13
IL-KUMMISSJONI EWROPEA ID-DIRETTORAT-ĠENERALI GĦAS-SAĦĦA U S-SIKUREZZA ALIMENTARI ID-DIRETTORAT ĠENERALI GĦALL-AGRIKOLTURA U L-IŻVILUPP RURALI Brussell, l-20 ta’ Marzu 2019 REV2 - Jissostitwixxi l-avviż REV1 ippubblikat fl-1 ta’ Frar 2018 AVVIŻ LILL-PARTIJIET IKKONĊERNATI IL-ĦRUĠ TAR-RENJU UNIT U L-LIĠI TAL-IKEL TAL-UE U R-REGOLI TAL-UE DWAR L- ISKEMI TAKWALITÀ 1 Fid-29 ta’ Marzu 2017, ir-Renju Unit ressaq in-notifika tal-intenzjoni tiegħu li joħroġ mill-Unjoni skont l-Artikolu 50 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Dan ifisser li minn nofsillejl (00:00h CET) tat-30 ta’ Marzu 2019 (“id-data tal-ħruġ”) 2 ir-Renju Unit se jkun “pajjiż terz” 3 . It-tħejjija għall-ħruġ mhijiex biss kwistjoni f’idejn l-awtoritajiet tal-UE u dawk nazzjonali iżda wkoll għall-partijiet privati. Fl-isfond tal-inċertezzi marbutin mar-ratifika tal-Ftehim dwar il-Ħruġ, il-partijiet interessati kollha, u speċjalment l-operaturi ekonomiċi huma mfakkra bir- riperkussjonijiet legali, li jeħtieġ li jiġu kkunsidrati meta r-Renju Unit isir pajjiż terz. Sakemm ma jkunx hemm perjodu ta’ tranżizzjoni previst fil-Ftehim dwar il-Ħruġ 4 , b’seħħ mid-data tal-ħruġ, il-liġi tal-UE dwar l-ikel 5 u r-regoli tal-UE dwar l-iskemi tal- 1 Inklużi d-denominazzjonijiet ta’ oriġini protetti (DOP), l -indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (IĠP), l- indikazzjoni ġeografika ta’ spirti u nbejjed aromatizzati (IĠ) u l-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti (STG). 2 F’konformità mal-Artikolu 50(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-Kunsill Ewropew, bi ftehim mar-Renju Unit, jista’ b’mod unanimu jiddeċiedi li t-Trattati jieqfu japplikaw f’data aktar tard. 3 Pajjiż terz huwa pajjiż mhux membru tal -UE. 4 Cf. ir-Raba’ Parti tal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u tal-Irlanda ta’ Fuq mill- Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (ĠU, C 66 I, 19.2.2019, p. 1). 5 Ara l-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 28 ta’ Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar ikel, li jistabbilixxi l- Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal -ikel (ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1). Dan l-avviż jindirizza wkoll ir-regoli tal-UE dwar il-produzzjoni organika. Dan l-avviż ma jindirizzax id-dħul fl-Unjoni ta’ kunsinni personali ta’ prodotti li joriġinaw mill - annimali, ta’ natura mhux kummerċjali li jagħmlu parti mill-bagalja ta’ min jivvjaġġa, jew li jintbagħtu f’kunsinni żgħar lil persuni privati, jew li huma ordnati mill -bogħod (pereżempju, bil-posta, bit- telefown jew permezz tal-Internet) u mibgħuta lill-konsumatur (ara r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 206/2009 tal-5 ta’ Marzu 2009 dwar l -introduzzjoni fil-Komunità ta’ kunsinni personali ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 136/2004 (ĠU L 77, 24.3.2009, p. 1). Rigward tal-aħħar, ara l-“Avviż dwar l-ivvjaġġar bejn l-UE u r-Renju Unit wara l- ħruġ tar-Renju Unit mill-UE” (https://ec.europa.eu/info/sites/info/files/file_import/travelling_mt.pdf).

EU food law mt14 Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/110/KE tal-20 ta’ Diċembru 2001 li tirrigwarda l-għasel (ĠU L 10, 12.1.2002, p. 47). 15 Id-Direttiva 1999/4/KE tal-Parlament Ewropew

  • Upload
    others

  • View
    3

  • Download
    0

Embed Size (px)

Citation preview

Page 1: EU food law mt14 Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/110/KE tal-20 ta’ Diċembru 2001 li tirrigwarda l-għasel (ĠU L 10, 12.1.2002, p. 47). 15 Id-Direttiva 1999/4/KE tal-Parlament Ewropew

IL-KUMMISSJONI EWROPEA ID-DIRETTORAT-ĠENERALI GĦAS-SAĦĦA U S-SIKUREZZA ALIMENTARI ID-DIRETTORAT ĠENERALI GĦALL-AGRIKOLTURA U L-IŻVILUPP RURALI

Brussell, l-20 ta’ Marzu 2019

REV2 - Jissostitwixxi l-avviż REV1

ippubblikat fl-1 ta’ Frar 2018

AVVIŻ LILL-PARTIJIET IKKONĊERNATI

IL-ĦRUĠ TAR-RENJU UNIT U L-LIĠI TAL-IKEL TAL-UE U R-REGOLI TAL-UE DWAR L-

ISKEMI TA’ KWALITÀ1

Fid-29 ta’ Marzu 2017, ir-Renju Unit ressaq in-notifika tal-intenzjoni tiegħu li joħroġ

mill-Unjoni skont l-Artikolu 50 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Dan ifisser li minn

nofsillejl (00:00h CET) tat-30 ta’ Marzu 2019 (“id-data tal-ħruġ”)2 ir-Renju Unit se jkun

“pajjiż terz”3.

It-tħejjija għall-ħruġ mhijiex biss kwistjoni f’idejn l-awtoritajiet tal-UE u dawk

nazzjonali iżda wkoll għall-partijiet privati.

Fl-isfond tal-inċertezzi marbutin mar-ratifika tal-Ftehim dwar il-Ħruġ, il-partijiet

interessati kollha, u speċjalment l-operaturi ekonomiċi huma mfakkra bir-

riperkussjonijiet legali, li jeħtieġ li jiġu kkunsidrati meta r-Renju Unit isir pajjiż terz.

Sakemm ma jkunx hemm perjodu ta’ tranżizzjoni previst fil-Ftehim dwar il-Ħruġ4,

b’seħħ mid-data tal-ħruġ, il-liġi tal-UE dwar l-ikel5 u r-regoli tal-UE dwar l-iskemi tal-

1 Inklużi d-denominazzjonijiet ta’ oriġini protetti (DOP), l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (IĠP), l-

indikazzjoni ġeografika ta’ spirti u nbejjed aromatizzati (IĠ) u l-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti

(STG).

