Upload
others
View
12
Download
0
Embed Size (px)
Citation preview
Paġna 1 |
1. INTRODUZZJONI
Is-sistemi tas-saħħa tal-Istati
Membri tal-UE huma parti kruċjali mil-livelli għolja ta’ protezzjoni
soċjali u koeżjoni tal-Ewropa.
Is-sistemi tas-saħħa fl-UE huma varjati u jirriflettu l-għażliet soċjetali differenti.
Minkejja d-differenzi organizzazzjonali u finanzjarji, huma mibnija fuq il-valuri
komuni rikonoxxuti mill-Kunsill tal-Ministri
tas-Saħħa fl-20061: l-universalità, l-aċċess għal kura ta’ kwalità tajba, l-ekwità u s-
solidarjetà.
Hemm ukoll rikonoxximent wiesa’ tal-ħtieġa li s-sistemi tas-saħħa jsiru
fiskalment sostenibbli b’mod li
jissalvagwardja dawn il-valuri għall-ġejjieni2.
1 Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar Valuri u Prinċipji Komuni fis-Sistemi tas-Saħħa tal-Unjoni Ewropea (2006/C 146/01): http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=OJ:C:2006:146:0001:0003:EN:PDF. 2 Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar is-sistemi tas-
saħħa u s-sostenibbiltà fiskali (8.11.2016): http://data.consilium.europa.eu/doc/document/ST-14182-2016-INIT/mt/pdf.
Matul l-aħħar għaxar snin, is-sistemi tas-saħħa Ewropej iffaċċjaw sfidi
komuni simili li qegħdin jikbru:
Il-popolazzjoni Ewropea qiegħda tixjieħ
u qed issir aktar esposta għal bosta mard kroniku. Dan iwassal għal
domanda ogħla għall-kura tas-saħħa u żieda fil-pressjoni fiskali;
L-ispejjeż tat-teknoloġija innovattiva u tal-mediċini jiżdiedu u jpoġġu piż fuq
il-finanzi pubbliċi; Il-professjonisti fil-kura medika huma
mqassmin b’mod irregolari,
b’nuqqasijiet f’ċerti oqsma tal-kura; u L-aċċess għall-kura tas-saħħa
mhuwiex imqassam b’mod ugwali u jirriżulta f’inugwaljanzi fl-eżiti tas-
saħħa fis-soċjetà kollha.
Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar
sistemi tas-saħħa effettivi, aċċessibbli u reżiljenti3 ddefinixxiet aġenda strateġika
għas-sistemi tas-saħħa fl-UE.
3 COM(2014) 215 final: https://ec.europa.eu/health/sites/health/files/systems_performance_assessment/docs/com2014_215_final_mt.pdf.
SKEDA INFORMATTIVA TEMATIKA
TAS-SEMESTRU EWROPEW
IS-SISTEMI TAS-SAĦĦA
Paġna 2 |
Kontribuzzjonijiet importanti għal din l-aġenda ġew mir-Rapport Konġunt dwar is-
sistemi tal-kura tas-saħħa u tal-kura fit-tul
u s-sostenibbiltà fiskali, li tħejja mill-Kummissjoni Ewropea u l-Kumitat tal-
Politika Ekonomika4.
Il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali adottat f’April 2017 jiddikjara fil-
Prinċipju 16 li kulħadd għandu d-dritt għal aċċess f’waqtu għal kura tas-saħħa
affordabbli, preventiva u kurattiva ta’
kwalità tajba.
Aċċess f’waqtu jfisser li kulħadd ikun jista’ jaċċessa l-kura tas-saħħa kull meta jkun
jeħtieġha. Dan jirrikjedi post ġeografiku bbilanċjat tal-faċilitajiet tal-kura tas-saħħa
u tal-professjonisti fil-kura medika, kif
ukoll politiki għall-minimizzazzjoni tal-perjodi twal ta’ stennija.
Kura tas-saħħa affordabbli tfisser li n-nies
ma għandhomx jitwaqqfu milli jużaw il-kura meħtieġa minħabba l-ispejjeż.
Kura tas-saħħa ta’ kwalità tajba tfisser li jenħtieġ li din tkun rilevanti, xierqa, sikura
u effettiva.
Is-sistemi tas-saħħa tal-UE qegħdin
jinteraġixxu dejjem aktar ma’ xulxin. Id-Direttiva dwar id-Drittijiet tal-Pazjenti fil-
Kura tas-Saħħa Transkonfinali5 kienet pass importanti fil-provvediment ta’ qafas legali
u għodod ta’ politika għal din il-kooperazzjoni. B’mod partikolari, id-
direttiva tipprovdi regoli ċari u informazzjoni affidabbli lill-pazjenti dwar l-
aċċess u r-rimborż għall-kura tas-saħħa
riċevuta f’pajjiż ieħor tal-UE.
2. IDENTIFIKAZZJONI TAL-ISFIDI
2.1. Is-settur tas-saħħa huwa sors
ewlieni ta’ impjiegi
Is-settur tas-‘saħħa u l-ħidma soċjali’
huwa s-settur li ra l-akbar żieda fl-
4 L-Ekonomija Ewropea, Dokument Istituzzjonali 37, Ottubru 2016: https://ec.europa.eu/info/publications/economy-finance/joint-report-health-care-and-long-term-care-systems-fiscal-sustainability-0_en. 5 Direttiva 2011/24/UE dwar l-applikazzjoni tad-drittijiet tal-pazjenti fil-qasam tal-kura tas-saħħa transkonfinali; ĠU L 88, 4.4.2011.
impjiegi fis-snin riċenti b’aktar minn 2.6 miljun impjieg ġdid (bejn
Paġna 3 |
l-ewwel kwart tal-2009 u l-ewwel kwart tal-2017). Fis-settur tas-saħħa u
tal-ħidma soċjali, iż-żieda fl-impjiegi
tqassmet kif ġej:
fis-sub-settur tas-‘saħħa tal-bniedem’: 960 500 impjieg ġdid, li
jirrappreżentaw 36 % tal-impjiegi ġodda maħluqa fis-settur kollu;
fis-sub-settur tal-‘kura residenzjali’, 946 500 impjieg ġdid, li
jirrappreżentaw 35 % tat-total; u
fil-‘ħidma soċjali mhux residenzjali’: 776 700 impjieg ġdid, li
jirrappreżentaw 29 % tat-total.
