa li għamel ħaddieħor.. mhux fair.” Imma tgħid għalfejn inkissruha nofs bil-Malti u nofsha bl-Ingliz u ma ngħidux mhux sew jew mhux ġust jew mhux xi ħaġa oħra? Insomma ħalli ma nidħolx f’din il-kwistjoni. Jien l-istess kont nirraġuna sakemm ta’ madwar tnax-il sena ġie f’idejja d-djarju ta’ Anne Frank. Il-ħajja kienet tassew inġusta għal Anne peress li kellha tistaħba għal bosta xhur biex tibża’ għal ħajjitha. Kien propju id-djarju tagħha li ġegħilni nbiddel l-attitudni tiegħi. Minkejja l-mewt traġika tagħha, id-djarju huwa testment ħaj għaliha u kif ukoll għal miljuni ta’ Lhud li mietu fl-aħħar gwerra. Jekk qatt ma smajt b’din il-persuna tajjeb tfittex ftit iktar dwarha.

Il-ħajja mhix dejjem fair, biss ħaġa li int tista’ tagħmel hi li tirranġa n-nuqqasijiiet tiegħek - għalhekk ejjew nagħmlu ħilitna biex ngħixu skont it-tletin regola tad-dikjarazzjoni dwar id-drittijiet tal-bniedem. Il-ktieb li qed nissuġġerixxu dan ix-xahar jgħinek issir tafhom permezz ta’ diversi stejjer qosra u mexxejja minn awturi magħrufin.

Addattata minn kitba ta’ Jacqueline Wilson għad-daħla tal-ktieb Free? Stories Celebrating Human Rights.

Mhux Fair!y kurt

MICELI

Vaclav HavelFit-18 ta’ Diċembru tal-2011, ħalla din id-dinja Vaclav Havel, fl-età ta’ 75 sena, membru tal-ewwel grupp tal-Amnesty International fi Praga. Havel kien wieħed minn dawk li l-aktar kien jaħdem favur din l-organizzazzjoni b’risq id-drittijiet umani. F’għeluq il-50 sena mit-twaqqif tal-Amnesty International, Havel kien qal ‘‘Dawk li jgħidu li individwi weħidhom mhuma kapaċi jbiddlu xejn, qed jaraw biss kif se jġibu l-iskużi.’ ’ Havel kellu rwol ewlieni fil-ħidma ta’ din l-organizzazzjoni permezz ta’ diversi taħditiet li kien jagħmel madwar id-dinja favur id-drittijiet umani, sa dakinhar li ħalla din il-ħajja. Is-Segretarju Ġenerali tal-organizzazzjoni stqarr: ‘‘Id-dinja se tħoss in-nuqqas tiegħu bil-kbir u huwa ma jistax u mhux se jiġi minsi.’’

y BERTRAM portelli

19

Page 22: Xehda Għasel

y philip BEZZINACHRISTIAN schembri

Colin Pace huwa c-champion ta’ Malta tac-chess għar-raba’ sena konsekuttiva. Colin rebaħ dan it-titlu għal sitt darbiet. Barra minn hekk, kien ukoll darbtejn champion ta’ Malta fil-kategorija tal-juniors. Colin huwa wkoll gradwat fl-IT, jaħdem ma’ kumpanija privata u huwa għalliem part-time fl-Akkademja tac-chess tal-Kulleġġ San Benedittu. 

Intervista ma’ Colin Pace

Nixtiequ li tgħidilna xi ħaġa dwarek: kemm ilek involut fic-chess b’mod professjonali; kif tħajjart tibda titgħallem u tilgħab din il-logħba; impenji oħra li għandek fil-ħajja… Jiena għandi 32 sena u ilni sitt snin miżżewweġ. Fic-chess ilni nvolut minn meta kelli 12-il sena meta ħija l-kbir kien għallimni l-logħba tac-chess. Dak iż-żmien kont nattendi l-Kulleġġ Missjunarju ta’ San Pawl, ir-Rabat u niftakar darba, waqt lezzjoni, ġie student iħabbat il-bieb tal-klassi u qalilna li s-Sur Azzopardi (li kien jieħu ħsieb ic-chess fl-iskola) jixtieq javża li min hu interessat fil-logħba tac-chess jista’ jiġi fil-brejk u jilgħab f’dak il-ħin. Minn dakinhar bdejt immur nilgħab l-iskola u madwar sentejn wara bdejt nilgħab fit-tournaments tal-Malta Chess Federation. Fl-1996, madwar 4 snin wara li bdejt nilgħab, irrapreżentajt l-ewwel darba lil Malta fl-Olimpjadi tac-chess.