2 F’konformità mal-Artikolu 50(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-Kunsill Ewropew, bi ftehim

mar-Renju Unit, jista’ b’mod unanimu jiddeċiedi li t-Trattati jieqfu japplikaw f’data aktar tard.

3 Pajjiż terz huwa pajjiż mhux membru tal-UE.

4 Cf. ir-Raba’ Parti tal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u tal-Irlanda ta’ Fuq mill-

Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (ĠU, C 66 I, 19.2.2019, p. 1).

5 Ara l-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-

28 ta’ Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar ikel, li jistabbilixxi l-

Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel

(ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1). Dan l-avviż jindirizza wkoll ir-regoli tal-UE dwar il-produzzjoni organika.

Dan l-avviż ma jindirizzax id-dħul fl-Unjoni ta’ kunsinni personali ta’ prodotti li joriġinaw mill-

annimali, ta’ natura mhux kummerċjali li jagħmlu parti mill-bagalja ta’ min jivvjaġġa, jew li jintbagħtu

f’kunsinni żgħar lil persuni privati, jew li huma ordnati mill-bogħod (pereżempju, bil-posta, bit-

telefown jew permezz tal-Internet) u mibgħuta lill-konsumatur (ara r-Regolament tal-Kummissjoni

(KE) Nru 206/2009 tal-5 ta’ Marzu 2009 dwar l-introduzzjoni fil-Komunità ta’ kunsinni personali ta’

prodotti li joriġinaw mill-annimali u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 136/2004 (ĠU L 77,

24.3.2009, p. 1). Rigward tal-aħħar, ara l-“Avviż dwar l-ivvjaġġar bejn l-UE u r-Renju Unit wara l-

ħruġ tar-Renju Unit mill-UE” (https://ec.europa.eu/info/sites/info/files/file_import/travelling_mt.pdf).

Page 2: EU food law mt14 Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/110/KE tal-20 ta’ Diċembru 2001 li tirrigwarda l-għasel (ĠU L 10, 12.1.2002, p. 47). 15 Id-Direttiva 1999/4/KE tal-Parlament Ewropew

2

kwalità ma jibqgħux japplikaw għar-Renju Unit. Dan iwassal, b’mod partikolari, għall-

konsegwenzi li ġejjin6:

1. IT-TIKKETTAR TAL-IKEL U L-INFORMAZZJONI DWAR L-IKEL, IS-SAĦĦA U L-MARKI

TA’ IDENTIFIKAZZJONI

Il-liġi tal-ikel tal-UE tarmonizza t-tikkettar ta’ ikel li jitqiegħed fis-suq tal-UE. Ir-

regoli applikabbli huma b’mod partikolari inklużi fil-miżuri segwenti fil-

leġislazzjoni tal-UE:

Ir-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-

25 ta’ Ottubru 2011 dwar l-għoti ta’ informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi7;

Ir-Regolament (KE) Nru 1924/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20

ta’ Diċembru 2006 dwar indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa mogħtija

fuq l-ikel8;

Ir-Regolament (UE) Nru 609/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12

ta’ Ġunju 2013 dwar ikel maħsub għat-trabi u t-tfal żgħar, ikel għal skopijiet

mediċi speċjali, u bħala sostitut tad-dieta kollha għall-kontroll tal-piż9;

Ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22

ta’ Settembru 2003 dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament10

, kif ukoll ir-

Regolament (KE) Nru 1830/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’

Settembru 2003 dwar it-traċċabilità u l-ittikkettar ta’ organiżmi modifikati

ġenetikament u t-traċċabilità ta’ prodotti tal-ikel u għalf manifatturati minn

organiżmi modifikati ġenetikament u li jemenda d-Direttiva 2001/18/KE11

;

Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-

swieq fi prodotti agrikoli12

;

Leġislazzjoni settorjali tal-UE dwar l-ikel li tindirizza t-tikkettar tal-ikel u

informazzjoni, bħal leġislazzjoni dwar ix-xorb spirituż13

, l-għasel14

, l-estratti tal-

6 Dan l-avviż huwa rilevanti wkoll għall-ikel li jkun ġej miċ-Channel Islands u l-Isle of Man. (Ir-

Regolament (KEE) Nru 706/73 tal-Kunsill tat-12 ta’ Marzu 1973 li jikkonċerna l-arranġamenti tal-

Komunità applikabbli għall-Channel Islands u l-Isle of Man għal kummerċ fi prodotti agrikoli (ĠU

L 68, 15.3.1973, p. 1).

7 ĠU L 304, 22.11.2011, p. 18.

8 ĠU L 404, 30.12.2006, p. 9.

9 ĠU L 181, 29.6.2013, p. 35.

10 ĠU L 268, 18.10.2003, p. 1.

11 ĠU L 268, 18.10.2003, p. 24.

12 ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

13 Ir-Regolament (KE) Nru 110/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Jannar 2008 dwar

id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, l-ittikkettar, u l-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet

ġeografiċi, ta’ xorb spirituż u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1576/89 (ĠU L 39,

13.2.2008, p. 16).

Page 3: EU food law mt14 Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/110/KE tal-20 ta’ Diċembru 2001 li tirrigwarda l-għasel (ĠU L 10, 12.1.2002, p. 47). 15 Id-Direttiva 1999/4/KE tal-Parlament Ewropew

3

kafè u l-estratti taċ-ċikwejra15

, il-kawkaw u l-prodotti taċ-ċikkulata maħsubin

għall-konsum mill-bniedem16

, ċerti tipi ta’ zokkor17

, il-frott u l-ħaxix u l-frott u

l-ħaxix ipproċessati18

, il-meraq tal-frott19

, il-marmellati tal-frott, il-ġèli u l-

marmellati20

u ċerti prodotti tal-ħalib21

;

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 tat-28 ta’ Ġunju 2007 dwar il-

produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi22

.

Ir-regoli dwar it-tikkettar tal-ikel tal-UE japplikaw għall-ikel kollu mqiegħed fis-suq

tal-UE, irrispettivament mill-post tal-produzzjoni tal-ikel.

B’seħħ mid-data tal-ħruġ, l-ikel imqiegħed fis-suq tal-UE-2723

se jkun jeħtieġ

jikkonforma ma’ dawk ir-regoli skont l-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru

178/2002.

B’konsegwenza ta’ dan, f’xi każijiet, il-liġi tal-ikel tal-UE tista’ tirrikjedi xi tibdiliet

tat-tikkettar tal-ikel li jitqiegħed fis-suq tal-UE-27 b’seħħ mid-data tal-ħruġ

minħabba l-fatt li b’seħħ mid-data tal-ħruġ, ir-Renju Unit ikun pajjiż terz. Xi

eżempji jinkludu dawn li ġejjin:

Il-preżentazzjoni obbligatorja tal-oriġini ta’ prodott tal-ikel, fejn xieraq24

;

14

Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/110/KE tal-20 ta’ Diċembru 2001 li tirrigwarda l-għasel (ĠU L 10,

12.1.2002, p. 47).