Is-‘settur tas-saħħa tal-bniedem u tal-ħidma soċjali’ kien jilqa’ fi ħdanu
24 014 500 impjegat fl-ewwel kwart tal-
2017. Il-biċċa l-kbira ta’ dawn — 13 601 700 impjegat — kienu impjegati
fis-sub-settur tas-‘saħħa tal-bniedem’. Is-sub-settur tal-‘kura residenzjali’ kien
jammonta għal 5 066 800 impjegat, filwaqt li 5 346 000 ħaddiem kienu
impjegati f’attivitajiet ta’ ħidma soċjali
mingħajr akkomodazzjoni’.
Madankollu, mhux l-impjiegi ġodda kollha jikkorrespondu għad-domanda ġdida
għall-kura tas-saħħa: il-popolazzjoni li qed tixjieħ tal-Ewropa teħtieġ settijiet ta’ ħiliet
differenti u modi differenti ta’ ħidma fis-setturi u d-dixxiplini kollha sabiex tiġi
pprovduta kura effettiva.
Hemm spariġġ fil-ħiliet kemm fin-natura
kif ukoll fid-distribuzzjoni tal-ħiliet fil-professjonijiet kollha tas-saħħa. Forom
ġodda ta’ għoti tal-kura li jinvolvu ċaqliq ta’ kompiti (eż. minn tobba għal
infermiera) u integrazzjoni aħjar jistgħu
jipprovdu kura aktar sikura u effettiva bi spejjeż aktar baxxi.
Tabella 1 – L-evoluzzjoni tal-impjiegi fis-settur tas-saħħa u fis-setturi l-oħrajn kollha
Il-bidliet medji annwali fl-impjiegi bejn l-2009 (K1) u l-2017 (K1) fis-settur tas-saħħa tal-bniedem u fis-setturi l-
oħrajn kollha Sors: L-Eurostat, stħarriġ dwar il-forza tax-xogħol.
Il-ħaddiema fis-settur tas-saħħa u tal-
ħidma soċjali għandhom livell ta’ edukazzjoni ferm ogħla mill-medja tas-
setturi kollha. Kif muri fl-Anness, l-għadd
ta’ ħaddiema b’edukazzjoni terzjarja (jiġifieri lawrja mill-università jew minn
istituzzjoni oħra ta’ edukazzjoni għolja) huwa konsistentement ogħla fis-settur tas-
saħħa u tal-ħidma soċjali milli fl-ekonomija kollha.
Fl-2016, 33.9 % tal-ħaddiema kollha fl-UE kellhom edukazzjoni terzjarja; fis-settur
tas-saħħa u tal-ħidma soċjali, dan il-valur
kien ta’ 43.4 %. Il-perċentwal ta’
ħaddiema b’edukazzjoni għolja jew post-sekondarja kien ta’ 48 % għall-ekonomija
kollha u 45 % fis-settur tas-saħħa u tal-
ħidma soċjali. Sabiex nagħlqu l-istampa kollha, 17.9 % tal-ħaddiema kollha
kellhom mhux aktar minn edukazzjoni sekondarja tal-ewwel livell, filwaqt li dan
-4%
-2%
0%
2%
4%
6%
saħħa is-setturi l-oħra kollha medji tal-UE
Paġna 4 |
il-perċentwal kien biss ta’ 11.5 % fis-settur tas-saħħa u tal-ħidma soċjali6.
Is-settur tas-saħħa u tal-ħidma soċjali għadu settur ippreġudikat ħafna lejn forza
tax-xogħol femminili: erbgħa minn kull ħames ħaddiema f’dan is-settur huma nisa
u l-perċentwal baqa’ sostanzjalment l-istess fil-perjodu taħt kunsiderazzjoni.
Settur tas-saħħa effettiv u aċċessibbli jikkontribwixxi wkoll indirettament għat-
tkabbir ekonomiku u l-prosperità: jgħin lin-nies jiksbu u jżommu stat tajjeb ta’
saħħa u, b’hekk, jiggarantixxi parteċipazzjoni usa’ fil-forza tax-xogħol u
produttività ogħla.
2.2. Is-sostenibbiltà fiskali tas-
sistemi tas-saħħa
Is-settur pubbliku għandu rwol ewlieni fil-finanzjament tas-servizzi
tas-saħħa: f’żewġ terzi tal-Istati
Membri, aktar minn 70 % tan-nefqa fuq is-saħħa hija ffinanzjata mis-
settur pubbliku. Din is-sitwazzjoni hija potenzjalment ta’ sfida għas-sostenibbiltà
tal-finanzi pubbliċi, speċjalment fil-kuntest ta’ popolazzjoni li qed tixjieħ.
It-Tabella 2 turi s-sehem tal-finanzjament pubbliku u privat għas-sistemi tal-kura
tas-saħħa fil-pajjiżi kollha tal-UE. L-Istati Membri b’sehem relattivament għoli ta’
nefqa fuq is-saħħa privata huma l-Bulgarija (46 % tan-nefqa totali fuq is-
saħħa), il-Greċja (aktar minn 41 %), Ċipru (54 %), il-Latvja (44 %) u Malta (43 %)7.
L-Istati Membri bl-ogħla sehem ta’ nefqa fuq is-saħħa ffinanzjata mill-gvern huma
r-Repubblika Ċeka (83 %), id-Danimarka (84 %), il-Ġermanja (85 %), il-
Lussemburgu (83 %), il-Pajjiżi l-Baxxi (81 %) u l-Isvezja (84 %).
6 L-edukazzjoni terzjarja tikkorrespondi għal-livelli 5 u 6 tal-ISCED. L-edukazzjoni sekondarja tikkorrespondi għal-livelli 3 u 4 tal-ISCED. L-edukazzjoni sekondarja tal-ewwel livell (u inqas) hija rrappreżentata mil-livelli 0, 1 u 2 tal-ISCED. 7 Il-komponent privat jista’ jiġi xprunat mid-domanda kkawżata mill-provvista u minn kif din tinfluwenza l-għażliet tal-pazjenti. Għalhekk, dan jista’ jistima żżejjed il-ħtiġijiet ta’ finanzjament attwali.