Barra li nilgħab, jien ukoll ngħallem il-logħba tac-chess. Jista’ jkun li dan ġej mill-fatt li t-tagħlim huwa xi ħaġa mill-familja tagħna; ommi hija għalliema, ħija l-kbir jgħallem l-Università, u ħija tan-nofs ukoll għamel żmien jgħallem. Inħoss li hija xi ħaġa naturali għalija li nieħu pjaċir nispjega u nwassal il-logħba lil min jixtieq jitgħallimha.

Impenn ieħor li għandi barra c-chess huwa x-xogħol. Jien gradwat fl-IT u xogħli huwa relatat ma’ programming u analiżi ta’ problemi relatati ma’ dan il-qasam. Il-familja hija wkoll impenn importanti ħafna għalija, kif ukoll il-ħbieb li nipprova nżomm kuntatt magħhom anke biex nirrilassa ftit. Inħobb ukoll kultant nilgħab sport ieħor bħal futbol, tennis u squash.

X’inhuma s-sagrifiċċji li tagħmel fil-ħajja tiegħek biex tibqa’ tilgħab u tikkompeti b’mod

professjonali? Issibha diffiċli biex tqassam il-ħin tiegħek bejn xogħol, familja u ċ-chess?L-impenn tiegħi fic-chess huwa pjuttost kbir. Bejn wieħed u ieħor nagħmel madwar siegħa u sagħtejn kuljum nipprattika c-chess. Iżda meta jkun qed joqrob xi tournament inżid it-taħriġ għal madwar erba’ sigħat kuljum. Barra minn hekk inħobb ukoll insegwi x’inhu jiġri fil-qasam tac-chess f’pajjiżi oħra, kif ukoll insegwi logħob ta’ plejers importanti biex inqabbel l-istil tal-logħob tiegħi ma’ tagħhom u hekk intejjeb l-istil tal-logħob tiegħi.

It-taqsim tal-ħin, għalkemm mhux faċli tagħmlu, imma bil-mod il-mod tidrah. Hemm affarijiet li fl-aħħar mill-aħħar huma iktar importanti mic-chess, bħalma huma x-xogħol u l-familja, u allura kultant ikolli nissagrifika ftit mil-logħob, avolja naf li, kieku nipprattika iktar, nista’ ntejjeb il-livell tiegħi. Dan huwa sagrifiċċju li nħoss li għandi

20 JANNAR/FRAR 2012

Page 23: Xehda Għasel

nagħmel. Mhux l-ewwel darba li ħadt sehem f’tournament u ħassejt li kieku kelli iktar ħin biex nipprepara għalih kont immur aħjar.

Hemm xi logħba jew tournament partikulari li tibqa’ tiftakar? Ġie li kkompetejt barra minn Malta?L-ewwel tournament li ħadt sehem fih barra minn Malta kien fl-1996, fl-Olimpjadi tal-kbar ġewwa l-Armenja. Kienet esperjenza kbira għalija għax għalaqt is-sittax-il sena waqt li kont qed nieħu sehem f’dan it-tournament. B’kollox ħadt sehem f’seba’ Olimpjadi tac-chess barra minn Malta li fihom kont membru fit-tim li kien qed jirrappreżenta lil Malta. Barra minn hekk, ħadt sehem ukoll anke f’tournaments oħra b’mod individwali barra minn Malta wkoll bħalma huma l-Mediterranean Championships u l-EU Championships.

L-iktar tournament li nibqa’ niftakar huwa l-Olimpjadi ta’ Torino, fl-2006, għar-raġuni li kelli prestazzjoni tajba ħafna. F’dan it-tournament ksibt ħames rebħiet, żewġ draws, u erba’ telfiet kontra avversarji ħafna aħjar minni. Waħda mid-draws kienet kontra plejer mill-Venezuela, Eduardo Iturrizaga, li f’dak it-tournament kien stabbilixxa ruħu bħala plejer promettenti ħafna u infatti llum il-ġurnata huwa grandmaster stabbilit. Fost ir-rebħiet kien hemm anke waħda kontra master tal-World Chess Federation.

L-iktar logħba li niftakar hija fl-2010, waqt l-Olimpjadi tac-chess ġewwa Khanty-Mansiysk, ir-Russja, fejn irnexxieli nirbaħ lil Zhu Chen, grandmaster Ċiniża, u li kienet ukoll ex-champion tad-dinja; bejn l-2004 u l-2006 din kienet l-aqwa plejer femminili fid-dinja. Din kienet l-unika telfa tagħha f’dak it-tournament u l-fatt li rnexxieli nirbaħ lil grandmaster għalija hija xi ħaġa sabiħa ħafna u ta’ sodisfazzjon kbir.