15 Id-Direttiva 1999/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Frar 1999 li għandha x’taqsam

mal-estratti tal-kafè u l-estratti taċ-ċikwejra (ĠU L 66, 13.3.1999, p. 26).

16 Id-Direttiva 2000/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ġunju 2000 rigward il-

prodotti mill-kawkaw u miċ-ċikkulata maħsuba għall-konsum mill-bniedem (ĠU L 197, 3.8.2000, p.

19_.

17 Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/111/KE tal-20 ta’ Diċembru 2001 li għandha x’taqsam ma’ ċerti tipi ta’

zokkor maħsuba għall-konsum mill-bniedem (ĠU L 10, 12.1.2002, p. 53).

18 Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li

jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 għas-

setturi tal-frott u l-ħaxix u tal-frott u l-ħaxix ipproċessat (ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1).

19 Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/112/KE tal-20 ta’ Diċembru 2001 li tirrigwarda l-meraq tal-frott u ċerti

prodotti simili maħsuba għall-konsum uman (ĠU L 10, 12.1.2002, p. 58).

20 Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/113/KE tal-20 ta’ Diċembru 2001 li għandha x’taqsam mal-ġamm tal-

frott, il-ġelatini u l-marmellati u mal-purejiet tal-qastan mogħtija l-ħlewwa maħsuba għal konsum mill-

bniedem (ĠU L 10, 12.1.2002, p. 67).

21 Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/114/KE tal-20 ta’ Diċembru 2001 rigward ċertu ħalib ippriservat

disidratat in parti jew kollu għall-konsum tal-bniedem (ĠU L 15, 17.1.2002 p. 19).

22 ĠU L 189, 20.7.2007, p. 1.

23 Il-kunċett ta’ “tqegħid fis-suq”, huwa definit fl-Artikolu 3(8) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002:

““tqegħid fis-suq” tfisser iż-żamma ta’ ikel jew għalf għall-għanijietta’ bejgħ, inkluża l-offerta għall-

bejgħ jew kull forma oħra ta’ trasferiment, sew jekk bi ħlas sew jekk le, u l-bejgħ, tqassim u xi forma

oħra tat-trasferiment innifsu.

Page 4: EU food law mt14 Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/110/KE tal-20 ta’ Diċembru 2001 li tirrigwarda l-għasel (ĠU L 10, 12.1.2002, p. 47). 15 Id-Direttiva 1999/4/KE tal-Parlament Ewropew

4

Tikkettar obbligatorju tal-isem jew l-isem tan-negozju u l-indirizz tal-importatur

tal-ikel tal-UE-27 mir-Renju Unit25

;

It-timbri sanitarji jew timbri ta’ identifikazzjoni obbligatorji skont l-Artikolu 5

tar-Regolament (KE) Nru 853/2004. B’seħħ mid-data ta’ ħruġ, it-timbru

sanitarju26

jew it-timbru ta’ identifikazzjoni27

ma għandux jinkludi l-

abbrevjazzjoni “KE”,28

29

li hija riżervata għal stabbilimenti li jinsabu fl-UE, iżda

għandu jinkludi l-isem tal-pajjiż (b’mod sħiħ jew bil-kodiċi ISO b’żewġ ittri)

fejn jinsab l-istabbiliment n-numru tal-approvazzjoni ta’ dak l-istabbiliment30

.

L-operaturi tan-negozju tal-ikel jingħataw il-parir li jivvalutaw il-ħtieġa li

possibbilment isir xi tibdil fit-tikkettar tal-ikel imqiegħed fis-suq tal-UE-27 b’seħħ

mid-data tal-ħruġ.

Innota li:

Jekk prodott tal-ikel individwali jkun tqiegħed fis-suq tal-UE-27 qabel id-data tal-

ħruġ, jiġifieri jkun

- inżamm fl-UE-27 bl-iskop li jinbiegħ, inkluża l-offerta għall-bejgħ jew kull

forma oħra ta’ trasferiment, kemm jekk b’xejn kemm jekk le; jew

- inbiegħ, tqassam, jew ġie trasferit b’forom oħra lejn l-UE-2731

dan l-“istokk” ta’ ikel jista’ jkompli jinbiegħ, jitqassam jew jiġi trasferit fl-UE-27

b’seħħ mid-data tal-ħruġ mingħajr il-ħtieġa ta’ tibdil fit-tikketti32

.

24

Ara, pereżempju, it-tikkettar ta’ “Agrikoltura UE” u “Agrikoltura non-UE” skont l-Artikolu 24 tar-

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007, jew it-tikkettar tal-għasel bħala “taħlita ta’ għasel tal-UE”

jew “taħlita ta’ għasel mhux tal-UE” (l-Artikolu 2(4)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 2001/110/KE).

25 L-Artikolu 8(1) u 9(1)(h) tar-Regolament (KE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar l-għoti ta’ informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi (ĠU L 304,

22.11.2011, p. 18).

26 Il-Kapitolu III tat-Taqsima I tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 854/2004.

27 It-Taqsima I tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 853/2004;

28 Il-Punt 3(c) tal-Kapitolu III tat-Taqsima I tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 854/2004.

29 Il-Punt 8 tal-Parti B tat-Taqsima I tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 853/2004.

30 Huwa possibbli li l-prodotti dderivati mill-annimali jiġu mmarkati (marka tas-saħħa jew ta’

identifikazzjoni) skont il-liġi tal-UE, u, barra minn hekk, skont ir-rekwiżiti ta’ pajjiż terz. Madankollu,

il-liġi tal-UE ma tippermettix li prodott ikollu żewġ marki skont il-liġi tal-UE, li jippreżentaw l-

istabbiliment bħala wieħed ibbażat fl-UE u f’pajjiż terz.

31 Ara d-definizzjoni fl-Artikolu 3(8) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002. ““tqegħid fis-suq” tfisser iż-

żamma ta’ ikel jew għalf għall-għanijietta’ bejgħ, inkluża l-offerta għall-bejgħ jew kull forma oħra ta’

trasferiment, sew jekk bi ħlas sew jekk le, u l-bejgħ, tqassim u xi forma oħra tat-trasferiment innifsu.

32 Pereżempju, il-konformità fir-rigward tal-oriġini tal-UE tal-prodott jew tal-punt ta’ kuntatt fl-UE tal-

produttur

Page 5: EU food law mt14 Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/110/KE tal-20 ta’ Diċembru 2001 li tirrigwarda l-għasel (ĠU L 10, 12.1.2002, p. 47). 15 Id-Direttiva 1999/4/KE tal-Parlament Ewropew

5

Dan għandu jiġi vvalutat għal kull prodott individwali. Ma jestendix, pereżempju,

għal tip ta’ prodott.