Paġna 5 |
Tabella 2 – Il-finanzjament tas-saħħa
In-nefqa fuq is-saħħa mill-aġent tal-finanzjament (‘Health expenditure by financing agent’) — Sors: OECD, Eurostat,
WHO — data tal-2016 jew l-aktar riċenti
It-Tabella 3 turi l-livelli tan-nefqa pubblika
fuq is-saħħa fl-Istati Membri tal-UE, espressi kemm bħala perċentwal tal-PDG kif ukoll
bħala perċentwal tan-nefqa tal-amministrazzjoni pubblika totali.
Fl-2015, in-nefqa pubblika fuq is-saħħa kienet tammonta għal 7.8 % tal-PDG fl-UE
b’mod ġenerali. Tmien Stati Membri għandhom proporzjon ta’ nefqa fuq is-saħħa
għall-PDG ugwali għal jew ogħla mill-medja ponderata tal-UE: Il-Belġju, id-Danimarka,
il-Ġermanja, Franza, il-Pajjiżi l-Baxxi, l-Awstrija, l-Isvezja u r-Renju Unit. L-Istati
Membri bl-aktar sehem baxx ta’ nefqa fuq
is-saħħa pubblika kienu Ċipru u l-Latvja (3.5 %) u taħt
il-5 % kien hemm il-Bulgarija, l-
Estonja, il-Litwanja, l-Ungerija, il-Polonja u r-Rumanija.
Bħala medja, in-nefqa pubblika fuq is-
saħħa kienet tammonta għal 15 %
tan-nefqa totali tal-gvern fl-UE fl-2015. L-Istati Membri ’l fuq mill-valur tal-UE
kienu r-Repubblika Ċeka, il-Ġermanja, il-Kroazja, l-Irlanda, il-Litwanja, il-
Pajjiżi l-Baxxi, l-Awstrija, is-Slovakkja u r-Renju Unit. L-Istati Membri bl-aktar
valuri baxxi kienu Ċipru (7.2 %) u r-Rumanija (8.4 %), segwiti mill-Greċja,
il-Latvja, l-Ungerija, il-Polonja (kollha
taħt il-11 %) u l-Lussemburgu (11.5 %)8.
Tabella 3 – In-nefqa pubblika fuq is-saħħa
In-nefqa pubblika fuq is-saħħa bħala % tan-nefqa totali tal-gvern u tal-PDG
8 Madankollu, xi pajjiżi għandhom sistema ta’ rkupru fis-seħħ f’ħafna oqsma tan-nefqa fuq is-saħħa. Dan ifisser li l-livell irreġistrat ta’ nefqa pubblika jista’ jissottovaluta l-livell attwali.
0%
20%
40%
60%
80%
100%
CY BG LV MT EL PT LT HU PL IE ES SI FI IT AT EE BE FR UK HR SK RO NL LU CZ SE DK DE
settur pubbliku settur privat
0
5
10
15
20
25
EU DK NL AT SE IT SI EL HR PT SK EE BG RO CY
% fuq nefqa totali tal-gvern % fuq PDG
Paġna 6 |
Sors: Eurostat, Id-Diviżjoni tal-Istatistika tan-Nazzjonijiet Uniti; data tal-2013 jew l-aktar riċenti — kalkoli tas-
servizzi tal-Kummissjoni
Paġna 7 |
Tabella 3 – In-nefqa pubblika fuq is-saħħa
In-nefqa pubblika fuq is-saħħa bħala % tan-nefqa totali tal-gvern u tal-PDG
Sors: Eurostat, Id-Diviżjoni tal-Istatistika tan-Nazzjonijiet Uniti; data tal-2013 jew l-aktar riċenti — kalkoli tas-servizzi
tal-Kummissjoni
In-nefqa fuq is-saħħa pubblika hija
fost l-akbar u l-aktar partiti tal-infiq li qegħdin jikbru malajr għall-gvernijiet.
It-Tabella 4 turi ż-żieda fin-nefqa fuq is-saħħa pubblika bħala perċentwal tal-PDG
bejn l-2008 u l-2014 (f’pps). L-istess figura turi ż-żieda annwali medja tan-nefqa
pubblika reali per capita fuq is-saħħa matul l-istess snin, espressa permezz ta’ ċrieki.
Il-kombinazzjoni ta’ dawn iż-żewġ miżuri tagħti fehim aħjar tan-nefqa pubblika fuq
is-saħħa. Il-varjazzjonijiet fil-livelli tal-infiq tas-saħħa fuq il-PGD huma fil-fatt ir-riżultat
tax-xejriet ikkombinati tat-tnejn, jiġifieri n-nefqa pubblika fuq is-saħħa u l-PDG.
Żieda relattiva fin-nefqa fuq is-saħħa bħala
perċentwal tal-PDG tista’ effettivament tkun l-effett nett ta’ tnaqqis taż-żewġ
miżuri, bil-PDG jonqos aktar mill-infiq (u viċi versa). Għalhekk, il-valuri per capita
jipprovdu informazzjoni addizzjonali sabiex jiġu vvalutati x-xejriet: jekk in-nefqa fuq
is-saħħa tiżdied bħala sehem tal-PDG u tonqos f’termini per capita, x’aktarx li l-
PDG tal-pajjiż qed jonqos aktar malajr
min-nefqa fuq is-saħħa.
Jenħtieġ li l-perkorsi tat-tkabbir jiġu analizzati b’mod konġunt mal-valur għax-
xerrejja. Punt tat-tluq aktar baxx jew ogħla mill-medja jista’ jagħti interpretazzjoni
differenti liż-żidiet u t-tnaqqis fin-nefqa fuq
il-kura tas-saħħa.
0
5
10
15
20
25
EU DK NL AT SE IT SI EL HR PT SK EE BG RO CY
% fuq nefqa totali tal-gvern % fuq PDG
Paġna 8 |
Tabella 4 – Iż-żieda tan-nefqa pubblika fuq is-saħħa bħala % tal-PDG u per capita
Iż-żieda fin-nefqa pubblika fuq is-saħħa bħala % tal-PDG (2008-2014, p.p. skala tal-lemin) u ż-żieda annwali medja fuq
in-nefqa pubblika reali fuq is-saħħa per capita (ċirki, 2008-2014, skala tax-xellug)
Sors: Il-bażi ta’ data tal-WHO dwar is-Saħħa għal Kulħadd — Il-kalkoli tas-servizzi tal-Kummissjoni.