Taħseb li l-logħba tac-chess tista’ tgħin fl-iżvilupp tal-karattru

tal-bniedem? Hemm valuri li wieħed jista’ jitgħallem u japplikahom għal ħajtu?Naħseb li hemm ħafna x’wieħed jista’ jitgħallem mil-logħba tac-chess. L-ewwel ħaġa l-element kompetittiv jgħinek tikber u titgħallem taċċetta telfa. Fil-logħba wieħed jitgħallem ukoll jirrispetta l-avversarju tiegħu; meta tkun qed tilgħab ma tistax tippretendi li se tirbaħ dejjem imma trid tiftakar li hemm xi ħadd ieħor qed jilgħab ukoll u li jista’ jirbaħ hu wkoll. Hawn jidħol ħafna l-element tad-dixxiplina. 

Valur sabiħ li l-logħba taċ-chess tista’ tgħallmek iktar minn kull logħba oħra hija l-fatt li int qiegħed waħdek u għandek ammont ta’ ħin biex tirrifletti u tieħu deċiżjoni. Waqt li qed tilgħab ma tistax tevita jew taħrab mid-deċiżjoni li hemm bżonn tieħu. Fil-ħin li għandek inti trid tevalwa l-possibiltajiet u bit-tagħrif li għandek tieħu d-deċiżjoni u twettaqha. Kull pożizzjoni fil-logħba taċ-chess qisha problema ġdida li l-plejer irid jara kif se jsolviha. Il-plejer irid ukoll joqgħod attent x’deċiżjoni jieħu għax jaf li mossa ħażina tista’ tfisser telfa. 

Ftit ilu, Garry Kasparov, li huwa l-aqwa plejer tac-chess ta’ kull żmien, ħareġ ktieb li jismu: How

life imitates chess li fih iġib eżempji ta’ kif aspetti mil-logħba tac-chess huma riflessi fil-ħajja tal-bniedem. Eżempju wieħed huwa li l-bniedem irid jiżen il-possibiltajiet sew qabel jieħu deċiżjoni u li kull deċiżjoni twassal għal numru ta’ riżultati jew konsegwenzi.

X’messaġġ tixtieq tgħaddi lit-tfal u liż-żgħażagħ li jaqraw din ir-rivista, dwar l-importanza li wieħed iżomm ruħu attiv b’xi sport jew passatemp?Naħseb li huwa importanti ħafna li wieħed iżomm ruħu attiv u miftuħ għal kull opportunità. Inħoss li jien il-persuna li jien, grazzi għall-impenn tiegħi fic-chess. Forsi, kieku ma ġiex dak it-tifel iħabbat fuq il-bieb tal-klassi tal-iskola u jien ma bdejtx nilgħab, kieku llum jien persuna differenti. 

Barra minn hekk inħobb nenfasizza ħafna fuq l-aspett soċjali. Kull sport jgħinek tiltaqa’ ma’ persuni oħra f’ambjent tajjeb u pożittiv; tkun qed tagħmel xi ħaġa li tħobb u li fl-istess ħin hija tajba għalik. Naħseb li jekk bniedem jirnexxilu jsib f’ħajtu dik l-attività sabiħa li jieħu pjaċir jagħmilha jkun għamel akkwist kbir. ✖

21

Page 24: Xehda Għasel

y adrian VELLANOEL vassallo

ta’ Sydney

Jekk ikollhom jiġu f’idejk għadd ta’ kartolini tal-Awstralja, ma jonqosx li f’ħafna minnhom tara dak il-

bini magħruf bħala s-Sydney Opera House. Dan il-bini “huwa simbolu mhux biss tal-belt imma wkoll tal-pajjiż u tal-kontinent.” Hekk stqarret il-ġurija li fl-2003 għażlet lil Jørn Utzon bħala r-rebbieħ tal-premju Pritzker, l-iktar premju prestiġġjuż fil-qasam tal-arkitettura.

Fit-13 ta’ Settembru 1955 ġiet imnedija kompetizzjoni fuq livell internazzjonali għal disinni sabiex jinbena post addattat kemm għal produzzjonijiet teatrali, kif ukoll għal kunċerti, minħabba li l-lok użat dak iż-żmien, it-Town Hall kien beda jitqies żgħir. Is-sit magħżul bil-ħsieb li fuqu jinbena dan il-proġett kellu jkun waħda mill-ħafna peniżoli li hemm fil-port ta’ Sydney, dik imsejħa Bennelong Point. B’kollox, għal din il-kompetizzjoni kien hemm 233 sottomissjoni, minn 32 pajjiż differenti.