2. INGREDJENTI TAL-IKEL, KOMPOŻIZZJONI TAL-IKEL, KONTAMINANTI U LIMITI TA’

RESIDWI; MATERJALI LI JIĠU F’KUNTATT MAL-IKEL:

Skont il-liġi sostantivi tal-ikel tal-UE, ċertu ikel ma jridx jitqiegħed fis-suq sakemm

ma jkunx ġie approvat mill-Kummissjoni (pereżempju għall-addittivi tal-ikel33

, l-

aromatizzanti tal-ikel34

, it-taħwir bl-affumikazzjoni35

, il-vitamini u l-minerali ntużati

fl-ikel36

, inkluż fis-suppliment tal-ikel37

u kwalunkwe ikel ġdid38

) jew l-applikant

individwali ma jkunx kiseb awtorizzazzjoni mill-Kummissjoni (pereżempju għall-

ikel ġenetikament modifikat39

).

Ċertu ikel huwa soġġett għal rekwiżiti speċifiċi ta’ kompożizzjoni40

u l-liġi tal-ikel

tal-UE tistabbilixxi limiti għal kontaminanti41

42

, u l-livelli massimi ta’ residwi ta’

sustanzi attivi43

.

33

Ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008

dwar l-addittivi tal-ikel (ĠU L 354, 31.12.2008, p. 16).

34 Ir-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008

dwar aromatizzanti u ċerti ingredjenti tal-ikel bi proprjetajiet aromatizzanti għall-użu fl-ikel u fuq l-

ikel (ĠU L 354, 31.12.2008, p. 34).

35 Ir-Regolament (KE) Nru 2065/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Novembru 2003

dwar it-taħwir bl-affumikazzjoni użat jew intiż għall-użu fi jew fuq l-ikel (ĠU L 309, 26.11.2003, p.

1).

36 Ir-Regolament (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006

dwar iż-żieda ta’ vitamini u minerali u ta’ ċerti sustanzi oħra mal-ikel (ĠU L 404, 30.12.2006, p. 26).

37 Id-Direttiva 2002/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Ġunju 2002 dwar l-

approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar is-supplimenti tal-ikel (ĠU L 183, 12.7.2002, p.

51).

38 Ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 dwar

ikel ġdid, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU

L 327, 11.12.2015, p. 1).

39 Ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003

dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (ĠU L 268, 18.10.2003, p. 1).

40 Ir-Regolament (UE) Nru 609/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Ġunju 2013 dwar

ikel maħsub għat-trabi u t-tfal żgħar, ikel għal skopijiet mediċi speċjali, u bħala sostitut tad-dieta

kollha għall-kontroll tal-piż (ĠU L 181, 29.6.2013, p. 35).

41 Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 315/93 tat-8 ta’ Frar 1993 li jistabbilixxi proċeduri tal-Komunità

għall-kontaminanti fl-ikel (ĠU L 37, 13.2.1993, p. 1).

42 Id-Direttiva 2009/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2009 dwar l-

isfruttament u t-tqegħid fis-suq ta’ ilmijiet minerali naturali (ĠU L 164, 26.6.2009, p. 45).

43 Ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Frar 2005 dwar il-

livelli massimi ta’ residwu ta’ pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali (ĠU L

70, 16.3.2005, p. 1); Ir-Regolament (KE) Nru 470/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-

Page 6: EU food law mt14 Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/110/KE tal-20 ta’ Diċembru 2001 li tirrigwarda l-għasel (ĠU L 10, 12.1.2002, p. 47). 15 Id-Direttiva 1999/4/KE tal-Parlament Ewropew

6

Materjali li jiġu f’kuntatt mal-ikel li jitqiegħed fis-suq tal-UE huma soġġetti għal

regoli tal-UE44

, u ċerti materjali li jiġu f’kuntatt mal-ikel huma soġġetti għal miżuri

speċifiċi addizzjonali.

Il-liġi tal-UE dwar l-ingredjenti tal-ikel u l-kompożizzjoni tal-ikel, kif ukoll il-liġi

tal-UE li tistabbilixxi limiti għal kontaminanti u residwi fl-ikel, tapplika għall-ikel

kollu mqiegħed fis-suq tal-UE, irrispettivament mill-post tal-produzzjoni tal-ikel. L-

istess japplika għall-materjal li jiġi f’kuntatt mal-ikel45

.

3. REKWIŻITI GĦALL-OPERATURI TAN-NEGOZJI TAL-IKEL U D-DETENTURI TAL-

AWTORIZZAZZJONI, JEW IR-RAPPREŻENTANTI TAGĦHOM, LI GĦANDHOM JIĠU

STABBILITI FL-UE; SOTTOMISSJONI TA’ TALBIET TA’ AWTORIZZAZZJONI TAL-UE

PERMEZZ TA’ STAT MEMBRU TAL-UE

Skont il-liġi tal-ikel tal-UE, f’xi każijiet l-operaturi tan-negozju tal-ikel, id-detenturi

tal-awtorizzazzjoni, jew ir-rappreżentanti tagħhom jeħtieġ li jkunu stabbiliti fl-UE.

Xi eżempji jinkludu dawn li ġejjin:

L-Artikolu 4(6) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 dwar ikel u għalf

modifikat ġenetikament, jeħtieġ li applikant għal awtorizzazzjoni tal-UE jew ir-

rappreżentant tiegħu ikunu stabbiliti fl-UE;

L-Artikolu 15(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 1935/2004 dwar materjali u

oġġetti maħsuba biex jiġu f’kuntatt mal-ikel, jistipula li fir-rigward ta’ materjali

u oġġetti li għad mhumiex f’kuntatt mal-ikel, il-manifattur, il-proċessur jew il-

bejjiegħ responsabbli għat-tqegħid fis-suq għandhom ikunu stabbiliti fl-UE46

.

6 ta’ Mejju 2009 li jistabbilixxi l-proċeduri Komunitarji għall-istabbiliment ta’ limiti ta’ residwi ta’

sustanzi farmakoloġikament attivi fl-oġġetti tal-ikel li joriġinaw mill-annimali (ĠU L 152, 16.6.2009,

p.11).

44 Ir-Regolament (KE) Nru 1935/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ottubru 2004 dwar

materjali u oġġetti maħsuba biex jiġu f’kuntatt mal-ikel (ĠU L 338, 13.11.2004, p. 4).