Il-pressjoni għal nefqa ogħla fuq is-
saħħa ser tibqa’. Skont ir-Rapport tal-2015 dwar it-Tixjiħ, hija mistennija żieda
ulterjuri fis-sehem tan-nefqa fuq is-saħħa pubblika fuq il-PDG minn issa sal-2060.
L-ixprunaturi ewlenin għal din iż-żieda huma:
l-introjti dejjem jiżdiedu u l-aspettattivi li qegħdin jogħlew lejn
servizzi tas-saħħa ta’ kwalità għolja;
popolazzjoni li qed tixjieħ; u l-avvanzi teknoloġiċi.
Fix-‘xenarju ta’ referenza tal-Grupp ta’
Ħidma dwar it-Tixjiħ (AWG)’, in-nefqa pubblika fuq is-saħħa fl-UE ser tiżdied
b’0.9 pp. tal-PDG sal-2060 (It-Tabella 5).
Ix-‘xenarju tar-riskji tal-AWG’ jistma żieda medja fin-nefqa ta’ 1.6 pp. tal-PDG
sal-2060 (l-Anness). Għan essenzjali tal-UE huwa li tiżgura s-
sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi, inkluż fuq perspettiva ta’ terminu medju u twil.
Għal ħafna pajjiżi tal-UE, ir-riskji għas-sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi huma
relatati b’mod sostanzjali mal-impatt
ipproġettat tan-nefqa pubblika relatata mal-età
fuq il-kura tas-saħħa u l-kura fit-tul.
Minbarra l-isfidi fiskali, il-kura tas-saħħa u s-sistemi tal-kura fit-tul ħafna drabi
jiffaċċjaw sfidi strutturali komuni li jirrigwardjaw distribuzzjoni u użu
ineffiċjenti tar-riżorsi bejn l-oqsma funzjonali tal-infiq. L-OECD tistma li
waħda minn kull ħamsa tan-nefqa fuq is-saħħa ftit li xejn tikkontribwixxi għat-titjib
tas-saħħa tan-nies. F’xi każijiet, din
saħansitra tirriżulta f’eżiti agħar għas-saħħa. Il-pajjiżi jistgħu potenzjalment
jonfqu ħafna inqas fuq il-kura tas-saħħa mingħajr ma jdgħajfu l-prestazzjoni tas-
sistema tas-saħħa jew l-eżiti tas-saħħa9. Sfidi addizzjonali huma:
l-aċċess inugwali għall-kura tas-saħħa;
l-eċċessi frekwenti tal-baġit;
il-pressjonijiet fiskali kompetittivi minn diversi ministeri;
il-prijoritajiet ta’ politika dejjem jinbidlu;
il-frodi jew il-korruzzjoni; u in-nuqqas ta’ informazzjoni dwar il-valur
għall-flus tal-investiment fis-sistemi tal-kura tas-saħħa u tal-kura fit-tul.
9 OECD; Tackling Wasteful Spending on Health; Jannar 2017 – http://www.oecd.org/health/tackling-wasteful-spending-on-health-9789264266414-en.htm.
Paġna 9 |
Tabella 5 – Is-sitwazzjoni bażi u n-nefqa pproġettata fil-kura tas-saħħa fil-pajjiżi tal-UE matul il-perjodu 2013-60, xenarju ta’ referenza tal-AWG
Sors: Abbażi tar-Rapport tal-2015 dwar it-Tixjiħ — Is-servizzi tal-Kummissjoni.
0
2
4
6
8
10
EU CY LT LV BG RO EE LU PL HU BE CZ IT SI ES IE SE HR SK MT EL DE NL AT FI PT FR DK UK
2013 bidla 2013-2060
Paġna 10 |
2.3. L-aċċess għal sistemi tas-saħħa effettivi jikkontribwixxi għall-
koeżjoni soċjali
L-aktar ostakoli komuni għall-aċċess għall-kura tas-saħħa rriżultaw mill-
inabbiltà u/jew in-nuqqas ta’ rieda tal-pazjenti li jħallsu għal oġġetti u servizzi
mediċi. F’xi pajjiżi, il-ħinijiet ta’ stennija jew id-distanza tal-ivvjaġġar kienu
problema. Il-ħinijiet ta’ stennija jistgħu jseħħu għal diversi raġunijiet, inklużi
raġunijiet relatati ma’ allokazzjoni insuffiċjenti jew inadegwata ta’ riżorsi jew
għal għażliet ta’ ġestjoni attiva magħmula
minn dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet b’rabta mas-sistema tas-saħħa.
L-aċċess għall-kura tas-saħħa jista’ jiġi mfixkel ukoll
mid-disponibbiltà insuffiċjenti tal-infrastruttura tal-kura tas-saħħa u tal-
forza tax-xogħol fis-settur tas-saħħa.
Indikatur li jintuża ta’ spiss sabiex juri l-ostakli fl-aċċess għall-kura tas-saħħa
huwa l-ħtiġijiet tal-pazjenti mhux issodisfati u rrapportati minnhom stess10.
Dan l-indikatur issa huwa adottat fit-tabella ta’ valutazzjoni soċjali li tifforma
parti mill-pilastru soċjali.
F’erbgħa minn kull ħames pajjiżi
Ewropej, inqas minn 5 % tal-popolazzjoni rrapportaw livelli ta’
ħtiġijiet mhux issodisfati għal eżami
mediku. Madankollu, f’xi pajjiżi, il-proporzjon ta’ nies li jirrapportaw ħtiġijiet
mhux issodisfati kien konsiderevolment ogħla11.