Il-karatteristika prinċipali ta’ dan il-bini, xogħol tal-arkitett Daniż Jørn Utzon, huma s-serje ta’ strutturi tal-konkrit, ta’ diversi

qisien, li nsibuhom fi tliet gruppi, li għalkemm bl-Ingliż insejħulhom shells, iktar jagħtu l-impressjoni li huma qlugħ. Wara kollox qed nitkellmu minn kuntest ta’ peniżola, f’port maestuż; bl-arkitett li sa minn ċkunitu ħabb il-baħar, iben ta’ inġinier navali. Jekk ikollok tgħaqqad dawn il-biċċiet kollha flimkien, tifforma sfera sħiħa. Minn barra, dawn l-istrutturi huma miksija bil-madum taċ-ċeramika, bil-parti l-kbira tagħhom ileqqu, b’ lewn bajdani. Dawn l-istrutturi (shells), li l-ogħla waħda minnhom tlaħħaq mal-għoxrin sular ’il fuq mil-livell tal-baħar, huma mqiegħda fuq podium, li titla’ għalih b’taraġ monumentali, twil madwar 100 metru b’għoli ta’ żewġ sulari.

Element ieħor importanti f’dan il-bini huwa l-ħġieġ, li narawh b’mod speċjali man-naħat tat-tramuntana u n-nofsinhar tal-istrutturi msejħin shells; hekk li l-post ikun iktar imdawwal matul il-ġurnata, filwaqt li joffri wkoll dehriet tal-belt u l-port tagħha.

Ix-xogħol tal-bini tal-Opera House ta’ Sydney beda f’Marzu tal-1959. Il-proġett sar fuq tliet perjodi.

L-ewwel wieħed, bejn l-1959 u l-1963, kien jikkonsisti fil-bini tal-podju. Fit-tieni perjodu, mill-1963 sal-1967, saru l-istrutturi għamla ta’ qlugħ, filwaqt li fit-tielet u l-aħħar perjodu, mill-1967 sal-1973, tlestiet l-Opera House minn ġewwa. L-Opera House ġiet miftuħa uffiċjalment mir-Reġina Eliżabetta II fl-20 t’Ottubru 1973.

Fiż-żewġ gruppi prinċipali tal-istrutturi msejħin shells hemm iż-żewġ swali prinċipali, mibnija maġenb xulxin, iħarsu lejn in-nofsinhar. Dawn huma l-Concert Hall, li tesa’ massimu ta’ 2,679 persuna, u l-Opera Theatre li jesa’ massimu ta’ 1,507 persuna. Fil-Concert Hall, tista’ tisma’ u tapprezza l-ikbar orgni mekkaniku (mechanical tracker-action organ) fid-dinja, b’iktar minn 10,000 pajp.

Minbarra dawn iż-żewġ swali prinċipali, is-Sydney Opera House tinkludi spazji oħrajn li fihom jistgħu jsiru diversi avvenimenti. Dawn huma d-Drama Theatre, il-Playhouse, The Studio, u l-Utzon Room.

Lok ieħor, daqstant spettakolari, addattat għal diversi avvenimenti, huwa proprju l-ispazju miftuħ, il-Forecourt. It-taraġ monumentali, li

22 JANNAR/FRAR 2012

Page 25: Xehda Għasel

Jørn UtzonJista’ jkun li toħloq kapulavur ta’ arkitettura mill-aqwa u ma tkunx preżenti meta jinawgurawh? Jew jista’ jkun li jagħtuk midalja tad-deheb bħala rikonoxximent u ma tkunx preżenti biex tilqagħha? Hekk ġara lil Jørn Utzon, l-arkitett ta’ Sydney Opera House.

Jørn Utzon twieled fid-9 ta’ April 1918 f’Copenhagen, id-Danimarka. Huwa ħa d-diploma ta’ perit mir-Royal Academy of Fine Arts ta’ Copenhagen, fl-1942. Tista’ tgħid li ħadd ma kien jafu qabel ma ħareġ bid-disinji ta’ Sydney Opera House. Huwa kien ippreżenta d-disinn tiegħu f’kompetizzjoni li saret fl-1956, mill-kap tal-gvern, Joe Cahill, fi New South Wales. Kien hemm aktar minn 200 disinn imressaq quddiem il-bord tal-għażla u l-ġurija kienet warrbet id-disinn ta’ Jørn Utzon. Iżda ġara li l-perit magħruf Eero Saarinen wasal f’Sydney biex huwa jagħti l-opinjoni tiegħu dwar il-proposti mressqa għal

jwassal għaż-żewġ swali prinċipali, joffri spazju immens għal dawk preżenti.