45 Barra minn hekk, għal ċerti prodotti agrikoli li joriġinaw f’pajjiżi terzi, il-liġi tal-UE tistabbilixxi l-

livelli massimi permissibbli ta’ċeżju radjuattiv, li huma verifikati mal-importazzjoni tagħhom fl-UE,

ara r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 733/2008 tal-15 ta’ Lulju 2008 dwar il-kondizzjonijiet li

jirregolaw l-importazzjoni ta’ prodotti agrikoli li joriġinaw minn pajjiżi terzi wara l-inċident fl-

istazzjon tal-enerġija nukleari ta’ Chernobyl (ĠU L 201, 30.7.2008, p. 1); Ir-Regolament tal-

Kummissjoni (KE) Nru 1609/2000 tal-24 ta’ Lulju 2000 li jistabbilixxi elenku ta’ prodotti esklużi mill-

applikar tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 737/90 dwar il-kundizzjonijiet li jirregolaw l-

importazzjonijiet ta’ prodotti agrikoli li joriġinaw minn pajjiżi terzi wara l-inċident tal-istazzjon tal-

enerġija nukleari ta’ Chernobyl (ĠU L 185, 25.7.2000, p. 27) u tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE)

Nru 1635/2006 tas-6 ta’ Novembru 2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-

Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 737/90 dwar il-kondizzjonijiet li jirregolaw l-importazzjoni ta’

prodotti agrikoli li joriġinaw minn pajjiżi terzi wara l-inċident tal-istazzjon tal-enerġija nukleari ta’

Chernobyl (ĠU L 306, 7.11.2006, p. 3).

46 L-istess rekwiżiti jew rekwiżiti simili huma stipulati fil-leġislazzjoni settorjali dwar il-materjali li jiġu

f’kuntatt mal-ikel. Ara, fir-rigward tal-materjal taċ-ċeramika li jiġi f’kuntatt mal-ikel, l-Artikolu 2a(1)

tad-Direttiva tal-Kunsill 84/500/KEE tal-15 ta’ Ottubru 1984 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-

Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-oġġetti taċ-ċeramika maħsuba biex jiġu f’kuntatt ma’ oġġetti

tal-ikel (ĠU L 277, 20.10.1984, p. 12).

Page 7: EU food law mt14 Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/110/KE tal-20 ta’ Diċembru 2001 li tirrigwarda l-għasel (ĠU L 10, 12.1.2002, p. 47). 15 Id-Direttiva 1999/4/KE tal-Parlament Ewropew

7

B’seħħ mid-data tal-ħruġ, stabbiliment fir-Renju Unit ma jibqax jikkonforma ma’

dawn ir-rekwiżiti.

Skont il-liġi tal-ikel tal-UE, f’xi każijiet l-awtorizzazzjonijiet tal-UE jkunu jirrikjedu

s-sottomissjoni ta’ dossier tal-awtorizzazzjoni permezz tal-awtorità kompetenti ta’

Stat Membru tal-UE. Xi eżempji jinkludu dawn li ġejjin:

L-Artikolu 9(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1935/2004 dwar il-materjali li jiġu

f’kuntatt mal-ikel jirrikjedi li l-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjonijiet ta’

sustanzi jsiru permezz ta’ awtorità kompetenti ta’ Stat Membru tal-UE.

L-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 dwar ikel u għalf modifikat

ġenetikament jistipula li l-applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni jintbagħtu lill-

Awtorità Ewropea tas-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) permezz tal-awtorità kompetenti

ta’ Stat Membru.

B’seħħ mid-data tal-ħruġ, l-applikazzjonijiet permezz tal-awtorità kompetenti tar-

Renju Unit ma jibqgħux possibbli.

4. REGOLI RIGWARD IL-PRODUZZJONI TAL-IKEL/L-IĠJENE FL-IKEL, L-

IRRADJAZZJONI TAL-IKEL, IL-PRODUZZJONI ORGANIKA, IL-MATERJALI LI JIĠU

F’KUNTATT MAL-IKEL

Il-liġi tal-ikel tal-UE tistabbilixxi regoli għall-produzzjoni tal-ikel fl-UE u f’pajjiżi

terzi, jekk dak l-ikel jitqiegħed fis-suq tal-UE. Il-liġi tal-ikel tal-UE tipprevedi wkoll

għal kontrolli speċifiċi mad-dħul tal-ikel fl-UE.

4.1. Ikel li joriġina mill-annimali47

B’seħħ mid-data tal-ħruġ, l-importazzjoni ta’ ikel li joriġina mill-annimali mir-

Renju Unit lejn l-UE-27 hija pprojbita, sakemm ma jiġux issodisfati ċerti rekwiżiti,

inklużi:

Ir-Renju Unit ikun “elenkat” mill-Kummissjoni bl-iskop ta’ saħħa pubblika48

u ta’

saħħa tal-annimali49

. Għall-“elenkar” ta’ pajjiż terz, japplikaw l-Artikolu 6(1)(a)

47

Għal “prodotti komposti” (jiġifieri oġġett tal-ikel maħsub għall-konsum mill-bniedem li jkun fih

prodotti pproċessati li joriġinaw mill-annimali kif ukoll prodotti li joriġinaw mill-pjanti) id-Deċiżjoni

tal-Kummissjoni 2007/275/KE tas-17 ta’ April 2007 dwar il-listi ta’ annimali u prodotti li huma

soġġetti għal kontrolli fil-postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntieri skont id-Direttivi tal-Kunsill

91/496/KEE u 97/78/KE (ĠU L 116, 4.5.2007, p. 9) u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru

28/2012 tal-11 ta’ Jannar 2012 li jistabbilixxi r-rekwiżiti għaċ-ċertifikazzjoni tal-importazzjoni għall-

Unjoni u tat-tranżitu minn ġol-Unjoni ta’ ċerti prodotti komposti u li jemenda d-Deċiżjoni

2007/275/KE u r-Regolament (KE) Nru 1162/2009 (ĠU L 12, 14.1.2012, p. 1) jistabbilixxu regoli

speċifiċi.

48 L-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-

29 ta’ April 2004 li jippreskrivi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta’ kontrolli uffiċjali fuq prodotti

li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum uman (ĠU L 139, 30.4.2004, p. 206).

49 L-Artikolu 8 tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta’ Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli

sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-

introduzzjoni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman (ĠU L 18,

23.1.2003, p. 11).

Page 8: EU food law mt14 Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/110/KE tal-20 ta’ Diċembru 2001 li tirrigwarda l-għasel (ĠU L 10, 12.1.2002, p. 47). 15 Id-Direttiva 1999/4/KE tal-Parlament Ewropew

8

tar-Regolament (KE) Nru 853/200450

, l-Artikolu 11 tar-Regolament (KE)

Nru 854/2004 u l-Artikolu 8 tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE.

L-istabbiliment fir-Renju Unit minn fejn jintbagħat l-ikel, u jinkiseb jew jitħejja,

huwa “elenkat” mill-Kummissjoni bl-iskop ta’ saħħa pubblika. Għall-“elenkar”

ta’ stabbilimenti, japplikaw l-Artikolu 6(1)(b)(i) tar-Regolament (KE)

Nru 853/2004 u l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 854/2004.

