24
ĦARĠA NUMRU 21 - REBBIEGĦA 2020 NEWSPAPER POST PUBBLIKAZZJONI MAĦRUĠA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, SAJD U DRITTIJIET TAL-ANNIMALI Nisġet artna

- REBBIEGĦA 2020 NEWSPAPER POST Nisġet artna · 2020-03-27 · Dħalna fi żmien ir-rebbiegħa, staġun mill-isbaħ li jinżel tajjeb ma’ kulħadd wara l-ġranet kesħin tax-xitwa

  • Upload
    others

  • View
    2

  • Download
    0

Embed Size (px)

Citation preview

Page 1: - REBBIEGĦA 2020 NEWSPAPER POST Nisġet artna · 2020-03-27 · Dħalna fi żmien ir-rebbiegħa, staġun mill-isbaħ li jinżel tajjeb ma’ kulħadd wara l-ġranet kesħin tax-xitwa

ĦARĠA NUMRU 21 - REBBIEGĦA 2020 NEWSPAPER POST

PUBBLIKAZZJONI MAĦRUĠA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA,SAJD U DRITTIJIET TAL-ANNIMALI

Nisġet artna

Page 2: - REBBIEGĦA 2020 NEWSPAPER POST Nisġet artna · 2020-03-27 · Dħalna fi żmien ir-rebbiegħa, staġun mill-isbaħ li jinżel tajjeb ma’ kulħadd wara l-ġranet kesħin tax-xitwa

EditorjalPubblikazzjoni maħruġa mill-Ministeru għall-Agrikoltura, Sajd u Drittijiet tal-Annimali

Dipartiment għall-Affarijiet RuraliĊentru ta’ Riċerka u Żvilupp L-Għammieri, Triq l-Ingiered Il-Marsa, MRS3303

Ritratt meħud minn Emanuel Cauchi

EditurClaire Cauchi

Qari tal-proviBraden Saffrett

KontributuriKimberly TerribileChantea BalzanDavid BartoloEleonor CiantarMelanie CamilleriMalcolm Borg

Arnold Sciberras Dr Alicia SaidJeffrey Sciberras Maria MicallefNeil David Tanti Anton B DougallRobert Cutajar

Werrej

04Edukazzjoni fl-Akkwakultura

05Il-Kappella ta’ Maria Maddalena – Ħad-Dingli

06It-Tieni Konferenza Ewropea fuq il-batterju qerriedi Xylella fastidiosa

08Razez Domestici Maltin: Rettili Mammiferi Ħut u Invertebrati

10Pjanti Rari fil-Gżejjer Maltin

14AgriConnect FAS

15Ħidmet id-Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali għas-sena 2020

16Il-Pagamenti Diretti

18Żewġ RHIB’s ġodda għad-Dipartiment tas-Sajd u Akkwakultura

20Ċetaċjani u Sajjieda

22Artiklu għat-tfal

23Riċetti ta’ Anton B Dougall

Għeżież qarrejja, Dħalna fi żmien ir-rebbiegħa, staġun mill-isbaħ li jinżel tajjeb ma’ kulħadd wara l-ġranet kesħin tax-xitwa. It-temperatura tippermetti wkoll li ngawdu u ndumu iktar barra għaliex naqilbu għall-ħin tas-sajf.

In-natura terġa’ tibda tqum mir-raqda, u x-xogħol tal-bidwi jiżdied ferm, sabiex fis-suq aħna lkoll inkunu nistgħu ngawdu iktar minn ħxejjex u frott frisk lokali. Fir-rebbiegħa nsibu nixtru iktar ħaxix tal-borma, allura fil-kċina tagħna, il-platti jkunu iktar varjati u nutrittivi.

Dan iż-żmien huwa żmien sabiħ sabiex inkunu nistgħu ngawdu l-ambjent u l-baħar flimkien mal-familji tagħna, nieħdu ftit arja friska u pawsa tant bżonjuża mill-ħajja mgħaġġla ta’ kuljum. Fil-kampanja nkunu nistgħu nammiraw ħafna iktar l-ilwien sbieħ tal-fjuri u l-ħaxix li jħaddar kullimkien.

Bħal dejjem għal din il-ħarġa preparajna għalikom diversi artikli interessanti minn diversi setturi fil-qasam tal-biedja, sajd u drittijiet tal-annimali flimkien ma’ xi riċetti u artiklu għat-tfal. Nittama li ssibuhom interessanti u jintlaqgħu tajjeb magħkom il-qarrejja u tinsewx tingħaqdu magħna fil-paġna ta’ Facebook Nisġet Artna sabiex tibqgħu dejjem aġġornati b’dak kollu li jkun għaddej fi ħdan is-settur.

Tislijiet,Claire Cauchi

*Nota: L-artiklu Miżura tal-Baġit 68 f’ħarġa numru 20 inkiteb minn Matthew Tabone, CSO fi ħdan id-DCD flimkien ma’ Malcolm Borg, D.Director IAS-MCAST

StamparGovernment Printing Press

DisinnOutlook coop

Page 3: - REBBIEGĦA 2020 NEWSPAPER POST Nisġet artna · 2020-03-27 · Dħalna fi żmien ir-rebbiegħa, staġun mill-isbaħ li jinżel tajjeb ma’ kulħadd wara l-ġranet kesħin tax-xitwa

Il-Messaġġ tal-Ministru

Anton RefaloMinistru għall-Agrikoltura, Sajd u Drittijiet tal-Annimali

Għeżież,Hu ta’ pjaċir għalija li permezz tal-irwol li ġejt fdat fiħ bħala Ministru tal-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali naħdmu b’mod kollettiv sabiex nindirizzaw il-bżonnijiet ta’ dawn s-setturi u nfasslu viżjoni għall-ġejjieni fl-interess komuni.

Din hi verament rebbiegħa ġdida għal dan is-settur, issa li pajjiżna għandu Ministeru iffukat fuq dawn l-oqsma għandna l-opportunita’ li niffukaw l-enerġija u r-riżorsa tagħna sabiex nindirizzaw kwistjonijiet ta’ importanza u nattwaw fejn hemm bżonn.

Minkejja li l-Ministeru tagħna għadu qed jissawwar, fl-ewwel ġimgħat tiegħu, ninsab kuntent li d-djalogu ta’ bejnietna diġa qiegħed iħalli l-frott. Tajjeb li f’dan l-istadju nkomplu nisimgħu u niddiskutu t-tħassib tagħkom, sabiex f’qasir żmien infasslu direzzjoni ‘il quddiem, li tkompli fuq it-tajjeb li sar u ssaħħaħ fejn hemm il-bżonn.

Ser naħdem bla għeda sabiex is-setturi tal-agrikoltura u s-sajd f’Malta jkollhom ir-riżorsi kollha meħtieġa sabiex jirnexxu. Mhux ser nittollera li jinħela ħin, iżda naċċerta li bil-ħidma tagħna nkunu proattivi u nimxu bil-pass meħtieġa sabiex il-Malti, fejn hu possibli, jimxi bl-istess rittmu ta’ Ewropej oħra, u fejn hemm l-isfidi jew diffikultajiet jiġu mgħeluba.

Hemm bżonn li ninkoraġġixxu lill-bdiewa żgħażagħ sabiex iħarsu lejn

teknoloġiji ġodda u varjetà ta’ prodotti agrikoli. Fit-tema tar-rebbiegħa u bidu ġdid, aħna lkoll ser nippruvaw inkunu kreattivi fil-prospetti tagħna għal dan is-settur biex ninkoraġġixxu l-innovazzjoni. L-agrikoltura tikkonsisti f’ħafna aspetti u aħna biħsiebna ninvolvu l-partijiet interessati kollha rilevanti.

Permezz tal-ħidma tagħna flimkien, nistgħu nressqu lill-konsumatur lokali eqreb lejn il-produtturi lokali sabiex ninkoraġġixxu konsum akbar ta’ prodotti lokali u biex dejjem ikun hemm sens akbar ta’ sodisfazzjon fl-appoġġ tagħna lejn il-bdiewa u l-produtturi lokali.

Il-Ħarsien tal-Annimali se jingħata prijorità, mhux bil-paroli iżda bil-fatti. Hawn ħafna li jgħatu s-sehem tagħhom b’mod volontarju f’dan il-qasam u għaldaqstant irridu naċċertaw li ngħamlu ħilitna biex inkunu ta’ appoġġ sħiħ dan billi noħolqu skemi ġodda sabiex niżguraw li l-għanijiet komuni tagħna jistgħu jintlaħqu.

Filwaqt li nuri r-ringrazzjament tiegħi għal dan l-appoġġ u s-sehem kontinwu tagħkom, nappella sabiex flimkien naħdmu bla għeda sabiex ngħamlu minn dan is-settur storja ta’ suċċess.

Tislijiet,

Anton Refalo

3Rebbiegħa

Page 4: - REBBIEGĦA 2020 NEWSPAPER POST Nisġet artna · 2020-03-27 · Dħalna fi żmien ir-rebbiegħa, staġun mill-isbaħ li jinżel tajjeb ma’ kulħadd wara l-ġranet kesħin tax-xitwa

Wieħed mill-għanijiet prinċipali tal-proġetti ERASMUS huwa l-koperazzjoni bejn il-pajjiżi fi ħdan l-Unjoni Ewropea. Dawn il-proġetti jwasslu wkoll għal ħidma bejn is-settur tal-edukazzjoni, l-industrija u l-pubbliku ġenerali. Wieħed minn dawn l-imsemmija proġetti huwa l-Proġett Aqua-view. Din hija kollaborazzjoni bejn tmien istituzzjonijiet Ewropej, prinċiparjament kulleġġi vokazzjonali jew universitajiet li jgħallmu korsijiet relatati mal-akkwakultura jew tax-xjenzi applikati bl-iskop li jikkollaboraw flimkien fil-qasam tal-akkwakultura.

Is-settur tal-akkwakultura joffri diversi opportunitajiet, iżda għandu wkoll numru ta’ sfidi. Dawn jinkludu l-produzzjoni tal-għalf b’mod sostenibbli, l-iżvilupp ta’ teknoloġiji ġodda fl-oqsma tal-produzzjoni u t-tgħammir tal-ħut u t-tkabbir tal-ħut b’mod iktar sostenibbli.

Permezz ta’ dan il-proġett, rappreżentanti minn kulleġġi u universitajiet tal-akkwakultura jew tax-xjenzi applikati ser ikunu qegħdin jippreparaw korsijiet ġodda bil-għan li jedukaw studenti u professjonisti fis-settur billi joffrulhom il-possibbiltà li jagħmlu korsijiet qosra dwar l-innovazzjoni fis-settur tal-akkwakultura. Dawn il-korsijiet ser jiġu offruti f’dimensjoni internazzjonali bil-għan li mhux biss joffru lill-istudenti t-tagħrif meħtieġ, imma wkoll jagħtu opportunità għal esperjenza f’istituzzjonijiet barranin. Dan ifisser li student Malti, pereżempju, li jidħol għal dan

il-kors ser ikun qiegħed isegwi parti minn dan il-kors Malta u partijiet oħra minn dan l-istess kors f’pajjiżi differenti. U allura, peress li studenti Maltin ser ikollhom il-possibbiltà li jitgħallmu suġġetti differenti f’pajjiżi oħra, ser ikunu qegħdin jibbenefikaw minn kompetenzi differenti ta’ għalliema barranin jew esperti oħra fis-settur biex b’hekk ikunu verament imħejjija għal impjieg f’dan is-settur kemm f’Malta kif ukoll barra minn xtutna. Barra minn hekk, dawn il-korsijiet ser ikunu offruti kemm fl-istituzzjonijiet edukattivi kif ukoll fl-industrija nnifisha.

Il-pajjiżi li qed jipparteċipaw f’dan il-proġett jinkludu l-Olanda, is-Slovenja, Spanja, l-Awstrija, il-Belġju, l-Italja u Malta. L-MCAST huwa l-parteċipant rappreżentattiv għal Malta. Il-proġett huwa twil tliet snin u matulu ser isiru diversi laqgħat f’pajjiżi differenti sabiex jiġu fformulati dawn il-korsijiet.

Edukazzjoni fl-AkkwakulturaProġett ERASMUS biex jinħolqu korsijiet bejn pajjiżi Ewropej

KIMBERLY TERRIBILELekċerer fiċ-Ċentru tal-Agrikoltura, Akkwatika u Xjenzi tal-Annimali tal-MCAST

4 Nisġet artna

Page 5: - REBBIEGĦA 2020 NEWSPAPER POST Nisġet artna · 2020-03-27 · Dħalna fi żmien ir-rebbiegħa, staġun mill-isbaħ li jinżel tajjeb ma’ kulħadd wara l-ġranet kesħin tax-xitwa

Il-bidu tagħha għadu mhux magħruf, imma kienet diġà mibnija fl-1446. Dik preżenti nbniet minflok dik oriġinali fl-1646. Hija meqjusa bħala kappella tal-kampanja u li nbniet biex isservi l-ħtiġijiet spiritwali tal-bdiewa tal-inħawi. Din għandha artal wieħed li huwa tal-ġebla Maltija u fuqu hemm il-kwadru titulari li nħadem mill-Pittur Pawlu Camilleri Cauchi u turi lil Krixtu Rxoxt jiltaqa’ ma’ Marija Madalena.

Fil-faċċata ta’ din il-kappella tinsab lapida li tfakkar li dan il-post ma joffrix kenn lill-

kriminali: Non Gode l’Immunita Ecclesias. Dan wara li sar ftehim bejn l-awtoritajiet tal-Ordni ta’ San Ġwann u l-Knisja biex diversi kappelli mxerrda ma’ Malta, l-aktar dawk tal-kampanja, ma jibqgħux iservu ta’ kenn għall-persuni mfittxija mill-ġustizzja. Din il-lapida saret flok dik oriġinali, li kienet insterqet.

Din il-kappella ntlaqtet darbtejn minn sajjetta, darba fl-4 ta’ Frar 1936 meta kienet tfarrket it-tieqa li hemm fil-faċċata, u darba oħra fl-10 ta’ Diċembru 2014 meta din ġarrbet ħsarat kbar.

Riċerka u kitba ta’ DAVID BARTOLORiċerkatur tal-Istorja ta’ Malta

Il-Kappella tal-MadalenaĦad-Dingli

Fuq l-irdumijiet ta’ Ħad-Dingli, tinsab il-kappella ta’ Santa Marija Madalena u hija magħrufa bħala “ta’ Rdum”, Fiż-żmien, din il-kappella kienet isservi bħala punt ta’ referenza għas-sajjieda meta kienu jbaħħru fil-Lbiċ ta’ pajjiżna.

Page 6: - REBBIEGĦA 2020 NEWSPAPER POST Nisġet artna · 2020-03-27 · Dħalna fi żmien ir-rebbiegħa, staġun mill-isbaħ li jinżel tajjeb ma’ kulħadd wara l-ġranet kesħin tax-xitwa

Il-Xylella fastidiosa huwa batterju qerriedi li potenzjalment kapaci jinfetta varjetà sħiħa ta’ pjanti agrikoli ewlenin bħal dwieli, ċitru, lewż, żebbuġ u ballut fost l-oħrajn. Dan il-batterju ġie identifikat l-ewwel darba fl-Ewropa fl-2013 fl-Italja, u f’Korsika fl-2015. Riċentement ġie rrapportat f’każijiet iżolati fil-Ġermanja, kif ukoll fi Spanja u għaldaqstant it-territorju kollu tal-Unjoni Ewropea jinsab f’riskju.

Rappreżentanti mid-Direttorat għall-Ħarsien tal-Pjanti attendew il-konferenza sabiex ikunu aġġornati fuq l-iżviluppi ġodda u s-sitwazzjoni globali fuq dan il-batterju qerriedi, kif ukoll il-metodi preventivi sabiex nikkumbattu d-dħul ta’ dan il-batterju fi xtutna. Madwar 350 xjentist minn madwar id-dinja qattgħu jumejn f’diskussjonijiet intensivi fuq kif ix-xjenza tista’ tkun is-soluzzjoni għal din

It-Tieni Konferenza Ewropea fuq il-batterju qerriedi

Xylella fastidiosa

il-marda li qed toħloq tant danni ekonomiċi u ambjentali sinifikanti madwar l-Ewropa. Il-konferenza kienet ta’ suċċess u kompliet tibni fuq l-ewwel konferenza li kienet saret fl-2017, fejn ġew indirizzati mistoqsijiet preċedenti u li b’hekk jistgħu jgħinu sabiex ikollna aktar metodi effettivi ta’ identifikazzjoni u prevenzjoni.

Diversi xjentisti ddiskutew ir-riċerki tagħhom fir-rigward tal-bijoloġija u l-patoġeniċità, fosthom fuq il-punti tad-dħul fit-territorju tal-Unjoni Ewropea fejn instab li l-maġġoranza tal-epidemiji bdew minn introduzzjonijiet indipendenti. Kien hemm ukoll progress sinifikanti fuq l-għarfien rigward speċi ta’ żebbug li huwa reżistenti għall-batterju u għaldaqstant tħawwil ta’ dan it-tip ta’ żebbug jaf jgħin sabiex inaqqas l-impatt tal-batterju anke jekk dan jidħol fil-pajjiż. L-aktar punt importanti kien il-fatt li kull sitwazzjoni hija unika u l-bżonn ta’ riċerka li tkun ibbażata fuq il-każ speċifiku.

Hemm għarfien konsiderevoli fuq l-irwol tal-vettur Philaenus spumarius, fl-epidemjoloġija tal-Xylella fastidiosa fl-Ewropa, kif ukoll fuq mezzi ta’ interferenza fit-trażmissjoni tal-batterju bil-vettur. Minkejja r-riżultati miksubin s’issa, wieħed irid iżomm f’moħħu li l-informazzjoni hija preliminarja

Kitba ta’ MELANIE CAMILLERIUffiċjal tar-Riċerka Xjentifika, Direttorat għall-Ħarsien tal-Pjanti

It-tieni Konferenza Ewropea fuq il-Xylella fastidiosa organizzata mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurta fl-Ikel (EFSA) b’kollaborazzjoni ma’ numru ta’ istituzzjonijiet oħra saret mid-29 sat-30 ta’ Ottubru tal-2019 f’Korsika.

Il-parteċipanti u l-istituzzjonijiet involuti fil-konferenza

6 Nisġet artna

Page 7: - REBBIEGĦA 2020 NEWSPAPER POST Nisġet artna · 2020-03-27 · Dħalna fi żmien ir-rebbiegħa, staġun mill-isbaħ li jinżel tajjeb ma’ kulħadd wara l-ġranet kesħin tax-xitwa

u restritta għar-reġjuni speċifiċi fejn ir-riċerka qed issir.

Rigward metodi ta’ identifikazzjoni, ir-riċerka mhux biss qed tiffoka fuq testijiet molekulari għall-użu fil-laboratorji, iżda wkoll fuq testijiet li jkunu jistgħu jiġu applikati fuq il-post. Ġiet diskussa wkoll l-għażla li tagħmel taħlit tal-kampjuni minn siġar differenti sabiex iktar siġar ikunu jistgħu jiġu ttestjati. Iktar xogħol u riċerka mistennija li jsiru rigward it-teħid tal-kampjuni mill-pjanti/siġar sa ma jaslu sal-laboratorji. Dan sabiex l-uniformità tkun assigurata u r-riżultati miksuba jkunu jistgħu jiġu kkumparati aħjar u b’aktar kunfidenza.

L-ekoloġija, l-epidemjoloġija u s-sistemi ta’ mudelli li potenzjalment kapaċi jikkalkulaw it-tixrid tal-batterju ġew ukoll spjegati, għalkemm fadal iktar xogħol sabiex tiżdied il-preċiżjoni ta’ dawn il-mudelli statistiċi. Meta ġiet diskussa l-evalwazzjoni tar-riskju bid-dħul tal-batterju fl-Ewropa, l-impatt ġie stmat fuq skala ta’ biljun - 5.5 biljun fis-sena, b’riskju ta’ telf ta’ 300,000 impjieg. Dan l-impatt huwa inaċċettabli u għaldaqstant saret enfasi ta’ kemm huwa ta’ benefiċċju li jkun hemm investiment fuq is-sorveljanza u l-prevenzjoni tad-dħul ta’ dan il-batterju, u li f’każ ta’ introduzzjoni, il-preżenza tal-batterju għandha tiġi identifikata minnufih.

Ġie diskuss ukoll il-fatt li l-batterju jaf ikun preżenti mingħajr ma juri l-ebda sintomi evidenti fuq il-pjanta u għaldaqstant l-importanza ta’ sorveljanza u teħid ta’ kampjuni kemm tal-pjanti kif ukoll tal-vettur. Is-sorveljanza hija irħas mill-miżuri li jridu

jittieħdu ladarba jidħol il-batterju. Għaldaqstant, il-bżonn ta’ trasparenza u titjib fil-komunikazzjoni ġie enfassizzat sabiex nassiguraw suċċess fil-prevenzjoni tad-dħul tal-batterju f’iktar pajjiżi Ewropej. Huwa importanti li nsibu mezz kif bir-riċerka u l-iżviluppi li qed nagħmlu nintegraw kollox flimkien sabiex ikollna miżuri sostenibbli u li jkunu effettivi.

Id-Direttorat għall-Ħarsien tal-Pjanti huwa mitlub skont il-liġijiet tal-Ewropa li jiġbor kampjuni u jiġu ttestjati għall-Xylella fastidiosa. Il-Kummissjoni Ewropea qed taħdem ukoll fuq miżuri ġodda ta’ emerġenza, sabiex ikun hawn miżuri aktar stretti. Id-Direttorat ħa wkoll l-inizjattiva li jinġabru kampjuni ta’ pjanti li huma suxxettibbli għal din il-marda minn diversi Kunsilli Lokali minn madwar Malta. Apparti minn hekk, kull suspett notifikat mill-pubbliku ġenerali

jiġi eżaminat ghal din il-marda. Huwa permezz ta’ din il-ħidma u dawn l-inizjattivi li Malta tista’ tiddikjara li hija ħielsa mill-marda Xylella fastidiosa. Finalment huwa importanti li ma jiddaħħlux pjanti u xtieli minn barra l-Ewropa, kif ukoll minn postijiet ġewwa l-Ewropa fejn nafu bil-preżenza ta’ Xylella, sabiex nipproteġu lil xtutna minn din il-marda qerrieda.

Madanakollu, jekk fil-futur din il-marda titfaċċa f’pajjiżna, il-messaġġ li ħareġ mill-konferenza speċjalment minn xjentisti barra mill-Ewropa li diġà għandhom din il-marda f’pajjiżhom, huwa li nitgħallmu nikkumbattu din il-marda b’metodi effettivi u nużaw ir-riżorsi li għandna. Huwa fundamentali li naħdmu id f’id bl-esperjenza tal-bdiewa u tal-esperti tal-agrikoltura u nutilizzaw ix-xjenza sabiex ikollna futur sostenibbli.

Sintomi tal-Xylella fastidiosa fuq iċ-ċitru, Oleander, żebbuġ u lewż

Kull suspett notifikat mill-pubbliku ġenerali jiġi eżaminat għal din il-marda

7Rebbiegħa

Page 8: - REBBIEGĦA 2020 NEWSPAPER POST Nisġet artna · 2020-03-27 · Dħalna fi żmien ir-rebbiegħa, staġun mill-isbaħ li jinżel tajjeb ma’ kulħadd wara l-ġranet kesħin tax-xitwa

F’din is-serje li ħafna drabi jiġu ddokumentati għall-ewwel darba razez ġodda Maltin, normalment jitpoġġew f’kategoriji differenti. Din il-kitba ħa tiġbor speċi varji u forsi mhux li wieħed jarahom daqshekk bħala razez domestikati.

Krustaċi – artropodi li jgħixu fl-ilma, fil-baħar, jew fl-umditàIl-Ħanżir l-art kommuni/ta’ Malta (Common Woodlouse and the Maltese Common Woodlouse Armadillum vulgare/ schmalfussi ) huma speċi ta’ krustaċ komuni ħafna fil-Gżejjer Maltin. Barra minn xtutna, l-ispeċi A.

vulgare titrabba ħafna minn entemokulturisti u jeżistu ħafna razez/ilwien sbieħ li jinstabu biss fil-magħluq (domestikati). L-ispeċi A.schmalfussi hija endemika. Fl-2017 l-entemokulturista Miguel Cortis, li għandu interessi uniċi lejn dan il-grupp ta’ ħlejjaq, ħareġ varjazzjoni ġdida msejħa High Stripe Yellow li ġiet reġistrata uffiċjalment l-ewwel darba hawn wara ħafna tqabbil ma’ razez domestiċi barranin. Hemm dubju minn liema speċi ħarġet din ir-razza eżattament, għax din żviluppat minn dawk li huma magħrufa bħala community tank fejn diversi speċi jinżammu flimkien. Ir-razza għadha qiegħda tiġi studjata u żviluppata biex jiġu rfinati l-linji skont ix-xewqat tad-dilettanti, u xjentifikament tiġi skopruta l-identità tal-ispeċi antenata tagħha.

InsettiIl-Wirdiena Ħamra (American Cockroach Periplaneta americana) hija speċi ta’ insett komuni ħafna fil-Gżejjer Maltin, u wieħed mill-iktar pesti magħrufa lokalment u globalment. Madanakollu hija speċi ta’ importanza dinjija għal studji mediċinali, ekonomiċi u ekoloġiċi. Barra minn xtutna din l-ispeċi titrabba ħafna min entemokulturisti u s’issa magħrufin 10 razez eżistenti, li jinstabu żviluppati fil-magħluq (domestikati), saħansitra qed

jiġu dokumentati xjentifikament mill-awtur preżenti (AS). L-istess awtur li għandu l-ikbar kollezzjoni reġistrata f’pajjiżna ta’ dawn l-insetti, żviluppa razza ġdida imsejħa Ivory bl-ingliż, Wirdien Dehbi bil-Malti. Din ir-razza ġiet irreġistrata uffiċjalment l-ewwel darba hawn wara ħafna tqabbil ma’ razez domestiċi barranin. Din tnisslet minn kampjuni lokali mħalltin ma’ forom skuri barranin, bi proċess ta’ selezzjoni artifiċjali bit-taħlit ta’ bejniethom. Ir-razza għadha qed tiġi żviluppata. Intlaqtet tajjeb ħafna minn entemokulturisti barranin u hemm domanda għaliha biex titrabba bħala passatemp.

ĦutL-Awrata (Gilt -Head Sea Bream, Sparus aurata) hija ħuta li ilha għal snin twal titrabba fil-fish farms. Kien hemm l-għajdut li din il-ħuta li titrabba lokalment kienet differenti mis-selvaġġa, u minn dik li titrabba barra minn xtutna, saħansitra li faċli tingħaraf. Filwaqt li huwa minnu li hemm differenzi morfoloġiċi (apparenza) minn studju li sar mill-awturi Alan Deidun, Francesco Tiralungo u diversi kollaborazzjoniet bejn l-2015 u l-2018, irriżulta li l-probabilità ta’ dawn l-apparenzi huma riżultat ta’ tagħmir tal-istess demm, imma ġenetikament huma identiċi mal-bqija tal-awrat li nsibu fil-Mediterran. Din l-aħbar kienet tħabbret fuq il-mezzi tax-xandir lokali u Taljani.

RettiliIl-Gremxula ta’ Malta (Maltese Wall Lizard, Podarcis filfolensis) hija speċi endemika għall-Gżejjer Maltin u għall-Gżejjer

Razez Domestiċi MaltinRettili, Mammiferi, Ħut u InvertebratiARNOLD SCIBERRAS U JEFFREY SCIBERRASRiċerkaturi fuq il-bijodiversità

Pitun Ġgant Reverse Albino

8 Nisġet artna

Page 9: - REBBIEGĦA 2020 NEWSPAPER POST Nisġet artna · 2020-03-27 · Dħalna fi żmien ir-rebbiegħa, staġun mill-isbaħ li jinżel tajjeb ma’ kulħadd wara l-ġranet kesħin tax-xitwa

Pelaġiċi (Lampedusa, Linosa u Lampione) u tista’ tgħid li kull gżira għandha popolazzjoni unika. Fit-tmeninijiet u d-disgħinijiet, qabel ma din l-ispeċi saret protetta, kienet titrabba fil-ħerpekultura lokali. L-awturi raw ritratti ta’ varjazzjoni domestika li ġiet żviluppata lokalment, u li nħolqot minn taħlit ta’ popolazzjonijiet ta’ gremxul minn gżejjer differenti, u kellha kuluri uniċi. Minħabba li fil-preżent huwa illegali li żżomm din l-ispeċi fil-magħluq, mhux magħruf jekk din il-varjazzjoni domestika għadhiex teżisti.

Il-Lifgħa (Leopard Snake, Zamenis situla) hija speċi ta’ serp indiġenu għall-arċipelagu tagħna. Bħall-Gremxula ta’ Malta, ukoll f’dawk iż-żminjiet, qabel ma ġiet dikjarata protetta bil-liġi, kienet titrabba fil-ħerpekultura lokali. L-awturi raw ritratti ta’ varjazzjoni domestika li ġiet żviluppata lokalment, però s’issa qatt ma dehret imkien iżjed, skont l-informazzjoni miġbura. Bħal kull rettilu selvaġġ lokali, huwa illegali li jinżamm fil-magħluq, allura s’issa m’hemmx għarfien fuq din il-varjazzjoni domestika jekk għadhiex esistenti jew saritx estinta.

Il-Pitun Ballun (Ball python, Python Regius) huwa serp li ilu domestikat għal għexieren ta’ snin u diversi razez/kuluri domestikati ġew żviluppati barra minn xtutna. Fl-2015 il-ħerpekulturista Mark Mangion

ħareġ varjazzjoni ġdida msejħa Banana Calico Pastel Pinstripe li ġiet reġistrata uffiċjalment fil-2016 fuq il-World of Ball Pythons. Minn dak iż-żmien ’l hawn, is-Sur Mangion informa lill-awturi li din ir-razza issa tinstab ukoll barra minn Malta.

Il-Pitun Ġgant (Reticulated Python, Malayophthon reticulatus) huwa l-itwal serp fid-dinja li ilu jintuża għall-ġilda tiegħu, kif ukoll għall-mediċina. Din l-ispeċi ġiet iddomestikata għal snin twal u diversi razez/kuluri domestikati nħolqu barra minn pajjiżna. Fl-2011 il-ħerpekulturista Manuel Spiteri ħareġ varjazzjoni ġdida msejħa Riverse albino li ġiet dokumentata fl-2015 fuq il-BCK. Dak iż-żmien, din l-aħbar qajmet sensazzjoni mal-ħerpekulturisti li jrabbu din l-ispeċi. Ħafna minnhom bdew jistaqsu biex jintroduċu din ir-razza ġo pajjiżhom. Il-kampjun oriġinali kien miet u qiegħed ppreservat għand l-awturi preżenti.

MammiferiFar Tal-Kampanja (Brown Rat Rattus norvegicus) huwa speċi ta’ mammiferu komuni ħafna fil-Gżejjer Maltin, u wieħed mill-iktar pesti magħruf mad-dinja kollha. Madanakollu, huwa speċi ta’ importanza dinjija għar-riċerka fil-mediċina, fl-ekonomija u fl-ekoloġija. Barra minn xtutna, partikolarment fil-kontinent tal-Asja u l-Afrika, dan l-annimal jitrabba ħafna għall-konsum tal-bniedem, u f’kontinenti oħrajn, imrobbi bħala għalf għall-annimali eżotiċi, kif ukoll tal-iskantament jagħmel pet tajjeb. Din id-drawwa qabdet ħafna f’Malta dawn l-aħħar ftit snin, speċjalment bis-saħħa tal-Malta Rodent Society li

imbuttat l-għarfien tagħha f’dan id-delizzju. Minn firien slavaġ li nqabdu fil-Belt Valletta waqt xogħol t’immaniġġjar tal-pesti, ġew magħżulin firien li għandhom l-aktar pil dehbi, l-iktar dawk il-kampjuni li bdew ileqqu ħafna meta kienu esponuti għax-xemx. Din ir-razza nħolqot mill-kumpanja Pied Piper taħt it-tmexxija ta’ wieħed mill-awturi (AS). Din ir-razza dehret f’diversi wirjiet lokali u barranin. Bis-saħħa t’hekk, ġiet imxandra ħafna fix-xandir soċjali u televiżiv. Din ir-razza popolari msejħa Maltese Golden Rat bl-Ingliż, Far Dehbi bil-Malti, ġiet irreġistrata uffiċjalment l-ewwel darba hawn wara ħafna tqabbil ma’ razez domestiċi barranin. Intlaqgħet tajjeb ħafna minn dilettanti barranin u hemm domanda għalih biex jitrabba bħala pet u għat-trobbija kummerċjali.

Ħajr lil Alan Deidun, Francesco Tiralungo, Mark Mangion, Manuel Spiteri, Miguel Cortis, Pierre Vella u Victor Vella tal-informazzjoni li għaddewlna u tal-kolloborazzjoni li għamlu magħna.

Għal aktar informazzjoni żuru l-paġna: www.facebook.com/Columbatopia

Wirdiena Dehbija

Il-Ħanzir l-art - High Stripe Yellow

Page 10: - REBBIEGĦA 2020 NEWSPAPER POST Nisġet artna · 2020-03-27 · Dħalna fi żmien ir-rebbiegħa, staġun mill-isbaħ li jinżel tajjeb ma’ kulħadd wara l-ġranet kesħin tax-xitwa

Minkejja dan l-iżvilupp antropoġeniku, xorta waħda nsibu ekosistemi sinjuri, u komunitajiet ta’ pjanti slavaġ tipiċi Mediterranji b’saħħithom, xi wħud huma endemiċi għall-arċipelagu tagħna. Fost dawn l-ekosistemi importanti, permezz ta’ topografija varjata tal-gżejjer, insibu rkejjen ċkejknin fejn pjanti rarissmi

sabu l-qasam ekoloġiku tagħhom u ppersistew, minkejja d-diffikultajiet u l-isfidi li jaffaċċjaw, bħall-introduzzjoni ta’ speċi invażivi li jistgħu jieħdu posthom. Pjanti rarissimi, bħal kull speċi oħra jistgħu jkunu endemiċi, indiġeni u saħansitra introdotti wkoll.

L-ambjent tipiku ta’ pjanti rari huwa dak li għandu l-inqas disturbanza, għalkemm xi wħud minnhom jistgħu jkunu opportunisti jekk it-tibdil fl-ambjent ikun favurihom. Il-widien, il-boskijiet, is-sisien u l-irdumijiet huma l-iktar ambjenti ideali għal dawn l-ispeċi. Però xi wħud ħadu l-opportunità li jkattru f’postijiet urbani u rurali li ġew abbandunati, partikolarment il-fortifikazzjonijiet, il-ħitan tas-sejjieħ, il-mogħdijiet u l-giren. Ċerti ambjenti huma wkoll rari f’pajjiżna, bħall-għadajjar salmastri u

tal-ilma ħelu, u l-għaram tar-ramel, allura l-ispeċi tipiċi ta’ dawn l-ambjenti huma awtomatikament rari wkoll.

Pjanti rari jvarjaw fid-daqs, fl-għamla, u msieħba f’diversi familji ta’ pjanti. Xi wħud huma magħrufin sew, oħrajn pjuttost misterjużi. Dawk li nikkunsidraw magħrufin, huwa minħabba ċertu għajdut folkloristiku jew b’xi forma ta’ popolarità. Madanakollu, dawk li huma bla fama, jista’ jkun minħabba l-fatt li nqerdu għal żmien, intesew, imma reġgħu tfaċċaw. Eżempju magħruf ta’ pjanta rari u lokalizzata huwa l-Għerq Sinjur (Cynomorium coccineum), li f’pajjiżna tinstab biss fuq il-Ġebla tal-Ġeneral. B’forma ta’ faqqiegħ stramb, din hija proprjament pjanta parasitika li tgħix biss fuq arbuxelli kostali, xi wħud huma komuni bħax-Xorbett (Limbardia crithmoides). Dan il-fatt huwa

Kitba ta’ARNOLD U JEFFREY SCIBERRAS

Pjanti rarifil-Gżejjer Maltin

Meta naħsbu fuq il-Gżejjer Maltin minn aspett ambjentali, l-ewwel stampa li tiġi f’moħħna hija ħafna nħawi mibnijin. Il-bini kullimkien jirrifletti nuqqas t’ambjent naturali, u li joħloq pressjoni fuq l-ambjent naturali ta’ pajjiżna.

Robbja tax-Xagħri Fjurdulis tal-Bosk

Ilsien il-Fart tax-Xtut

Page 11: - REBBIEGĦA 2020 NEWSPAPER POST Nisġet artna · 2020-03-27 · Dħalna fi żmien ir-rebbiegħa, staġun mill-isbaħ li jinżel tajjeb ma’ kulħadd wara l-ġranet kesħin tax-xitwa

enigmatiku meta hija mifruxa sew fil-Mediterran, għalkemm imkien mhi komuni. Speċi oħra li hija popolari, li tinstab f’post wieħed biss, hija r-Ravanell tal-Eġittu (Enarthrocarpus pterocarpus), li x’aktarx hija introdotta f’Malta, imma tinstab biss fuq il-Gżira ta’ Manwel. Malta hija probabbilment l-uniku pajjiż Ewropew li fih tinstab din l-ispeci. Il-widien f’Għawdex joffru kenn għal waħda mill-iktar speċi rari li hawn, l-Ilsien l-Għasfur tal-Blat (Silene fruticosa), li hi l-akbar speċi tal-familja tagħha f’pajjiżna. Sfortunatament dan l-arbuxell delikat bi fjuri roża ħelwin, jikber sew biss fid-dell, u x-xemx tas-sajf mhux tajjeb għalih. Dan ukoll jgħodd għal speċi rarissimi oħrajn li jikbru f’widien ġo Malta, l-Artistolokja (Aristolochia clusii) u r-Robbja tax-Xagħri (Putoria calabrica), kif ukoll pjanti bla fjuri, bħal speċi ta’ Felci mill-ġeneru tal-Asplenium, fosthom A. eterach, A. marinum, A. sagittatum, u A. trichomanes.

Xi wħud mill-pjanti endemiċi u indiġeni huma mifruxin jew dominanti f’Għawdex imma rari ħafna f’Malta, bħall-Ġizi ta’ Malta (Matthiola incana subsp. melitensis), Żigland t’Għawdex (Hyoseris frutescens), Ilsien il-Fart tax-Xatt (Echium sabulicola), Broxka t’Għawdex (Ononis natrix subsp. ramossisimus) u ċ-Ċistu Abjad (Cistus monspeliensis). It-Tulliera ta’ Malta (Jasonia bocconei), li hija komuni kemm f’Għawdex kif ukoll f’Malta, hija rari ħafna f’Kemmuna. F’Kemmunett insibu s-Silla Xewwikija (Hedysarum spinossisimum), filwaqt fuq Selmunett jinstab ix-Xeħt ir-Riħ Żgħir (Parietaria cretica). Il-Budebbus tal-Baħar (Orobanche cernua), issibu prinċiparjament biss il-Ħaġriet. Pjanti rari ħafna f’Għawdex u estinti minn Malta huma x-Xatbet l-Andar tal-Warda Kbira (Verbascum creticum), Spraġġ Griż (Asparagus stipularis), Xewk t’Għawdex (Onopordum argolicum) u

Xatbet l-Andar tal-Warda Kbira

Limonju Kbir

Xumakk tal-Konz Riħan tal-frotta bajda

11Rebbiegħa

Page 12: - REBBIEGĦA 2020 NEWSPAPER POST Nisġet artna · 2020-03-27 · Dħalna fi żmien ir-rebbiegħa, staġun mill-isbaħ li jinżel tajjeb ma’ kulħadd wara l-ġranet kesħin tax-xitwa

Xewk ta’ Nuffara (Centaurea acaulis). Pjanti rari ħafna li huma estinti f’Għawdex imma ssibhom f’Malta huma t-Tulipan Selvaġġ (Tulipa sylvestris), il-Fjurdulis tal-Bosk (Iris foetidissima), l-Għoxret is-Serp (Dranunculus vulgaris), Tursin il-Għul Xewwieki (Sarcopoterium spinosum), il-Limonju Kbir (Limonium serotinum), Orkida tal-Werqa Fdewxa (Orchis italica), l-Orkida tal-Farfett (Anacamptis papilionacea), ix-Xewk Isfar Kbir (Scolymus grandiflorus), u l-Fagonja (Fagonia cretica). It-Tengħud tal-Ħaġra (Euphorbia characias), il-Xewk tal-Ġaġġa (Atractylis cancellata), ix-Xewk Ikħal (Carduncellus coeruleus) is-Sebqet l-Ommha (Carlina lanata) u l-Orkida Kbira (Himantoglossum robertianum) huma rari ħafna kemm f’Għawdex u kif ukoll f’Malta. Diversi speċi t’Orkidi oħrajn huma wkoll rarissimi lokalment.

Ċerti pjanti huma rari ħafna fis-selvaġġ, però jistgħu jkunu

prolifiċi f’post ikkultivat, bħall-Berwieq iż-Żgħir (Asphodelus fistolosus), it-Toppu tar-Reġina (Centhratus ruber) u l-Fjurdulis Sqalli (Iris sicula). Oħrajn kienu meqjusin komuni fl-imgħoddi, imma saru rari, bħall-Għalet/Għajn is-Serduq (Adonis macrocarpa).

Fl-għaram tar-ramel insibu dawn il-ftit eżempji li huma rari ħafna, it-Tengħud tar-Ramel (Euphorbia paralias), il-Leblieba tar-Ramel (Calystegia

soldanella), il-Bużbież Xewwieki tar-Ramel (Echinophora spinosum), l-Ambrosja (Ambrosia maritima), il-Bordi tar-Ramel (Cyperus capitatus) u s-Santolina tar-Ramel (Otanthus maritimus).

Fl-għadajjar salmastri, xi wħud minn speċi rarissimi huma s-Simar tal-Baħar (Juncus maritimus), il-Kressa (Cressa cretica) u s-Sogħda tal-Baħar (Carex extensa).

Pjanta rarissima li ġiet skopruta riċentement, t’orġini mħix magħrufa, hija l-Kaboċċa tal-Irdum (Brassica rupestris). Speċi li ġew introdotti bi żball imma baqgħu rari ħafna jeżistu wkoll, bħall-Vanilja tal-Baħar (Heliotropium curassavicum), id-Drosanthemum hispidum, is-Solanum elaeagnifolium, l-Abutilon theophrasti u x-Xanthium spinosum.

Speċi rari li sabu ruħhom sew f’postijiet mibnija huma ċkejknin bħall-Papoċċi ta’ Malta (Linaria psuedolaxiflora), endemika għal Malta u Linosa, u r-rarissima Kamumilla Nana (Matricaria aurea). F’xi mogħdijiet insibu il-famuża Melitella (Crepis pusilla), pjanta

Lanġas tal-Werqa Twila

Kaboċċa tal-Irdum

12 Nisġet artna

Page 13: - REBBIEGĦA 2020 NEWSPAPER POST Nisġet artna · 2020-03-27 · Dħalna fi żmien ir-rebbiegħa, staġun mill-isbaħ li jinżel tajjeb ma’ kulħadd wara l-ġranet kesħin tax-xitwa

Għal aktar informazzjoni fuq pjanti slavaġ f’Malta, żur is-siti elettroniċi

www.maltawildplants.com

www.deviantart.com/floramelitensis/gallery/

ċkejna u ċatta li nsabet Malta għall-ewwel darba, imbagħad instabet barra minn xtutna, anke fl-Awstralja. Ix-Xewk Malti (Centurea melitensis), li ġie ddeskrivit minn Linnaeus għall-ewwel darba minn Malta, li huwa rari ġmielu f’pajjiżna, jinstab komuni f’pajjiżi oħrajn. Fuq nota kemxejn pożittiva, waħda mill-ispeċi li kienet meqjusa rari imma m’għadhiex għax issa nstabet f’diversi nħawi hija l-Għansar Ikħal (Scilla sicula), li huwa wkoll sotto-endemiku għal pajjiżna.

Mhux l-ispeċi ta’ pjanti annwali huma rari ħafna biss, imma anke ċerti siġar Maltin. Xi wħud saru frekwenti f’żoni t’afforestazzjoni, però baqgħu rari ħafna fis-selvaġġ, bħall-Għargħar (Tetraclinis articulata), il-Ġenistra (Spartium junceum), ir-Riħan (Myrtus communis) u l-Ballut (Quercus ilex). Siġar indiġeni oħrajn baqgħu rari u lokalizzati, fosthom l-Olivastru tal-Werqa Wiesgħa (Phillyrea latifolia), iż-Żafsafa ż-Żgħira (Salix pedicellata) u ż-Żafsafa l-Kbira (Salix alba), ix-Xumakk

tal-Konz (Rhus coriaria), il-Lanġas Xewwieki (Pyrus syriaca), il-Lanġas tal-Werqa Twila (Pyrus amygdaliformis), Għajn Baqar Xewwieki (Prunus spinosa), Fula tal-Klieb (Anagyris foetida) u x-Xewk tal-Kuruna ta’ Kristu (Palurius spina-christi).

Kif wieħed jista’ jaqra, dan il-wirt naturali ta’ bijodiversità huwa meravilja kif jinstabu diversi speċi rari li jistħoqqilhom iktar studju dwar il-preżenza tagħhom f’pajjiżna, studju li jibqa’ importanti u interessanti.

Silla tax-Xewk

Għoxret is-Serp

Fjuri tal-Kaboċċa tal-irdum

Solanum elaeagnifolium

Orkida Kbira

Kuruna tax-Xewk ta’Kristu

13Rebbiegħa

Page 14: - REBBIEGĦA 2020 NEWSPAPER POST Nisġet artna · 2020-03-27 · Dħalna fi żmien ir-rebbiegħa, staġun mill-isbaħ li jinżel tajjeb ma’ kulħadd wara l-ġranet kesħin tax-xitwa

Il-Common Agricultural Policy (CAP) tippremja l-bdiewa u r-raħħala għall-kontribut tagħhom lejn is-sigurtà tal-ikel, talli jindirizzaw it-tibdil fil-klima u jissalvagwardjaw il-bijodiversità u l-ambjent waqt li fl-istess ħin jirrispettaw il-liġijiet nazzjonali u Ewropej. Peress li ħafna minn dawn il-liġijiet huma kumplessi meta jiġu biex jinftiehmu u jiġu implimentati, il-Pajjiżi Membri tal-UE huma meħtieġa li jipprovdu sistema ta’ assistenza teknika relatata ma’ dawn il-liġijiet, biex b’hekk jassiguraw li l-bdiewa jkunu kompliċi mar-regolamenti u jkollhom aċċess għall-fondi Ewropej relatati mal-CAP. AgriConnect kisbet ir-rikonoxximent biex tiffunzjona bħala Farm Advisory Service (FAS), biex b’hekk tassigura li l-bdiewa u r-raħħala jkunu kompliċi mar-regolamenti. Is-servizz huwa ssussidjat mill-UE, u AgriConnect fetħet il-bibien tagħha f’Jannar 2020.

L-uffiċċju ta’ AgriConnect huwa strateġikament allokat f’viċinanza mal-awtoritajiet relevanti, fejn l-AgriConnect taħdem biex tikseb kollaborazzjoni eċċellenti mal-bdiewa u l-awtoritajiet relevanti tal-qasam agrikolu.

Kif nistgħu ngħinu?AgriConnect ġiet rikonoxxuta bħala provditur kompetenti tal-FAS mill-Farm Advisory Service Regulation Board. Is-servizzi pprovduti minn AgriConnect huma b’xejn, u huma mogħtija

AgriConnect FAS

minn esperti kwalifikati fil-qasam agrikolu. B’hekk nassiguraw it-trasparenza u li s-sapport tekniku u l-avviżi li qegħdin jingħataw huma ta’ livell addattat. Is-servizzi offruti minn AgriConnect jappoġġjaw lill-bdiewa u r-raħħala bil-għan li jiksbu l-konformità u r-rekwiżiti tekniċi kollha meħtieġa biex ikollhom aċċess għal tipi differenti ta’ finanzjament u appoġġ konsultattiv li jista’ jgħinhom jisfruttaw opportunitajiet ta’ diversifikazzjoni, jipproduċu prodott ta’ kwalità ogħla u/jew prodotti innovattivi u tekniċi ta’ biedja, u jippjanaw u jistrutturaw in-negozju tal-biedja tagħhom b’mod effettiv f’kull rispett. Fil-qasam tal-Common Agricultural Policy, aħna ser ngħinu lill-bdiewa jidentifikaw u jsolvu problemi relatati mal-Cross Compliance (CC), Agri-Environmental Climate Measures (AECMs) u Rural Development Measures.

Biex is-servizz ikun ħolistiku, AgriConnect ser tifformola fertiliser plans u crop plans bla ħlas. Il-proċess huwa sempliċi. L-ewwel isir test tal-ħamrija, imbagħad isiru crop plans u fertiliser plans għall-kull għalqa. Meta nikkunsidraw ir-rekwiżiti tax-xtieli u r-riżultati mit-testijiet tal-ħamrija, inkunu

nistgħu nikkalkulaw il-valuri li huma l-aktar xierqa f’termini ta’ spejjeż u rendiment. B’hekk, nassiguraw li l-bdiewa jkunu jistgħu jidentifikaw il-problemi li possibbilment ser jaffaċċjaw u jingħataw avviżi xierqa dwar x’jistgħu jagħmlu biex jibqgħu konformi mar-regolamenti.

AgriConnect taspira wkoll biex tgħin jintlaħqu r-rekwiżiti tar-Rural Development Programme (RDP) relatati ma’ profittabilità fuq tul ta’ żmien u prestazzjoni ambjentali billi tgħin lill-bdiewa jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-RDP kurrenti (2014-2020) u futura (2021-2027). AgriConnect isservi wkoll ta’ entità intermedjarja bejn il-bdiewa/raħħala u l-awtoritajiet responsabbli bl-implimentazzjoni tal-Maltese Agricultural Policy 2018-2028.

AgriConnect farm advisory service Research and Development Centre, Għammieri, Marsa

Għal aktar informazzjoni kkuntattjana fuq:Numru tat-telefown: 2180 4981/2/4Email: [email protected]

Kitba ta’NEIL DAVID TANTIManager II fi ħdan l-AgriConnect

WE OFFER ADVICE ON:

Cross Compliance (CC)

Agri-Environment ClimateMeasures (AECMs)

Rural Development Measures

PARLIAMENTARY SECRETARY FOR AGRICULTURE,FISHERIES AND ANIMAL RIGHTS

[email protected]

14 Nisġet artna

Page 15: - REBBIEGĦA 2020 NEWSPAPER POST Nisġet artna · 2020-03-27 · Dħalna fi żmien ir-rebbiegħa, staġun mill-isbaħ li jinżel tajjeb ma’ kulħadd wara l-ġranet kesħin tax-xitwa

Għad-Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali, is-sena 2020 ser terġa’ tkun sena oħra ta’ sfidi u opportunitajiet – sena li qed inħarsu lejha b’impenn u b’ottimiżmu. Ir-riżultati miksuba matul l-aħħar sena jawguraw tajjeb sabiex inkomplu ntejbu dak li diġà twettaq. Id-dedikazzjoni kontinwa tal-ħaddiema kollha fi ħdan id-Direttorat tirrappreżenta pilastru ewlieni fuq xiex tinbena l-ħidma kollha tad-Direttorat u dan jawgura tajjeb biex il-miri għal din is-sena jiġu ffaċċjati b’entużjażmu u jintlaħqu.

Aktar ħidma għal aktar viżibilitàImpenn ewlieni li qed ikompli jonora d-Direttorat matul din is-sena huwa dak li nsaħħu l-għarfien dwar il-ħidma tad-Direttorat ma’ firxa dejjem akbar ta’ nies. Allura ser inkomplu nkunu preżenti fl-

iskejjel kif ukoll f’attivitajiet oħra popolari organizzati mill-Kunsilli Lokali u organizzazzjonijiet oħra. L-għan prinċipali wara din il-parteċipazzjoni tagħna jibqa’ dak li, filwaqt li nkunu nistgħu nwasslu l-ħidma tagħna eqreb lejn in-nies, inkunu wkoll qed ninfurmaw dejjem aktar x’servizzi joffri d-Direttorat biex dejjem insaħħu l-ħarsien tal-annimali f’pajjiżna.Prattikament kull ġimgħa, id-Direttorat se jkompli jimpenja ruħu sabiex ikun preżenti fi skejjel u kulleġġi varji. Dan sabiex, sa minn fuq il-bankijiet tal-iskola, inkomplu nrawmu dejjem aktar dak il-valur prinċipali li jħaddan fih l-għarfien, l-imħabba u r-rispett lejn l-annimali f’pajjiżna. Matul ix-xhur tas-sajf ser nerġgħu nkunu kommessi li nieħdu sehem waqt l-inizjattiva Skola Sajf 2020. Is-sehem tad-Direttorat fl-aħħar snin kien

wieħed iffukat, li jilħaq firxa wiesgħa ta’ studenti u versatili. Għal sena wara oħra, qed jidher ċar li l-kontribut li qed jagħtu l-ħaddiema tad-Direttorat qed iħalli impatt pożittiv fuq l-istudenti li jieħdu sehem.Fejn jidħlu l-Kunsilli Lokali, id-Direttorat huwa kommess li jkompli jsaħħaħ il-kuntatt u l-ħidma tiegħu magħhom u mal-komunitajiet li jirrappreżentaw. Dan jikkumplimenta diversi skemi ġodda li ġew introdotti fl-aħħar xhur. Fil-ġimgħat li ġejjin, bħala Direttorat se nkunu qed inniedu inizjattiva ġdida fejn ser nistiednu lill-Kunsilli Lokali u nħeġġuhom sabiex jorganizzaw laqgħat ta’ informazzjoni minn uffiċjali tad-Direttorat mar-residenti. Dan qed isir ukoll fid-dawl li llum f’kull Kunsill Lokali f’pajjiżna nsibu kunsillier responsabbli mill-ħarsien tal-annimali. Aktar ħidma mal-Għaqdiet mhux GovernattiviFil-ġimgħat li ġejjin, id-Direttorat se jkun qed jaħdem ukoll biex ikompli jsaħħaħ ir-relazzjoni tiegħu mal-għaqdiet mhux governattivi li jaħdmu fil-qasam tal-Ħarsien tal-Annimali. Se nkunu qed nesploraw aktar parteċipazzjoni, possibbilment anke b’modi ġodda u innovattivi, sabiex tiġi massimizzata u rikonoxxuta bl-aħjar mod possibbli l-ħidma ta’ dawk kollha involuti.

Ħidmet id-Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimaligħas-sena 2020

Kitba ta’ ROBERT CUTAJARPrinċipal fi ħdan id-Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali

Page 16: - REBBIEGĦA 2020 NEWSPAPER POST Nisġet artna · 2020-03-27 · Dħalna fi żmien ir-rebbiegħa, staġun mill-isbaħ li jinżel tajjeb ma’ kulħadd wara l-ġranet kesħin tax-xitwa

F’din il-ħarġa ta’ Nisġet Artna se nagħtu ħarsa lejn l-iskemi tal-Pagamenti Diretti li jaqgħu taħt il-Politika Agrikola Komuni (PAK) u li minnhom jistgħu jibbenefikaw il-bdiewa u r-raħħala Maltin u Għawdxin.

Għajnuna Akkoppjata VolontarjaL-iskema tal-Għajnuna Akkoppjata Volontarja hija miżura li tipprovidi għajnuna finanzjarja għas-setturi tal-ħalib, taċ-ċanga, tan-nagħaġ u tat-tadam għall-ipproċessar. Fis-settur tal-ħalib din titħaddem abbażi ta’ sistema ta’ intitolamenti tal-annimali allokati lir-raħħala kull sena abbażi tal-kuntratt li jkollhom mal-proċessur tal-ħalib. L-għajnuna mogħtija kull sena għal kull baqra tammonta għal mhux anqas minn €244.29, u l-pagament finali li jirċievi r-raħħal huwa bbażat fuq

l-ammont ta’ intitolament li ġie allokat.

Fost l-obbligi prinċipali taħt din l-iskema, ir-raħħala jridu jaċċertaw li:• Japplikaw kull sena • Iżommu r-reġistru tal-

bhejjem aġġornat• Jirrapportaw lid-Direttorat

għar-Regolazzjoni Veterinarja l-movimenti kollha lejn u mir-razzett, it-twelid u l-imwiet kollha tal-bhejjem fuq ir-razzett, flimkien mad-dati ta’ dawn l-avvenimenti, fi żmien sebat ijiem mid-data tal-avveniment

• Jipproduċu ħalib ta’ mhux anqas minn 75% tal-ammont fil-kuntratt rispettiv mal-proċessur

• Jirrispettaw ir-regolamenti relatati mal-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-bhejjem tul is-snin kollha li għalihom ikunu qed jitolbu l-għajnuna

L-iskema għas-settur taċ-ċanga titħaddem abbażi ta’ sistema ta’ intitolamenti tal-annimali allokati lir-raħħala kull sena abbażi tal-ammont t’annimali maqtula dik is-sena. L-għajnuna mogħtija kull sena għal kull bhima taċ-ċanga tammonta għal mhux anqas minn €195, il-pagament finali li jirċievi r-raħħal huwa bbażat fuq l-ammont ta’ bhejjem taċ-ċanga eliġibbli li jkunu ġew maqtula bejn l-1 ta’ Jannar u l-31 ta’ Diċembru tas-sena tal-applikazzjoni kif estratti mir-Reġistru Nazzjonali tal-Bhejjem.

Fost l-obbligi prinċipali taħt din l-iskema, ir-raħħala jridu jaċċertaw li:• Japplikaw kull sena• Joqtlu mill-anqas tliet (3)

irjus li jkunu għoġġiela jew baqar minn razez imħallta ma’ razza taċ-ċanga u li jkollhom bejn tmienja (8) u għoxrin (20) xahar

• Il-bhejjem iridu jkunu mrobbija għas-simna taċ-ċanga

• Sad-data tal-qatla l-bhima trid tkun irreġistrata għal perjodu ta’ mhux anqas minn sitt (6) xhur fuq ir-raħħal sabiex ikun żgurat li din il-bhima kienet imrobbija u miżmuma mill-istess raħħalGħas-settur tan-nagħaġ, din

l-iskema titħaddem abbażi ta’ sistema ta’ intitolamenti tal-annimali allokati lir-raħħala li jingħataw kull sena abbażi tal-annimali eliġibbli misjuba fuq ir-razzett. L-għajnuna mogħtija kull sena għal kull nagħġa tammonta għal mhux anqas minn €15.14, u l-pagament finali li jirċievi r-raħħal huwa bbażat fuq l-anqas numru ta’ nagħaġ ekwivalenti għall-intitolament

Il-Pagamenti DirettiIl-Ġimgħa għas-Servizz Pubbliku 2019CHANTEA BALZANTrainee Unit D4 ARPA

Baqar tal-ħalib

16 Nisġet artna

Page 17: - REBBIEGĦA 2020 NEWSPAPER POST Nisġet artna · 2020-03-27 · Dħalna fi żmien ir-rebbiegħa, staġun mill-isbaħ li jinżel tajjeb ma’ kulħadd wara l-ġranet kesħin tax-xitwa

tan-nagħaġ attivat u n-numru ta’ nagħaġ eliġibbli, kif estratt mir-Reġistru Nazzjonali tal-Bhejjem.

Fost l-obbligi prinċipali taħt din l-iskema, ir-raħħala għandhom jiżguraw li:• Ikollhom mill-anqas għoxrin

(20) nagħġa li jrid ikollhom sena (jew aktar) sad-9 ta’ Ġunju tas-sena tal-applikazzjoni

• In-nagħaġ iridu jkunu rreġistrati fuq ir-raħħal fir-Reġistru Nazzjonali tal-Bhejjem

• In-nagħaġ iridu jkunu ilhom jitrabbew fuq ir-razzett tar-raħħal għal perjodu ta’ mhux anqas minn sitt (6) xhur sabiex ikun aċċertat li dawk in-nagħaġ kienu mrobbija u miżmuma mill-istess raħħalL-aħħar skema tal-Għajnuna

Akkoppjata Volontarja hija l-miżura għas-settur tat-tadam għall-Ipproċessar. L-ammont ta’ art eliġibbli taħt din l-iskema jiġi stabbilit skont l-art dikjarata u misjuba li qed tinħadem bit-tadam għall-ipproċessar fis-sena tal-applikazzjoni. L-għajnuna mogħtija kull sena għal kull ettaru eliġibbli tammonta għal mhux anqas minn €6,503.88.

Fost l-obbligi prinċipali taħt din l-iskema, il-bdiewa għandhom jiżguraw li:

• Jidħlu f’kuntratt ma’ organizzazzjoni jew koperattiva involuta fis-settur tat-tadam għall-ipproċessar sal-15 ta’ Mejju ta’ kull sena

• Jipprovdu dan il-kuntratt mal-applikazzjoni

• Jiddikjaraw l-għelieqi li fihom se jkunu qegħdin ikabbru t-tadam, u jiżguraw li t-tadam jitkabbar f’dawn l-għelieqi ddikjarati

• Jipproduċu mhux anqas minn 50% tal-ammont tat-tadam ikkuntrattat għal kull senaTajjeb li nfakkru li mis-

sena 2019, l-Aġenzija għall-Pagamenti Agrikoli u Rurali (ARPA) adottat sistema ġdida ta’ kif isiru l-verifiki taħt din l-iskema għas-settur tat-tadam għall-ipproċessar. Dan qed isir permezz ta’ monitoraġġ li jinvolvi sensiela ta’ ritratti meħuda minn satelliti matul iż-żmien li fih jitkabbar it-tadam. L-għan prinċipali hu li l-monitoraġġ ikun mifrux matul il-perjodu kollu tat-tkabbir, u mhux f’punt wieħed biss tal-produzzjoni.

Il-benefiċċji ewlenin ta’ dan il-metodu ġdid ta’ monitoraġġ huma li permezz tiegħu l-Aġenzija tista’ tidentifika ċerti irregolaritajiet fi stadju bikri biex b’hekk il-bdiewa jingħataw l-opportunità li jirrevedu

l-applikazzjoni tagħhom sabiex dak li jkun iddikjarat jirrifletti dak li verament hemm imħawwel fl-għelieqi. B’hekk il-bdiewa jistgħu jiżguraw li jieħdu l-pagament sħiħ kif jistħoqqilhom.

Ir-raħħala u l-bdiewa interessati jistgħu japplikaw taħt dawn l-iskemi billi kull sena jissottomettu talba għall-ħlas waqt il-perjodu li jkunu qed jintlaqgħu t-talbiet għall-pagamenti diretti, li normalment ikun bejn April u Mejju.

Fil-ħarġa li jmiss ta’ Nisġet Artna, se nkunu qed nagħtu ħarsa fid-dettall lejn skemi oħra tal-Pagamenti Diretti li wieħed jista’ jibbenefika minnhom. Għal aktar informazzjoni dwar l-Għajnuna Akkoppjata Volontarja għall-bdiewa u r-raħħala, wieħed jista’ jżur is-sit elettroniku tal-Aġenzija fuq (https://agriculture.gov.mt/en/arpa/Documents/guidelines/directPaymentsVersion1.pdf) minn fejn jistgħu jitniżżlu l-linji gwida rilevanti u dettaljati. Barra minn hekk, wieħed jista’ wkoll iżur jew iċempel il-Front Office tal-Aġenzija fuq 2292 6148 (Malta) jew 2215 6974 (Għawdex), jew jibgħat email lill-Aġenzija għall-Pagamenti Agrikoli u Rurali fuq [email protected].

Laħam taċ-Ċanga Tadam għall-iproċessar Settur tan-Nagħaġ

Page 18: - REBBIEGĦA 2020 NEWSPAPER POST Nisġet artna · 2020-03-27 · Dħalna fi żmien ir-rebbiegħa, staġun mill-isbaħ li jinżel tajjeb ma’ kulħadd wara l-ġranet kesħin tax-xitwa

Il-bastimenti, li fihom 10 metri kull wieħed, ġew manifatturati skont in-neċessitajiet tad-

Dipartiment mill-kumpanija Ingliża Humber. Dawn huma mgħammra b’apparat tan-navigazzjoni tal-aqwa livelli kif ukoll b’apparat tal-emerġenza u tas-sigurtà. Kull bastiment għandu żewġ magni outboard (250 hp) li joffru aktar serħan il-moħħ jekk ikun hemm każi ta’ emerġenza. Il-buq tal-bastimenti huwa fond aktar

minn 3 metri u dan jippermetti li l-RHIBs ikunu jistgħu joperaw anke meta jinqabdu fil-maltemp u l-kundizzjonijiet marittimi ma jkunux favorevoli.

Wieħed mill-bastimenti jintuża mill-Uffiċjali tat-Taqsima tal-Kontrolli fi ħdan id-Dipartiment. Din it-taqsima hija responsabbli għall-moniteraġġ u kontrolli tas-sajd skont kif

Żewġ Rigid Hull Inflatable Boats (RHIBs) ġoddagħad-Dipartiment tas-Sajd u l-Akkwakultura

ELEONOR CIANTARManiġer fid-Dipartiment tas-Sajd u l-Akkwakultura

F’Mejju 2019, id-Dipartiment tas-Sajd u l-Akkwakultura vara żewġ bastimenti (Rigid Hull Inflatable Boats – RHIBs). Dawn l-RHIBs inxtraw b’kofinanzjament mill-Programm Operattiv għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd 2014-2020, b’investiment totali ta’ €483,000 wara li nħarġet sejħa pubblika għall-offerti.

Waqt il-manifattura fl-Ingilterra

RHIB

Page 19: - REBBIEGĦA 2020 NEWSPAPER POST Nisġet artna · 2020-03-27 · Dħalna fi żmien ir-rebbiegħa, staġun mill-isbaħ li jinżel tajjeb ma’ kulħadd wara l-ġranet kesħin tax-xitwa

mitlub mir-regolamenti tas-sajd tal-Unjoni Ewropea. Fis-snin li għaddew, id-Dipartiment kien jagħmel il-kontrolli fuq il-baħar permezz ta’ bastimenti iżgħar li setgħu jintużaw biss sa 12-il mil nawtiku. Permezz ta’ dan il-bastiment ġdid, issa l-kontrolli qed ikopru ż-żona ta’ 25 mil nawtiku u b’hekk il-kontrolli fuq il-baħar qed ikunu itwal u qed jagħtu riżultati aktar effiċjenti. Ta’ min jinnota li waqt l-istaġun tal-lampuki tal-2019 l-uffiċjali tad-Dipartiment ikkonfiskaw madwar 150 apparat li kien qed jintuża illegalment sabiex issir il-qabda tal-lampuki.

Waħda mill-isfidi tad-Dipartiment tas-Sajd hija li tiżgura li ma jintużax irkaptu illegali sabiex dejjem jiġi protett is-settur tas-sajd u sabiex is-sajd jibqa’ sostenibbli u ma ssirx ħsara lis-settur. Permezz tal-bastiment il-ġdid, li hu mgħammar b’winċ, l-uffiċjali qed ikunu jistgħu jiġbru rkapti li jitħallew fil-baħar u li jistgħu jkunu ta’ inkonvenjent għal bastimenti oħrajn minbarra li bihom ikun ukoll qed jinqabad ħut b’mod illegali.

Minn Mejju ’l hawn, id-Dipartiment żied il-firxa ta’ spezzjonijiet fuq il-baħar li issa qed tkopri l-bastimenti tat-tkaxkir kif ukoll dawk li jipprattikaw sajd rikreazzjonali minbarra li jsiru spezzjonijiet ukoll fuq il-bastimenti MFA u MFB.

It-tieni bastiment jintuża mid-Dipartiment tal-Akkwakultura sabiex ikun jista’ jsir xogħol relatat mal-gaġeġ tat-tonn. Sa qabel Ġunju 2019, id-Dipartiment tal-Akkwakultura kien jinqeda bil-bastimenti tal-operaturi tal-gaġeġ tat-tonn stess sabiex

ikunu jistgħu jsiru spezzjonijiet u dan kellu l-limitazzjonijiet u l-isfidi tiegħu sabiex isiru kontrolli effettivi.

Minn Mejju ’l hawn id-Dipartiment tal-Akkwakultura waqqaf taqsima marittima li tieħu ħsieb l-ispezzjonijiet fuq iż-żoni fejn hemm il-gaġeġ tat-tonn kif ukoll tieħu lill-għaddasa tad-Dipartiment li jkunu jridu jwettqu xogħolhom f’dawn iż-żoni. Peress li issa, permezz ta’ dan il-bastiment, it-taqsima tal-Akkwakultura saret awtonoma f’dak li huwa xogħol fuq il-baħar, kull eventwalità qed tiġi indirizzata b’mod aktar effiċjenti.

Sa minn meta ġie varat dan l-RHIB f’Mejju 2019, saru minn

tal-inqas 45 operazzjoni fuq il-baħar. Dawn kienu kollha relatati mal-industrija tat-tonn li tinkludi trasferimenti tat-tonn bejn il-gaġeġ, tonn li jiġi meħlus kif ukoll xogħol ta’ rutina fiż-żoni fejn hemm l-industrija tal-Akkwakultura.

Peress li issa l-kontrolli qed isiru b’mod awtonomu mid-Dipartiment tal-Akkwakultura u b’mod aktar effiċjenti, qed jiġu osservati riżultati aħjar f’dik li hija konformità mar-rakkomandazzjonijiet tal-ICCAT (International Commission for the Conservation of Atlantic Tunas) u mar-regolamenti tal-Unjoni Ewropea li qed iwasslu sabiex l-istokk tat-tonn jibqa’ sostenibbli.

Permezz ta’ dan il-bastiment ġdid, issa l-kontrolli qed ikopru ż-żona

ta’ 25 mil nawtiku u b’hekk il-kontrolli fuq il-baħar qed ikunu itwal

u qed jagħtu riżultati aktar effiċjenti

Waqt il-manifattura fl-Ingilterra

19Rebbiegħa

Page 20: - REBBIEGĦA 2020 NEWSPAPER POST Nisġet artna · 2020-03-27 · Dħalna fi żmien ir-rebbiegħa, staġun mill-isbaħ li jinżel tajjeb ma’ kulħadd wara l-ġranet kesħin tax-xitwa

L-MCAST tikkollabora mal-Low Impact Fishers of Europe (LIFE)fi studju dwar l-Interazzjonijiet bejn iċ-Ċetaċji u s-Sajd

Tista’ tgħid li l-interazzjonijiet bejn l-għasafar, iċ-ċetaċji (dniefel, baleni) u s-sajjieda dejjem kienu eżistenti, però llum il-ġurnata dawn l-interazzjonijiet huma l-kawża ta’ telf ekonomiku kritiku għas-sajjieda. Dan it-telf jinkludi ħsara kkawżata fuq ix-xbieki tagħhom, ħsara kkawżata lill-qabda tagħhom u periklu potenzjali għall-ħajja.

F’kollaborazzjoni bejn l-MCAST u l-LIFE (għaqda Ewropea li taħdem sabiex tagħti vuċi lil sajjieda ta’ skala żgħira u li jużaw metodi ta’ sajd b’impatt baxx) qed jiġi implimentat stħarriġ sabiex nifhmu aktar il-problemi tas-sajjieda. Fl-istudju se jiġu rreġistrati l-frekwenza tal-inċidenzi ta’ tħabbil ta’ ċetaċji - qabdiet inċidentali fl-irkaptu tas-sajd - għax dan jista’ jkun ta’ theddida għall-ħajja ta’ dawn l-annimali u jikkawża tbatija. Dan jikkawża wkoll ħsara fit-tagħmir tas-sajjieda u kif ukoll fil-qabdiet tagħhom.

MALCOLM BORG U DR ALICIA SAID D.Director u part-time lekċerer fiċ-Ċentru tal-Agrikoltura, Akkwatika u Xjenzi tal-Annimali tal-MCAST

Għajxien prosperu mis-sajd jeħtieġ aċċess sigur għal sajd produttiv u għar-riżorsi. L-għajxien tas-sajjieda mill-baħar qed ikun dejjem aktar diffiċli, speċjalment fil-Mediterran. Is-sajjieda fuq skala żgħira dejjem qegħdin jaffaċċjaw aktar problemi bħal sajd żejjed, tibdil fil-klima, tniġġis u invażjoni ta’ speċi eżotiċi. Riċentement qed ikollhom jikkompetu ma’ mammiferi u għasafar tal-baħar predatorji.

Din l-inizjattiva bdiet f’Awwissu 2019 u qed tiġi implimentata fi tliet żoni

tal-Mediterran fosthom f’Andalusija, Spanja, fi Sqallija, fl-Italja, u f’Malta, fejn qed jiġu ddokumentati l-interazzjonijiet

bejn is-sajd fuq skala żgħira u ċetaċji

20 Nisġet artna

Page 21: - REBBIEGĦA 2020 NEWSPAPER POST Nisġet artna · 2020-03-27 · Dħalna fi żmien ir-rebbiegħa, staġun mill-isbaħ li jinżel tajjeb ma’ kulħadd wara l-ġranet kesħin tax-xitwa

Ħafna sajjieda jispjegaw kif meta jidher denfil, il-qabdiet tagħhom ikunu pjuttost baxxi u ħafna drabi b’aktar spejjeż milli qligħ. Ir-riżultati tal-istudju, li se jikkwantifikaw l-impatt ekonomiku fuq is-sajjieda, se jipprovdu għarfien dwar kif dawn u impatti oħra ta’ ħsara jistgħu jitnaqqsu.

Permezz ta’ dan l-istudju, se nkunu f’pożizzjoni li nifhmu aħjar din il-problema, u għandu l-għan li jipprovdi informazzjoni dwar il-miżuri ta’ mitigazzjoni possibbli li jistgħu jintużaw u li nsibu soluzzjonijiet iktar effettivi u mhux biss l-użu ta’ “pingers”. Dan l-istudju se jwassal ukoll sabiex inqajmu kuxjenza fost l-amministrazzjonijiet u dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet dwar il-kwistjoni u biex jiġu favoriti soluzzjonijiet prattiċi komuni għal problemi komuni.

Ġie wkoll żviluppat kwestjonarju volontarju online sabiex is-sajjieda interessati jkunu jistgħu jipprovdu dettalji

dwar l-interazzjonijiet maċ-ċetaċji u ta’ kwalunkwe ħsara kkawżata.

Din l-inizjattiva bdiet f’Awwissu 2019 u qed tiġi implimentata fi tliet żoni tal-Mediterran fosthom f’Andalusija, Spanja, fi Sqallija, fl-Italja, u f’Malta, fejn qed jiġu ddokumentati l-interazzjonijiet bejn is-sajd fuq skala żgħira u ċetaċji.

Il-proġett huwa appoġġjat mill-Fondazzjoni MAVA. MAVA għandha interess qawwi fil-ħarsien ta’ speċi mhedda, fil-periklu u sensittivi (TES) u qed tfittex soluzzjonijiet permezz tal-involviment ma’ sajjieda fuq skala żgħira u tippromwovi skambji dwar l-aħjar prattika bejniethom.

L-inizjattiva tibni fuq kollaborazzjoni eżistenti bejn is-sajjieda u x-xjenzati fir-reġjun, u r-riżultat ta’ suċċess jiddependi fuq koperazzjoni mill-qrib bejniethom. L-inizjattiva tfittex ukoll li tikkombina l-għarfien

lokali, l-esperjenza u d-data ġġenerata mis-sajjieda mad-data miġbura mix-xjenzati biex tipprovdi soluzzjonijiet konġunti mingħand iż-żewġ partijiet. Dan huwa f’konformità ma’ wieħed mill-għanijiet ewlenin tal-LIFE, li huwa li jiġi dokumentat l-Għarfien Ekoloġiku Tradizzjonali (TEK) tas-sajjieda fuq skala żgħira, u li jiġi promoss l-użu tiegħu minn xjenzati u maniġers tas-sajd fil-proċessi tat-teħid ta’ deċiżjonijiet.

L-inizjattiva qed tiġi implimentata bi sħab mal-organizzazzjonijiet li ġejjin fis-sottożoni differenti: Asociación Herpetológica Española (AHE, https://herpiberica2018.usal.es/sponsor/ahe/) fi Spanja, l-Assoċjazzjoni MareCamp fl-Italja (https: // www.marecamp.com/it/) u l-Kulleġġ Malti għall-Arti, ix-Xjenza u t-Teknoloġija (MCAST) f’Malta (https://www.mcast.edu.mt/about-mcast/).

Ħafna sajjieda jispjegaw kif meta jidher denfil,

il-qabdiet tagħhom ikunu pjuttost baxxi u ħafna drabi

b’aktar spejjeż milli qligħ

Page 22: - REBBIEGĦA 2020 NEWSPAPER POST Nisġet artna · 2020-03-27 · Dħalna fi żmien ir-rebbiegħa, staġun mill-isbaħ li jinżel tajjeb ma’ kulħadd wara l-ġranet kesħin tax-xitwa

Is-Siġra tal-Għargħar (Sandarac Gum Tree)ISEM XJENTIFIKUTetraclinis Articulata

Is-Siġra tal-Għargħar, tħaddar matul is-sena kollha u hija speċjali għaliex hija indiġena, jiġifieri tikber waħedha fis-selvaġġ ġewwa Malta. Apparti minn hekk, fl-Ewropa tinsab biss ġewwa Malta u f’xi postijiet lejn ix-Xlokk ta’ Spanja. Ir-rarità tagħha ġewwa l-Ewropa tagħmilha siġra ferm importanti għalina l-Maltin, tant li fl-1992 ġiet iddikjarata s-Siġra Nazzjonali ta’ Malta. Minn mindu din is-siġra ġiet protetta bil-liġi, fl-1993, ma setgħetx tiġi iktar maqlugħa jew distrutta. Fl-imgħoddi din is-siġra jingħad illi kienet

ta’ Malta

FloraFloraNazzjonaliNazzjonali

Widnet il-Baħar (Maltese rock centuary) ISEM XJENTIFIKU:Cheriolophus crassifolius

Din ġiet dikjarata bħala l-pjanta nazzjonali fl-1971 proprju minħabba li hija endemika, jiġifieri tinstab f’Malta biss. Din tikber bħala arbuxella u tilħaq il-massimu ta’ 50 ċentimetru, għandha l-weraq forma ta’ spatula u sukkulenti sabiex iżommu l-ilma matul ix-xhur tas sajf. Il-fjuri huma ta’ lewn vjola-maġenta u wieħed jista’ jgawdihom bejn Mejju u Lulju. Din tinsab l-iktar fl-irdum taż-żonqor jew il-qawwi ta’ fuq, bħall-irdum ta’ Ħad-Dingli jew fil-ġenb ta’ xi wied, fil-parti ta’ fuq. Din il-pjanta hija rari fis-selvaġġ għaliex tinsab f’żoni aċċessibbli għall-bniedem u f’irdum illi faċilment jittiekel b’modi naturali jew jaqa’. Widnet il-Baħar hija mniżżla li hi f’riskju ta’ estinzjoni. Bħas-siġra nazzjonali, din ukoll ġiet imħawla fil-ġonna minħabba l-priservazzjoni tal-ispeċi. Xi drabi wkoll insibuha bħala pjanta ornamentali ġo xi central strips.

Hello tfal kif intom?Nispera li kellkom Milied tajjeb u ħadtu gost tagħmlu l-ponsjetta. Illum se nitkellmu fuq il-flora nazzjonali ta’ Malta.

MARIA MICALLEFUffiċjal Agrikolu Anzjan

iktar abbundanta, però llum il-ġurnata fis-selvaġġ rari ssibha. Proprju minħabba r-rarità u l-importanza tal-Għargħar saru ħafna programmi ta’ restorazzjoni tant illi llum nistgħu nammirawha wkoll f’postijiet madwarna, bħall-Ġnien ta’ San Anton ġewwa Ħ’Attard, f’xi skejjel u ġonna pubbliċi u wkoll ġewwa l-Għammieri. L-Għargħar insibuha f’ħabitat illi jissejjaħ makkja. Dan huwa ikkaratterizzat minn ħamrija fonda u ilma biżżejjed sabiex ikunu jistgħu jikbru pjanti, arbuxelli u siġar kbar. L-Għargħar tikber sa massimu ta’ 15-il metru. Din is-siġra ġejja mill-familja taċ-ċipressi u l-koni tagħha huma kemm raġel kif ukoll mara. Ħaġa affaxxinanti wkoll hija li z-zokk prinċipali tagħha għandu l-kapaċità li jerġa’ jiġġenera jekk jiġi maqtugħ jew maħruq. Il-ħabitat tal-makkja nsibuh fil-ġnub tal-widien jew l-irdum fejn mhux daqshekk aċċessibbli għall-bniedem.

Artiklu għat-tfal

Page 23: - REBBIEGĦA 2020 NEWSPAPER POST Nisġet artna · 2020-03-27 · Dħalna fi żmien ir-rebbiegħa, staġun mill-isbaħ li jinżel tajjeb ma’ kulħadd wara l-ġranet kesħin tax-xitwa

INGREDJENTIGħaġina ħelwa600g rkotta500ml krema tal-mili120g konfettura60g ċirasa ħamra60g lewż imqaxxar sħiħ60g prinjoli50g ġellewż130g zokkorQoxra ta’ lumijaFtit krema friska2 bajdiet

METODUIksi forma bl-għaġina ħelwa.

Ixwi ftit il-lewż u l-ġellewż. Meta jiksħu kisser f’biċċiet kbar. Ixwi wkoll il-prinjoli iżda tfarrakhomx.

Ħallat l-irkotta, il-krema tal-mili, nofs pakkett krema friska, iz-zokkor u l-bajd. Ħawwad sew it-taħlita sakemm tiġi ratba.

Żid ftit vanilla u qoxra ta’ lumija maħkuka. Żid il-lewż, il-prinjoli, iċ-ċirasa u l-konfettura.

Ħaddem bil-mod sakemm dawn ikunu integrati sewwa.

Poġġi ġol-forma bl-għaġina.

Sajjar fil-forn 180 GM 4-5 għal madwar 45-50 minuta. Servi kiesħa u żejjen il-wiċċ bil-qxur tal-lumi.

Torta Taljana tal-Għid

Gateau biċ-ĊirasaINGREDJENTIPanedispanja400ml krema friska jew UHT300g krema pastiċċieraBiċċiet żgħar tal-lewż inkaljatiĊirasa minn dik fil-MaraschinoMaraschino

METODUSajjar il-panedispanja u ħalliha tiksaħ sew. Aqsamha min-nofs u poġġi biċċa waħda fuq xibka tal-ħadid.

Jekk se tagħmel il-krema pastiċċiera int, importanti li tħalliha tiksaħ ħafna. Minflok tista’ tixtri trab apposta u żżid ħalib u ilma miegħu.

Qiegħed din il-krema fl-iskutella tal-mixer u ħaddimha tajjeb. Ftit ftit żid il-krema friska magħha. Ħaddimha

tajjeb sakemm ikollha konsistenza lixxa.

Qiegħed biċċa panedispanja fuq platt kbir u ċatt u xarrabha bil-Maraschino. Idlikha bil-krema.

Poġġi l-biċċa panedispanja l-oħra fuq il-krema. Xarrabha bi ftit Maraschino.

Idlek il-wiċċ u l-ġnub bil-krema u poġġi fil-friġġ għal mhux anqas minn 4 sigħat. Aktar ma tħalliha ikun aħjar tant li tista’ tħalliha lejl sħiħ.

Neħħi mill-friġġ u poġġi l-gateau fuq karta oljata kbira. Bil-galbu poġġih fuq xi ħaġa ftit għolja li tista’ ddawwar. Iksi l-ġnub bil-lewż inkaljat.

Żejjen biċ-ċirasa ħamra.

Page 24: - REBBIEGĦA 2020 NEWSPAPER POST Nisġet artna · 2020-03-27 · Dħalna fi żmien ir-rebbiegħa, staġun mill-isbaħ li jinżel tajjeb ma’ kulħadd wara l-ġranet kesħin tax-xitwa

ĦARĠA NUMRU 21 - REBBIEGĦA 2020 NEWSPAPER POST

PUBBLIKAZZJONI MAĦRUĠA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA,SAJD U DRITTIJIET TAL-ANNIMALI

Nisġet artna