Sydney Opera House – Attrazzjoni prinċipali għal min iżur din il-belt. Bla dubju, esperjenza kbira li jkollok ix-xorti ssegwi xi biċċa xogħol fuq il-palk f’waħda mis-swali prinċipali. Attrazzjoni wkoll minn barra, b’dawk l-istrutturi

għamla ta’ qlugħ jirriflettu d-dawl tax-xemx, jew mixgħula sabiħ fil-ħemda tal-lejl. Imbagħad xi ngħidu jekk mal-lejl dawn l-istrutturi jsiru sfond xieraq għal xi projezzjoni spettakolari bid-dawl waqt xi avveniment speċjali?!

Sydney Opera House – Proġett li d-disinni oriġinali, mressqa mill-arkitett, kienu skartati f’għajnejn

uħud mill-ġurija. Proġett li kien suġġett ta’ ħafna kontroversji imma li sar kapolavur. Kien bix-xieraq li fl-2007, dan il-bini jiġi inkluż fil-World Heritage List. Kien bir-raġun li l-kumitat stqarr li dan il-bini huwa wieħed “mill-kapolavuri indiskutibbli tal-kreattività tal-bniedem, mhux biss tas-seklu 20, imma tal-istorja kollha tal-umanità.”

dan il-proġett li kellu jsir. Waqt li kien qed idur id-disinji li ġew imwarrba, għajnejh waqgħu fuq id-disinn ta’ Utoz u ddikjara li dan kien jispikka ħdejn id-disinji l-oħra mressqa. Fil-fatt id-disinn ta’ Utoz ġie magħżul u l-perit għamel xi modifiki biex il-proġett ikun jista’ jitwettaq.

Kollox kien miexi skont il-pjanijiet iżda l-proġett ma kellux jitwettaq skont kif kien ippjanat għaliex fl-1965 inbidel il-gvern fi New South Wales u l-Ministru tax-Xogħlijiet, Davis Hughes beda jqajjem ħafna dubji dwar ix-xogħol ta’ Utzon. Hu qal li dan il-proġett kien ġej jiswa ħafna flus. Il-gvern waqaf iħallas lil Utzon u dan irriżenja minnufih. In-nies ipprotestaw fit-toroq għax xtaqu li l-proġett jintemm kif kien ippjanat. Il-proġett tkompla iżda l-Arkitett Jørn Utzon ma reġax ingħata l-inkarigu li kellu qabel

u għalhekk iddeċieda li jmur lura pajjiżu mal-familja tiegħu u qatt ma reġa’ żar l-Awstralja. Kien għalhekk li hu ma kienx preżenti meta r-Reġina Eliżabetta II, f’Ottubru tal-1973, fetħet il-bini uffiċjalment u kien għalhekk ukoll li ma setax jilqa’ l-midalja tad-deheb mogħtija lilu mir-Royal Institute of Architects.

Dan ma kienx l-uniku proġett ta’ dan l-arkitett kbir. Proġetti oħrajn huma l-knisja ta’ Bagsværd fid-Danimarka, Kuwait National Assembly u Can Feliz f’Majorca. Fl-2003, l-Opera House ta’ Sydney iċċelebrat l-anniversarju tat-30 sena mill-ftuħ tagħha u Jørn Utzon ġie mogħti rikonoxximent bil-premju Pritzker Prize li hu l-aktar premju prestiġġjuż fil-qasam tal-arkitettura. Jørn Utzon miet fid-29 ta’ Novembru 2008 f’Copenhagen fl-età ta’ 90 sena. ✖

23

Page 26: Xehda Għasel

Tgħid iġġieled is-sagristan? Tgħid kien hemm xi tifel li kisser xi ħaġa? Tgħid il-kappillan qabżitlu? Imma għaliex tgħid? Min kien qiegħed jitmasħan u jgħajjat fis-sagristija? Għalkemm is-soltu wara l-quddiesa kien ikolli seba’ mitt sena sakemm nitlaq u mmur

nilgħab ma’ sħabi, dakinhar il-kurżità żammitni fis-sagristija biex nara x’kien qed jiġri u kif kienet se tispiċċa l-biċċa.

Pater noster…

Jaħasra…ikkalma ftitSur Ġużè!!

Majinteressanix!

Le! Żgur li le!

y andrew BORG

tazia HALLALAN bonello

Ħabba li hi ħabba mingħandi ma tiħux iżjed!

Imma issa lil Żeżamin se jgħinha?!

24 JANNAR/FRAR 2012

Page 27: Xehda Għasel

U żgur li għalih!!! Mela għal min

ridtni nagħmilha?

Imma Sur Ġużè, int ingannat! Il-karità tiegħek

ma kontx qed tagħmilha għas-Sinjur Alla!

X’ġara Sur Ġużè?Kemm tidher irrabbjat!