Ir-Renju Unit huwa “elenkat” mill-Kummissjoni bħala pajjiż li għandu pjan ta’

kontroll tar-residwi approvat skont id-Direttiva 96/23/KE51

, għall-annimali u l-

prodotti tal-annimali speċifikati fih. Għall-“elenkar” ta’ pajjiż terz, japplika l-

Kapitolu VI tad-Direttiva 96/23/KE.

L-ikel importat jissodisfa r-rekwiżiti kollha tal-iġjene tal-ikel stabbiliti fl-Artikoli

4 sa 6 tar-Regolamenti (KE) Nru 852/200452

u l-Artikoli 3, 4, 5, 7 u 8 tar-

Regolament (KE) Nru 853/200453

. Il-possibbiltà li jintlaħqu l-istandards tal-UE

dwar l-iġjene tal-ikel permezz ta’ miżuri nazzjonali (“dispożizzjonijiet ta’

flessibbiltà”) skont l-Artikolu 13(3) tar-Regolament (KE) Nru 852/2004, l-

Artikolu 10(3) tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 u l-Artikolu 17(5) tar-

Regolament (KE) Nru 854/2004 ma tibqax tapplika għar-Renju Unit.

L-operaturi fin-negozju tal-ikel li jimportaw prodotti li joriġinaw mill-annimali

għandhom jiżguraw li l-importazzjoni sseħħ biss jekk jiġu rispettati l-kundizzjonijiet

imsemmija hawn fuq54

.

B’seħħ mid-data ta’ ħruġ, dawn ir-rekwiżiti huma kkontrollati mad-dħul fl-UE-27

billi jiġu applikati, b’mod obbligatorju, kontrolli fil-fruntiera fl-ewwel punt ta’ dħul

fit-territorju tal-Unjoni:

Dan l-ikel jista’ jidħol biss fl-UE-27 permezz ta’ “postijiet ta’ spezzjoni fil-

fruntiera”55

;

Kull kunsinna tgħaddi minn verifiki tad-dokumenti u tal-identità, kif ukoll minn

verifiki fiżiċi bi frekwenza adegwata56

;

50

Ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li

jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (ĠU L 139, 30.4.2004,

p. 55).

51 Id-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE tad-29 ta’ April 1996 dwar miżuri għall-monitoraġġ ta’ ċerti sustanzi

u residwi tagħhom f’annimali ħajjin u prodotti tal-annimali (ĠU L 125, 23.5.1996, p. 10).

52 Ir-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar l-

iġjene tal-oġġetti tal-ikel (ĠU L 139, 30.4.2004, p. 1).

53 Ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li

jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (ĠU L 139, 30.4.2004,

p. 55).

54 Il-paragrafi 1 sa 4 tal-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 853/2004.

55 Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/821/KE tat-28 ta’ Settembru 2009 dwar tfassil ta’ lista approvata

ta’ postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera, li tistabbilixxi ċerti regoli dwar l-ispezzjonijiet imwettqa

mill-esperti veterinarji tal-Kummissjoni u tistabbilixxi l-unitajiet veterinarji fi Traces (ĠU L 296,

12.11.2009, p. 1).

Page 9: EU food law mt14 Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/110/KE tal-20 ta’ Diċembru 2001 li tirrigwarda l-għasel (ĠU L 10, 12.1.2002, p. 47). 15 Id-Direttiva 1999/4/KE tal-Parlament Ewropew

9

Kull kunsinna trid tkun akkumpanjata minn ċertifikat f’konformità mal-

leġislazzjoni tal-UE dwar l-ikel57

58

.

Fir-rigward ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali li ġejjin minn Stat Membru tal-UE-

27 u jgħaddu minn pajjiż terz lejn Stat Membru ieħor tal-UE-27 japplika dan li ġej:

Dawn il-prodotti jistgħu jerġgħu jidħlu biss fl-UE-27 jekk jgħaddu minn post tal-

ispezzjoni fil-fruntiera approvat;

Kull kunsinna tgħaddi minn sempliċi verifika tad-dokumenti biex jiġi verifikat li

l-prodotti huma fil-fatt ġejjin mill-UE-2759

;

Dawn id-dispożizzjonijiet japplikaw irrispettivament mill-kundizzjonijiet li r-

Renju Unit jista’ jitlob għat-tranżitu mit-territorju tiegħu.

4.2. Ikel li ma joriġinax mill-annimali

B’differenza mill-ikel li joriġina mill-annimali, l-importazzjoni tal-ikel li ma

joriġinax mill-annimali mhix soġġetta għar-rekwiżit ta’ elenkar ta’ pajjiżi terzi u

stabbiliment.60

.

L-Istati Membri tal-UE għandhom iwettqu kontrolli uffiċjali regolari fuq l-

importazzjoni tal-ikel li ma joriġinaxmill-annimali. Dawk il-kontrolli huma

organizzati fuq il-bażi tal-pjan nazzjonali pluriennali ta’ kontroll, u fl-isfond tar-

riskji potenzjali. Il-kontrolli għandhom ikopru l-aspetti kollha tal-leġislazzjoni dwar

l-ikel. F’każijiet ta’ riskju magħruf jew emerġenti, jistgħu japplikaw ir-regoli tal-UE

li jipprovdu livell ogħla ta’ kontrolli uffiċjali f’punti magħżulin tad-dħul fl-Unjoni61

.

56

Skont x’ikun l-ikel ikkonċernat, ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/360/KE tal-20 ta’ Mejju 1994

dwar il-frekwenza mnaqqsa ta’ kontrolli fiżiċi ta’ kunsinni ta’ ċerti prodotti li jridu jiġu implimentati

minn pajjiżi terzi (ĠU L 158, 25.6.1994, p. 41).

57 L-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 854/2004.

58 L-Artikolu 9 tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta’ Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli

sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-

introduzzjoni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman (ĠU L 18,

23.1.2003, p. 11).

59 L-Artikolu 6(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta’ Diċembru 1989 dwar spezzjonijiet

veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (ĠU L 395, 30.12.1989,

p. 13) u l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar

veterinarju applikabbli għall-kummerċ intra-Unjoni ta’ ċertu annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-

tlestija tas-suq intern (ĠU L 224 , 18.8.1990, p. 29).

60 Bl-eċċezzjoni tan-nebbieta (sprouts), fejn ikun japplika reġim speċifiku (ara r-Regolament (UE)

Nru 210/2013 tal-11 ta’ Marzu 2013 dwar l-approvazzjoni tal-istabbilimenti li jipproduċu n-nebbieta

skont ir-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ĠU L 68, 12.3.2013, p.

24).

61 Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 669/2009 tal-24 ta’ Lulju 2009 li jimplimenta r-Regolament

(KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar iż-żieda fil-livell ta’ kontrolli uffiċjali

fuq l-importazzjonijiet ta’ ċertu għalf u ikel ta’ oriġini mhux mill-annimali u li jemenda d-Deċiżjoni

2006/504/KE (ĠU L 194, 25.7.2009, p. 11).