Tabella 6 – Il-ħtiġijiet mhux issodisfati awto-rrapportati għal eżami mediku minħabba l-ispiża, il-ħin ta’ stennija u d-distanza tal-ivvjaġġar
Sors: EU-SILC (2015)
10 Il-ħtiġijiet mhux issodisfati awto-rrapportati għall-kura medika jikkonċernaw il-valutazzjoni proprja minn persuna ta’ jekk teħtieġx eżaminazzjoni jew trattament għal tip speċifiku ta’ kura tas-saħħa, iżda li ma ngħatawlhiex jew ma fittxithomx minħabba t-tliet raġunijiet li ġejjin: ‘Raġunijiet finanzjarji’, ‘Lista ta’ stennija’ u ‘Vjaġġ twil wisq’. Il-problemi li jirrapportaw in-nies sabiex jiksbu l-kura meta jkunu morda ta’ spiss ikunu jirriflettu ostakoli sinifikanti għall-kura. 11 B’referenza speċifika għall-Greċja, it-tnaqqis drammatiku fis-salarji u ż-żieda fil-qgħad f’sistema frammentata tal-assigurazzjoni medika b’ridistribuzzjoni dgħajfa kkaġunaw tnaqqis konsiderevoli fil-kopertura u fl-eliġibbiltà għall-kura tas-saħħa pubblika. Filwaqt li hemm evidenza ta’ konsum eċċessiv ta’ servizzi tal-kura tas-saħħa qabel il-kriżi fil-Greċja (kif rifless mil-livell għoli ta’ pagamenti mġarrba direttament), dan ma baqax affordabbli minħabba l-kriżi. Il-kopertura universali ġiet introdotta bis-saħħa ta’ riformi sussegwenti fl-2014 u fl-2016. L-impatt ta’ dawn ir-riformi fuq il-ħtiġijiet mhux issodisfati għadu mhuwiex kopert mid-data disponibbli.
0
2
4
6
8
10
12
14
EU EE EL RO LV PL IT BG FI PT IE LT HU UK BE SK HR CY DK FR SE LU CZ MT ES DE SI NL AT
Spiża għolja Distanza twila Ħin ta' stennija
Paġna 11 |
Id-diskrepanzi fl-aċċess awto-rrapportat għal kura tas-saħħa ta’
kwalità tajba jistgħu jinstabu fl-UE
kollha, minkejja l-Istati Membri li jaqblu mal-prinċipju komuni tal-ekwità tas-
sistemi tas-saħħa. L-ostakoli għall-ekwità fl-aċċess għall-kura tas-saħħa jistgħu
jkunu diversi, u jinkludu fatturi finanzjarji, amministrattivi, ġeografiċi, legali, kulturali
u organizzattivi.
Il-ħtiġijiet mediċi mhux issodisfati awto-
rrapportati għandhom jitqiesu wkoll fl-isfond tal-miżuri oġġettivi tal-użu u n-
nefqa fuq il-kura tas-saħħa. Pereżempju, il-livell tal-infiq pubbliku, privat u mġarrba
direttament fuq il-kura tas-saħħa12, li jipprovdi wkoll informazzjoni relatata mal-
protezzjoni finanzjarja tal-popolazzjoni kontra r-riskji ta’ mard u l-użu attwali tas-
servizzi tas-saħħa.
L-għoti ta’ aċċess universali
sostenibbli għal kura ta’ kwalità għolja jirrikjedi aktar effiċjenza u
effettività fl-infiq fuq is-saħħa, fi sfond ta’ domanda li qed tiżdied u riżorsi limitati.
L-isfida hija li jiġu identifikati modi kost-
effettivi għall-finanzjament, l-organizzazzjoni u l-għoti tal-kura, kif ukoll
għall-kisba ta’ eżiti tas-saħħa aħjar billi r-riżorsi disponibbli jintużaw b’mod aktar
razzjonali.
B’mod kumplessiv, it-tnaqqis fl-infiq
immirat għat-twassil ta’ tfaddil għal żmien qasir u li ma jimmirax għall-kosteffettività
tas-sistema jista’ jwassal għal nefqa ogħla
fuq perjodu ta’ żmien minn medju sa twil.
B’mod partikolari, ħafna Stati Membri
jqisuha bħala sfida li jtejbu l-aċċess għal mediċini affordabbli. Fil-fatt, huwa previst
li fis-snin li ġejjin ser jiġu varati għadd kbir ta’ mediċini ġodda, tant li joħolqu aktar
ħtiġijiet ta’ finanzjament meta mqabbel mal-aħħar għaxar snin.
12 L-infiq imġarrab direttament jirreferi għal pagamenti diretti għal oġġetti u servizzi mill-introjtu primarju jew mit-tfaddil tal-unitajiet domestiċi, meta l-pagament isir mill-utent fil-mument tax-xiri tal-oġġetti jew tal-użu tas-servizzi jew mingħajr ebda rimborż jew bħala kondiviżjoni tal-ispejjeż bi skema organizzata. Dan l-indikatur huwa potenzjalment influwenzat mill-għażliet tal-pazjenti. Il-komparabilità tad-data bejn il-pajjiżi bħalissa hija limitata minħabba l-livell ta’ preċiżjoni li bih ġiet implimentata l-SHA 2011 fil-pajjiżi tal-UE.
In-natura tal-mediċini ġodda qed tinbidel b’mod gradwali: l-innovazzjonijiet huma
bbażati fuq prodotti farmaċewtiċi bijoloġiċi
kumplessi u għaljin u qegħdin jimmiraw dejjem aktar lejn gruppi iżgħar tal-
popolazzjoni. L-entitajiet pubbliċi jew privati li jħallsu għall-kura tas-saħħa
kulma jmur qegħdin isibuha aktar bi tqila sabiex iħallsu għan-numru dejjem jikber
ta’ dawn il-mediċini.
Bosta mwiet fl-Ewropa għadhom
qegħdin iseħħu kmieni wisq. Fl-UE, matul l-2014 mietu 1.69 miljun persuna
taħt il-75 sena. Minn dawn, madwar
562 034 mewta jistgħu jitqiesu bħala prematuri. Dawk l-imwiet setgħu jiġu
evitati fid-dawl tal-għarfien mediku u t-teknoloġija attwali. L-attakki tal-qalb u l-
puplesiji flimkien kienu jammontaw għal kważi nofs dawn l-imwiet evitabbli totali.
Il-kunċett ta’ mortalità soġġetta għall-kura tas-saħħa huwa bbażat fuq l-idea li ċerti
mwiet (għal gruppi ta’ etajiet speċifiċi u
minn mard speċifiku) jistgħu jiġu ‘evitati’. Fi kliem ieħor, ċerti mwiet ma kinux
iseħħu f’dan l-istadju — kieku kien hemm kura tas-saħħa f’waqtha u effettiva fis-
seħħ.
Dan l-indikatur fuq il-mortalità evitabbli
permezz tal-kura tas-saħħa jintuża f’kuntest globali tal-valutazzjonijiet tal-
prestazzjoni tas-sistema tas-saħħa sabiex
jipprovdi xi indikazzjoni tal-kwalità u l-prestazzjoni tal-politiki tal-kura tas-saħħa.
L-ishma ta’ mwiet li huma soġġetti għal kura tas-saħħa ottimali fost l-imwiet kollha
ta’ persuni taħt il-75 sena fl-2013 ivarjaw b’mod konsiderevoli bejn l-Istati Membri
tal-UE.
Paġna 12 |
Tabella 7 – Il-mortalità soġġetta għall-kura tas-saħħa
Sors: Il-Bażi tad-Data tal-Eurostat (2014)
3. L-IDENTIFIKAZZJONI TAL-GĦODOD TA’ POLITIKA XIERQA LI
JINDIRIZZAW L-ISFIDI
Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar
sistemi tas-saħħa effettivi, aċċessibbli u reżiljenti tipproponi aġenda tal-UE b’għadd
ta’ mekkaniżmi ta’ kooperazzjoni maħsuba biex jappoġġjaw ir-riformi nazzjonali. L-
għan huwa li tittejjeb il-prestazzjoni tas-sistemi tas-saħħa fl-UE. Il-mekkaniżmi
jinkludu l-valutazzjoni tat-teknoloġija tas-
saħħa, is-Saħħa-e u s-saħħa diġitali, il-valutazzjoni tal-prestazzjoni tas-sistema
tas-saħħa, l-ippjanar tal-forza tax-xogħol, in-netwerks ta’ referenza Ewropej, eċċ13.
Din il-kooperazzjoni għandha l-ħsieb li
ttejjeb l-effiċjenza u l-effettività tas-
sistemi tas-saħħa sabiex jiġu żgurati s-sostenibbiltà fiskali u l-aċċess għal servizzi
tal-kura tas-saħħa ta’ kwalità tajba għal kulħadd.
Ir-Rapport Konġunt tal-KE-EPC dwar is-
sistemi tal-kura tas-saħħa u tal-kura fit-tul
(2016) jidentifika għadd ta’ oqsma fejn it-titjib jista’ jżid il-kosteffettività tas-sistemi
tas-saħħa fit-terminu medju u twil u s-sostenibbiltà fit-tul tagħhom.
L-għodod ta’ politika xierqa jinkludu:
13 https://ec.europa.eu/health/home_mt.
It-titjib fil-governanza tas-sistemi.
1) It-tisħiħ tal-kooperazzjoni bejn l-
awtoritajiet tal-politika fiskali u tas-saħħa u l-użu ta’ firxa wiesgħa ta’ għodod tal-
ippjanar baġitarju maħsuba biex jappoġġjaw l-effiċjenza, it-trasparenza u l-
kontabilità;
2) It-twaqqif ta’ strateġiji tat-teknoloġija
tal-informatika u l-ġestjoni tad-data sabiex jappoġġjaw il-monitoraġġ u l-governanza
u t-tisħiħ tal-ġlieda kontra l-korruzzjoni, il-frodi u l-użu ħażin tar-riżorsi pubbliċi;
3) Il-valutazzjoni tar-riformi ex ante u ex
post b’mod sistematiku u formalizzat
abbażi tal-evidenza u l-implimentazzjoni ta’ valutazzjoni tal-prestazzjoni tas-
sistema tas-saħħa;
4) Id-definizzjoni b’mod ċar tar-rwoli tal-awtoritajiet pubbliċi għal servizzi ta’ kura
fit-tul, bil-għan li jiġu integrati s-servizzi
mediċi u soċjali permezz ta’ qafas legali u tittejjeb l-effiċjenza amministrattiva;
5) It-titjib tal-adegwatezza u l-kwalità tar-
riżorsi umani fis-settur tas-saħħa permezz tal-adattar tal-ippjanar għall-ħtiġijiet, l-
aġġustament tal-inċentivi, l-esplorazzjoni
tal-possibbiltà tar-reklutaġġ ta’ tobba bejn il-fruntieri u l-ippjanar fit-tul;
Il-promozzjoni tas-sostenibbiltà u tal-
effiċjenza tal-finanzjament u n-nefqa
Paġna 13 |
6) L-iżgurar li l-pakketti ta’ benefiċċji rrimborżati mill-pubbliku jkunu bbażati fuq
il-kriterji tal-kosteffettività u l-ekwità, kif
ukoll li l-iskemi ta’ kondiviżjoni tal-ispejjeż jappoġġjaw it-trażżin tan-nefqa pubblika,
filwaqt li jippreservaw l-aċċess;
7) It-tfassil ta’ mekkaniżmi tal-pagi u tax-xiri għall-promozzjoni tal-effiċjenza u l-
ekwità;
8) Iċ-ċaqliq tas-sistemi tas-saħħa lil hinn
mill-mudell tradizzjonali ċċentrat fuq l-isptar, billi jingħata rwol aktar b’saħħtu
lill-kustodja u r-riferiment għall-kura primarja, il-promozzjoni tal-koordinazzjoni
u l-integrazzjoni tal-kura;
9) It-tisħiħ tas-sostenibbiltà tal-kura fl-
isptarijiet permezz tat-titjib tal-arranġamenti tal-finanzjament, it-tnaqqis
tal-ispejjeż operattivi u t-titjib tat-tqabbil tal-prestazzjoni tal-isptarijiet u l-
valutazzjoni komparattiva;
10) It-tisħiħ tal-użu kost-effettiv u l-
affordabbiltà tal-mediċini permezz tal-promozzjoni tal-akkwist pubbliku u r-rwol
tal-mediċini ġeneriċi u bijosimili14, politiki xierqa ta’ kontroll tal-prezzijiet u l-
promozzjoni tal-użu razzjonali tal-mediċini.
11) L-esplorazzjoni ulterjuri ta’ mekkaniżmi ta’ kooperazzjoni bejn il-
pajjiżi sabiex jiġu indirizzati l-kwistjonijiet tad-disponibbiltà u l-aċċessibbiltà tal-
prodotti mediċinali fil-pajjiżi tal-UE. Jenħtieġ li dawn jinkludu mekkaniżmi
regolatorji xierqa fil-livell tal-UE u
ftehimiet ta’ akkwist konġunt;
12) L-iffaċilitar ta’ deċiżjonijiet ta’ kopertura kost-effettivi u infurmati skont
valutazzjoni tat-teknoloġija tas-saħħa, inkluż permezz ta’ kooperazzjoni bejn l-
Istati Membri;
It-titjib fl-aċċess, il-kwalità u l-
effettività tal-kura
14 Mediċina ġenerika hija prodott farmaċewtiku li huwa l-istess bħal mediċina li diġà tkun ġiet awtorizzata (il-‘mediċina ta’ referenza’). Hija fiha l-istess sustanza/i attiva/i bħall-mediċina ta’ referenza. Mediċina bijosimili hija simili ħafna fl-aspetti essenzjali kollha għal mediċina bijoloġika diġà approvata.
13) It-tisħiħ tal-politiki għall-promozzjoni tas-saħħa u l-prevenzjoni tal-mard: il-
promozzjoni ta’ kampanji dwar il-fatturi ta’
riskju, l-iżvilupp ta’ inizjattivi integrati f’bosta setturi u ma’ bosta partijiet
ikkonċernati u l-allinjament tal-pjanijiet finanzjarji mal-iskedi ta’ żmien tal-politika;
14) Iż-żieda tal-aċċessibbiltà għal kura ta’
kwalità tajba billi jitnaqqsu l-ħinijiet ta’ stennija u l-piż finanzjarju tal-familji fir-
rigward tan-nefqa fuq is-saħħa, inklużi
pagamenti informali;
15) It-teħid f’kunsiderazzjoni tal-ħtiġijiet ta’ gruppi vulnerabbli, b’mod partikolari
permezz ta’ politiki fiskali u ta’ protezzjoni soċjali rilevanti, kooperazzjoni
intersezzjonali fit-twassil tas-servizzi ta’
kura, servizzi kulturalment sensittivi;
16) Il-provvediment ta’ livelli adegwati ta’ kura lil dawk fil-bżonn permezz tal-
promozzjoni u l-valutazzjoni tal-kwalità u tal-effettività;
17) Il-promozzjoni tal-għajxien indipendenti u s-sostenn għall-għoti tas-
servizzi tas-saħħa u tal-kura fit-tul fid-djar u fil-komunità, minflok f’ambjenti
istituzzjonali, meta jkun xieraq;
18) Il-promozzjoni ta’ tixjiħ f’saħħtu u l-
prevenzjoni tad-deterjorament fiżiku u mentali tal-persuni b’kundizzjonijiet
kroniċi.
4. EŻAMI BIR-REQQA TAS-
SITWAZZJONI ATTWALI TAL-POLITIKA
Diversi Stati Membri introduċew u implimentaw miżuri sostanzjali sabiex
iżidu l-aċċess għas-servizzi tas-saħħa, filwaqt li jinżammu l-kwalità u s-
sostenibbiltà tas-sistema.
Il-Bulgarija, l-Estonja, Malta, l-Awstrija u
l-Polonja indirizzaw ir-riformi sostanzjali
maħsuba biex isaħħu l-kura primarja u jikkoordinaw aħjar mal-kura fl-isptarijiet u
dik speċjalizzata. Barra minn hekk, l-Isvezja allokat ukoll aktar fondi bil-għan li
ttejjeb l-aċċessibbiltà tas-servizzi tal-kura tas-saħħa.
Ċipru imbarka fuq tfassil mill-ġdid tas-sistema tas-saħħa tiegħu sabiex jagħti l-
Paġna 14 |
aċċess għall-kura tas-saħħa lill-popolazzjoni kollha u jnaqqas il-pagamenti
għoljin imġarrba direttament.
Fl-2016 u l-2017, il-Portugall implimenta riformi sinifikanti sabiex jiżgura kopertura
tas-saħħa universali.
Il-Bulgarija ħadet passi sabiex iżżid il-kura
għall-pazjenti ta’ barra meta l-kopertura pubblika baxxa tas-servizzi mediċi għall-
pazjenti ta’ barra tagħmilha diffiċli għal ċerti nies biex jaċċessaw il-kura tas-saħħa.
L-Awstrija introduċiet sistema ġdida ta’ DRG (gruppi relatati mad-dijanjosi) għall-
pagamenti fiż-żona tal-kura ambulatorja
tal-isptarijiet sabiex tittaffa l-pressjoni mis-settur tal-kura residenzjali u jiġi
inċentivat l-użu tas-servizzi ambulatorji u kliniċi ta’ matul il-jum.
Il-Latvja u l-Polonja bdew riformi sabiex iżidu d-disponibbiltà tal-forza tax-xogħol
fis-settur tas-saħħa.
L-Ungerija u r-Rumanija ħadu azzjonijiet
inizjali sabiex iżidu l-pagi għall-
professjonisti fil-kura medika.
Il-Latvja, il-Polonja, il-Portugall u r-
Rumanija ħabbru miżuri bil-għan li jattiraw tobba u infermiera sabiex jaħdmu f’żoni
rurali jew peri-urbani.
Il-Latvja u Malta naqqsu l-ħinijiet ta’
stennija, filwaqt li r-Rumanija organizzat mill-ġdid partijiet mis-sistema tal-kura
ambulatorja.
L-Italja, Malta, il-Portugall u s-Slovenja żviluppaw u implimentaw soluzzjonijiet tal-
ICT sabiex inaqqsu l-ħinijiet ta’ stennija għas-servizzi tal-kura tas-saħħa.
Spanja, l-Italja, il-Portugall u s-Slovakkja qegħdin jimplimentaw riformi bħaċ-
ċentralizzazzjoni tal-akkwist, l-użu ta’ mediċina ġenerika u l-iżvilupp ta’ korpi
għall-valutazzjoni tat-teknoloġija tas-
saħħa. L-għan aħħari huwa li jiżdied l-aċċess għall-mediċini u jiġi żgurat l-użu
kost-effettiv tagħhom.
Il-Latvja u r-Rumanija implimentaw
pjanijiet sabiex isaħħu l-mekkaniżmi ta’
kontabilità u trasparenza fis-sistema tas-saħħa.
Iċ-ċiklu tal-Istat tas-Saħħa fl-UE15
jippreżenta evidenza dwar il-politiki tas-saħħa fl-Ewropa. B’mod partikolari, il-
profili tas-saħħa tal-pajjiżi jagħtu analiżijiet aktar dettaljati tas-sitwazzjoni
attwali tal-politika f’kull Stat Membru.
Ir-rapport ta’ akkumpanjament jibni fuq
is-sejbiet tal-profili tal-pajjiżi u jenfasizza l-implikazzjonijiet ta’ politika trażversali.
Data: 26.9.2017
15 https://ec.europa.eu/health/state/summary_mt.
Paġna 15 |
5. RIŻORSI UTLI:
Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar sistemi tas-saħħa effettivi, aċċessibbli u
reżiljenti (COM(2014) 215 finali) https://ec.europa.eu/health/sites/health/files/systems_performance_assessment/doc
s/com2014_215_final_mt.pdf
Rapport konġunt dwar is-sistemi tal-kura tas-saħħa u tal-kura fit-tul u s-sostenibbiltà
fiskali (‘Joint report on health care and long-term care systems and fiscal sustainability’) — L-Ekonomija Ewropea, Dokument istituzzjonali 37, Ottubru 2016;
DĠ għall-Affarijiet ekonomiċi u finanzjarji u l-Kumitat tal-Politika Ekonomika https://ec.europa.eu/info/publications/economy-finance/joint-report-health-care-
and-long-term-care-systems-fiscal-sustainability-0_en
L-Istat tas-Saħħa fl-UE: Profili tas-saħħa tal-pajjiżi https://ec.europa.eu/health/state/country_profiles_mt
‘Health at a Glance: Europe 2016’ — Iċ-ċiklu tal-Istat tas-Saħħa fl-UE, l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-OECD, Pariġi
https://ec.europa.eu/health/state/glance_mt
Skeda informattiva tematika tas-Semestru Ewropew dwar il-finanzi pubbliċi u s-
sostenibbiltà
Il-Bażi ta’ Data tal-WHO dwar is-Saħħa għal Kulħadd
Il-Bażi ta’ Data tal-OECD dwar is-Saħħa
Għodda tal-Kummissjoni Ewropea b’data tal-ECHI https://ec.europa.eu/health/indicators/indicators_mt
Opinjoni mill-Grupp ta’ Esperti dwar modi effettivi ta’ investiment fis-saħħa fuq ‘It-Tipoloġija tar-riformi tal-politika tas-saħħa u l-qafas għall-evalwazzjoni tal-effetti tar-
riformi’ (‘Typology of health policy reforms and framework for evaluating reform effects’)
https://ec.europa.eu/health/expert_panel/sites/expertpanel/files/013_healthpolicyreforms_reformeffects_en.pdf
Opinjoni mill-Grupp ta’ Esperti dwar modi effettivi ta’ investiment fis-saħħa fuq ‘L-
Aċċess għas-servizzi tas-saħħa fl-Unjoni Ewropea’ (‘Access to health services in the European Union’)
https://ec.europa.eu/health/expert_panel/sites/expertpanel/files/015_access_healthservices_en.pdf
Opinjoni mill-Grupp ta’ Esperti dwar modi effettivi ta’ investiment fis-saħħa fuq ‘Id-definizzjoni ta’ qafas ta’ referenza fir-rigward tal-kura primarja b’enfasi speċjali fuq
is-sistemi ta’ finanzjament u s-sistemi ta’ riferiment’ (‘Definition of a frame of reference in relation to primary care with a special emphasis on financing systems
and referral systems’)
https://ec.europa.eu/health/expert_panel/sites/expertpanel/files/004_definitionprimarycare_en.pdf
Rapport mill-grupp ta’ esperti tal-UE dwar il-valutazzjoni tal-prestazzjoni tas-sistemi tas-saħħa ‘So What? Strategies across Europe to assess quality of care’
https://ec.europa.eu/health/sites/health/files/systems_performance_assessment/docs/sowhat_en.pdf
Rapport mill-grupp ta’ esperti tal-UE dwar il-valutazzjoni tal-prestazzjoni tas-sistemi tas-saħħa ‘Blocks: Tools and methodologies to assess integrated care in Europe’
https://ec.europa.eu/health/sites/health/files/systems_performance_assessment/doc
s/2017_blocks_en_0.pdf
Paġna 16 |
ANNESS
Tabella A: Id-diskrepanza kwintili tal-introjtu16
għall-ħtieġa mhux issodisfata awto-
rrapportata għall-kura medika, 2015
Sors: Eurostat, EU-SILC. Noti: ir-raġunijiet kollha; id-differenza espressa f’punti perċentwali.
Tabella B: In-nefqa mġarrba direttament mill-unitajiet domestiċi privati bħala % tan-nefqa kurrenti totali fuq is-saħħa, data tal-2014 jew l-aktar data riċenti disponibbli
Sors: WHO HfA-DB
16 Id-differenza (diskrepanza) bejn il-perċentwal tal-popolazzjoni mill-kwintil tal-introjtu fl-iżjed livell baxx (k1) u fl-ogħla livell (k5) u l-ħtiġijiet mhux issodisfati awto-rrapportati għal eżami mediku matul it-12-il xahar preċedenti. L-ewwel grupp kwintili jirrappreżenta l-20 % tal-popolazzjoni bl-aktar introjtu baxx u l-ħames grupp kwintili jirrappreżenta l-20 % tal-popolazzjoni bl-ogħla introjtu.
Paġna 17 |
Tabella Ċ: In-nefqa pproġettata fil-kura tas-saħħa fil-pajjiżi tal-UE matul il-perjodu 2013-60, xenarju ta’ riskju tal-AWG
Sors: Abbażi tar-Rapport tal-2015 dwar it-Tixjiħ — Is-servizzi tal-Kummissjoni.
Tabella D: Il-livell ta’ edukazzjoni tal-forza tax-xogħol
L-impjieg ta’ ħaddiema li għandhom edukazzjoni terzjarja bħala perċentwal tal-impjieg totali fis-settur tas-saħħa u tal-ħidma soċjali u fis-setturi kollha, 2016 — Sors: L-Eurostat
0
2
4
6
8
10
2013 bidla 2013-2060
0
20
40
60
80
EU CY BG ES EL IE LT UK EE PL BE LV FI SE IT DK SI PT MT NL FR HR CZ LU AT RO HU SK DE
Total - l-attivitajiet kollha NACE L-attivitajiet kollha ta' saħħa umana u ħidma soċjali