Kont naħseb li Żeżamara tajba Dun!

Kont inħallsilha nofs liramill-kera, u minn fuq il-grazzi,

insibha tgħid kontrija!

Ara Dun Ġorġ! X’ma nitmasħanx…!

Dun Ġorġ spjegalu kif il-karità tiegħu, is-Sur Ġużè kien jagħmilha biex Żeża tfaħħru man-nies. Hi xorta kellha bżonn l-għajnuna tiegħu, minkejja li kienet qalet kontrieh! “Issa la jagħlaq ix-xahar, agħtiha karità bħas-soltu u ssemmilha xejn”! qallu Dun Ġorġ. “Itlob ’l Alla biex fejn ma tiflaħx int, jgħinek hu”!

25

Page 28: Xehda Għasel

L-Imnieħeru l-Ilsien

y danielMICALLEF

Kont taf li…L-imnieħer fih madwar 400 proteina differenti li jagħrfu riħa minn oħra. Fl-2004, Linda Buck u Richard Axel rebħu l-Premju Nobel fil-mediċina

għal din l-iskoperta. Il-klieb huma iktar sensittivi minna u għandhom madwar 800 proteina differenti, waqt li

l-ġrieden għandhom madwar elf!

ESPERIMENTGħadu kemm spiċċa żmien fejn kellhom jaħdmu bis-sahra ż-żewġ organi tal-lum… għax kif se tiċċelebra l-Milied u s-sena l-ġdida bla kejk, ċikkulatini, log, pannettone, qagħaq tal-għasel u dundjan? Jekk għad fadallek xi biċċa kejk jew ċikkulatina, nistiednek taqbad biċċa u tikolha waqt li b’idek iżżomm imnieħrek magħluq. Wara ftit ħin iftaħ imnieħrek u ara hemmx differenza fit-togħma… Dan l-esperiment tista’ tippruvah b’ikel ieħor ukoll jekk trid. Fuqu nitkellmu iktar ’il quddiem; imma ejja nibdew ħaġa, ħaġa. Ix-xamm u t-togħma huma l-iktar żewġ sensi li nitfgħuhom fil-ġenb u fil-verità huma l-iktar sensi antiki fl-annimali. Dan però ma jfissirx li bihom u mingħajrhom ħajjitna tkun xorta.

L-IMNIEĦERFil-wiċċ, l-imnieħer jidher sewwa… jeżistu kull tip u forma ta’ mnieħer: kbar, żgħar, twal, qosra, irqaq, ħoxnin u l-bqija. Imma l-imnieħer mhux biss dak li jidher: minn ġewwa kull imnieħer hu l-istess u jaqdi żewġ funzjonijiet. L-ewwel nett nistgħu nieħdu n-nifs minnu u meta l-arja tgħaddi mill-imnieħer issir iktar safja, umda u sħuna u allura iktar

komda għall-pulmun. It-tieni nett, l-imnieħer huwa l-organu tax-xamm.

IRWEJJAĦJekk mit-toqba tal-imnieħer

titla’ ’l fuq, tasal sa għadma rqiqa mtaqqba qisha passatur li fuqha hemm il-moħħ. Mit-toqob jinżlu ħafna nervituri li jagħrfu bejn irwejjaħ differenti li jgħaddu l-messaġġi tax-xamm lill-moħħ.

SINUSES

TURBINATETgħin biex l-arja ssir iktar umda, sħuna u safja.

26 JANNAR/FRAR 2012

Page 29: Xehda Għasel

Iktar ma tieħu nifs fil-fond, iktar ixxomm aħjar. Dan għaliex b’nifs fil-fond, iktar mis-sustanza li fiha r-riħa tasal sal-parti ta’ fuq tal-imnieħer u allura x-xamm ikun aħjar. Meta nkunu għaddejjin minn ħdejn borża taż-żibel jew għalqa bid-demel, fil-fatt nippruvaw nieħdu nifsijiet inqas fondi jew nifsijiet minn ħalqna biex ir-riħa ddejjaqna inqas.

IT-TOGĦMAIr-riħa tal-ikel tipprepara lil ġisimna biex jirċievi l-ikel u tagħtina idea tat-tjubija tiegħu… imma hekk kif jidħol f’ħalqna jidħol xogħol l-ilsien li

hu miksi b’madwar 10,000 ‘taste bud’. Dawn fihom ċelloli li jwasslu sinjali lill-moħħ biex nagħrfu togħma minn oħra. Hemm ħames togħmiet bażiċi li l-ilsien jagħraf: il-qares, il-morr, il-mielaħ, il-ħelu u t-tajjeb. Partijiet differenti tal-ilsien huma iktar sensittivi għal togħmiet differenti u hemm raġuni għal dan.