Page 10: EU food law mt14 Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/110/KE tal-20 ta’ Diċembru 2001 li tirrigwarda l-għasel (ĠU L 10, 12.1.2002, p. 47). 15 Id-Direttiva 1999/4/KE tal-Parlament Ewropew

10

Barra minn hekk, sabiex tiġi żgurata l-protezzjoni fitosanitarja tal-Istati Membri tal-

UE-27, japplikaw ir-regoli fitosanitarji tal-UE li ġejjin:

L-importazzjoni ta’ tuberi ta’ speċijiet ta’ Solanum L. (patata għall-konsum), u

l-ibridi tagħhom hija pprojbita62

. Għall-eċċezzjonijiet, japplika l-Punt 12 tal-

Parti A tal-Anness III tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE.

L-importazzjoni ta’ ċertu frott u ħaxix tkun soġġetta għal rekwiżiti speċifiċi63

;

L-importazzjoni ta’ ikel elenkat fl-Anness V għad-Direttiva 2000/29/KE (xi

wħud minnu soġġett għar-rekwiżiti ta’ importazzjoni msemmija fil-punt

preċedenti) teħtieġ ċertifikat fitosanitarju. Dan l-ikel huwa soġġett għal mija fil-

mija tal-kontrolli tad-dokumenti fil-punt tad-dħul. Dan huwa soġġett ukoll għal

kontrolli fiżiċi u tal-identità, għalkemm fi frekwenzi minimi speċifikati, skont ir-

riskju li dan jippreżenta64

.

4.3. Ikel irradjat

L-ikel trattat b’radjazzjoni jonizzanti huwa regolat mil-liġi tal-UE65

. B’seħħ mid-

data tal-ħruġ, l-importazzjoni ta’ ikel irradjat mir-Renju Unit lejn l-UE-27 hija

pprojbita, sakemm il-faċilitajiet tal-irradjazzjoni fir-Renju Unit ma jkunux

“elenkati” mill-Kummissjoni. Għall-“elenkar” ta’ pajjiż terz, japplika l-

Artikolu 9(2) tad-Direttiva 1999/2/KE.

4.4. Materjali rriċiklati tal-plastik u oġġetti maħsuba biex jiġu f’kuntatt mal-ikel

Skont il-liġi tal-UE, id-detenturi ta’ awtorizzazzjoni għandhom jinnotifikaw lill-

Kummissjoni l-lokalitajiet ta’ manifattura jew ta’ riċiklaġġ f’pajjiżi terzi li fihom

jitwettaq il-proċess ta’ riċiklaġġ ta’ materjali u oġġetti tal-plastik awtorizzat skont

ir-Regolament (KE) Nru 282/200866

.

62

Il-Punt 12 tal-Parti A tal-Anness III tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta’ Mejju 2000 dwar il-

miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni ġewwa l-Komunità ta’ organiżmi ta’ ħsara għall-prodotti tal-

pjanti u kontra t-tixrid tagħhom ġewwa l-Komunità (ĠU L 169, 10.7.2000, p. 1).

63 Il-Parti A tal-Anness IV tad-Direttiva 2000/29/KE.

64 L-Artikolu 13a tad-Direttiva 2000/29/KE.

65 Id-Direttiva 1999/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Frar 1999 dwar l-

approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li jikkonċernaw ikel u ingredjenti tal-ikel trattati

b’radjazzjoni li tionizza (ĠU L 66, 13.3.1999, p. 16).

66 L-Artikolu 10(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 282/2008 tas-27 ta’ Mejju 2008 dwar

materjali u oġġetti tal-plastik riċiklat maħsuba sabiex jiġu f’kuntatt ma’ oġġetti tal-ikel (ĠU L 86,

28.3.2008, p. 9).

Page 11: EU food law mt14 Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/110/KE tal-20 ta’ Diċembru 2001 li tirrigwarda l-għasel (ĠU L 10, 12.1.2002, p. 47). 15 Id-Direttiva 1999/4/KE tal-Parlament Ewropew

11

4.5. Prodotti li jkollhom termini li jirreferu għall-metodu ta’ produzzjoni

organika (“prodotti organiċi”); ċertifikati għall-produzzjoni organika

Skont ir-Regolament (KE) Nru 834/200767

, huma biss il-prodotti li jissodisfaw ir-

rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament li jista’ jkollhom termini li jirreferu għall-metodu

ta’ produzzjoni organika (pereżempju organiku, bijo, eko, eċċ.) jew il-logo

organiku tal-UE. Skont l-Artikoli 29, 27(4) u 2(n) tar-Regolament (KE)

Nru 834/2007, l-awtoritajiet u korpi ta’ kontroll tal-Istati Membri tal-UE huma

responsabbli għall-ħruġ ta’ evidenza dokumentarja (ċertifikati) lill-operaturi

meħtieġa għat-tqegħid ta’ dawn il-prodotti fis-suq tal-UE.

Fir-rigward ta’ prodott organiku li ġej minn Stat Membru tal-UE-27, imqiegħed

fis-suq tal-UE-27 b’seħħ mid-data tal-ħruġ, iċ-ċertifikati maħruġa mill-

awtoritajiet u korpi ta’ kontroll skont l-Artikolu 29 tar-Regolament (KE) Nru

834/2007 fir-Renju Unit ma jibqgħux validi.

Fir-rigward ta’ prodott organiku li ġej mir-Renju Unit importat fis-suq tal-UE-27

b’seħħ mid-data tal-ħruġ, japplikaw ir-regoli stabbiliti fit-Titolu VI tar-

Regolament (KE) Nru 834/2007. Dak jeħtieġ li l-prodott li għandu jiġi importat

fl-UE bħala organiku jkun akkumpanjat b’ċertifikat li jkun inħareġ minn korp

rikonoxxut skont l-Artikolu 32(2) (għall-importazzjoni ta’ prodotti konformi)

jew l-Artikolu 33(3) (għall-importazzjoni ta’ prodotti ekwivalenti) tar-

Regolament (KE) Nru 834/200768

. Mingħajr dak iċ-ċertifikat, il-prodotti mir-

Renju Unit ma jistgħux jiġu importati fis-suq tal-UE-27 bħala organiċi.

Innota li:

Jekk prodott organiku individwali jkun tqiegħed fis-suq tal-UE-27 qabel id-data tal-

ħruġ, jiġifieri jkun

- inżamm fl-UE-27 bl-iskop li jinbiegħ, inkluża l-offerta għall-bejgħ jew kull

forma oħra ta’ trasferiment, kemm jekk b’xejn kif ukoll jekk le; jew

- inbiegħ, tqassam, jew ġie trasferit b’forom oħra lejn l-UE-2769

dak l-istokk” ta’ prodotti jista’ jkompli jinbiegħ, jitqassam jew jiġi ttrasferit fl-UE-

27 b’seħħ mid-data tal-ħruġ permezz ta’ ċertifikat mill-awtoritajiet u l-korpi ta’

kontroll skont l-Artikolu 29 tar-Regolament (KE) Nru 834/2007 fir-Renju Unit.