MAPPA TAL-ILSIENIl-biċċa ta’ quddiem hi iktar sensittiva għall-ħlewwa u t-tjubija waqt li d-dawra tal-ilsien hi iktar sensittiva għall-melħ. Dawn l-ewwel tliet togħmiet jogħġbuna u allura ikel tajjeb, sew jekk mielaħ u sew jekk ħelu jwassal lil ġisimna biex ikun irid iktar.

Il-ġnub tal-ilsien huma iktar sensittivi għall-morr waqt li

Kieku l-għadam tal-wiċċ hu kollu solidu, tgħidx kemm ikun tqil! Għalhekk fih hemm spazji vojta msejħa sinuses li waqt li jħaffu l-piż tal-għadam jgħinu biex il-ħoss, meta nitkellmu, jirbombja aħjar. Dawn l-ispjazji huma miksija bi ftit likwidu u jikkomunikaw mal-imnieħer.

Allura għalfejn Alexia qalet li kellha s-sinus meta ħasset rasha u wiċċha juġagħha ħafna, telgħalha d-deni u ħasset imneħirha mblukkat? Xi mikrobu mqareb irnexxielu jasal sa wħud mis-sinuses ta’ Alexia li mbagħad imtlew bil-‘flissjoni’. Din timblokka t-toqob tas-sinuses u għalhekk il-pressa ġiegħlet lil Alexia tħoss l-uġigħ.

Ħafna mill-problemi tas-sinuses jiġu minn viruses u jgħaddu waħedhom f’għaxart ijiem. Xi mediċini li jtaffu l-uġigħ u l-imnieħer imblukkat jistgħu jgħinu f’din il-marda. Meta l-problema ddum biex tgħaddi jista’ jkun hemm bżonn ta’ antibiotiċi u iktar tard anki xi operazzjoni biex tgħin lis-sinus jitbattal aħjar.

Is-Sinuses

l-biċċa ta’ wara hi iktar sensittiva għall-qrusa. Dawn ż-żewġ togħmiet juruna l-kwalità tal-ikel u jwassluna biex noqogħdu attenti kemm nieħdu minn dak l-ikel. Fil-fatt, ilkoll nafu li meta nieħdu lumija qarsa bla ma rridu, nqarrsu wiċċna u l-ħalq jipproduċi iktar riq biex inaqqas il-qawwa tal-aċtu.

L-INQAS SENS ŻVILUPPATFost is-sensi, is-sens tat-togħma hu l-inqas wieħed żviluppat. Għalhekk, l-imnieħer jidħol jgħin lill-ilsien. Meta nkunu qed nieklu, xi ftit mis-sustanzi tal-ikel jgħaddu lejn l-imnieħer min-naħa ta’ wara tal-ħalq. Ir-riħa li tasal minn din it-triq tgħinna ntiegħmu aħjar. Fil-fatt din tispjega għaliex jekk tagħlaq imnieħrek (jew ikollok imnieħrek miżdud minn xi riħ) ittiegħem inqas. ✖

27

Page 30: Xehda Għasel

Ċirillu u Metodju kienu aħwa. Ċirillu studja fl-Università ta’ Kostantinopli taħt għalliem jismu Ljun il-Grammatiku. Tant kien student tajjeb li bdew isejħulu Ċirillu l-filosfu. Ħuh Metodju wkoll kien bniedem li studja u kien imexxi komunità Slava. Fis-sena 862, f’Kostantinopli wasal ambaxxatur tal-prinċep tal-Moravia li talab biex imorru missjunarji u jgħallmu ’l-poplu tiegħu bil-lingwa tal-pajjiż. Ċirillu u Metodju ġew magħżula biex imorru għal din il-missjoni

Ċirillu

Jekk jismek

marbutismek

Cathrine jewCyril

mal-Ewropa

minħabba l-għarfien tal-lingwa u l-qdusija tagħhom.Hemm min jgħid li dawn l-aħwa ‘vvintaw’ l-ittri Ċirilliċi li llum huma użati biex jinkitbu lingwi bħar-Russu, is-Serb u l-Bulgaru. Minħabba f’hekk, dawn l-aħwa huma meqjusa bħala l-missirijiet tal-kultura letterarja Slava.Huma wkoll tnejn mill-padruni tal-Ewropa..

‘Morru fid-dinja kollha, xandru l-Bxara t-Tajba lill-ħlejjaq kollha!’ Mk 16, 15

KATARINA TA’ SIENA, kienet l-iżgħar f’familja ta’ ħamsa u għoxrin. Kellha karattru ferrieħi u saret waħda mill-iktar nisa msemmija ta’ żmienha. Il-pariri u l-għerf tagħha, reġġgħu lil bosta nies lejn il-Knisja. Kien jirnexxilha tgħaqqad ukoll lil min kien miġġieled.

L-għerf tagħha għen lil dawk li qraw il-kitbiet tagħha. Il-Papa ta’ żmienha ra fiha mara ta’ tjubija vera u kien joqgħod għall-pariri ta’ Katarina.

L-imħabba ta’ Alla għaliha u t-tweġiba tagħha għamluha waħda mill-qaddisin il-kbar tal-Knisja.

Dan huwa ftit mill-għerf tagħha:‘Kunu dak li Alla jridkom tkunu u tħeġġu d-dinja!’ ‘Ma takkwista xejn kbir jekk ma tissaportix ħafna!’‘Kull pass lejn il-Ġenna huwa l-Ġenna!’Illum, Katarina ta’ Siena hija waħda mill-padruni tal-Ewropa u tal-Italja.

28 JANNAR/FRAR 2012

Page 31: Xehda Għasel

Ċajta KultantFil-FerrovijaRaġel b’wiċċu mgħotti daħal fil-vagun fejn kien hemm raġel waħdu. “Tini kulma għandek! Dan huwa hold up!” “Għall-erwieħ! Ħsibtek tal-biljetti!”

Ċajta Kultant

almanakk

jannar

frar

QattusSewwieq tajjar u qatel il-qattus ta’ bidwi. Niżel mill-karozza u resaq lejn il-bieb tar-razzett. Malli tfaċċa l-bidwi, is-sinjur qallu:“Ħabib, tajjartlek il-qattus! Imma ħalli f’idi, nagħmel tajjeb għalih jien!”“Tista’ tibda minn issa! Hemm salt ġrieden fil-maħżen, inħallihom f’idejk!”

Fit-12 ta’ Jannar 1969 ħareġ l-ewwel album tal-grupp Ingliż Led Zeppelin. Il-mużika tagħhom kienet taħlita ta’ blues u rock elettroniku. Fuq il-faċċata tal-album dehret stampa tal-ħabta taż-Zeppelin li ġrat fl-1937.

Fil-25 ta’ Jannar infakkru l-konverżjoni ta’ San Pawl, li fit-triq lejn Damasku ltaqa’

mal-Mulej Ġesù u sar appostlu tal-ġnus.

Miegħu niffesteġġjaw ukoll lil San Ananija

ta’ Damasku, il-bniedem li għammdu. Ananija ħa l-martirju tat-tħaġġir fis-sena

70 w.K.

IppopotamuIppopotamu daħal f’bar u ordna kafè bil-krema.Tal-bar qdieh u tah il-kont, waqt li qallu:‘Qatt ma rajna ippopotamu lil hawn!’‘Ma niskantax b’dal-kontijiet!’

Fit-12 ta’ Frar 1884, Lewis

Edson Waterman ivvinta l-pinna

stilografika. Din kienet il-

pinna li rrenjat għal bosta snin sakemm tfaċċat

il-biro. Il-linka kienet tinżamm f’kontenitur u

tinżel fuq il-karta mit-tarf tal-pinna.

Fis-7 ta’ Frar infakkru l-mitejn sena mit-twelid tal-kittieb Ingliż Charles Dickens. Huwa twieled f’Portsmouth u fost il-kitbiet kbar tiegħu nsibu A Christmas Carol, Oliver Twist, David Copperfield u Great Expectations.

Fis-16 ta’ Frar 1979 twieled is-sewwieq Taljan tal-muturi, Valentino Rossi,

ġewwa Urbino.In-numru tiegħu waqt it-tiġrijiet huwa dejjem l-istess: 46. Is-sapporters tiegħu jużaw il-kulur isfar.

Fl-Istati Uniti tal-Amerika, kull tielet Tnejn ta’ Jannar, il-pajjiż jiċċelebra wieħed mill-akbar

viżjonarji li qatt deher fid-dinja, Martin Luther King Jr. Din il-festa bdiet tiġi ċċelebrata fl-1986 taħt

il-President Ronald Reagan. Għalkemm kien hemm xi nies li opponew, illum, din il-ġurnata hija għal qalb

mhux biss l-Amerikani imma wkoll għal qalb ħafna nies minn madwar id-dinja li l-kliem ta’ King għadu

jispirahom biex jaħdmu għall-ġustizzja fid-dinja.

Page 32: Xehda Għasel

fil-ħarġa li jmiss

Oberamergauu l-istorja tal-passjoni

IT-TITANIC

Maestro di Capella

www.facebook.com/Xehda

Fittixna fuq

The Passion of the Christ