67

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 tat-28 ta’ Ġunju 2007 dwar il-produzzjoni organika u t-

tikkettar ta’ prodotti organiċi u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 2092/91 (ĠU L 189, 20.7.2007,

p. 1).

68 “L-elenkar” tar-Renju Unit skont l-Artikolu 33(2) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007 ma għadux

possibbli (l-Artikolu 8(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1235/2008 tat-8 ta’ Diċembru

2008 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru

834/2007 dwar l-arranġamenti għall-importazzjonijiet ta’ prodotti organiċi minn pajjiżi terzi (ĠU

L 334, 12.12.2008, p. 25).

69 Ara l-Artikolu 2(j) tar-Regolament Nru 834/2007 u d-definizzjoni fl-Artikolu 3(8) tar-Regolament

(KE) Nru 178/2002: ““tqegħid fis-suq” tfisser iż-żamma ta’ ikel jew għalf għall-għanijietta’ bejgħ,

inkluża l-offerta għall-bejgħ jew kull forma oħra ta’ trasferiment, sew jekk bi ħlas sew jekk le, u l-

bejgħ, tqassim u xi forma oħra tat-trasferiment innifsu.”

Page 12: EU food law mt14 Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/110/KE tal-20 ta’ Diċembru 2001 li tirrigwarda l-għasel (ĠU L 10, 12.1.2002, p. 47). 15 Id-Direttiva 1999/4/KE tal-Parlament Ewropew

12

Dan għandu jiġi vvalutat għal kull prodott individwali. Ma jestendix, pereżempju,

għal tip ta’ prodott.

Prodotti organiċi li ġejjin minn pajjiż terz għajr ir-Renju Unit jistgħu jibqgħu

jitqiegħdu fis-suq tal-UE-27 b’seħħ mid-data tal-ħruġ bħala prodotti organiċi fuq

il-bażi ta’ ċertifikati maħruġa minn korpi attwalment rikonoxxuti skont l-

Artikolu 33(3) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007 għall-pajjiż terz ikkonċernat,

inkluż meta l-korp rikonoxxut ikun korp ibbażat fir-Renju Unit70

.

5. IR-REGOLI TAL-UE DWAR L-ISKEMI TAL-KWALITÀ

L-iskemi tal-kwalità tal-UE jipproteġu l-ismijiet ta’ prodotti speċifiċi biex

jippromwovu l-karatteristiċi uniċi tagħhom, marbuta mal-oriġini ġeografika

tagħhom kif ukoll l-għarfien tradizzjonali. L-ismijiet tal-prodotti jistgħu jingħataw

b’“indikazzjoni ġeografika” (IĠ) jekk ikollhom rabta speċifika mal-post fejn isiru.

Ir-regoli applikabbli huma b’mod partikolari inklużi fil-miżuri segwenti fil-

leġislazzjoni tal-UE:

Ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u

oġġetti tal-ikel71

(fir-rigward ta’ Denominazzjonijiet ta’ oriġini protetti,

Indikazzjonijiet ġeografiċi protetti u Speċjalitajiet tradizzjonali garantiti);

Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi

prodotti agrikoli72

(fir-rigward ta’ Denominazzjonijiet ta’ oriġini protetti,

Indikazzjonijiet ġeografiċi protetti);

Ir-Regolament (KE) Nru 110/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-

15 ta’ Jannar 2008 dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, l-

ittikkettar, u l-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi ta’ xorb spirituż73

u

r-Regolament (UE) Nru 251/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-

26 ta’ Frar 2014 dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, it-

tikkettar, u l-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi tal-prodotti tal-inbid

aromatizzat74

(fir-rigward ta’ Indikazzjonijiet Ġeografiċi).

B’seħħ mid-data tal-ħruġ, il-leġislazzjoni tal-UE li tipproteġi d-Denominazzjonijiet

tal-oriġini protetti, l-Indikazzjonijiet ġeografiċi protetti, l-Indikazzjonijiet ġeografiċi

u l-Ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti rreġistrati mhux se tibqa’ fis-seħħ fir-Renju

Unit. Kwalunkwe dritt mogħti skont l-imsemmija liġi tal-Unjoni għall-protezzjoni

70

Bħalissa dan huwa l-każ għal korp wieħed biss ibbażat fir-Renju Unit, ara l-Anness IV tar-Regolament

(KE) Nru 1235/2008.

71 ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

72 ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

73 ĠU L 39, 13.2.2008, p. 16.

74 ĠU L 84, 20.3.2014, p. 14.

Page 13: EU food law mt14 Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/110/KE tal-20 ta’ Diċembru 2001 li tirrigwarda l-għasel (ĠU L 10, 12.1.2002, p. 47). 15 Id-Direttiva 1999/4/KE tal-Parlament Ewropew

13

tad-Denominazzjonijiet tal-oriġini protetti, tal-Indikazzjonijiet ġeografiċi protetti,

tal-Indikazzjonijiet ġeografiċi u tal-Ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti fid-data tal-

ħruġ jew warajaha se japplika biss fl-Istati Membri tal-UE-27.

B’konsegwenza tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni, id-Denominazzjonijiet tal-

oriġini protetti, l-Indikazzjonijiet ġeografiċi protetti, l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi u

l-Ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti rreġistrati u protetti skont il-liġi tal-Unjoni

msemmija hawn fuq, jistgħu ma jkunux protetti fir-Renju Unit mingħajr

interruzzjoni. Għaldaqstant, jeħtieġ li d-detenturi tad-drittijiet interessati jivvalutaw

jekk għandhomx ifittxu mezzi alternattivi biex jiżguraw il-protezzjoni tal-ismijiet

ġeografiċi rilevanti fir-Renju Unit, skont il-liġi tar-Renju Unit.

Is-siti web tal-Kummissjoni dwar l-importazzjonijiet tal-ikel

(https://ec.europa.eu/food/safety/official_controls/legislation/imports_en), il-biedja

organika (https://ec.europa.eu/agriculture/organic/index_en) u l-iskemi tal-kwalità

(https://ec.europa.eu/info/food-farming-fisheries/food-safety-and-

quality/certification/quality-labels_en) jipprovdu informazzjoni ġenerali dwar il-

leġislazzjoni tal-UE dwar l-ikel għal ikel importat u għall-biedja organika. Dawk il-paġni

se jiġu aġġornati b’informazzjoni addizzjonali, fejn meħtieġ.

Il-Kummissjoni Ewropea

Id-Direttorat-Ġenerali għas-Saħħa u s-Sikurezza tal-Ikel

Id-Direttorat-Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali