332

Qorq Il-Pellegrin

Embed Size (px)

DESCRIPTION

An introduction to Ignatian Spirituality for young people, in Maltese and English.

Citation preview

Page 1: Qorq Il-Pellegrin
Page 2: Qorq Il-Pellegrin

Qorq il-Pellegrin Damma Żagħżugħa ta’ Talb Injazjan

Siltiet magħżula, miġbura u miġjuba għall-Malti, b’daħliet u żjiediet minn René M. Micallef,

sj.

Page 3: Qorq Il-Pellegrin

Dal-ktejjeb hu mitbugħ fuq karta irreċiklata. It-talbiet bis-sinjal “*M” jistgħu jitkantaw fuq mużika. Il-partituri (pdf) u l-recordings (mp3) jinsabu f’ www.jesuit.org.mt/liturgy, jew fejn indikat.

Serious effort has been made to follow the principles of fair use, the licensing rules of the Creative Commons, and the copyright laws of the Republic of Malta in the use of texts and images. We have sought to obtain the authorization of the copyright owners to reproduce their intellectual property in this volume, sometimes even when not strictly required by Maltese law. However, if you feel that we have attributed or used your intellectual property inappropriately, and would wish to correct this or remove certain material from future editions of this volume, please contact: The Communications Office, Jesuit Provincial Offices, 78 Marquis Scicluna St, Naxxar NXR 2067, Malta. Please note that, in general, images not attributed to mem-bers or institutions of the Society of Jesus were sourced from the Creative Commons.

Page 4: Qorq Il-Pellegrin

1

Contents

Qorq il-Pellegrin .......................................................................... 4

Qorq il-Pellegrin /1 Ħinijiet ta’ Talb .............................................. 10

Ħ1. Matul il-Ġurnata: Filgħodu ................................................. 11

Ħ2. Matul il-Ġurnata: F’Nofsinhar ............................................ 25

Ħ3. Matul il-Ġurnata: Filgħaxija ................................................ 31

Qorq il-Pellegrin /2 Waqtiet ta’ Talb ............................................. 40

W1. Fil-fallimenti u fi qtiegħ il-qalb .......................................... 41

W2. Fil-mard u fl-uġigħ ............................................................. 51

W3. Fi żmien ta’ taqlib interjuri ................................................ 61

W4. Fi żmien ta’ hena u konsolazjoni ....................................... 73

W5. Fit-toroq tad-dinja u l-vjaġġi tal-ħajja ............................... 87

W6. Fi żmien ta’studju w eżamijiet ........................................... 93

W7. Fil-ħidma bieżla, fil-qadi tal-oħrajn ................................. 100

W8. Fi żmien ta’ għażliet importanti....................................... 114

W9. Waqt l-Avvent u l-Milied ................................................. 129

W10. Waqt ir-Randan u l-Għid................................................ 137

Qorq il-Pellegrin /3 Kumpanni fit-Talb ........................................ 149

K1. Persuni Qaddisa: lil Alla, Trinità ........................................ 150

Page 5: Qorq Il-Pellegrin

2

K2. Persuni Qaddisa: Fl-Għożża tal-Missier ............................ 163

K3. Persuni Qaddisa: Maġenb Ġesù ........................................ 170

K4. Persuni Qaddisa: F’tiswib l-Ispirtu .................................... 196

K5. Persuni: Fi ħdan Ommna Marija ....................................... 203

K6. Persuni Oħra: Qrib il-Qraba, Qalb il-Ħbieb ....................... 214

K7. Meded it-Talb: Xefaq l-Umanità ....................................... 222

K8. Meded it-Talb: Xefaq il-Ħolqien ........................................ 239

Qorq il-Pellegrin /4 Taħriġ fit-Talb .............................................. 252

T1. Taħriġ fil-Kontemplazzjoni ................................................ 254

T2. Taħriġ ieħor fit-Talb .......................................................... 267

T3. Taħriġ il-Kuxjenza .............................................................. 295

T4. Taħriġ fid-Dixxerniment .................................................... 310

Għeluq: Duqu u taraw tjubitu ................................................. 324

Page 6: Qorq Il-Pellegrin

3

Daħla: It-talb, x’inhu? O Lord, You have commanded me to pray, And how can I believe That You have commanded something impossible? I believe that You have given me the order to pray And that I can carry it out with Your grace. And since that´s so, the prayer that You require of me Must be ultimately just a patient waiting for You, A silent standing by, until You —who are ever present in the inmost centre of my being— Open the gate to me from within. In this way I shall be able to enter into myself, Into the hidden sanctuary of my own being, And there, at least once in my life, Empty out before You the vessel of my heart´s-blood. That will be the true hour of my love. Give me, O God of my prayer, The grace to continue waiting for You in prayer. [Karl Rahner sj]1 Fr. Rahner, teologu Ġermaniż, ħalla bosta kitbiet spiritwali. Rahner hu meqjus bħala wieħed mit-teoloġi Kattoliċi l-aktar importanti tas-seklu XX.

Page 7: Qorq Il-Pellegrin

4

Qorq il-Pellegrin

Din id-damma ta’talb u taħriġ spiritwali hi maħsuba għal nies li jinsabu fit-toroq tal-ħajja, u li ma jixtiequx li jaħlu ż-żmien iduru fil-vojt. Jixtiequ ikunu pellegrini bħal Ġesù li f´kull ma għamel terraq lejn is-Saltna ta’ Alla, u bħal ċertu ħabib ta’ Ġesù li fittex li jimxi f’kollox fil-passi tal-Mulej. L-għażla li għamilna tirrefletti l-ispiritwalità partikulari ta’ dak il-ħabib, Sant’Injazju ta’Loyola, li kien isejjah lilu nnifsu “l-pellegrin”. Għalhekk, il-biċċa l-kbira tas-siltiet huma meħuda minn awturi Ġiżwiti. Madanakollu, l-Ispiritwalità Injazjana xterdet ħafna għaliex hi fost l-aktar adattata għal nies li jgħixu ħajja attiva fid-dinja moderna, per eżempju: ħaddiema, professjonisti, reliġjużi tal-ħajja attiva u saċerdoti djoċesani. Sa’ mill-bidu, ċerti kitbiet

Page 8: Qorq Il-Pellegrin

5

spirtwali tal-Ġiżwiti bdew jintużaw ukoll mill-Protestanti. Għalhekk, l-Ispiritwalità Injazjana mhix monopolju tal-Ġiżwiti. Wara kollox Sant’Injazju ħa ħafna minn tradizzjonijiet spiritwali oħra. Għalhekk inkludejna talb minn awturi lajċi u minn awturi ta’spiritwalitajiet jew konfessjonijiet insara oħra, però li jesprimu tajjeb il-kariżma Injazjan. Fassalna din il-ġabra f’erba’ taqsimiet sabiex wieħed ikun jista’ jġorru miegħu dak li l-aktar jgħinnu jitlob, fil-waqtiet differenti tal-ġurnata u fil-qawsalla ta’ żminijiet u ġrajjiet diversi tal-ħajja interjuri. Fl-ewwel żewġ taqsimiet, “Ħinijiet ta’Talb” u “Waqtiet ta’Talb”, nipproponu talb adattat għall-mumenti differenti tal-jum u tal-ħajja. Sant’Injazju ta’Loyola għadda min hafna xorti f’ħajtu u tgħallem jitlob skont dak li l-aktar kien siewi fil-waqt li kien fih. Bħalu irridu nitgħallmu “nintunaw ir-radju interjuri”, “nagħżlu l-kanal tat-televixin spiritwali”, skont l-aktar li jqarribna lejn Alla fil-mument ta’ħajjitna li nsibu ruħna fih. Fit-talb m’aħniex waħedna, m’aħniex magħluqin fir-realtà ċkejkna tagħna. Fit-tielet taqsima, “Kumpanni fit-Talb” naraw kif nitolbu mal-persuni qaddisa, fil-preżenza tal-“ħbieb” ta’ Alla, speċjalment il-fqar, mħaddnin minn xfieq id-dinja, quddiem il-firxa tal-ħolqien. It-raba’ taqsima, “Taħriġ fit-Talb”, tgħinna nimirħu fid-dinja tat-talb nisrani u speċjalement tat-talb Injazjan. Fiha insibu skola ċkejkna ta’talb li teħodna lil hinn mill-formoli sbieħ miktuba minn xi ħadd ieħor. Hawn nitgħallmu ninsġu t-talb tagħna, nisktu, nikontemplaw, u nidħlu quddiem Alla bis-sensi kollha, u saħansitra mingħajr kliem, inħallu l-Ispirtu jitniegħed fina.

Page 9: Qorq Il-Pellegrin

6

Issa il-ktieb f’idejkom. Użawh u gawduh! René Micallef sj Ruma, 20 ta´Settembru 2013.

Page 10: Qorq Il-Pellegrin

7

Il-Ħajja tat-Talb

Ma nistgħu nagħmlu xejn jekk ħajjitna ma tkunx imsejsa fuq it-talb. Ruħna ma tistax tilħaq il-quċċata tal-qdusija jekk ma titlobx. Alla ma jkunx jista’ jinfed u jgħammar f’ruħna jekk aħna ma nfittxuhx. L-Ispiritu s-Santu hu dak li jinsab fin-nofs, bejn il-ħajja tal-Missier u tal-Iben. Aħna insejħu lill-Ispiritu s-Santu meta jiġuna d-dubji, meta nħabbtu wiċċna mad-diffikultajiet, sabiex ikun hu li jdawwalna. X’inhu t-talb? Hu taħdita bejn l-Iben u l-Missier. Il-Missier jieqaf jisma’ lill-Iben; l-Iben hu dak li jitkellem. Jien, bħala Kristu ieħor, nieħu x-xofftejn ta’Kristu; jekk ninżel għarkobbtejja inkun qiegħed fuq irkobbtejn Kristu: kulma jien isir jixbaħ lil-Kristu f’dak li hu fih innifsu. Min jitlob mhux xi ħadd kwalunkwe iżda hu l-Iben, hu Kristu li jitħaddet ma’Missieru.

Page 11: Qorq Il-Pellegrin

8

Minn jum il-magħmudija, mhux jien li ngħix, iżda hu Kristu li jgħammar fija (cf. Gal 2, 20). Dan għaliex il-grazzja tal-magħmudija biddlitni, Alla tani l-istess natura tiegħu. L-egħżeż ħaġa f’ħajti hi din: li Alla tani li nasal li insir iben tiegħu (cf. 1Ġn 3, 1). Kif il-ħadid idub fin-nar u jsir bħan-nar, jien ngħammar f’Alla u l-ħajja ta’ Alla tgħix fija. Alla jagħti lilu nnifsu lili, sabiex idawwal ruħi b’dija aktar qawwija. Il-preżenza tiegħu hi kull ma jmur aktar attiva filwaqt li nħalluh jinfed aktar u aktar fil-fond ta’qalbna. Per eżempju, aktar ma niftħu l-bieb ta’kamra mudlama (bħalma hi r-ruħ tagħna), aktar jidħol dawl fiha u aktar nagħrfu dak li fina jeħtieg jitjieb u jinbidel. Meta nibdew naraw fina dak li f’għajnejn Alla mhux sabiħ —in-nuqqasijiet u d-difetti tagħna— nitħeġġu nibdluh u ntejbuh. It-talb hu t-taħdita tal-Iben ma’ Missieru mqanqal mill-Ispiritu s-Santu. Tajjeb li nħallu li l-Mulej jimliena, jinfed ġewwa fina, skont kemm hu jixtieq: “Mulej, dak li hemm fija, inti qiegħedtu”. Dak li hu qiegħed fija, jiena ngħożżu u ngħarfu. Il-Mulej jixtieq li l-wied tal-grazzja jitħalla jibqa’ jgħaddej, u għalhekk m’għandniex inqiegħedulha ostakli lill-grazzja: “Mulej, inti kollox, għajn ta’ kull ma hu tajjeb; jekk ġo fija hemm xi ħaġa kbira, hu Int dak li qiegħedha fija”. Irħi f’idejn Alla l-imgħoddi kif ukoll il-ġejjieni. “Ma kontux terġgħu tfittxuni”, jgħid il-Mulej, “li kieku ma kontux sibtuni qabel”. Il-qdusija hi li wieħed iħalli lill-Mulej jaħfnu, u jistqarr: “Hu Kristu dak li jgħammar fija” (Gal 2, 20). Meta inħossuna fid-dlam u mċaħħdin mid-dawl, [x’aktarx dan ikun] għaliex ma nkunux qegħdin infittxu lil Alla. [San Alberto Hurtado sj]2

Page 12: Qorq Il-Pellegrin

9

San Alberto (1901-1952), Ċilen, sar jaf il-faqar meta ommu romlot u ċaħħduha mill-wirt. Irexxielu jaħdem u jistudja (sar avukat!) sa ma seta’ jħalli l-familja u jsir Ġiżwita. Ħadem bla heda bħala għalliem, predikatur u appostlu tal-fqar. Waqqaf rivista ta’Spiritwalità, dar tal-irtiri, union tal-ħaddiema u assoċjazzoni li tibni djar għall-fqar, id-“Dar ta’Kristu”.

Page 13: Qorq Il-Pellegrin

10

Qorq il-Pellegrin /1 Ħinijiet ta’ Talb

St Ignatius Loyola, by Emvin Cremona

(Loyola House, Naxxar, Malta)

Page 14: Qorq Il-Pellegrin

11

Ħ1. Matul il-Ġurnata: Filgħodu

Il-Ġiżwiti, biex ikunu aktar disponibbli fil-ħidma tagħhom, ma jiltaqgħux fil-kor ħafna drabi matul il-ġurnata biex jitolbu flimkien. Dan ifisser li kull Ġiżwita irid isib il-ħinijiet u r-ritmu tiegħu għat-talb mat-tul tal-ġurnata u jinseġ flimkien il-ħidma u t-talb, l-“azzjoni” u l-“kontemplazzjoni”. L-Ispiritwalità Injazjana hi waħda “attiva fil-kontemplazzjoni”. It-talb Injazjan hu attiv għaliex fih inħaddmu l-fakultajiet kollha ta’moħħna u qalbna – memorja, dehen, rieda, immaginazzjoni, sentimenti, eċċ. Ukoll, it-talb hu orjentat biex nagħmlu l-għażliet li jimmarkaw il-ħajja u l-attivitajiet tagħna. U fit-talb inġibu qud-diem il-Mulej is-suċċessi u d-diffikultajiet tal-ħidma tagħna.

Page 15: Qorq Il-Pellegrin

12

Però, il-Ispiritwalità ta’Injazju hi wkoll “kontemplattiva fl-azzjoni”, jiġifieri, fil-ħidma tagħna t-talb hu preżenti. Injazju kien jirnexxielu jgħaqqad il-ħidma u t-talb, hekk li f´ħajtu, it-talb formali kien ukoll forma ta’servizz appostoliku, u l-ħidma kienet ukoll mezz ta’inti-mità ma´Alla. Żewġ persuni jistgħu jsiru jafu lil xulxin fil-fond tant li jibqgħu f’kuntatt u konxi mill-preżenza ta’xulxin ukoll meta jkunu l-bogħod minn xulxin jew ikollhom moħħhom f’affarjiet jew nies oħra. Ukoll fis-skiet jibqa’ jkun hemm kanal ta’kommunikazzjoni bejniethom. Hekk jistedinna ngħixu r-relazzjoni ma’Alla Sant’In-jazju.

Page 16: Qorq Il-Pellegrin

13

Ħ1.1: Talba mal-qawmien

HOLY SPIRIT, ASTOUNDING PRESENCE O Holy and astounding Spirit You catch me by surprise at least once a day With the freshness of your love And the unpredictability of your presence, Especially in humble things That somehow give me immense joy. Some moments are completely new, full of joy As uplifting as the dawning sun, And those moments come from you, day by day.

Page 17: Qorq Il-Pellegrin

14

Stand behind me today when I’m right And ought to be more determined, And block my way when I’m being stupid And ought to back off. Teach me true compassion for those in need, So I may be of genuine help to someone. Bless me, today, Holy Spirit, and astound me again! [Tom Noe]3

Page 18: Qorq Il-Pellegrin

15

Ħ1.2: Offerta ta’Kuljum

Alla Missier, noffrilek dan il-jum, bit-talb, il-ħsibijiet, il-kliem, il-ħidma, il-ferħ u t-tbatija kollha tiegħi f’għaqda sħiħa ma’ Ġesù Ibnek, li jkompli joffri lilu nnifsu fl-Ewkaristija għall-ħelsien tad-dinja. Agħmel li l-Ispirtu s-Santu, li mexxa lil Ġesù ta’ qalb ħelwa u umli, imexxi lili wkoll u jkun ta’ qawwa għalija biex inkun xhud tal-imħabba tiegħek. Ma’ Marija, Omm il-Mulej u Omm il-Knisja, nitolbok b’mod speċjali skond il-fehmiet tal-Papa għal dan ix-xahar....

Page 19: Qorq Il-Pellegrin

16

Verżjoni mużikali (www.jesuit.org.mt/liturgy): Ngħollu lejk dal-jum, u noffrulek, Lilek, Alla, Missier u Sid, Ħsibijietna, talbna u kliemna, Il-ħidmiet, il-ferħ, it-taħbit. R1/ Noffrulek ħajjietna Magħqudin m’Ibnek Ġesù Li qalbu ħelwa w umli. Biex nitqarrbu lejk ġie jeħlisna Ibnek il-Waħdieni, Ġesù, Hu li joffri fl-Ewkaristija Lilu nnifsu kollu kemm hu. /R1 Ħa’ jmexxina l-Ispirtu s-Santu, Dak li mexxa ‘l Kristu fit-talb. Ħa’ jimliena b’qawwa biex nuru Kemm, lill-ħutna, tħobbhom mill-qalb. /R1 Dik li qaltlek ‘iva’, Marija, Titlob miegħna. L-omm tal-Mulej Tgħinna nagħrfu x’teħtieġ id-dinja, Tqiegħedna ma’ġenb binha, l-Qaddej. R2/ Fuq kollox noffrulek Talb imħeġġeġ għall-fehmiet Tal-papa u tal-isqfijiet.

Page 20: Qorq Il-Pellegrin

17

Fil-paġna tal-Appostolat tat-Talb (www.attmalta.org) tista’ ssib il-“fehmiet” ta’ dan ix-xahar. Din il-ħidma tal-Kumpanija tul

bosta snin xerrdet id-devozzjoni lejn il-Qalb ta’ Ġesù.

Page 21: Qorq Il-Pellegrin

18

Ħ1.3: Tislima lill-Għodwa l-Ġdida

Il-lejl għadda, il-jum feġġ. Arani, ser nisbaħ jien u nsellem il-għodwa. Sliem għalik, ja dawl. Sliem għalik, l-arja. Sliem għalik, l-art. Sliem għalik, o Alla tiegħi. Grazzi tal-ħajja li tajtni. Inħossni fiż-żgur, f’din idek, fawwara ta’tjieba. Nitolbok: terraq maġenbi llum. Ammen. [European Christian Environmental Network]4 Għal aktar tagħrif, żur il-paġna: www.ecen.org

Page 22: Qorq Il-Pellegrin

19

Ħ1.4: Talba ta´Sbieħ il-Jum Kantata

1. Daħla Mexxej: O Alla, ejja eħlisni Ġemgħa: Mulej, fittex għini. Kulħadd: Glorja... 2. Innu liturġiku (meħud mill-ktieb tal-kant) 3. Salm 62 (63) – *M O Alla, hu int l-Alla tiegħi, bil-ħerqa, bix-xenqa infittxek. Ininu għalik ruħi, u ġismi,

Page 23: Qorq Il-Pellegrin

20

bħal roqgħa art niexfa w imqaxqxa, bħal roqgħa art niexfa, maħruqa. Fit-tempju, arani ġejt fejnek, nitgħaxxaq b'setgħetek u b'sebħek. Għax aqwa mill-ħajja, tjubitek, xoftejja ixandru tweġġiħek, xoftejja ixandru foħritek. Għalhekk ser inbierkek, Mulej, se nbierkek tul ħajti kollha, ser ngħoli idejja lejk u nsejjaħ ismek. Nimtela, b'kull benna li ssemmen, xoftejja ferrieħa jgħannulek, x'ħin fik, hemm fuq friexi, niftakar, u f'sahret il-lejl nehwden fuqek, u f'sahret il-lejl naħseb fuqek. Għax inti għajnuna għalija, għad-dell ta' ġwenħajk ngħanni hieni. Ir-ruħ tiegħi miegħek tingħaqad, tassew li lemintek triffidni, tassew li lemintek tweżinni. Għalhekk ser inbierkek, Mulej, se nbierkek tul ħajti kollha, ser ngħoli idejja lejk u nsejjaħ ismek.

Page 24: Qorq Il-Pellegrin

21

4. Kantiku tat-Tliet Żgħażagħ (Dan 3) – *M Ħidmiet tal-Mulej: bierku lkoll ‘il-Mulej, Infexxu faħħruh u għolluh, ‘il-Mulej, Ħabbara tas-Sid: bierku lkoll ‘il-Mulej, U intom, smewwiet: bierku lkoll ‘il-Mulej. Ħa jbierek, is-sema, ‘l-Mulej Ħa jsebbħu u jgħollih fuq kollox, għal dejjem. Ja ġwiebi ta’fuq: bierku lkoll ‘il-Mulej, Setgħat is-smewwiet: bierku lkoll ‘il-Mulej, Ja qamar, ja xemx: bierku lkoll ‘il-Mulej, U intom kewkbiet: bierku lkoll ‘il-Mulej. O xita u nidat: bierku lkoll ‘il-Mulej, Żiffiet u rjieħat: bierku lkoll ‘il-Mulej, Ja sħana, ja nar: bierku lkoll ‘il-Mulej, Ja bard u ja ksieħ: bierku lkoll ‘il-Mulej. Ħa jbierek, is-sema, ‘l-Mulej Ħa jsebbħu u jgħollih fuq kollox, għal dejjem. Ja nida, o silġ fin: bierku lkoll ‘il-Mulej, Il-ġlata u l-irżieħ: bierku lkoll ‘il-Mulej, Ja borra, ja silġ: bierku lkoll ‘il-Mulej, Infexxu faħħruh u għolluh ‘il-Mulej. O ljieli, o jiem: bierku lkoll ‘il-Mulej, Ja dija, ja dlam: bierku lkoll ‘il-Mulej, Il-beraq, l-isħab: bierku lkoll ‘il-Mulej, Kull m’hemm fis-smewwiet: bierku, int, ‘il-Mulej. Ħa tbierku, l-art kollha ‘l-Mulej Ħa ssebbħu u tgħollih fuq kollox, għal dejjem. Muntanji u għoljiet: bierku lkoll ‘il-Mulej,

Page 25: Qorq Il-Pellegrin

22

Tnibbit ta’mill-art: bierku, int, ‘il-Mulej Għejun, nixxigħat: bierku lkoll ‘il-Mulej, Ja ibħra u widien: bierku lkoll ‘il-Mulej. Frott l-ilma u ħut: bierku lkoll ‘il-Mulej, Għasafar u tjur: bierku lkoll ‘il-Mulej, Il-bgħejjem, merħliet: bierku lkoll ‘il-Mulej, U tal-art il-ħlejqiet: bierku lkoll ‘il-Mulej. Fis bierku, bnedmin, ‘il-Mulej Sebbħuħ u għolluh fuq kollox, għal dejjem. Ulied Iżraël: bierku lkoll ‘il-Mulej, Infexxu faħħruħ u għolluh ‘il-Mulej, Flimkien, qassisin: bierku lkoll ‘il-Mulej, Qaddejja tas-Sid: bierku lkoll ‘il-Mulej. O Spirti u erwieħ tal-ġusti: bierkuh! Bierkuh qaddisin ma’ tal-qlub imtaħħtin. Int faħħru u għollih, Ħananija, ‘l-Mulej, U int Misaël, m’Għażarija, flimkien. Ħa nsebbħu ‘l-Missier u ngħolluh, Ħa nfaħħru lill-Iben u lill-Ispirtu.

5. Salm 149 – *M R./ Kantaw lill-Mulej għanja ġdida Fil-ġemgħa ta' ħbiebu, foħritu! O Israel, thenna b'min ħalqek! Ja wild Sijon, itpaxxa b'Sultanek! Ħa jfaħħar biż-żfin l-isem tiegħu, Bid-daqq tat-tambur u taċ-ċetra!

Page 26: Qorq Il-Pellegrin

23

Għax b'niesu jitgħaxxaq Mulejna, Il-fqajjar isebbaħ bir-rebħa. /R. Jinfexxu ħbieb Alla jtuh glorja U jaqbżu ferħana fuq friexhom! Mogħnija b'foħritu fuq fommhom, Bi sjuf b'żewgt ixfar ġo idejhom. /R. Se jfitxu mill-ġnus jieħdu ħlashom, Lis-slaten jorbtulhom bil-ktajjen, B'irbit tal-ħadid lis-setgħana, Hekk jagħmlu il-ħaqq minn ġens ħajjen. /R. *Dan hu ġieħ għall-ħbieb tal-Mulej, Hallelujah! Hallelujah! (x2*) 6. Qari qasir: Apok 7,10b.12 (*M) Il-fidwa nafuha ‘l-Missier li qiegħed fuq it-tron, U wkoll lill-Ħaruf. Tifħir u glorja, radd ta’ ħajr u għerf, Qawwa u saħħa u ġieħ Ngħollu f’kull żmien lejn Alla tagħna! Ħa nsebbħu lkoll lil Alla tagħna! (x2). Ammen. 7. Kantiku ta’Żakkarija (W9.2) 8. Talb tal-Ġemgħa (spontanju jew mħejji minn qabel) 9. Missierna u talba tal-aħħar

Page 27: Qorq Il-Pellegrin

24

10. Għeluq Il-Mulej iberikna, iħarisna minn kull deni, u jwassalna għall-ħajja ta’ dejjem. Ammen.

Fuq l-internet tista’ ssib il-Liturġija tas-Sigħat bil-Malti (www.liturgija.com, www.laikos.org), ukoll moqrija fuq

YouTube (fuq il-kanal “Brevjar”).

Page 28: Qorq Il-Pellegrin

25

Ħ2. Matul il-Ġurnata: F’Nofsinhar

Page 29: Qorq Il-Pellegrin

26

Ħ2.1: Barkiet tal-ikel

Mulej Ġesù, Ħbiebek fetħu għajnejhom u lemħuk Fil-qsim tal-ħobż. Agħtina, Mulej, li nagħrfuk f'xulxin, Aħna u naqsmu dan l-ikel bejnietna. Ammen.

Page 30: Qorq Il-Pellegrin

27

O Lord, you clothe the lilies, You feed the birds of the sky; You lead the hart to the water And the lamb to the pasture, to lie, You multiplied loaves and fishes, And converted water to wine: Do come, this day, to our table, As guest and giver, to dine.5 Bless this bunch, As we munch and crunch our lunch. With no haste, All we'll taste and none we'll waste. Help us share: Let us dare bear your care everywhere. Amen. Mexxej:

Ejjew imbierku ‘l-Mulej li jiġmagħna f'poplu wieħed mill-erbat irkejjen tal-art. Ġemgħa:

Imbierek int, Mulej għax tajtna dal-ħobż li qed niksru u ngħaddu bejnietna

Page 31: Qorq Il-Pellegrin

28

waqt li niftakru l-imħabba li wrejt magħna. Mexxej:

Agħtina, Mulej li ngħarfu nsebbħuk bi frott il-art, fidili fil-qadi tiegħek u ħsiebna f'li nagħmlu l-ġid ma' ħutna, filwaqt li ma nċaħħdu lil ħadd minn dak li jeħtieġ u li jmiss lilu, bi Kristu sidna. Ġemgħa:

Ammen. [Talba użata fost il-Ġiżwiti fl-Italja]

Page 32: Qorq Il-Pellegrin

29

Ħ2.2: Talbiet għal wara l-ikel

Grazzi, Missier, ta' kulma tajtna U tal-Imħabba li titlaħħam fi qlubna Permezz tal-Ispirtu li qiegħedt fina. Ħa mbierku lill-Mulej: Inroddu ħajr lil Alla.

Page 33: Qorq Il-Pellegrin

30

We thank you, Lord, for your bounty. May those in want have food today, And we who want not, Ever seek first your Kingdom and its justice. Let us bless the Lord: Thanks be to God.

Ieqaf u itlob issa! Il-Ġiżwiti jgħallmuk kif. Niżżel il-podcasts ta din il-ġimgħa minn:

www.pray-as-you-go.org.

Jew mur fil-paġna http://sacredspace.ie/ u ħalli lil min imexxik fit-talb.

Page 34: Qorq Il-Pellegrin

31

Ħ3. Matul il-Ġurnata: Filgħaxija

Page 35: Qorq Il-Pellegrin

32

Ħ3.1: Għasar Kantat

1. Daħla Mexxej: O Alla, ejja eħlisni Ġemgħa: Mulej, fittex għini. Kulħadd: Glorja...

2. Innu liturġiku (meħud mill-ktieb tal-kant)

Page 36: Qorq Il-Pellegrin

33

3. Salm 113A (114) - *M Met' Israel ħalla l-Eġittu, Ġakobb ħalla ġens ta' lsien barrani, Kien hemm meta Ġuda sar maqdes is-Sid, Dar Israel saltna ta'Alla l-ħellies. Il-baħar ra dan u fis ħarab, L-istess il-Ġordan, li reġa' lura, Ukoll il-muntanji, li qabżu bħal kbiex U magħhom l-għoljiet, li qabżu bħal ħrief. Xi ġralek, o baħar, biex taħrab? Xi ġralek, Ġordan, biex terġa' lura? Xi ġralkom, muntanji, biex taqbżu bħal kbiex, U intom, għoljiet, biex taqbżu bħal ħrief? Itriegħed, o art, quddiem Sidna, Hu l-Alla li qiem Ġakobb missierna, Li jbiddel il-blata f'għadira ta'wied: Miż-żonqor inixxu dlonk l-ilmijiet. 4. Salm 109 (110) – *M Dan jgħid il-Mulej lil Sidi: “Oqgħod fuq leminti Sa' ma nqiegħed l-għadu tiegħek mirfes taħt riġlejk”. Jibgħat il-Mulej minn Sijon xettru: il-qawwa tiegħek. Aħkem, mela, f'nofs l-għedewwa li qamu kontrik.

Page 37: Qorq Il-Pellegrin

34

Int setgħan sa' minn twelidek fuq l-għoljiet imqaddsa, Xħin, bħan-nida, jien nissiltek qabel sebħ il-jum. Dan jgħid il-Mulej lil Sidi: “Oqgħod fuq leminti Sa' ma nqiegħed l-għadu tiegħek mirfes taħt riġlejk”. Ħalef il-Qaddis, Mulejja, u ma jdurx minn kelmtu: “Int qassis, hekk tibqa'_għal dejjem, bħal Melkisedek”. Slaten jidrob, fuq lemintek, Sidi f'jum il-qilla. Jixrob mill-widien fi triqtu, rasu jerfa' 'l fuq. Dan jgħid il-Mulej lil Sidi: “Oqgħod fuq leminti Sa' ma nqiegħed l-għadu tiegħek mirfes taħt riġlejk”. 5. Kantiku tat-Tieġ tal-Ħaruf (Apok 19) – *M Hallelujah! Għand Alla tagħna nsibu Il-fidwa, l-glorja, l-qawwa, Għax jagħmel ħaqq bis-sewwa, bil-ġustizzja. Hallelujah! Lil Alla tagħna faħħru, Qaddejja tiegħu kollha, Iż-żgħar u l-kbar, ilkoll li tibżgħu minnu! Hallelujah! Ħa s-saltna l-Mulej Alla Is-Sid li jista’ kollox: Nifirħu u nithennew, u nagħtuh glorja!

Page 38: Qorq Il-Pellegrin

35

Hallelujah! Għax wasal jum il-festa Tat-tieġ tal-Ħaruf twajjeb, L-għarusa sbejħa tiegħu ħejjiet ruħha. Hallelujah. 6. Qari qasir: 2 Kor 1,3-4 Imbierek Alla u Missier Sidna Ġesù Kristu, Missier il-ħniena u Alla ta’ kull faraġ. Hu jfarraġna fid-dwejjaq kollha tagħna, biex aħna, permezz tal-faraġ li bih Alla jfarraġ lilna, inkunu nistgħu nfarrġu lil dawk kollha li jinsabu f’kull xorta ta’ dwejjaq. 7. Kantiku ta’Marija (K5.3134) 8. Talb tal-Ġemgħa (spontanju jew mħejji minn qabel) 9. Missierna u talba tal-aħħar 10. Għeluq Il-Mulej iberikna, iħarisna minn kull deni, u jwassalna għall-ħajja ta’ dejjem. Ammen.

Page 39: Qorq Il-Pellegrin

36

Ħ3.2: Talbiet qabel l-irqad

Tajjeb li qabel ma norqdu ngħamlu l-“eżami tal-kuxjenza” f’waħda mill-forom proposti fit-taqsima “Taħrig ieħor” (Busy Persons' Awareness Examen, Talba tar-Rabta ma’Alla), jew fuq www.examen.me. Nistgħu nibdew dan l-eżerċizzju b’waħda minn dawn it-talbiet.

FOR THOSE IN NEED O God, before I sleep, I remember before you all the people I love, and now in silence I say their names to you...

Page 40: Qorq Il-Pellegrin

37

All the people who are sad and lonely, Old and forgotten, Poor and hungry and cold, In pain of body and distress of mind... Bless all who specially need your blessing, And bless me, too, Make this a good night for me. This I ask for your love's sake. Amen. [William Barclay] KENNINNA, MULEJ O Ġesù twajjeb, dija minn dija, Xemx li ma tafx inżulha, f'l-għaxija, Int traxxax dawlek, tferrxu bil-kwiet, Fil-firxa kiebja tad-dlamijiet, Treġġa' lejn darhom id-dellijiet, Fil-lejl tad-dinja tħabrek, fis-skiet. Għandek, Mulejna, li kollok qdusija Infittxu, ġejna, s-serħan, id-dħulija. Ġejna nitolbu li inti taħjina: X'toqol u għeja nġemgħu ġo fina! F'qalbna, ġo moħħna, f'dal ġisem agħtina Li twarrad tbissima, w minn ġewwa ddewwina.

Page 41: Qorq Il-Pellegrin

38

Meta, fil-ħedla, jintebqu għajnejna Ħa jishru qlubna, għax int wieqaf ħdejna. Idek ħanina tħarisna, bħal tarka: Fik ittamajna għax mingħandek il-barka. Ħarisna mid-deni, ja Sid, ja ħellies, Li b'demmek tifdina, b'imħabbtek bla qjies, U ixgħel fi qlubna, bi kliemek kebbies, L-imħabba għal ħutna, in-nar il-mellies. [Msejsa fuq innu tat-Talba ta'Għeluq il-Jum mill-Liturġija tas-Sigħat bit-Taljan6.]

NGĦANNILEK BLA HEDA Agħlaqli għajnejja bil-ħlewwa, Mulej, U kebbes dawl ġdid mal-miġja tal-lejl, Biex dlonk nitfa' ħarsti u nilmaħ mill-ġdid L-għeġubijiet tiegħek, il-kotra ta'ġid Li int għamilt miegħi, mal-medda tal-jum, U f'qalbi ngħannilek, mal-lejl, sa' ma nqum. Il-ħemda maġenbi, ħa tkunli ta'wens, Xħin nifli triqati u nfittex is-sens: Jien dgħajjef fil-fidi, iżd'issa, f'das-skiet, Ħa jidwu ġo fija, f'dawn it-tifkiriet, Il-kliem li lissintli, mal-medda tal-jum Biex nibqa' ngħannilek, mal-lejl, sa' ma nqum.

Page 42: Qorq Il-Pellegrin

39

F'idejk nerħi ruħi, ħa timraħ u tfiq Sa' meta, 'kk jistenbaħ, ifiġġ iż-żernieq. Il-grazzja li ttini biżżejjed, Mulej, Xerridha, nitolbok, ġo fija bla kejl, U wegħedni l-kenn tiegħek mal-medda tal-jum Biex nibda ngħannilek, mas-sebħ, xħin inqum. [Msejsa fuq innu tat-Talba ta'Għeluq il-Jum mill-Liturġija tas-Sigħat bit-Franċiż7.]

Page 43: Qorq Il-Pellegrin

40

Qorq il-Pellegrin /2 Waqtiet ta’ Talb

Sant'Injazju Pellegrin. Pittura ta' Montserrat Gudiol (1991)

miżmuma fil-kappella tas-Santwarju ta'Manresa (qrib Barċellona), Spanja

Page 44: Qorq Il-Pellegrin

41

W1. Fil-fallimenti u fi qtiegħ il-qalb

Il-mumenti ta’ falliment, meta jingħalqilna bieb f’wiċċna, jafu jkunu mumenti ta’bidu ġdid, jekk aħna kapaċi noħorġu minna nfusna u naraw fejn jinsab Alla f’dan kollu. Xi kultant irridu ngħaddu mid-dieqa hekk kif il-ħolm u l-proġetti tagħna tal-imgħoddi jisfaw fix-xejn, u flokhom bil-mod tibda tinħażż xbiha ġdida tal-futur. Ix-xewqat ġodda għall-ġejjieni tagħna iġibu magħhom biżat u tamiet, hena u qtiegħ il-qalb. Fl-1521, ċertu wieħed Iñigo minn Loyola (fil-Pajjiż Bask) għadda minn dan kollu wara li balla ta’ kanun farrkittlu l-ħolm sabiħ li kellu għall-karriera tiegħu bħala suldat, xalatur u protagonist fil-burokrazija statali rinaxximentali li bdiet titwieled fi Spanja fi żmienu. Ħaseb li billi jiddefendi l-fortizza ta’Pamplona b’ponn

Page 45: Qorq Il-Pellegrin

42

suldati kontra l-armata Franċiża, kien ser isir eroj famuż, u arralu bl-ikrah għax spiċċa jzappap.

Page 46: Qorq Il-Pellegrin

43

W1.1: Kull Sebħ u Glorja Lilek, Mulej

Ismagħni, Mulej, ħares ‘l hawn issa, u ismagħni. U ibqa’ ismagħni! Jiġu mumenti fil-ħajja meta ma’ nħossnix “ta’ quddiem in-nies”. Naf narma ngħajjat, b’ħangra daqsxiex. Naf nibda nsabbat fuq il-ħajt, Nagħti bis-sieq fiż-żrar, insabbat il-bibien, Nagħti bil-ponn ġo l-imħadda, Inwieġeb bil-herra, nisħet xortija. Naf saħansitra neħodha kontrik. Jew inkella niskot, u nrabbi geddum sa’ l-art.

Page 47: Qorq Il-Pellegrin

44

F’dawn il-mumenti, Mulej, ibqa’ ismagħni. F’dawn il-mumenti, min ma tantx jafek Faċilmenent jaħseb li nkun qed noffendik. Jaf jitlobni niġi quddiemek irpużat u mitbissem, —Bħallikieku dejjem kollox sew— u nillamta suriti, U ninċensak bħalma wieħed jinċensa lill-politikanti. Iżda f’dawn il-mumenti wkoll, U specjalment f’dawn il-mumenti, Int taf li nkun qed nagħtik kull sebħ u glorja. Għax, wara kollox, jien inħobbok, Mulejja. U f’dawn il-waqtiet nkun nafdak bil-verità kollha, Tbaqbaq minn ġewwa. (Dan hu li jagħtik glorja!) U meta, bla maskri, ma nkunx “ta’ quddiem in-nies” Jien qatt ma nsibni komdu bħalma quddiemek.

Page 48: Qorq Il-Pellegrin

45

W1.2: Saffini ħa nsir nixbħek

Mulejja, jekk jgħoġbok, neħħi minni Dak kollu li jifred u jbiegħed lili minnek u lilek minni. Neħħi minni dak kollu li jniġġisni, inixxifni, iwebbisni, iħarbatni u jdgħajjifni. Neħħi minni dak kollu li jagħmili persuna Li ma jistħoqqilhiex li inti zżurha, trażżanha, twiddibha, Li tlissnilha kliem ta’ faraġ u tikkomunika magħha, Li twasslilha imħabbtek u tjubitek. Ikollok ħniena minni dejjem, o Mulej. Biegħed sew minni il-ħażen li hemm fija Li ma jħallinix nixħet ħarsti fuqek, Ma jħallinix nisimgħek U nitgħaxxaq bil-ħlewwa tiegħek,

Page 49: Qorq Il-Pellegrin

46

Ma jħallinix nagħraf il-fwieħa tiegħek, Ma jħallinix inħossok, nindiehex u nibqa’ niftakar, Il-ħazen li jżommni Milli nifhmek u nqiegħed tamti fik, Milli nħobbok u nagħmlek tiegħi, Milli ngħammar fejn tinsab int U nibda nsib għandek il-għaxqa tiegħi. Għamel li nsir nixbħek, Mulej; Sawwarni b’kull kelma li toħroġ minn fommok, Għaliex biżżejjed għalija li kliemek ikunu jgħammru fija U li nkun nista’ nagħrafhom bis-sensi tiegħi kollha. [Beatu Pietru Favre sj, Memoriale §187]

Favre, it-“tieni” Ġiżwita, ħabrek bħala predikatur u direttur spiritwali

f’bosta pajjiżi.

Page 50: Qorq Il-Pellegrin

47

W1.3: Prayer of Repentance

Lord Jesus, You opened the eyes of the blind, Healed the sick, Forgave the sinful woman, And after Peter’s denial confirmed him in your love. Son of God and Son of Mary Have mercy on me, a sinner. Listen to my prayer: Forgive all my sins, Renew your love in my heart, Help me to lie in perfect unity

Page 51: Qorq Il-Pellegrin

48

With my fellow Christians That I may proclaim your saving power To all the world. Amen. [A simple Act of Contrition by an Anonymous Jesuit].

Page 52: Qorq Il-Pellegrin

49

W1.4: Free us from self-righteousness

Deliver us, Lord, From every form of self-righteousness, From every trace of satisfaction In our condemnation of another. Show us our sinfulness so that we, Knowing the depths of your forgiveness And the tenderness of your love, May bear witness to your loving mercy in all our dealings. We ask this through Jesus Christ our Lord. Amen.

Page 53: Qorq Il-Pellegrin

50

[Gerard W. Hughes sj]8 Fr Hughes is a Scottish Jesuit. When he was a chaplain at the Uni-versity of Glasgow, he felt a call to study Ignatian Spirituality and accompany retreats. He eventually set out on foot from London to Rome, where he was sent to study at the Gregorian University. He has given many retreats, published various books on spiritu-ality and has been active in ecumenical movements in the UK.

Page 54: Qorq Il-Pellegrin

51

W2. Fil-mard u fl-uġigħ

Il-Franċiżi ammiraw il-qlubija ta’ Iñigo, dewwewh u ġarrewh f’mitraħ sa’ għand ħabib tiegħu, minn fejn ittieħed sa’Loyola biex jirkupra saħħtu. Meta għaqad l-għadam u Iñigo skopra li kellu riġel iwal mill-ieħor, talabhom ikissru kollox mill-ġdid u jiġbdulu riġlu tal-lemin bil-piżijiet sa’ ma jiġi daqs l-ieħor, għax kienu għadu qed joħlom li kien ser jimpressjona lin-nisa bid-dehra tiegħu u jmexxi l-armati. Il-proċedura, bla loppju, kienet tinvolvi tbatija atroċi. Fis-sodda, mikdud bl-uġigħ, Iñigo fittex f’xiex jehda. Sabulu biss żewġ kotba: il-Ħajja ta’Kristu u L-Istejjer tal-Qaddisin. Beda jaqrahom bil-mod u sa’beda jhewden fuqhom: xtaq jgħix ħajja erojka bħal ta’Ġesù u l-qaddisin. Ovvjament, dan il-ħolm kien

Page 55: Qorq Il-Pellegrin

52

għadu mimli ġlorja għalih innifsu, bħall-ħolm li kellu meta kien jaħseb fuq il-konkwisti futuri fil-kamp tal-battalja u fost in-nisa nobbli. Madanakollu, Iñigo beda jinduna b’differenza: meta kien jimmaġina lilu nnifsu bħal Ġesù u l-qaddisin, kien isib hena f’qalbu li kienet tibqa’ ukoll meta kien jieqaf jhewden. Din kienet differenti mill-pjaċir li kien iħoss meta kien jimmaġina futur ta’kavallier u gentlom imfittex min-nisa, li kien iħallih xott meta jispiċċa. Biż-żmien beda jintebaħ kif il-Mulej kien qed ikellmu f’dan it-tqanqil ġewwieni, permezz ta’ħena, paċi, ndiema, dieqa quddiem it-tbatija ta’Ġesù u ‘mozjonijiet’ oħra, u hekk skopra futur ġdid possibbli għalih.

Page 56: Qorq Il-Pellegrin

53

W2.1: In time of sickness

Lord Jesus, You suffered and died for me. You understand suffering and you share it with us. You did not explain it away with beautiful theories, But dared to bare it scandalously on a tree. May my suffering bring me closer to you And to the millions of poor people Struggling for survival in terrible conditions who have known little if any comfort since they were born.

Page 57: Qorq Il-Pellegrin

54

May it reveal to me the frailty of the human body So that I may be ever kinder with others, Respectful of my own health, and more desirous Of entering your eternal companionship Beyond the limits of time and space That this body imposes on me, When the time is come. Calm my fears, increase my trust in you; Make me patient and cooperative With those who serve me, And if it be your will, please restore me to health, So that I may work for your honour and glory And so that all may come to know Your loving embrace. [Adapted from a prayer in McNally and Storey, 1978]9

Page 58: Qorq Il-Pellegrin

55

W2.2: Lis-Setgħani li jixref wiċċu fid-dgħajjef

Grazzi, Mulej, talli turina lilek innifsek mhux kif nippretendu aħna, iżda b'modi li ma nobsruhomx, f'suriet dejjem ġodda u sorprendenti. Bil-ħerqa nitolbuk li ma tibqa' fl-arja l-ebda farka minn dak li tgħarrafna dwarek iżda li nagħrfu napplikawh minnufih f'dawk il-mumenti meta nindunaw b'xi ħadd, qrib tagħna, li fih int tixref wiċċek.

Page 59: Qorq Il-Pellegrin

56

Agħtina, Mulej, li dak li nafu dwarek inqegħeduh fil-prattika, li l-għemil tagħna ikun imdawwal u mseddaq bl-għożża u l-għarfien tal-Passjoni u l-mewt tiegħek. Mexxina f'din it-tfittxija difficli li fiha faċli nqarrqu bina nfusna. Agħtina li nagħrfu l-piż tal-kliem li ngħidu u nisimgħu u li nifhmu li jekk għalina jibqgħu biss kliem li ntennu fil-vojt, jaf jasal jum fejn huma stess jixluna. Salvana, O Alla fil-ħniena tiegħek, int li tagħtina l-Ispirtu U li tgħix u ssaltan għal dejjem ta' dejjem. Ammen. [Carlo Maria Martini, sj.]10

Il-Kardinal Martini, biblista magħruf, kien l-Arċisqof ta’Milan bejn l-1979 u l-2002. Kiteb bosta kotba li jinsġu flimkien il-Bibbja u l-Ispiritwalità, skont it-tradizzjoni tal-“lectio divina”.

Page 60: Qorq Il-Pellegrin

57

W2.3: While Gazing at My Crucified Lord

Lord, you did not cling to your equality with God, but emptied yourself to assume the condition of a slave. Root out from our hearts all desire for power and influence over others, and plant in its place a love and delight in serving you by listening and responding to the needs of others.

Page 61: Qorq Il-Pellegrin

58

We ask this through Jesus Christ our Lord. Amen. [Gerard W. Hughes sj]11

Page 62: Qorq Il-Pellegrin

59

W2.4: Disciples of a Crucified Lord

Lord Jesus, you know that, like the apostles, We try at any cost to reject the truth Of your difficult message And we do not know how to follow you Where you are going: We imagine it will be easy, exciting, to follow you And we reject what you prepare for us day by day. Enlighten our minds and warm our hearts So that we can understand what you want from us, Namely, the poor offering of ourselves before you, Be that never so feeble and desultory. Make us able, Lord,

Page 63: Qorq Il-Pellegrin

60

To let ourselves be accepted by you And accept you completely And to hide nothing from you. Virgin Mary, you who adhered perfectly To the word of God and let yourself Be modelled and transformed by the Word, To the point of complete self-giving At the foot of the cross, Obtain for us that we may truly follow The life of your Son. [Carlo Maria Martini sj]12

Page 64: Qorq Il-Pellegrin

61

W3. Fi żmien ta’ taqlib interjuri

Meta kien jiflaħ jimxi, jew aħjar izappap, Iñigo telaq minn Loyola biex jagħmel pellegrinaġġ lejn Ġerusalemm. Fit-triq żar xi Santwarji tal-Madonna. Meta qorob lejn Barċellona minn fejn kellu jsalpa lejn l-Italja, waqaf post jismu Manresa biex jevita li jiltaqa’ ma xi nies fi triqtu. Spiċċa baqa’ jgħix f’għar f’Manresa tul bosta xhur. Iñigo kien iżur is-santwarju ta’Montserrat biex jitolob u jiltaqa’ mal-konfessur. F’Manresa kellu tliet perjodi ta’esperjenzi spiritwali. Fil-bidu, kien beda jaqra il-ktejjeb “L-Imitazzjoni ta’Kristu” u kotba spritwali oħra. Kien joħrog idur fl-imsieraħ ta’Manresa u jkellem lil min jara fuq Alla u fuq il-fidi.

Page 65: Qorq Il-Pellegrin

62

Wara dan, daħal f’fażi iebsa, u kien mikdud minn dubji u skrupli. Kien il-ħin kollu jaħseb li nesa jqerr xi dnub gravi u li Alla ma kienx għadu ħafirlu għalkollox. Kien imur Montserrat jerga’ jqerr kull darba li jiftakar xi dnub tal-passat. Imtela bl-ansjetà u beda jaħseb li kien impossibli għalih li jgħix hekk ħajtu kollha u jsir qaddis. Ħassu bniedem fallut, u ġietu tentazzjoni li jagħmel suiċidju. U aktar ma kien isum u jagħmel penitenza aktar agħar. Saflaħħar fehem li bil-ħila tiegħu ma’setgħax jegħleb dawn it-ten-tazzjonjonijiet, dubji u skrupli. Qaddis ma ssirx bil-ħila tiegħek, bħal kavallier. Talab l-għinuna tal-Mulej. U l-Mulej ħallih jgħaddi għat-tielet fażi.

Page 66: Qorq Il-Pellegrin

63

W3.1: The Road Ahead

My Lord God, I have no idea where I am going. I do not see the road ahead of me. I cannot know for certain where it will end. Nor do I really know myself, And the fact that I think that I am following your will Does not mean that I am actually doing so. But I believe that the desire to please you Does in fact please you. And I hope I have that desire in all that I am doing. I hope that I will never do anything Apart from that desire.

Page 67: Qorq Il-Pellegrin

64

And I know that if I do this, You will lead me by the right road Though I may know nothing about it. Therefore will I trust you always Though I may seem to be lost And in the shadow of death. I will not fear, for you are ever with me, And you will never leave me to face my perils alone. [Thomas Merton]13

Page 68: Qorq Il-Pellegrin

65

W3.2: Come into my house, Lord

Lord Christ, I wish I could offer you A reasonably clean and swept house to dwell in, But I can’t. I can say – and know the meaning of – “I am not worthy to have you come under my roof…” But you are already there! Living among the once-flourishing idols. The floor is dirty and at times The room is airless – even for me! I am ashamed of your presence there, Yet you slept in a cave And on a donkey’s back at night under the desert stars.

Page 69: Qorq Il-Pellegrin

66

So, if I can’t change your accommodations, Let me rejoice all the same that you are present. I must believe strongly, Lord, That I can’t question this: That you are at home with sinners – And my greatest sin, Lord Christ, Is that I don’t want to be a sinner! Nor do I easily accept it. - Still, the evidence is overwhelming. But hope is like a green shoot In the midst of an airless, disordered world. And that hope comes from your Spirit. I rest in that hope, Lord. [William Breault, sj]14

Page 70: Qorq Il-Pellegrin

67

W3.3: Don’t stop hounding me!

What’s wrong with me, Lord? Why can´t I change? Why do I keep dodging you, And why do you keep hounding me? I´ve tried to forget you, Lord, But you keep stalking me. You keep giving me hell inside. You won´t give up on me. Why? Maybe that´s what love is all about. If you can love like that, Lord — If you can love someone as stubborn as me — Then you must be God. And sooner or later, I´m bound to start loving you.

Page 71: Qorq Il-Pellegrin

68

Lord, don´t stop hounding me, Even though it hurts my pride, Deflates my ego, and sickens my soul. They say you are all-loving. Well, you are. And if that means anything, It means that you care about me. You have the power to change me, To reach me, to make me over. Lord, never give up on me, Even though I may have all but given up on you. [Mark Link sj]15 Fr Link has made Ignatian Spiritually accessible through a series of popular books and a website: www.staygreat.com

Page 72: Qorq Il-Pellegrin

69

W3.4: Prayer for a Holy Heart

Lord, grant me a holy heart That sees always what is fine and pure And is not frightened at the sight of sin, But creates order wherever it goes. Grant me a heart that knows nothing Of boredom, weeping and sighing. Let me not be too concerned With the bothersome thing I call “myself”. Lord, give me a sense of humour And I will find happiness in life

Page 73: Qorq Il-Pellegrin

70

And profit for others. [St. Thomas More] In many ways, St Thomas was a predecessor to St Ignatius, insist-ing on the urgent need of a spiritual reformation of the Church while maintaining a deep faithfulness to Church authority and trust in the Papacy (in a moment of great decadence of the Ro-man institutions).

This prayer, and many others now in public domain, can be found online in the St Louis University Interactive Prayerbook: A Time for God: http://slu.edu/prayerbook/. SLU is a Jesuit Univerity, based in St Louis, Missouri.

Page 74: Qorq Il-Pellegrin

71

W3.5: Agħtini qalb safja u għerf smewwi

Seddaqni, O Alla, Bil-grazzja tal-Ispirtu s-Santu. Saħħaħli l-ġewwieni tiegħi, U battal qalbi minn kull inkwiet u kedda bla meħtieġ. Tħallix li geġwiġija ta’ xewqat jorbtuni mal-ħwejjeġ ta’ din l-art, Kemm jekk fiergħa, kemm jekk prezzjużi. Agħtini għerf smewwi, Mulej, Sabiex nagħraf infittex u nsib lilek, Induq u ngħożż lilek, Aktar milli l-ħwejjeġ l-oħra. ‘Tini li nagħraf il-ħwejjeġ maħluqa għal ta’ li huma, Li nqegħedhom fil-post li ħaqqhom skont l-għerf tiegħek.

Page 75: Qorq Il-Pellegrin

72

Agħtini l-għaqal Ħalli nwarrab minni lil min jagħmini bi kliem żejjiel U s-sabar Ħalli nġerrah lil dawk li jeħduha kontrija. Jalla nimxi, bla ma nitħarrek, Il-mogħdija li terraqt int qabli. [Th. a’ Kempis. The Imitation of Christ. III.27 – abridg.]16

The Imitation of Christ was one of St. Ignatius’ favourite spiritual readings.

Page 76: Qorq Il-Pellegrin

73

W4. Fi żmien ta’ hena u konsolazjoni

F’Manresa, Iñigo fehem li l-paċi u l-konosolazzjoni ġewwinija u l-progress fil-ħajja spiritwali ma jiġux bl-isforzi tagħna (billi niffukaw fuq dnubietna u fuq il-ħila tagħna biex ngħixu l-virtujiet b’mod erojku), iżda huma doni tal-grazzja ta’Alla. Għalhekk intelaq f’idejn il-Mulej u beda jfittex dak li kien qed jitlob minnu Alla, mhux dak li ried jagħmel hu għal Alla. Waqaf iqis ruħu kavallier u eroj ta’Alla. U beda jara lilu nnifsu qaddej umli ta’Alla, student li kien għad kellu ħafna x’jitgħallem mill-Imgħallem. B’dan il-mod, Iñigo sab ruħu fit-tielet perjodu tal-esperjenza spiritwali tiegħu f’Manresa. Beda jirċievi bosta konsolazjonijiet kbar, u ħafna dehen u dawl minn Alla. Kellu saħansitra esperjenza

Page 77: Qorq Il-Pellegrin

74

qawwija ta’għarfien mistiku maġenb ix-xmara Cardoner. Iñigo jiddeskrivi dan fl-“Awtobijografija”. In-noti li ħa tal-esperjenzi spiritwali li kellu f’Manresa żammhom, u kompla jibni fuqhom meta kien jipproni esperjenza simili lil nies oħra u jakkumpanjahom spiritwalment. Ħa ukoll materjal mill-awturi spitwali l-kbar tal-imgħoddi u rabat kollox fil-ktejjeb tal-“Eżerċizzji Spiritwali”.

Page 78: Qorq Il-Pellegrin

75

W4.1: Nixtieq ngħammar f’darek

Mulej, nixtieq ngħammar f’darek tul waqt bla tmiem. Urini fejn tinsab darek. Mulej, hekk kif inkun f’darek, miegħek, Qiegħedni ma’Missierek. Dar il-Mulej hi “dar it-talb”, Għalhekk, meta nidħol fit-talb inħoss lil qalbi tinġeraħ Minħabba fil-ġmiel ta’Qalbek, li hi “dar il-Mulej”. Inroddlok ħajr, Mulej, ta’dan il-pjaċir li għamiltli —ħaġa li tfawwar— “il-bnedmin jitgħajxu mill-benna ta’ darek”. Għalhekk, ikun x’ħin ikun, mingħajr waqt wieħed ta’heda,

Page 79: Qorq Il-Pellegrin

76

Urini ġmielek. “Billejl u binhar jgħassu għajnejk fuq dan it-tempju, fuq dan l-imkien fejn ridt li jgħammar l-oraklu tiegħek”. Hekk, imkebbes f’nar Qalbek, ħallini ninfed ġmiel il-Mulej, u saħansitra nuri lill-oħrajn l-għana ta’ din il-Qalb. Il-kilba għal darek tifnini. Għalhekk, mingħajr ma qatt noħroġ minn darek, “għad ngħammar f’dar il-Mulej għal żmien bla tmiem”. Qalb ta’Ġesù, dar Alla u bieb is-sema, ħenn għalina. [Pedro Arrupe, sj]17

Arrupe (1907-91) kien is-Superjur Ġenerali tal-Ġiżwiti bejn l-1965 u l-1983.

Page 80: Qorq Il-Pellegrin

77

W4.2: God will accomplish God’s purpose for me

The Lord will accomplish his purpose for me. Your true love, O Lord, endures fore ever; Leave not your work unfinished (Ps 137). I find these words most consoling for me At this moment, Lord. “The Lord will accomplish his purpose for me.” I know that you have a purpose for me, I know that you have begun your work in me, And I know that you bring to completion What you begin. In that thought I rest.

Page 81: Qorq Il-Pellegrin

78

I am in good hands. The work is on. It will not stop midway. You are sure to complete it. Thank you, Lord… You have given me the desires; Give me now the execution of those desires. You have invited me to take vows; Give me now the strength to keep them. You have inspired me to start on my way to you; Give me now the determination to arrive… I am in the midst of my way, And I feel the difficulty, the doubt, the fatigue. That is why today, your commitment, your promise is a great consolation. “The Lord will accomplish his purpose for me.” That give me hope when my strength fails, And courage when my faith begins to falter. I may fail, but you will not. You have committed yourself in me. And you will carry out your commitment to the end… Lord! Do not leave unfinished the work of your hands. [Carlos Valles, sj]18

Page 82: Qorq Il-Pellegrin

79

Fr Valles was born in Spain but has taught Mathematics in Gu-

jarat University in India for many years and has received several prizes for his literary works in Guyarati. He has also written a number of books on Ignatian spirituality in English, and main-

tains his own website: www.carlosvalles.com.

Page 83: Qorq Il-Pellegrin

80

W4.3: You are a Presence of Inner Light

Risen Lord, you are a presence of inner light, A fire which in our darkness never goes out. So often we have difficulty understanding that, Risen from the dead, you are still alive, And that our own resurrection with you Has already begun on earth in a life that will not end. We would really like to welcome you in an act of faith, With a trust in our hearts that we draw from you, To the extent that day by day your word and your presence be the one thing essential to us. We would like so much

Page 84: Qorq Il-Pellegrin

81

To glimpse something of the Kingdom of God Which you offer to each person And for which there is no substitute — humble signs of your holiness, like a white stone on which is carved a new name, a new identity. Spirit of the Risen Lord, Spirit of holiness, You place faith within each person, Faith which cannot be anything other Than a quiet simple trust, So simple that all can receive it. [Br Roger of Taizé]

Several Jesuits have collaborated with Br Roger’s ecumenical community. Fr Joseph Gelineau sj invented the ‘Taizé Chant´.

Page 85: Qorq Il-Pellegrin

82

W4.4: Your Dream Within Me

O Lord, You yourself have dreamt a dream within me, —good dreams come from you, I know— Your dreams seem impossible, Not too practical, Not for the cautious man or woman, A little risky sometimes A trifle brash perhaps... Some of your friends prefer to rest more comfortably, in sounder sleep, with visionless eyes But, from those who share your dreams, you ask A little patience,

Page 86: Qorq Il-Pellegrin

83

A little humour; Some small courage, And a listening heart - You will do the rest. Then they will risk — and wonder at their daring, Run — and marvel at their speed, Build — and stand in awe at the beauty of their building. I know I will meet you often as I work, In my companions who share the risk, In my friends who believe in me enough to lend their own hands, their own hearts to my building, In the people who will stand in my doorway, stay awhile, and walk away knowing that they, too, can find a dream. There will be sun-filled days, And sometimes it will rain, a little variety: both come from you.

Page 87: Qorq Il-Pellegrin

84

That is why I feel content now. It is your dream that I dream, your house that I build, your caring that I witness, your love that I share. And this is the heart of the matter. [Based on a poem by Charles Péguy]

Page 88: Qorq Il-Pellegrin

85

W4.5: X’Ser Nagħmel għal Kristu?

Mulej Ġesù, Sultan u Sid ta´Ħajti Dak l-imbierek ta’ Sant´Injazju talbni niġi quddiemek, U nistaqsi lili nnifsi: X’għamilt għal Kristu? X’qed nagħmel għal Kristu? X’ser nagħmel għal Kristu? Injazju bħal donnu nesa xi ġralu Meta mela rasu b’dak li ried jagħmel hu għalik. Fittex jaqlibha lil San Franġisk u lill-eħrex eremiti Fit-talb, is-sawm u l-penitenzi ta’Manresa... U spiċċa ħa sabta kbira. Biż-żmien tgħallem li l-ewwel ħaġa li kellu jagħmel Kienet li jieqaf u jisma’ dak li int ridtu jagħmel.

Page 89: Qorq Il-Pellegrin

86

Għalhekk, m’inix ser nagħmilha ta’hero U nippretendi li ser nibnilek dar u saltna jien. Minflok ser nipprova nħallik tibni darek u saltnatek fija. Madanakollu, bl-entuzjazmu ta’żgħożiti, daqs ta’Injazju, U bl-għaqal ta’ modernità xwejħa li tat ħafna nies żatat Li xtaqu jibdlu d-dinja u għamlu straġi, M’inix ser noqgħod bi kwieti sa ma’ nistaqsi lilek: X’ħallejtni nagħmel għalik fl-imgħoddi? X’qed tistedinni nagħmel miegħek illum? Kif tridni nibni Saltnatek f’din id-dinja, fil-ġejjieni, id f’id ma’ħuti l-bnedmin? PS. Tħabbilx rasek biex tiffrankali keded u avventuri. Niekolhom bil-ħobż. U bejnieta: sfidani u tieħu minni li trid.

Page 90: Qorq Il-Pellegrin

87

W5. Fit-toroq tad-dinja u l-vjaġġi tal-ħajja

Issa li kien tgħallem jafda f’Alla u jħallih jaħdem f’ħajtu, Iñigo telaq lejn Barcellona fl-1523. Sab min offrielu vjaġġ b’xejn u salpa sa’Ruma biex jirċievi l-barka tal-papa. Mexa sa’Venezja; fit-triq kellu jorqod barra għaliex id-djar tal-fqar u tat-tallaba kienu magħluqin minħabba l-pesta. Fil-belt tal-kanali, waqt li kien qed jittallab, Iñigo iltaqa’ ma’Spanjol għani li laqgħu f’daru u ntroduċih mad-Doġe. Il-ħakem ta’Venezja ħallih jirkeb sa’Ċipru fuq ix-xini tal-gvernatur tal-ġżira. Il-Kavallieri ta’San Ġwann kienu għadhom kif tilfu Rodi, u il-lvant tal-Mediterran ġie f’idejn it-Torok. Xi pelleġrini beżgħu li jaqgħu f’idejn it-Torok iżda meta waslu Ċipru, Iñigo, minkejja li kellu d-deni tul il-vjaġġ, fittex jimbarka lejn Ġerusalemm. Saflaħħar wasal

Page 91: Qorq Il-Pellegrin

88

fl-Art Imqaddsa, u beda jżur b’devozzjoni kbira l-postijiet fejn kien għex, għallem u miet Ġesù. Ried jibqa’hemm biex jikkonverti lill-Misilmin; ma fehemx kemm kienu f’qagħda mwiegħra l-Franġiskani li kienu jilqgħu l-pellegrini. Dawn setgħu jitkeċċew mit-Torok fuq l-anqas skuża, u għalhekk ordnawlu jmur lura u għedduh bi skomunika. Il-ħolma ta’ Iñigo sfaxxat. Iñigo telaq lura Spanja. Meta wasal, ma kienx għadu jaf x’ser jaqbad jagħmel. Il-ħolma ma ħallitux għalkollox. Aktar tard ried iwaqqaf kulleġġ f’Malta biex jibgħat Ġiżwiti Maltin hemmhekk, għax qalulu li setgħu jitgħallmu l-Għarbi faċilment.

Page 92: Qorq Il-Pellegrin

89

W5.1: Karba ta’ Tallab *M

Waqt li ninsab nittallab ħa jfiġġ il-jum, ser nagħlaq idejja fuqek bħalma wieħed jaħfen musbieħ ‘tul il-lejl. Hekk jien ser nilqgħek f'dawn l-idejn, u inti ssir id-dawl li jħoll id-dalma tal-lejl. Waqt li ninsab nittallab tama għall-futur, se nwaħħad idejja f'bieqja bħalma waħda tixrob fil-qilla tax-xemx. Hekk jien ser nilqgħek f'dawn l-idejn, u inti tgelgel fija għajn ta' tama u ta' ferħ. Waqt li ninsab nittallab ħeġġa w nirien,

Page 93: Qorq Il-Pellegrin

90

se nxiddek fuqi w nitgezzez bħalma wieħed jaħfen il-kutra fil-ksieh. Hekk jien se ndawrek dawramejt, u inti tkebbes f'qalbi n-nar li jqabbad il-qlub. Waqt li ninsab xewqan li tiġi fil-qrib se nieħdok f'idi bil-għożża bħalma waħda taħfen ġojjel tal-maħbub. Hekk jien ser ngħożżok f'dawn l-idejn, u inti tberbaq ġidek ma' dal-ħali li jien. Waqt li ninsab bil-ġuħ għalik, il-Mibgħut, se nirċevik f'dawn l-idejn, izd’ Int hu li teħodli idejja f’idejk. Hekk ser nitgħajjex bik, Mulej, Biex issa nintbagħat jien għand it-tallaba w il-fqar. [Fuq: Didier Rimaud sj: Mendiant du jour]19

Page 94: Qorq Il-Pellegrin

91

W5.2: It-Talba tas-sewwieq

Mulej, inti dejjem hemm fit-triq tagħna l-bnedmin, U imħabbtek isseddaq l-għemejjel ċkejknin. Kumpann tiegħi, dawwar wiċċek lejja, U kull meta nieħu t-triq intasab ħdejja. Tini li nagħmel użu tajjeb mill-libertà tiegħi U li nżomm f’moħħi dejjem ir-responsabbiltà tiegħi. Tini, ukoll meta nħoss li mhux faċli u prattiku, Li nosserva bir-reqqa l-kodiċi tat-traffiku, Sabiex inħares il-ħajja li tajtni U l-ħajja għażiża ta’ħuti, li biha fdajtni. Tini li l-karozza ma tkun qatt mingħalija Xi tank tal-gwerra jew karru tat-tiġrija:

Page 95: Qorq Il-Pellegrin

92

Ħa tkun biss għodda siewja fix-xogħol tiegħi U mezz sabiex ingawdi l-mistrieħ tiegħi. Bħas-Samaritan it-Tajjeb dejjem tini Li lill-miġruħ fil-bżonn ma nċaħħdux ħini, Li ma noqgħodx inqis il-mili żejda Biex naqdi ‘l-għajri u nagħmel xogħol ta’ fejda. Agħtini li nistabar meta timblokka it-triq, Għallimni nitgħaxxaq bil-ġmiel ta’ żernieq. Ħa ma nistħix ngħid le għal grokk jew tazza nbid: Aħna lkoll fi triqtna biex niltaqgħu miegħek, o Sid, Tina, madanakollu, li la naslux qabel il-waqt li inti trid. [Fuq: M. Hubaut - www.portstnicolas.org]

Page 96: Qorq Il-Pellegrin

93

W6. Fi żmien ta’studju w eżamijiet

Fi triqtu lura lejn Spanja, Iñigo baqa’ jhewden kif ser jagħmel biex imur lura u jibqa’ jgħix fl-Art Imqaddsa. Induna li biex iħalluh jibqa’ Ġerusalemm kien jeħtieġlu jistudja u jsir qassis. Iżda biex isir qassis kellu jitgħallem il-Latin. Għalhekk meta wasal lura Barcellona beda jistudja l-Latin mat-tfal. Stinka, u tgħallem biżżejjed Latin biex jibda kors fl-Università ta´Alkalà. Hemm beda wkoll jgħallem il-katekizmu lit-tfal u jagħti l-“Eżerċizzji Spiritwali” lil xi żgħażagħ, u malajr spiċċa xellef difru mal-Inkwiżizzjoni, li kienet qiegħda b’sebgħa għajnejn biex ma jitnisslux setet ġodda. Dak iż-żmien, l-inkwiżituri kien jaħsbu li l-ispiritwalità hi ħaġa li tgħodd biss għar-reliġjużi, u ma kienux ser iħallu lil lajk jgħallem lin-nies jitolbu. Għalhekk, għalkemm ma sab xejn x’jikkritika fil-

Page 97: Qorq Il-Pellegrin

94

ħsieb u t-tagħlim tiegħu, l-Inkwiżitur t’Alkalà ordnalu ma jagħmel l-ebda ħidma spiritwali f’din il-belt. Iñigo ħassu osservat u iddeċieda jmur jistudja f’Pariġi ‘l bogħod mill-Inkwiżizzjoni. Hawn beda jissejjaħ ‘Injazju’. Tħarreġ sew fil-Teoloġija u ġema’ madwaru grupp ta’studenti li xtaqu jmorru miegħu Ġerusalemm jippriedkaw fost il-Misilmin. Din id-darba Injazju kellu ‘pjan B’: jekk ma kienx jirnexxielhom imorru, kellhom jitolbu lill-Papa jibgħathom fejn teħtieġhom il-Knisja. Lkoll wegħedu dan f’kappella ċkejna f’Montmartre. U malli ħadu ċ-ċertifikat u setgħu jiġu ordnati, telqu lejn Venezja biex ifittxu jirkbu ġifen lejn l-Art Imqaddsa.

Page 98: Qorq Il-Pellegrin

95

W6.1: Study and Daily Life

Lord Jesus Christ, You are present in the Sacrament of Bread And also in the mystery of that other bread Which is our daily life. Be then the bread of my daily life. Be the deepest meaning of my study and my work, Of my efforts towards knowledge Which will one day procure for me The daily bread of my earthly existence. The tables of knowledge are richly spread for me, But they leave me hungry. My understanding must busy itself

Page 99: Qorq Il-Pellegrin

96

With the thousand things that are to be learned, But often my heart remains cold and empty. Let me therefore find you in my daily life. Fashion my studies into the search for your truth Which lies hidden in all human knowledge. Let me find you in all creation, You the eternal Word of the Father, Ever at work in all the stars and atoms, In all human truth, in all human words, In human justice and in human sorrow, You the heart of the whole universe. Only when I find you in all my quests for truth Will I be free, Free from the narrowness of any one field of study, Free from an untamed desire for success, Free from the greed of my heart. Only you can teach me To love my study and knowledge, To put my best into it for your sake, To consecrate my heart in the service Which I render to you alone In the depths of my love: The service of truth, of justice, of healing, Of the enriching of humankind, To whom you have sent me. [Hugo Rahner sj]20 Fr Hugo Rahner, the brother of Karl Rahner, was a German Church theologian, historian and spiritual author.

Page 100: Qorq Il-Pellegrin

97

Sa mit-twaqqif tal-Kumpanija, il-Ġiżwiti fittxew li jitgħallmu u li jaqsmu mill-għarfien tagħhom ma’ ħaddieħor. Ħolqu sistema

ta’skejjel u universitajiet mill-aqwa fejn il-fqar setgħu jistudjaw b’xejn. Illum hemm fuq 3,700t istitużżjoni tat-tagħlim madwar id-dinja f’idejn il-Ġiżwiti, li fihom jistudjaw fuq żewġ miljun u

nofs student.

Sir af aktar dwar l-iskejjel u l-universitajiet tal-Ġiżwiti fl-Amerka u madwar id-dinja.

Żur: www.ajcunet.edu u http://community.jsea.org.

Page 101: Qorq Il-Pellegrin

98

W6.2: Talba għal qabel l-eżamijiet

O Alla, għajn ta’ kull għerf, Nirringrazzjak ta’ dak dak kollu li tgħallimt U ta’ dak li għeni nikber fil-għerf matul din is-sena. Dawwal moħħi, qalbi u l-emotività tiegħi illum. Ħa jkun miegħi l-Ispirtu l-Qaddis tiegħek Hekk kif qed inħejji għal (dan) l-eżami(jiet), Sabiex imexxini fl-istudju, Jgħini nitgħallem u niftakar, Jagħtini l-paċenzja sabiex nifhem sew il-mistoqsijiet, U nintebaħ fejn jinsab il-qofol tagħhom, Iroddli l-kalma sabiex nippjana kif ser inwieġeb, Id-dehen u l-għaqal sabiex inwieġeb sewwa.

Page 102: Qorq Il-Pellegrin

99

Ħa jwennisni hu sabiex tassew inkun nista’ nagħmel l-almu tiegħi u nuri ħilti. 'Tini s-saħħa biex inkun niflaħ għat-tensjoni Tal-aħħar jiem u sigħat. 'Tini l-kunfidenza sabiex inħossni żgur minn dak li naf. 'Tini l-kapaċità li nagħti l-piż xieraq Lil dan il-mument Bla ma neżaġera l-importanza tiegħu. Fuq kollox, agħtini li nħoss fija il-paċi tiegħek Ladarba naf li wettaqt il-ħidma li kelli nagħmel. Nitolbok dan bi Kristu Sidna. Ammen. [Fuq: http://www.ea.e-renfrew.sch.uk/stninians]

Page 103: Qorq Il-Pellegrin

100

W7. Fil-ħidma bieżla, fil-qadi tal-oħrajn

Injazju żar xi nies fi Spanja qabel mar Venezja. L-oħrajn qasmu l-Alpi mill-Ġermanja u l-Isvizzera, fejn iltaqgħu ma’suldati lesti għall-ġlied, protestanti akkaniti u ħafna silġ u borra. Niżlu Ruma jitolbu l-approvazzjoni tal-Papa għall-proġett tagħhom, u dan laqagħhom bil-qalb. Imbagħad marru lura Venezja jistennew lil Injazju; xi uħud mill-ewwel kumpanni ġew ordnati hemm. Dik is-sena, Sulejman attakka xi portijiet fi Sqallija (l-Assedju kien għadu ġej, u l-kavallieri bdew iħejju lil Malta.) Id-Doġe kisirha mat-Torok, u l-ġifen tal-pellegrini dik is-sena ma salpax. Il-Kumpanni xterdu fil-bliet tal-Italja ta’fuq u bdew jippriedkaw fil-pjazzez, iqaddsu u jgħallmu d-duttrina lit-tfal u ż-żgħażagħ. Kienu

Page 104: Qorq Il-Pellegrin

101

jittalbu biex jieklu u jgħixu fost il-foqra. Meta għaddiet sena u baqa’ ma salpa l-ebda ġifen lejn l-Art Imqaddsa, għaddew għall-‘pjan B’: telqu lejn Ruma biex jitolbu lill-Papa jibgħathom hu fejn kien hemm bżonn. Fit-triq, Injazu kellu esperjenza mistika trinitarja fejn għaraf li hu (u miegħu il-grupp ta’kumpanni) kien tqiegħed ma’Ġesù, hu u jerfa´s-salib, bħala kumpann u qaddej tiegħu fit-triq lejn il-kalvarju. Għaraf ukoll li l-Mulej kien ser jieħu ħsiebhom f’Ruma. U fil-fatt hekk kien. F’Ruma il-“kumpanni ta’ Ġesù” kotru u saru ordni reliġjuż ġdid. Il-papa bagħathom jippriedkaw, iġibu l-paċi f’certi rħula u jgħallmu t-teoloġija. Biż-żmien bdew iwaqqfu skejjel b’xejn u missjonjiet madwar id-dinja.

Page 105: Qorq Il-Pellegrin

102

W7.1: You are the God of the poor

You are the God of the poor, The God that sweats in the street, The God of the worn and leathery face. That is why I speak to you, just as my people speak, Because you are God the worker, Christ the labourer. [People’s Mass of the Nicaraguans]

Page 106: Qorq Il-Pellegrin

103

QASSISIN ĦADDIEMA ĠIŻWITI Fr. Charles Monier (1909-1989) twieled f’Grenoble, Franza, u daħal is-seminarju minuri fl-Alġerija “biex jaħrab il-Ġiżwiti”. Madanakollu, xorta spiċċa daħal in-novizzjat u beda l-foramazzjoni bħala Ġiżwita. Faqqet il-Ġwerra, issejjaħ għall-lieva u sar suldat.

Qabduh u spiċċa internat. Wara l-Ġwerra, temm il-formazzjoni u ma’ xi oħrajn beda jaħdem fil-fabbriki, għaliex xtaq jgħix il-ministeru tiegħu ta’ qassis bħala qaddej fost il-ħaddiema li kienu mbegħedin mill-Knisja u s-sagramenti. Il-qassisin dak iż-żmien kienu meqjusin bħala nies ta’klassi privileġġjata li ma jittħalltux wisq mal-ħaddiema tal-id u għalhekk Fr Mounier u sħabu xtaqu jagħmlu esperjenza ta’solidarjetà sħiħa mal-ħaddiema bħala “Qassisin ħaddiema”. Wara xi żmien l-isqof waqqafhom, imbagħad is-superjuri ħallewhom, imbagħad waqqfuhom. Wara l-Konċilju, però, il-Knisja irrikonoxxiet il-valur ta’din l-esperjenza.

Page 107: Qorq Il-Pellegrin

104

W7.2: Spending our life

Lord Jesus, you said: “He who wants to save his life, will lose it, And he who spends it for me, will gain eternal life.” But we feel frightened to spend our life, and give it out completely, without keeping anything for ourselves. A very powerful instinct of preservation Leads to egoism, And enslaves us When we want to give out our life. Everywhere We find hooks and pegs to prevent losing it. Above all, we are downright cowards.

Page 108: Qorq Il-Pellegrin

105

Lord Jesus, we feel frightened to spend our life. But you have given it to us in order to spend it. We cannot keep it save in sterile egoism. To spend one’s life means To work for others, even if they do not pay us back; To do a favour to him who will not reciprocate. To spend one’s life is to expose oneself to failure, If necessary, without any false prudence. It is to burn one’s boats for the sake of the neighbour. We are torches meant to be burnt. Only then we give out light. Free us from the cowardly prudence That makes us avoid the sacrifice And seek for security. We can spend our life Without fanfare and false popularity. One gives one’s life most simply, Without any publicity, Like the water in the spring, Like the mother who gives her breast to the baby, Like the plain sweat of the farmer. Teach us, Lord, To plunge ourselves into the impossible, Because behind the impossible Lies your grace and your perseverance.

Page 109: Qorq Il-Pellegrin

106

We shall not fall into a vacuum. The future is a mystery, our path gets lost in the mist. But we want to continue giving ourselves, Because you are awaiting in the night, With a thousand eyes, shedding tears. [adapted from Luis Espinal sj]

Fr. Espinal, born in Catalunya (Spain) in 1932, was a Jesuit mis-sionary, journalist, radio broadcaster and film director in Bolivia

where he promoted human rights and supported trade unions dur-ing the dictatorship. He was eventually captured by paramilitary

forces, tortured and killed in 1980.

Page 110: Qorq Il-Pellegrin

107

W7.3: No better rest *M In the Footsteps of St. Francis Xavier

Give a sign, what´s on your mind And I´ll leave my world behind If you bid me so. Wherever I go I´ll find you there I know, Always before me you go; Both near and far, there you are My one bright shining star. Well, here I am, at your command: Lead me by the hand. Be with me, when I sail the sea Where the winds reign free.

Page 111: Qorq Il-Pellegrin

108

The rains may pour, and storms may roar – An ocean without shore: With you my heart wants nothing more – I´ll brave the wind, the din within To ease your children´s pain. So, here I am, at your command: Lead me by the hand. R. For even through the darkest night you´ll be my light And there, upon the strangest tongue, I know I´ll hear your song. In every stranger´s gaze, I will see your face And I´ll go on till every race falls into your embrace. For there´s no better rest in this restless world Than to hear and do your word. They´re too few people who do All for love of you. Like a man gone mad, I´ll cry out loud To all those lost in the frenzied crowd: “Awake! No need to doubt! Don´t hesitate! Sail away, find those gone astray!” For there´s no greater dream In this dreamless world Than to hear and do your word. (R x 2) [Johnny Go, sj]21

Page 112: Qorq Il-Pellegrin

109

“Fr J”, as Johnny Go is known is the Philippines, is currently the Director of Xavier School in Manila. He maintains a bible blog which features reflections

on the daily Mass readings at http://frjg.multiply.com.

Page 113: Qorq Il-Pellegrin

110

W7.4: Litanija tal-Qaddisin Ġiżwiti Adattata minn litanija li kienu jużaw il-Ġiżwiti fil-kamp ta’konċentrament ta’Dachau, fit-Tieni Ġwerra Dinjija.

Mulej Ħniena. /R. Kristu Ħniena. /R. Mulej Ħniena. /R. Kristu ismagħna. /R. Kristu ilqa’ t-talb tagħna. /R. O Alla, Missier tas-sema – Henn għalina. Alla l-Iben, feddej tad-dinja – Henn għalina. O Alla, Spirtu Qaddis – Henn għalina. Trinità Mqaddsa, Alla wieħed – Henn għalina. Qaddisa Marija, omm Alla u Sidna Ġesù – Itlob għalina. Omm u sultana tal-Kumpanija ta’Ġesu – Itlob għalina.

Page 114: Qorq Il-Pellegrin

111

Għeżież kumpanni tal-bidu: Qaddis missierna Injazju, l-ewwel fost il-kumpanni... Beatu Pietru Favre, il-tieni kumpann, appostlu ħabrieki tal-Eżerċizzji Spiritwali... San Franġisku Saverju, it-tielet kumpann, missjunarju sa truf l-art... San Franġisk Borġa, kumpann tal-bidu u superjur ġenerali tal-Kumpanija... Għeżież mudelli u patruni tagħna: San Stanislaw Kostka, mudell u patrun tan-novizzi ġiżwiti... San Alwiġi Gonzaga u San Ġwann Berchmans, mudelli u patruni tal-iskolastiċi ġiżwiti... San Alfons Rodriguez, mudell u patrun tal-brothers ġiżwiti... San Pietru Kanisju u San Robertu Bellarminu, dutturi tal-Knisja u mudelli għall-għalliema u r-riċerkaturi ġiżwiti... San Bernardinu Realino, San ĠanFranġisk Régis, San Franġisku Jérôme, Sant’Antnin Baldinucci u San Ġużepp Marija Rubio, missjunarji fil-bliet u l-irħula tal-Ewropa u mudelli għall-ħidma pastorali tal-Kumpanija... San Pietru Claver, li dort bl-ilsiera u qbiżt għalihom, mudell fil-ġlieda tagħna kontra l-inġustizzja... Għeżież kumpanni li ħabriktu għall-Vanġelu u għall-proxxmu: San Ġwann Pignatelli, li tant ħabrikt biex terġa’ titwaqqaf il-Kumpanija... San Klawdju de la Colombière, appostlu tal-Qalb ta’Ġesù… Beatu Ġużeppi ta’Ankjeta, l-appostlu tal-Brażil. Beatu Franġisk Ġarate, purtinar umli li sibt lil Alla f’kollox… Beatu Rupert Mayer, appostlu ta’żmienna u xhud qalbieni tal-ve-rità...

Page 115: Qorq Il-Pellegrin

112

Għeżież kumpanni li xerridtu demmkom fil-qadi tal-Mulej u tal-Knisja fil-kontinent Ewropew: San Edmondu Campion, San Nikola Owen u l-kumpanni; Beatu Tu-mas Woodhouse, Beatu Ralph Ashley u l-kumpanni, martri tal-Mulej fl-Ingilterra... San Ġwann Ogilvie, martri tal-Mulej fl-Iskozja... San Indrí Bobola; Beatu Melkjor Grodziecki u Stiefnu Pongraz, martri tal-Mulej fil-Polonja… San Ġakbu Sales u Ġlormu Saultemouche; San Ġakbu Bonnaud u l-kumpanni, martri tal-Mulej fi Franza... Għeżież kumpanni li xerridtu demmkom fil-qadi tal-Mulej u tal-Knisja fil-kontinent Afrikan, fil-kontinent Asjatiku u fl-Oċeanja: San Pawl Miki, San Ġakbu Kisai, San Ġwanni ‘Soan’ de Gotò, Beatu Franġisk Pacheco, Beatu Karlu Spinola u l-kumpanni, martri tal-Mulej fil-Ġappun... San Ġwann de Brito, Beatu Rudolfu Acquaviva, Beatu Franġisk Aranha u l-kumpanni, martri tal-Mulej fl-Indja... San Ljun-Injażju Mangin u l-kumpanni, martri tal-Mulej fiċ-Ċina... Beatu Ġakbu-Alwiġi de San Vitores, martri tal-Mulej fil-Mikroneżja... Beatu Ġakbu Berthieu, martri tal-Mulej fil-Madagaskar... Għeżież kumpanni li xerridtu demmkom fil-qadi tal-Mulej u tal-Knisja fil-kontinent Amerikan: San Rokku Gonzalez, San Alfons Rodriguez u San Ġwann del Castillo, martri tal-Mulej fil-Paragwaj... San Ġwann de Brebeuf, San Iżakk Joques, San Renatu Goupil, San Ġwann de la Lande u l-kumpanni, martri tal-Mulej fl-Amerka ta’Fuq...

Page 116: Qorq Il-Pellegrin

113

Beatu Injazju de Azevedo u l-kumpanni, li tajtu ħajjitkom waqt li kontu fi triqitkom lejn il-Brażil... Beatu Mikiel Pro, martri ta’Kristu Re fil-Messiku... O Alla, Missier il-Mulej u l-Feddej tagħna Ġesù Kristu, għalkemm aħna midinbin, int sejjaħtilna aħna min aħna biex inkunu kumpanni tiegħu u biex nieħdu sehem fit-taqtiegħa l-aktar kruċjali ta’żmienna: il-ġlieda għall-fidi, għall-ġustizzja u għall-imħabba. Wettaq il-ħidma li bdejt f’Injazju u f’tant kumpanni li mxew fuq il-passi tiegħu u li llum inweġġħuhom bħala Qaddisin u Beati. Qiegħdna taħt l-istandard tas-Salib ta’Ibnek biex naqdu lilu u lill-Knisja, l-għarusa tiegħu. Dan nitolbuhulek bl-istess Kristu Sidna. Ammen. Għal aktar tagħrif dwar dawn il-qaddisin u l-beati, żur: http://www.sjweb.info/Jesuits/saints.cfm. Fost il-Ġiżwiti li kienu maqfulin f’Dachau, insibu lil Fr. Victor Dillard (1897-1945), li wara karriera militari daħal Ġiżwita u sar riċerkatur fl-Ekonomija. Meta faqqgħet il-Ġwerra ssejjaħ bil-lieva u ma damx ma nqabad priġunier. Ħarab, u beda jamministra s-sagramenti f’Vichy, iżda il-puliżija ndunaw bih. Iżgiċċalhom, mar jiltaqa’ mal-provinċjal u talbu biex imur bil-moħbi l-Ġermanja bħala qassis fost il-furzati Franċiżi. Dan qallu iva, u Fr. Victor mar Wuppertal bħala elektrixin. Wara ħidma spiritwali siewja, xi ħadd kixfu, u spiċċa ħabsi f’Dachau fejn marad u miet minħabba l-kundizzjonijiet ta’ħajja atroċi f’dal-kamp ta’ konċentrament.

Page 117: Qorq Il-Pellegrin

114

W8. Fi żmien ta’ għażliet importanti

Sant’Injazju kien bniedem li kellu jagħmel bosta għażliet importanti f’ħajtu. L-ewwel waħda kienet dik li għamel f’Loyola meta iddeċieda li ried jimxi wara Ġesù bis-serjetà u jaħtru bħala s-Sid waħdieni ta’ħajtu: Sid ħelu, twajjeb u umli, li ma jwiegħedx affarjiet li jlellxu, iżda joffrilna ngħixu qribu u nduqu xi ftit minn dak li għadda minnu hu. Hekk Injazju għażel li ma jimxix wara sidien oħra, jiġifieri persuni setgħanin, ideali u ambizzjonijiet ta’ din id-dinja, li jsaħħru lin-nies warajhom b’wegħdiet ta’għana, poter, fama u pjaċir li jiġi u jmur. Minn din l-għażla fundamentali nibtu l-għażliet l-oħra tal-ħajja ta’Injazju: il-pellegrinaġġ sa’Ġerusalemm, id-deċiżjoni li jsir qassis u jibda jistudja, l-għażla ta’grupp ta’kumpanni. Fi ħdan il-grupp,

Page 118: Qorq Il-Pellegrin

115

imbagħad, ittieħdu deċiżjonijiet oħra: li jħallu f’idejn il-Papa biex jibgħathom fejn teħtieġ il-Knisja, li jsiru Ordni Reliġjuż, li jiftħu kulleġġi għall-formazzjoni tal-lajċi, eċċ. Għalhekk, fl-ispiritwalità Injazjana, kollox jgħina u jħarriġna sabiex nieħdu deċiżjonijet tajbin, skont ir-rieda ta’Alla. Fil-Medju Evu, il-ħajja kienet aktar sempliċi u kollox kien jiġi magħżul għalik mill-familja u l-komunità. Injazju ra l-wasla tal-modernità, fejn kull individwu jrid jagħmel hu l-għażliet importanti ta’ħajtu u fejn il-ħajja hi aktar kumplessa. F’ħajjitna, għażla importanti mhix sempliċement frott ta’kalkolu iżda tinvolvi proċess ta’dixxerniment, u dan hu li jgħallimna nagħmlu Injazju.

Page 119: Qorq Il-Pellegrin

116

W8.1: Principle and Foundation

O God, our Father and creator, Before the world was made You chose us to live in love in your presence By praising, reverencing and serving you In and through all creation. Since you, o God, Are in all things and in all circumstances, We must appreciate and make use of everything that draws us to you And rid ourselves of whatever prevents us from living in love in your presence.

Page 120: Qorq Il-Pellegrin

117

To be free enough to do this, We need to be sufficiently 'detached': We must be so poised That we do not cling to any created thing As though it were our ultimate good, But remain open to the possibility That love may demand of us poverty rather than riches, sickness rather than health, dishonour rather than honour, a short life rather than a long one, Because you alone, o God, are our security, our refuge and our strength. We can be so detached from any created thing only if we have a stronger attachment; Therefore our one dominating desire and fundamental choice must be to live in love in your presence. [adapted from St Ignatius, The Spiritual Exercises, paraphrased by Gerard W. Hughes sj]22

Page 121: Qorq Il-Pellegrin

118

W8.2: Mulej, ikun li trid int

Mulej, ikun li trid int, U kif trid int irrid interraq ħajti: Għinni biss nifhem dak li inti trid. Mulej, meta trid int, hemm ikun wasal il-waqt, U meta trid int, jiena lest, Illum u dejjem. Mulej, dak li trid int jiena nilqgħu, U dak li trid int għalija hu qligħ: Basta li jien inkun tiegħek. Mulej, għad trid hekk int, mela tajjeb;

Page 122: Qorq Il-Pellegrin

119

U għax tridu int, Jien għandi l-ħila u l-qlubija biex inwettqu. Qalbi tistrieħ f'idejk. [Talba favorita tal-beatu Rupert Mayer sj] Fr. Mayer kien ħadha kontra l-Partit Nażista sa mill-bidu, fl-1929. Meta Hitler ħa l-poter, arrestawh bosta drabi, u fl-aħħar poġġewh f’kamp ta’ konċentrament fejn bata ħafna u għerra saħħtu. Fr. Rupert miet ftit wara li ġie illiberat fl-1945.

Page 123: Qorq Il-Pellegrin

120

W8.3: Show us the road, o Lord A prayer for daring young persons

Lord Jesus, help us, young persons, To know the road Our loving heavenly Father would like us to take, And dare to follow it courageously as you did. May we give you glory with our lives And thus share in your glory of your everlasting life. Sustain us with your strength, And let us not be satisfied with easy goals. Enlighten our parents and mentors, That they may help us recognize our calling in life And respond to it generously.

Page 124: Qorq Il-Pellegrin

121

May they always collaborate wisely and prudently With your guidance within us: May they challenge and admonish us when necessary But never stand in your way. Help us to become ever more attentive To the voice of your Spirit in our hearts, Especially when it communicates with us Through day to day events And through the people closest to us From whom we tend to expect nothing new.

Page 125: Qorq Il-Pellegrin

122

W8.4: Mulej, għallimni nkun ġeneruż *M

→ Għall-mużika, mur fuq: www.jesuit.org.mt/liturgy

Mulej, għallimni nkun ġeneruż: Naqdik kif jistħoqlok, Nagħti bla ma nqis kemm jiswieli, Nissielet bla ma nagħti kas tal-ġriehi, Nitħabat bla ma nfittex il-mistrieħ, Naħdem bla ma nistenna ebda ħlas Għajr li nkun naf Li qed nagħmel ir-rieda tiegħek. [Attribwita lill-Sant Injazju ta’ Loyola]

Page 126: Qorq Il-Pellegrin

123

W8.5: Take, Lord and Receive *M

→ Għall-mużika bil-Malti, mur fuq: www.jesuit.org.mt/liturgy

Take, Lord, and receive all my liberty, my memory, my understanding, and my entire will. All I have and call my own. Whatever I have or hold, you have given to me. I restore it all to you and surrender it wholly to be governed under your will. Give me only your love and grace and I am rich enough and ask for nothing more. [St Ignatius Loyola, Spiritual Exercises §234]

Page 127: Qorq Il-Pellegrin

124

W8.6: Ħu, Mulej u ilqa’... (iva, naf x’qed ngħid)

Mulej, Inti ħlaqtni u għamiltni persuna umana. Jien persuna għax jien ħieles: nista’ nagħmel użu mill-libertà tiegħi. Jien persuna minħabba fil-fakultajiet ta’ moħħi: Kapaċi niftakar l-imgħoddi, nifhem issa, U nibni ġejjieni billi nimxi fuq ir-rieda tiegħi. Issa, mela, dak kollu li jagħmilni persuna ħielsa Nixtieq noffrihulek, inroddulek lura, Ladarba ġej minnek, U miegħu nagħtik kull ma’ għandi u kull ma’ jmiss lili.

Page 128: Qorq Il-Pellegrin

125

[Dan ma jfissirx li se nieqaf nieħu d-deċiżjonijiet Skont il-kuxjenza li qegħedt fija, Jew nixħet ir-responsabiltà tal-azzjonijiet tiegħi Fuq xi awtorità spiritwali, xi guru ‘mnebbaħ’, Jew fuq xi qari litterali tal-bibbja. Jien waħdi għad nagħti kont quddiemek ta’ għemili, Imwettaq b’fedeltà profonda u matura Lejn il-Kelma u l-Knijsa tiegħek. Għalhekk id-don tal-libertà ma nistmerrux. Lanqas ma jien ser nieqaf naħseb b’moħħi biex nifhem sew issa, niftakar sew il-passat, U nfittex futur sewwa. Sempliċement, nemmen li jien xbiha tiegħek, Li fil-qalba ta’ qalbi nixtieq dak li tixtieq Int, Li fil-qiegħan ta’ moħħi nirraġuna kif tirraġuna Int. Għalhekk, aktar ma nroddlok lura Minn dak li jagħmilni persuna, Aktar insir il-persuna li jien tabilħaqq, fil-fond, Għax hekk nwarrab minni L-ħsibijiet u x-xewqat superfiċjali Li jbiegħeduni mill-ħsibijiet u x-xewqat tiegħek.] Sabiex inkun nista’ ntik lura dan kollu, ‘Tini li nagħraf imħabbtek u li nħobbok lura, ħalli qalbi tkun tħabbat ma’ tiegħek, U xewqti tkun xewqtek. ‘Tini wkoll il-grazzja tiegħek, ħalli moħħi ikun jaħdem ma’ moħħok, U l-fehma, il-memorja u r-rieda tiegħi Jkunu mfassla fuq tiegħek.

Page 129: Qorq Il-Pellegrin

126

Tassew li biżżejjed għalija L-imħabba tiegħek u l-grazzja tiegħek. Bihom fija ma jkun jonqosni xejn aktar.

Page 130: Qorq Il-Pellegrin

127

W8.7: For a Good Choice

Dear Father, You are the creative origin of all I am And of all I am called to be. With the talents and opportunities I have, How may I serve you best? Please guide my mind and heart, Open me to the needs of my community, my country and of the world, And help me to choose wisely and practically

Page 131: Qorq Il-Pellegrin

128

For your honour and glory And for the good of all those whose lives I touch. [Anon.]23

Page 132: Qorq Il-Pellegrin

129

W9. Waqt l-Avvent u l-Milied

Fiż-żmien liturġiku tal-Avvent u l-Milied niċċelebraw il-Misterju tal-Inkarnazzjoni, misterju fundamentali fl-ispiritwalità Injazjana. Ovvjament, l-insara kollha jemmnu fl-importanza tal-Inkarnazzjoni ta’Kristu u jagħmlu t-tifkira ta’ dan l-avveniment. Iżda Injazju jistedinna ma nħarsux lejn dan il-misterju biss bħala xi ħaġa li seħħet elfejn sena ilu. L-Inkarnazzjoni turina kif Alla iġib ruħu magħna: ma jridx jibqa’ l-bogħod u mifrud minna, iżda jrid jitħallat mal-bnedmin kollha u jsir wieħed bħalna. Ġesù kien iħalli lin-nisa midinba jaħslulu saqajh, għażel pubblikan bħala appostlu u kien imiss il-pjaġi tal-morda bil-ġdiem. Kellu ħin għan-nies, u ħin għal Missieru, u ma kienx hemm kunflitt bejn it-tnejn.

Page 133: Qorq Il-Pellegrin

130

Injazju ried li l-ġiżwiti wkoll ma jkunux marbutin b’ħinijet ta´talb fissi u li jkunu disponibbli biex jilqgħu lil kulhadd u biex imorru huma jiltaqgħu man-nies fil-kuntesti tal-ħajja li jgħixu fihom. Għax fl-Inkarnazzjoni Alla ma qagħadx jistenna li l-bniedem imur għandu iżda ġie hu jiltaqa’ magħna. Fl-ispiritwalità ta´Injazju, il-ġisem hu mportanti u mhux biss ir-ruħ, is-sentimenti huma mportanti u mhux biss il-moħħ, il-kotba profani u l-għerf tad-dinja huma siewja u mhux biss il-qari spiritwali u l-għarfien t’Alla. Tajjeb li niddistingwu, iżda mhux li nisseparaw. Għaliex kif tgħallimna l-Knisja, fl-Inkarnazzjoni, l-umanità u d-divinità ma tħalltux, iżda lanqas ma baqgħu mifrudin.

Page 134: Qorq Il-Pellegrin

131

W9.1: L-istennija hi forma ta' talb

O Alla, Int ridt tħalli lil min jistennik tul l-Avvent tiegħek kollu. Jien ma nħobbx nistenna. Ma nħobbx nistenna fil-kjuwijiet. Ma nħobbx nistenna sa' ma jmiss lili. Ma nħobbx nistenna tal-linja. Ma nħobbx nistenna qabel ma niġġudika. Ma nħobbx nistenna l-waqt it-tajjeb Biex nagħmel jew ngħid xi ħaġa. Ma nħobbx nistenna jum ieħor. Ma nħobbx nistenna, għax m'għandix ħin U m’inix kapaċi nduq ħlief il-waqt ta' issa.

Page 135: Qorq Il-Pellegrin

132

Minn-naħa l-oħra, kif taf int, Kollox illum sar magħmul Biex jevitali li noqgħod nistenna: L-ATMs u l-karti tal-kredtu, L-abbonamenti bil-posta, Il-pompi tal-petrol awtomatiċi u l-magni tal-bejgħ, Ir-ritratti diġitali, Il-kummerċ elettroniku, Is-servizzi fuq l-internet, L-imejls u l-messaġġi bil-mobajl. Lanqas aħbari ma hemm bżonn nistenna, għax tasal qalbi. Iżda int, o Alla, Ridt tħalli lil min jistennik tul l-Avvent tiegħek kollu. Dan għaliex, fl-istennija nnifisiha, Int ftaħt spazju ta' ndiema u bdil il-qalb. Fl-istennija niltaqgħu wiċċ imbwiċċ Ma' dak li hu mistur. Kemm hi importanti l-istennija, L-istennija tal-istennija, L-intimità mal-istennija li hemm fina! L-istennija biss tqajjimna u tgħinna nishru U nibqgħu b'widnejna u b'għajnejna miftuħin. U biss meta nkunu nafu nishru u nibqgħu attenti Nsiru kapaċi nħobbu. Int 'ġa qiegħed preżenti U tagħtina lilek innifsek fl-istennija, U għalik, o Alla, l-istennija hi forma ta' talb.

Page 136: Qorq Il-Pellegrin

133

[Adattat minn talba ta’Jean Debruynne]24

Page 137: Qorq Il-Pellegrin

134

W9.2: Il-Kantiku ta’ Żakkarija (Lq 1,68-79)

Imbierek il-Mulej, Alla ta’ Iżrael, * għaliex ġie jżur u jifdi l-poplu tiegħu, u waqqaf għalina qawwa ta’ salvazzjoni * f’dar David, qaddej tiegħu, bħalma kien wiegħed fl-imgħoddi * b’fomm il-profeti qaddisin tiegħu, biex isalvana mill-għedewwa tagħna * u minn idejn dawk kollha li jobogħduna. B’hekk juri ħniena ma’ missirijietna, * u jiftakar fil-patt qaddis tiegħu,

Page 138: Qorq Il-Pellegrin

135

fil-ħalfa li ħalef lil Abraham missierna, * li jagħtina li, meħlusin minn idejn l-għedewwa tagħna, naqduh bla biża’ tul ħajjitna kollha, * bil-ġustizzja u l-qdusija quddiemu. U inti, tfajjel, tissejjaħ profeta ta’ l-Għoli; * għax tmur qabel il-Mulej biex tħejjilu triqatu, biex tgħarraf lill-poplu tiegħu bis-salvazzjoni, * bil-maħfra ta’ dnubiethom, ħierġa mill-qalb ħanina ta’ Alla tagħna, * li jibagħtilna mill-għoli ż-żjara tax-Xemx tielgħa, ħa jdawwal lil dawk li jinsabu fid-dlamijiet u d-dell tal-mewt, * ħa jmexxi l-passi tagħna fit-triq tas-sliem. Glorja lill-Missier.... Ammen.

Page 139: Qorq Il-Pellegrin

136

W9.3: Christmastide prayer

Be born in us, Incarnate Love. Take our fresh and blood, and give us your humanity; Take our lives, and give us your vision; Take our minds, and give us your pure thought; Take our feet and set them in your path; Take our hands and fold them in your prayer; Take our hearts and give them your will to love. [Caryll Houselander]25

Page 140: Qorq Il-Pellegrin

137

W10. Waqt ir-Randan u l-Għid

Fir-Randan u fil-Ġimgħa Mqaddsa, il-Knisja tfakkar il-Misterju tal-Għid, l-imħabba ta’Alla li f’Ibnu ta ħajtu għalina fuq salib u fil-qawmien ta’dan l-Iben fetħilna t-triq biex ikollna sehem fil-ħajja divina tiegħu, bħala uliedu. Dal-misterju jorbot mal-Inkarnazzjoni, għaliex meta Alla ma joqgħodx bi kwietu fis-sema u jiġi fostna fi bniedem fraġli bħalna, jgħid fil-pubbliku veritajiet skomdi, jagħmel ħbieb fost l-imwarrbin u ‘jindaħal’ fl-affarjiet tal-kbarat... meta Alla jsir bniedem, u bniedem ġust, ikun qed “jistedinha”. Ma naħmlux naraw lil Alla hekk u dlonk infittxu neħilsu minnu. Il-Kumpanija ta’Ġesù għandha rabta kbira mal-misterju tal-Għid: fl-esperjenza mistika ta’ La Storta, Injazju u l-Kumpanija tqiegħdu taħt is-salib, maġenb Ġesù, kumpanni fil-passjoni tiegħu. Fl-istorja

Page 141: Qorq Il-Pellegrin

138

tagħha, il-Kumpanija kienet ukoll maġenb Kristu Rxoxt, f’waqtiet sbieħ u ġlorjużi. Iżda s-salib ma kien qatt il-bogħod mill-esperjenza ta’Injazju u ta’dawk li wirtu l-ispiritwalità tiegħu u li fittxew jersqu lejn nies imwarrba u mbiegħda mill-Knisja, u qalu veritajiet skomdi. Ġieli fehmuhom ħażin, attakkawhom, u għajjruhom ipokriti. Sejjħulhom manipulaturi politiċi meta ħadmu fost is-sinjuri, u xewwiexa marksisti meta iddefendew il-fqar. Il-Kumpanija għaddiet mill-kalvarju tas-Sopressjoni fis-seklu XVIII u tat ħafna martri. Iżda f’dan kollu il-ħarsa lejn id-dinja u lejn il-Knisja tibqa’ posittiva u hienja.

Page 142: Qorq Il-Pellegrin

139

W10.1: The Seven Last Words of Jesus

Introductory Prayer: Lord Jesus Christ, our Saviour and Redeemer, I kneel before Your blessed cross. I want to open my spirit and my heart To contemplate Your holy sufferings. I want to place Your cross before me So that I might know it a little better, So that I might receive more deeply into my heart All that You did and suffered, And that I might realize who it was For whom You suffered. May Your grace be with me,

Page 143: Qorq Il-Pellegrin

140

The grace to shake off the coldness And indifference of my heart, And to dwell with You in love, sorrow and gratitude. Embrace my poor, weak, tired and discouraged heart. Fill my heart with an interior awareness of You. I want to meditate upon Your seven last words Upon the cross. Those words came straight from Your heart. You spoke them to everyone, even to me. Let them penetrate into my heart, right to its very core. I shall not ignore those words; Let me open my heart to receive them, here and now. [Karl Rahner sj]26 The Method: 1. Place yourself before in front of a crucifix or a icon of the

cross. Make the sign of the cross slowly, acknowledging the presence of the Trinity. Greet especially the Lord Jesus, and express your desire to meditate his passion with your whole being (using the above prayer).

2. Close your eyes and meditate the phrases below, taking one word at a time and lingering on it. Relish the meaning of every word. For ex., in “Father forgive them...” start with “Father”, asking yourself ‘who is the Father?’, ‘how is He a Father?’, ‘how does His being a Father relate to me?’, etc.

a. You may spend some time memorizing the phrases before starting this exercise.

b. Do not rush: you may use an alarm to indicate it is time to move on to point 3 (after about 30 minutes).

Page 144: Qorq Il-Pellegrin

141

c. It doesn’t matter if you spend 30 minutes on just the word “Father” or on the first phrase.

3. Open your eyes and speak your own words to the Lord. Thank him, praise him, express your own doubts and troubles, your desires and needs. Pray for the needs of others and of humanity, especially those who are suffering. Conclude with an ‘Our Father’.

4. Take note of the feelings that moved you deep down during this exercise.

The Seven Words: 1. “Father, forgive them, for they know not what they do” (Luke

23:34). 2. “Amen I say to you, this day you will be with me in Paradise”

(Luke 23:43). 3. “Woman, behold your son; son behold your mother” (John

19:26). 4. “My God, my God, why have you forsaken me?” (Matthew

27:46). 5. “I thirst” (John 19:28). 6. “It is fulfilled” (John 19:30). 7. “Father, into Your hands I commend my Spirit” (Luke 23:46).

Page 145: Qorq Il-Pellegrin

142

W10.2: Bixriet tal-Passjoni

Għażiż Mulej tagħna, li tant batejt għalina, Aħna nafu li mhux biss fil-Ġimgħa l-Kbira Turi 'l-wiċċek u ddur ma’ triqatna, mikdud bl-uġiegħ. Għinna nagħrfuk meta tixref din suritek fostna fil-bixriet ta' ħutna mgħaffġin mill-faqar u l-inġustizzja, fuq uċuh li jqanqlu mistoqsijiet kbar fina u jħassbuna: Uċuh ta' tfal, milqutin mill-faqar sa' minn ġuf ommhom hekk li ma jkunux jistgħu jiżviluppaw bis-sħiħ minħabba limitazzjonijiet mentali u fiżiċi; Uċuh ta' tfal abbandunati u sfruttati minħabba l-miserja u l-instabbilità tal-familji.

Page 146: Qorq Il-Pellegrin

143

Uċuh ta' żgħażagħ, diżorjentati għax ma rnexxielhomx isibu posthom fis-soċjetà, frustrati għax ma sabux opportunitajiet ta'xogħol u formazzjoni li jissodisfawhom u jwiegħeduhom futur, l-aktar fiż-żoni rurali u fis-sobborgi marġinali. Uċuħ ta' immiġranti u ta' nies ta' razza indiġena li jispiċċaw jgħixu f'sitwazzjonijiet inumani mwarrbin u maqtugħin mill-bqija tas-soċjetà u li ħafna drabi huma l-ifqar fost il-fqar. Uċuh ta' ħaddiema tar-raba' u bdiewa li m'għandhomx art tagħhom u li l-għixien tagħhom jiddependi mis-sinjuri lokali u l-prezzijiet li jistabbilixxu l-swieq internazzjonali b'sistemi kummerċjali li jfittxu jisfruttawhom. Uċuh ta' ħaddiema tal-id, ta'sikwit imħallsin ħażin u li difficilment jistgħu jorganizzaw irwieħom biex jiddefendu d-drittijiet tagħhom. Uċuh ta' nies qiegħda jew b'impieġi parzjali u prekarji, milquta minn krizijiet ekonomiċi u mudelli ta' żvilupp li jġiegħelu lis-sidien jagħmlu kalkoli ekonomiċi li jitolbu l-akbar sagrifiċċji mill-aktar familji fraġli. Uċuh ta' nies emarġinati u marsusin fil-kerrejjiet fejn in-nuqqas tal-kumditajiet bażiċi

Page 147: Qorq Il-Pellegrin

144

jistona mal-lussu taż-żoni residenzjali tas-sinjuri tefgħa ta' ġebla ‘l-bogħod. Uċuh ta' anzjani, ta' sikwit iżolati mis-soċjetà tagħna msaħħra mill-progress, socjetà li n-nies iġġibhom skont kemm jipproduċu. Agħtina, Mulej, li ma naħarbux minn dawn l-uċuh, li ma ninsewhomx meta nitolbu quddiem il-kurċifissi sbieħ tal-knejjes tagħna. Agħtina li nissieltu miegħek kontra l-ħażen li qed jgħakkes lil ħutna u li jinsab ukoll ġo fina. [Fuq id-Dokument ta'Puebla, nn. 31-39.]

Page 148: Qorq Il-Pellegrin

145

W10.3: Jien bniedem ta' tama

O Mulej, Grazzi talli mlejt lil qalbi bit-tama. Jien bniedem ta' tama għax nemmen li int, O Alla, inti ġdid kulfilgħodu. Jien bniedem ta' tama għax nemmen li l-Ispirtu s-Santu tiegħek qed jaħdem fil-Knisja u fid-dinja. Jien bniedem ta' tama għax nemmen li l-Ispirtu Ħallieq jagħti lil kull min jilqgħu fih libertà ġdida u ħażna ta' hena u fiduċja. Jien bniedem ta' tama għax naf li l-istorja tal-Knisja mimlija għeġubijiet.

Page 149: Qorq Il-Pellegrin

146

Fil-fatt, Mulej, Li nittamaw hu dover, mhux lussu. It-tama mhix ħolm iżda hi l-kapaċità li wieħed jibdel il-ħolm f'realtà. Ħenjin dawk li għandhom l-istonku biex jitħabtu u biex iħallsu l-ogħla prezz sabiex il-ħolma tagħhom tieħu l-ġisem fil-ħajja tal-bnedmin. Int stess tfakkarna dan kull meta naraw suritek msammra fuq salib. [Fuq silta mill-ktibiet tal-Kard. Léon Joseph Suenens]

Page 150: Qorq Il-Pellegrin

147

W10.4: Easter Sequence

O flock of Christ, your homage bring To Christ the Lamb, your glorious King! His Easter praise in triumph sing! Alleluia, alleluia, alleluia! Peace has come down from God on high! The King of peace in death did lie! To save the sheep the Lamb did die! Never on earth was stranger sight: Life fought with death in darkest night, Yet lives to reign in endless light!

Page 151: Qorq Il-Pellegrin

148

What saw you, Mary, on your way? “I saw the tomb where Life once lay, Whose glory shone this Easter Day!” Angels their joyful tidings spread! Grave-clothes I saw where none lay dead, The cloth that once had veiled his head! Christ is my hope, who rose for me! Soon will you all his glory see! Christ bids you go to Galilee!” Christ has indeed aris’n again As Lord of life, to rule all men! On us have mercy, Lord! Amen. Alleluia, alleluia, alleluia! [Victimae Paschali Laudes, trans. James Quinn, sj.]

Page 152: Qorq Il-Pellegrin

149

Qorq il-Pellegrin /3 Kumpanni fit-Talb

Ignatius, by Holly Schapker. Oil and maps on canvas. (http://www.hollyschapker.com/adsum.html)

Page 153: Qorq Il-Pellegrin

150

K1. Persuni Qaddisa: lil Alla, Trinità

Injazju kellu devozzjoni kbira lejn it-Trinità. F´dehra li kellu Man-resa, ra lit-Trinità bħala tliet noti tal-orgni, b’ħoss differenti f’armonija waħda. Kien jitlob kuljum lit-tliet Persuni separatament, u wkoll lit-Trinità, Alla Wieħed. Darba ħaseb li kellu xi problema bis-somom: kif tista’ titlob erba’ talbiet lil tliet persuni? Fil-fatt dan ir-raġunament ‘matematiku’ ma tantx kiddu, u fil-kitbiet spiritwali u administrattivi tiegħu insibuh isemmi lill-Persuniu lit-Trinità b’rispett kbir u wkoll bi dħulija. Għal Injazju, Alla l-Missier u Sid il-ħolqien kien dak li, wara l-konverżjoni tiegħu, kien imexxieħ “bħal tifel tal-iskola”, jitbissimlu permezz tal-konsolazjonijiet spiritwali u jwiddu meta kien ifittex jagħmel ta’rasu. Injazju kien jikkontamplah l-aktar fil-ħolqien, fid-

Page 154: Qorq Il-Pellegrin

151

doni tax-xemx u x-xita ġejjin “minn Dak ta’fuq”, fil-kwiekeb, fir-ritmi tar-raba fejn Alla jaħdem għalina. Ġesù, għal Injazju, hu dak li għażlu bħala kumpann tiegħu taħt is-salib. Għalhekk iqiegħdu quddiemna bħala sultan kbir u umli li jistedinna nimxu warajh. Ġesù hu dak li jimxi magħna, jgħallimna, jdewwina. Hu dak li jimliena bit-tama fil-Qawmien. L-Ispirtu, minkejja li ma tantx jissemma direttament fil-kitbiet ta’Injazju (minħabba ċerti setet tal-‘Imnebbħin’), hu dak li jaħdem f’qalbna, inqanqalna minn ġewwa, jgħinna nikbru fl-imħabba u niddixxernu r-rieda ta’Alla.

Page 155: Qorq Il-Pellegrin

152

K1.1: Ulied u werrieta ta' Alla

Fit-tjieba tiegħek bla tarf, O Missier tas-sema, Int sejjaħtilna biex ningħaqdu miegħek Fil-ħajja u fl-hena tiegħek U biex naqsmu miegħek l-għana divina tiegħek. U dan permezz ta’ Ibnek Ġesù Li tajtu b’rahan għalina l-midinbin, U li tixtieqna nissawru fuq ix-xbiha tiegħu, Sabiex, imweldin mill-ġdid Mill-ilma u mill-Ispirtu s-Santu U mogħtija sehem fin-natura divina, Nsiru tassew ulied Alla.

Page 156: Qorq Il-Pellegrin

153

U għaliex aħna ulied Alla, Hu bagħatilna l-Ispirtu ta’ Ibnu fi qlubna. Hekk, ladarba aħna t-tempju ta’ Alla Ha ngħixu mela l-ħajja ta’ ulied Alla, Billi nieħdu l-eżempju minn Kristu, ħuna l-ewwel wild, Sabiex niksbu s-Saltna ta’Alla u l-glorja tiegħu, Bħala werrieta ta’Alla, Fi sħab ma’ Kristu. [Johannes Hofinger, sj]27 Fr Hofinger (1905-1984), Awstrijak, kien edukatur, kittieb u li-turġista Ġiżwita li ħalla impatt impatt kbir fuq il-liturġija, l-iskejjel u l-missjonijiet tal-Knisja, l-aktar fl-Asja, l-Oċeanja, u l-Istati Uniti.

Page 157: Qorq Il-Pellegrin

154

K1.2: Dawl minn Dawl iż-Żernieq *M

→ Għall-mużika, mur fuq: www.jesuit.org.mt/liturgy

Dawl minn Dawl iż-Żernieq li tiġi żżurna meta tisma' il-krib ta' fqajjar li fik jitma: infed il-għama li hemm fija. Miss dawn l-għajnejn sabiex jaraw kemm tħobbni, w tgħożżni, o Mulej. Kif nista' nilmaħ dawl il-Jum jekk ma nagħrafx ġo fija l-lejl? Kelma t'Alla l-Missier, lissint id-dinja w kull ma fiha, u qrajt l-Istorja, siegħa, siegħa:

Page 158: Qorq Il-Pellegrin

155

qanqal tweġiba ġewwa fija. Miss dan il-fomm sabiex jistqarr imqar il-fidi tas-sajjied. Kif nista' nlissen kliem fejjied jekk ma nxettilx ġo fija s-skiet? Qamgħ ġo laħmi miżrugħ, li tqum mill-ġdid u tnibbet fija, sa' minn għadis il-magħmudija: agħtini qalb bħal art għammiela. Miss dan il-għadam ħalli jgħix, onfoħ il-ħajja f'dan l-irmied. Kif nista' ngħix għal dejjem fik jekk nibqa' nibża mill-imwiet? [Fuq: D. Rimaud sj, Lumière pour l’homme aujourd’hui]28

Page 159: Qorq Il-Pellegrin

156

K1.3: The Trinity Made Known to Us

O Holy one of Israel, When you manifested yourself to Moses, His face shone with the radiance of your glory. Let your light shine upon us, while we call on you. No one have ever seen you, O Father; It is your only Son, nearest to your heart, Who has made known to us your glory and love. May we find you in him who is your revelation. Father, you have given us your Spirit, Who reaches the depths of everything, Even your own depths.

Page 160: Qorq Il-Pellegrin

157

May he teach us to understand The gifts you have given us. [From a Jesuit Community Prayer Book]29

Page 161: Qorq Il-Pellegrin

158

K1.4: Sejjer Niltaqa’ ma’ Dak li Ġej

Spirtu qed jaqbad, Ħaġet il-qiegħan, Qawwa bla tarf u ħajja, Qalba li tgħammex Setgħa samma bħad-dinja li tarmi s-sħana bħall-ħajja, Tarf u Bidu tad-dinja, Int li jdejk iħażżmu l-kwiekeb, Int li int l-Ewwel u l-Aħħar, Dak li miet u li qam, Int li tiġma’ fl-għaqda mfawra li hemm fik Kull seħer, kull gost, kull qawwa, kull stat: Int tabilħaqq Mulejja u Alla tiegħi.

Page 162: Qorq Il-Pellegrin

159

Qofol li lejh kollox jitħarrek, Ħlejju bħan-namur, Intimu bħal ħajja, Milja ta’dak li hu maħluq, Milja ta’dak li jien f’persunti, Enerġija ħallieqa li tgħarrex f’moħbiet il-qlub U fil-misterju ta’kull ma jiżdied u jikber fina, Ruħ li tintlemaħ f’kull ma jinsab madwarna, Providenza li tkebbibna: Lilek iħossu u jfittxu l-bnedmin f’seħer l-univers, Lilek, li tagħtini sehem f’dak li Int u li ssawwarni. Feddej ta’ħidmet il-bniedem, Feddej tat-tbatija tal-bniedem, Kun int li ssalva l-għaqda fost il-bnedmin Billi iġġegħelna nwarrbu l-meskineriji tagħna U nimirħu, imweżnin fuqek, Fl-oċean tal-imħabba, fl-ebda mappa maħżuż. Agħtini li ninduna bik Ukoll ―u fuqkollox― f’dak li hu l-aktar intimu, L-aktar perfett, l-aktar imbiegħed F’ruħ ħuti. Alla tiegħi, iddi wiċċek fuqi, Permezz tal-ħajja ta’għajri. Jien sejjer niltaqa’ ma’Dak li Ġej. [Pierre Teilhard de Chardin, sj]30

Page 163: Qorq Il-Pellegrin

160

Fr. Teilhard de Chardin, filosofu u paleon-tolgu ta’fama internazzjonali, kellu sehem importanti fl-iskoperta tas-Sinanthropus fiċ-Ċina. Fil-kitbiet tiegħu, Teilhard fittex juri r-rabta bejn il-Ħolqien u Kristu, bejn ix-xjenza u l-fidi.

Page 164: Qorq Il-Pellegrin

161

K1.5: Blessings

May the Father, God of strength, be with you, Holding you in strong-fingered hands; And may you be the sacrament of his strength To those whose hands you hold; May the blessing of strength be on you. May the Son, God of compassion, be with you, Holding you close When you are weary and hurt and alone; When there is rain in your heart; And may you be the warm hands And warm eyes of compassion for your friend When he or she reaches out to you in need;

Page 165: Qorq Il-Pellegrin

162

May the blessing of compassion be on you. May the Spirit, God of love be with you, Listening to you, speaking to you, Giving himself to you and drawing you close. May his love in you light fires of faith and hope, And glow in your eyes And meet his love glowing in the eyes of your friend; May the blessing of love be on you. May the Triune God be within you, Drawing you ever nearer, Speaking to you of unity, of true community; May the blessing of community arise from within us Radiate around us and remain for ever. Amen.

Page 166: Qorq Il-Pellegrin

163

K2. Persuni Qaddisa: Fl-Għożża tal-Missier

Alla, l-ewwel u qabel kollox, hu “Missier”, jew “Nissiel”. Id-divinità kollha (it-tliet persuni) f’ċertu sens hi għajn paterna u materna, hi ‘nissiela’, għaliex minn Alla tnissel, nixxa u nħalaq kull ma jeżisti. Dan Alla ntwera lilna f’Ġesù. Lil Ġesù nagħrfuh bħala Alla, iżda nafu wkoll li kellu relazjoni ma’Alla bħala iben lejn missier għażiż: “abba” jew “papà”. Alla f’relazjoni ma’Alla. X’ifisser dan... li hemm żewġ allat separati? Le. Il-Knisja tiddistingwi bejn il-“persuna” ta’Ġesù u dik il-“persuna” f’Alla li nisslet lil Ġesù, il-“papà” ta’ Ġesù. Madanakollu dawn m’humiex persuni separati... fis-sens li nużaw il-kelma “persuna” fil-Malti kurrenti. F’ċertu sens, meta nitkellmu fuq il-persuni mqaddsa nkunu qed ngħidu li hemm relazzjoni u djalogu fid-divinità innifisha. Dan ifakkarna, mill-

Page 167: Qorq Il-Pellegrin

164

bogħod, fil-waqtiet meta naqbdu lilna stess nkellmu lil xi “ħadd” fina nfusna. Jew meta naħsbu fuq il-ħsibijiet u l-emozjonjiet u l-memorji tagħna. Ma jeżisti xejn li m’hux f’relazjoni. Mhux kulhadd isibha faċli jitlob lil Alla l-Missier. Speċjalement jekk nimmaġinawh xi raġel xiħ, jew xi missier aħrax u tirann. Għalhekk, tajjeb lil naraw ukoll f’din l-Ewwel persuna ‘Nissiela’ ta’Alla il-figura tal-omm, ġuf id-divinità u ġuf il-ħolqien. Dan minkejja li Ġesù ma kienx issejjaħ lil Alla “mamà”, għaliex fl-AT, l-allat nisa kienu meqjusa allat foloz tal-pagani.

Page 168: Qorq Il-Pellegrin

165

K2.1: Ulied Alla fid-dinja *M

→ Għall-mużika, mur fuq: www.jesuit.org.mt/liturgy

Int ġibtna f'din id-dinja ħa nnislu d-dinja tiegħek, fil-fatra tal-bennejja naqsmu l-Ħobża miegħek. Xħin tiġi l-art fix-xejn jintemmu wkoll is-sisien, wettqilna xogħol idejna, w ifdi dak li bnejna. F'dan iż-żmien ta' bidliet, af li it-triqat jiċparu, kulhadd jeħtieġ il-kwiet biex jilmaħ x'hemm madwaru. Flimkien fl-Ewkaristija nixorbu dehen il-Għajn, w Int tiftħilna mogħdija b'fehma ġewwinija. Nissieltu għall-ġustizzja, nagħmlu dak li hu sewwa, ħa nixbħu lill-Missier li jqisna minn ta' ġewwa.

Page 169: Qorq Il-Pellegrin

166

Fiduċja rawwem fina, fl-hemm, fil-waqt tat-tiġrib. Int li ssallabt għalina b'imħabbtek isqina. [Fuq Didier Rimaud sj, Dieu qui nous mets au monde]31 Fr. Rimaud, poeta, ħadem ma’bosta kompożituri Franċiżi qabel u

wara l-Konċilju biex jibni repertorju wiesa’ ta’kant liturġiku ta’kwalità poetika u teoloġika eċċellenti bil-Franċiż. Ħa sehem

ukoll fit-traduzzjoni tal-bibbja li tintuża fil-liturġija fil-pajjiżi ta’lsien Franċiż.

Page 170: Qorq Il-Pellegrin

167

K2.2: Prayer from the Didaché

We thank you, our Father, For the holy vine of your servant David, Which you have made known to us Through your servant Jesus. Glory be to you forever. We thank you, our Father, For the life and knowledge Which you have made known to us Through your servant Jesus. Glory be to you forever.

Page 171: Qorq Il-Pellegrin

168

As this bread was scattered upon the mountains And was gathered together and became one, So let your Church be gathered together From the ends of the earth into your kingdom. For yours is the power and the glory Through Jesus Christ for ever. We thank you, holy Father, for your holy name Which you have made dwell in our hearts, And for the knowledge, faith and immortality Through your servant Jesus. Glory be to you forever. You, almighty Lord, created all things for your glory, And you have given food and drink to humankind That they may enjoy it and give thanks to you. But to us you give spiritual food and drink And life eternal through your servant Jesus. Above all we thank you for your power. Glory be to you for ever. Be mindful of your Church, Lord, Deliver her from all evil, Perfect her in your love. Gather her, your holy Church, From the four winds into the kingdom You have prepared for her. For yours is the power and the glory For ever and ever. Let grace come, and this world pass away!

Page 172: Qorq Il-Pellegrin

169

Hosanna to the God of David! If anyone is holy, let him draw near; If anyone is not holy, let him repent. Come, Lord! Amen! [From a Jesuit Community Prayer Book]32

Page 173: Qorq Il-Pellegrin

170

K3. Persuni Qaddisa: Maġenb Ġesù

Ix-xewqa l-kbira ta’ Injazju kienet li jkun mqiegħed maġenb Ġesù. F’mument importanti f’ħajtu fehem li Alla qatagħlu xewqtu u li hu u sħabu kienu diġa’, b’ xi mod, maġenb Ġesù, “kumpanni ta’ Ġesù”. U minn hemm ‘il-quddiem, il-grupp beda jissejjaħ hekk... sa’ ma xi ħadd, x’aktarx biż-żufjett, qassarha u wikkielhom il-laqam ta’ “Ġiżwiti”. Injazju, ta’raġel ambizzjuz, kuraġġuż, ġeneruż (u xi ftit żatat) kellu preferenza ċara ta’fejn ried ikun maġenb Ġesù. Ried ikun miegħu fl-iebes, iġorr miegħu is-salib. U f’dan ukoll Alla qatagħlu xewqtu. Injazju bata ħafna f’ħajtu. Bħalu, il-Ġiżwiti, għaliex jakkumpanjaw lil Ġesù fil-fruntieri, fil-missjonijiet u l-attivitajiet l-aktar ta’sfida fi ħdan il-Knisja, ta’sikwit soffrew persekuzzjoni minn barra l-Knisja

Page 174: Qorq Il-Pellegrin

171

u saħansitra minn ġewwa l-Knisja stess. Bosta huma l-matri ġiżwiti, u bosta kienu l-ġiżwiti li nftiehmu ħażin minn sħabhom fil-Knisja. Saħansitra kien hemm żmien meta s-saltniet kattoliċi barrew lill-Ġiżwiti u ġiegħlu lill-Papa “jeħles minnhom”, fil-waqt li s-saltniet Ortodossi u Protestanti laqgħuhom! Madanakollu, il-Ġiżwiti u dawk li jsegwu l-Ispiritwalità Injazjana huma kumpanni ta’ Ġesù ukoll f’mumenti oħra ta’ħajtu: fil-glorja tal-Qawmien, fis-sempliċità ta’ħsil ir-riġlejn, fil-predikazzjoni, fil-mumenti meta jdewwi l-miġruħa, ifejjaq, u jixxotta d-dmugħ mill-għajnejn...

Page 175: Qorq Il-Pellegrin

172

K3.1: Talba lill-Qalb ta’ Ġesù

Infaħħrek, inbierkek, insebbħek u nsellimlek, O Qalb wisq ħelwa ta’ Ġesù, Int li tgħożżna tant! O Mulej, int l-aktar ħabib li nista’ nserraħ fuqu. Jien nirringrazzjak tal-fedeltà Li biha ħaristni u kennintni tul dan il-lejl U tal-foħrija u r-radd il-ħajr Li tajt lil Alla Missierek f’ismi u minfloki, Għax tabilħaqq kien jistħoqqlu jirċevihom mingħandi. U issa, o ħabib waħdieni tiegħi, noffrilek qalbi, Waqt li nitkarrablek

Page 176: Qorq Il-Pellegrin

173

Li matul dan il-jum Issawwar ħsibijieti, kliemi, ħidmieti u tqanqil qalbi Skont dak li jgħoġob ir-rieda tiegħek l-għażiża. [San Pietru Kanisju, sj] San Pietru Kanisju (1521-1597), Ġiżwita Olandiż, għallem f’bosta universitajiet fil-pajjiżi ta’lsien Ġermaniż, u waqqaf kulleġġi li wara saru universitajiet. Ipparteċipa ta’sikwit f’dibattiti mal-protestanti u kiteb Katekiżmu li sar popolari ħafna u baqa’ jiġi tradott u stampat għal għexieren ta’snin.

Page 177: Qorq Il-Pellegrin

174

K3.2: To Jesus, Victor and Consoler

You did a marvel, Lord Jesus Christ, And make me feel beside myself in surprise. My spirit glistens with your rising. I smile and smile with you, I am drowning in the laughter of your friends. You have won, Lord, we know you have won! You have defeated all the worst we could do, Each alone and all together. You crushed the power of darkness and of death To walk peacefully again in our flesh, Now and forever.

Page 178: Qorq Il-Pellegrin

175

Come to me, great Lord of Life, As you come to all your friends. Send me to console those around me who hurt. Come, and send your friends daily To labour full of hope for the Reign of God. [Joseph Tetlow, sj]33 Fr Joseph Tetlow, S.J. is the director of Montserrat Jesuit Retreat House, in Lake Dallas, Texas, where he gives retreats and work-shops, and writes. He spent several years in Rome as head of the Jesuit Secretariat for Ignatian Spirituality, guiding the efforts of 250 Jesuit retreat houses and hundreds of researchers in Ignatian Spirituality. He was also a professor of Theology at St. Louis Uni-versity and an associate editor of America Magazine (www.ameri-camagazine.org).

Page 179: Qorq Il-Pellegrin

176

K3.3: Passi fir-ramel

Mulej, darba waħda ħlomt li kont qed nimxi miegħek, max-xatt. Waqt li konna mexjin, fuq l-isfond kaħlani tas-sema fiġġu bosta xeni minn ħajti. F'kull xena indunajt li kien hemm il-passi fir-ramel. Xi mindaqqiet kien hemm żewġ pari passi, Xi drabi par wieħed. Din il-ħaġa ħassbitni, għaliex indunajt li preċiżament fl-agħar mumenti ta' ħajti, —Fin-niket, fil-fallimenti, fil-qtiegħ il-qalb— Kont qed nilmaħ biss par wieħed. Għalhekk waqaft, ħaristlek f'għajnejk u għidlek:

Page 180: Qorq Il-Pellegrin

177

“Mulej, imbasta wegħedni li ser tkun miegħi dejjem, sa' l-aħħar taż-żmien! X'sar minnek meta l-aktar kelli bżonnok? Dan kif fl-agħar mumenti ta'ħajti hemm biss il-passi tiegħi fir-ramel?” Niftakar li kont weġibni bil-ħlewwa, U urejtni li f'dawk il-mumenti L-passi kienu aktar profondi U li kienu l-passi tiegħek waqt li kont qed iġġorrni. Issa li naf li inti tweżinni u tagħtini kull ma neħtieġ, Ser nagħmel wiċċi u nitolbok ħaġa oħra: Sejjaħli ħa ngħinek meta tkun qed terfa' lil ħuti. [Fuq poeżija ta'Mary Stevenson]

Page 181: Qorq Il-Pellegrin

178

K3.4: Il-personalità ta’ Ġesù tinsab f’“Qalbu” *M

→ Għall-mużika, mur fuq: www.jesuit.org.mt/liturgy

Qalb ta´ Ġesù bin il-Għoli Li ssawwart f´Marija mill-Ispirtu. Minsuġa bil-Kelma t´Alla, Wild is-Sid, saltnatek ma tgħib qatt, ma tmutx. Qalb ta´ Ġesù, id-dar t'Alla, It-tinda tal-laqgħa tagħna mal-Maħbub, Int il-bieb li jwassal ġewwa, Minnek ngħaddu biex naslu għand il-Missier. Ħuġġieġa li tikwi, mixgħula bl-imħabba,

Page 182: Qorq Il-Pellegrin

179

Maħżen tal-ġustizzja mimli tjieba w karità. Ġewwa fil-qiegħan ta´ Qalb Sidi, is-Sultan Tal-qlub kollha jgħammru l-virtujiet. Jixraq li nfaħħruh. Qalb ta´ Ġesù it-teżori Tad-dehen u tal-għerf jinsabu ġewwa fik. Int l-għaxqa ta’ Alla, u fik Tinsab tgħix il-milja tad-divinità. Qalb ta´ Ġesù tnixxi l-ħniena U it-tjieba, bik aħna stagħnejna lkoll, Xewqa ta´ għoljiet smewwija, Għajn ta´ kull qdusija għal min jitma´ fik. B´debħa għal dnubietna ta ħajtu min fdiena, laqa´ it-tagħjir u obda f´kollox lill-Missier. Ġismu kien miġruh, u l-Qalb tiegħu sfat minfuda sabiex jinħafru id-dnubiet: ħajr u sebħ nagħtuh! Qalb ta´ Ġesù inti faraġ, Inti l-għajn tal-ħajja, il-qawmien mill-mewt. Mill-ġdid ridt tħabbibna miegħek, U ġibtilna s-sliem, u il-ħelsien u l-ferħ. Qalb ta´ Ġesù fik it-tama Għax tixtieq tkenninna tul l-eternità. Meta jingħalqu għajnejna, Nilmħu ´l wiċċek: x´hena xi trankwilità! Glorja nagħtu lill-Missier u lil dak Ibnu li fih Alla ħabbna w berraħ Qalbu fuq salib.

Page 183: Qorq Il-Pellegrin

180

Glorja lill-Ispirtu li ssawwab fit-tnehida ta´ Kristu xħin radd Ruħu. Fina jinsab, fil-qrib. [Mill-litaniji tal-Qalb ta’Ġesù] Il-Ġiżwiti ferrxu madwar id-dinja d-devozzjoni lejn il-Qalb ta’Ġesù fi żmien meta l-“Ġansenisti” (membri ta’ setta li kellha influenza kbira fost il-Kattoliċi) xerrdu tagħlim fuq Alla mibni fuq il-biża’ mill-infern u fuq il-ħruxija tal-Ġudizzju. Din id-devozzjoni treġġana lura għall-Vanġelu u tgħallimna li meta Ġesù jħares lejna, l-ewwel li juża “Qalbu” biex iħobbna, u mhux “Moħħu” biex jiġġudikana. Aktar ma nemmnu dan fil-fond, aktar insibu fina l-kuraġġ li ngħamlu r-rieda ta’Alla.

Page 184: Qorq Il-Pellegrin

181

K3.5: Personal offering to the Lord, my Leader and King

Eternal Lord of all things, I feel your gaze on me. I sense that your mother stands near, And the great beings crowd around you, Angels and powers and martyrs and saints. If you will help me, please, I would like to make an offering: I want it to be my desire, and my choice, Provided that you want it this way, To walk this earth as you walked it.

Page 185: Qorq Il-Pellegrin

182

I know that you refused political power. I know that you suffered: Leaders rejected you. Friends abandoned you. You failed. I know. I hate to think about it. None of it looks romantic to me, Or very useful. But it seems to me a toweringly wonderful thing That your divine majesty Might call me to follow after you. [Joseph Tetlow, sj]34

Page 186: Qorq Il-Pellegrin

183

K3.6: Int magħna fit-talb tagħna

Mulej Ġesù, Kont int li ħadt l-appostli miegħek fuq il-għolja. Kont int li mort titlob għalik waħdek fuq il-għolja. Kont int li wegħedtna li tkun fost tnejn jew tlieta li jkunu qed jitolbu f'ismek. Aħna, mela, nirringrazzjawk, Mulej, talli ġibtna hawn. Niżżuk ħajr talli tinsab f'nofsna, aħna li ninsabu miġburin flimkien f'ismek. Nitolbuk, Mulej, li turina lilek innifsek. Iftħilna għajnejna u widnejna, Mulej, sabiex nagħrfu narawk f'ħajjitna

Page 187: Qorq Il-Pellegrin

184

fl-esperjenza tagħna bħala Knisja, fl-esperjenza tagħna tat-talb, fid-dnub tagħna, fil-faqar tagħna u fil-qawmien li int tagħtina. Int li tgħix u ssaltan, O Mulej Ġesù, mal-Missier u ma' l-Ispirtu s-Santu għal dejjem ta' dejjem. Ammen. [Carlo Maria Martini, sj.]35

Page 188: Qorq Il-Pellegrin

185

K3.7: Anima Chisti (free version)

May thy mind and heart be mine, Thy body and blood heal mine, Thy blood act on me like wine. May water from thy side cleanse me. In thy goodness always hear me. Let thy wounds enfold me, So that I become inseparable from thee. From all that is evil protect me. In my life may I always hear thee; In my death may I see thee invite me To be at one with all creation In praise of thee and adoration.

Page 189: Qorq Il-Pellegrin

186

[Gerard W. Hughes, sj]36

Page 190: Qorq Il-Pellegrin

187

K3.8: Ġesù l-mudell tagħna

Mulej, waqt li kont qed nimmedita Fuq il-mod ta’ kif għandna nagħmlu l-affarjiet, Għaraft li l-ideal tagħna hu l-mod ta’ kif taġixxi int. Int innifsek għidtilna: “Tajtkom l-eżempju sabiex tagħmlu bħali”. Jien nixtieq insir nixbħek Sal-punt li nkun nista’ ngħid lill-oħrajn: “Siru ixbħuni, kif jien sirt nixbaħ lil Kristu”. Tini, bħal San Pawl, li nkun nista’ nħoss l-affarjiet Bl-istess sentimenti tiegħek, Is-sentimenti ta’Qalbek Li biha ħabbejt lill-Missier u lill-bnedmin.

Page 191: Qorq Il-Pellegrin

188

Ħadd ma qatt kellu imħabba akbar minn tiegħek, Li tajt ħajtek għal ħbiebek, U li b’mewtek fuq salib Wassalt sal-quċċata il-“kenosi” tal-Inkarnazzjoni, Għax ixxejjint għalkollox. Nixtieq insir nixbħek F’din id-disponibbilità ġewwinija u suprema, Kif ukoll fl-imġieba tiegħek ta’kuljum Billi nġib ruħi kif kont iġġib ruħek int. Għallimni l-mod ta’ kif kont titratta mad-dixxipli, Mal-midinbin, mat-tfal, mal-fariżej U ma’ nies bħal Pilatu u Erodi. Għaddili d-delikatezza Li biha mxejt mad-dixxipli l-għeżież Meta ħsiltilhom riġlejhom U meta ħejjejtilhom x’jieklu, Fuq xatt l-għadira ta’Tiberija. Ħa nitgħallem minnek, kif għamel Sant’Injazju, Il-mod ta’kif kont tiekol u tixrob Kif kont tieħu sehem fl-ikliet, Kif kont iġġib ruħek meta kien itik il-ġuħ u l-għatx, Meta kont tħossok għajjien wara l-mawriet appostoliċi, Meta kien ikollok tistrieħ u tinxteħet torqod. Għallem lil qalbi tingħafas quddiem dawk li jbatu, Quddiem il-foqra, il-morda bil-ġdiem, L-għomja, il-mifluġin. Urini kif kont tikxef it-tqanqil ġewwieni tiegħek Sat-tixrid tad-dmugħ,

Page 192: Qorq Il-Pellegrin

189

Id-dieqa u l-ħerba tal-mewt Sat-tixrid tal-għaraq tad-demm. Fuq kollox, għallimni kif urejt l-akbar uġiegħ fuq is-salib, Meta ħassejtek mitluq minn Missierek. Din hi x-xbiha tiegħek li nikkontempla fil-Vanġelu: Bniedem nobbli, sublimi, ta’min iħobbu, eżemplari, Li kliemu u għemilu kienu jaqblu għalkollox, Li sal-għedewwa tiegħu kienu jgħidulu: “Int sinċier, tgħallem il-mogħdija ta’Alla bla ħabi, Bla ma tibża’ minn ħadd, bla ma’tħares lejn wiċċ ħadd”. Bniedem sod, iebes miegħu innifsu, Imċaħħad u ħabrieki, Iżda ma’ ħaddieħor mimli tjubija u mħabba, U mimli bil-ħerqa biex jaqdih. Il-kuntatt tiegħek kostanti ma’Missierek fit-talb, Qabel sbiħ il-jum jew xħin l-oħrajn kienu jkunu reqdin, Kien għalik faraġ u enerġija biex tipprideka s-Saltna. Għallimni il-mod ta’kif tħares int, Kif ħarist lejn Pietru biex issejjaħlu u biex tqajmu, Jew kif ħarist lejn iż-żagħżugħ għani Li għażel li ma jimxix warajk Jew kif ħarist bi tjubija lejn il-folol marsusin madwarek, Jew b’qilla meta kont titratta mal-uċuħ b’oħra. Mulej, nixtieq insir nafek, eżatt kif int: Xbihatek quddiem biżżejjeb biex tibdilni. ‘Tina li nitgħallmu minnek fi ħwejjeġ kbar u żgħar, Li nimxu fuq l-eżempju tiegħek ta’għotja sħiħa

Page 193: Qorq Il-Pellegrin

190

Fl-imħabba tal-Missier u tal-bnedmin ħutna, U li nħossuna qrib ferm tiegħek, li tbaxxejt lejna, U fl-istess ħin bogħod sew minnek, Alla bla tarf. Agħtina din il-grazzja, agħtina s-sensus Christi Li jgħajjex ħajjitna kollha kemm hi U jgħallimna ―saħansitra minn barra― Inġibu ruħna hekk kif jaġixxi l-ispirtu tiegħek. Għallima il-‘mod’ tiegħek Sabiex isir il-‘mod’ tagħna illum stess, U sabiex insiru kollaburaturi tiegħek Fil-ħidma tal-Fidwa. [Pedro Arrupe, sj – b’xi taqsir]37

Page 194: Qorq Il-Pellegrin

191

K3.9: Litanija Injazjana tal-Ismijiet ta´Ġesù MIĠBURA MIL-KITBIET TA’SANT’INJAZJU

Nistgħu nużaw dawn l-invokażżjonijet f’litanija u nwieġbu ‘ħenn għalina’ għal kull waħda. Pero, forma aktar Injazana biex nitolbu b’dawn il-frażijiet hi li nimmeditawhom: nieqfu fuq kull kelma, naraw xi xbihat tqanqal fina, u ‘nduquha’ fil-ġewwieni sa ma nħossu li għandna ngħaddu għall-kelma jew frażi li jmiss. O Ġesù, int: Bin ix-xebba, Marija. Ħallieq u Mulej tagħna. Sa minn dejjem Sid ta’kollox.

Page 195: Qorq Il-Pellegrin

192

Dak li ħalaqna u fdiena. Dak li għad ikun l-imħallef ta’dejjem tagħna. Majestà divina. Tjubija sħiħa u perfetta. Imħabba bla tarf. Mulej twajjeb tagħna. Għerf bla tarf. Lissien u għajn ta’kull barka. Dak li minnu jiġu d-doni kollha. Ġid tagħna, pefett u bla tmiem. Fidwa tagħna. Għajnuna u sustenn tagħna. Medjatur tagħna. Qawwa ta’Alla. Mexxej suprem u Mulej tagħna. Ikel tagħna u kumpann fil-mixi tagħna. Sabiħ u ta’min iħobbu. Fqir u umli. Dak li sar ubbidjenti għalina. Mgħaddas fin-niket, mikdud bi swied il-qalb u dulur. Għeri fuq is-salib. Dak li ried jinbiegħ biex jifdina. Dak għażel mewt kiefra biex jagħtina ħajja bla tmiem. Dak li jinsab fil-Glorja. Mimli ferħ u hena. Faraġ tagħna. Sliem tagħna. Hena tagħna.

Page 196: Qorq Il-Pellegrin

193

Tama tagħna. Ħajja tagħna. Premju tagħna, ta’ kobor tal-għaġeb. Ħajja ta’ veru għad-dinja. Mudell u mexxej tagħna. Ras tal-Ġisem tiegħek, il-Knisja. Għarus tal-maħbuba tiegħek, il-Knisja. Sid tal-Kumpanija. Preżenti f’ħutna. Dak li fuqu nfasslu ħajjitna. Mulej għażiż tagħna, aħna tfajna l-ankra tat-tama tagħna fik. Qanqal lil qlubna ħalli jimxu warajk u agħtina li nsiru nixbhuk dejjem aktar. Għamel li bħalek inwettqu dejjem ir-rieda tal-Missier. Imbierek ismek għal dejjem. Ammen.

Page 197: Qorq Il-Pellegrin

194

K3.10: My most lovable Lord

I praise him most, I love him best, All praise and love is his; While him I love, in him I live, And cannot live amiss. Love’s sweetest mark, laud’s highest theme, Man’s most desired light, To love him: life; to leave him: death; To live in him: delight. [St Robert Southwell sj]

Page 198: Qorq Il-Pellegrin

195

Robert Southwell was a poet and missionary among Catholics in England during the reign of Elizabeth I. After six years of ministry he was captured, tortured, imprisoned for over two years and then tried and executed. Thanks be to thee, My Lord Jesus Christ, For all the benefits Which Thou hast given me, For all the pains and insults Which Thou hast borne for me. O most merciful Redeemer, Friend and Brother: May I know Thee more clearly, Love The more dearly, And follow Thee more nearly. [St Richard of Chichester]

Page 199: Qorq Il-Pellegrin

196

K4. Persuni Qaddisa: F’tiswib l-Ispirtu

Fi żmien Sant’Injazju kien hemm xi nies fil-Knisja li bdew jgħidu li l-Ispirtu s-Santu kien ikellimhom personalment u jgħilhom x’għandhom jagħmlu. Dawn kienu jissejħu ‘spiritwali’ jew ‘imnebbħin’ u kienu jaħsbu li, ġaldaraba kellhom kuntatt dirett ma’ Alla, ma kellhomx bżonn jisimgħu mill-Papa u mill-isqfijiet. Tajjeb li ngħidu li, f’dak iż-żmien, l-awtoritajiet tal-Knisja ma kienux jgħixu ħajja eżemplari wisq. Madanakollu, Injazju baqa’ jafda fil-Papa u l-isqfijiet, minkejja d-difetti kollha li kellhom. In-jazju ma xtaqx li jħalltuh mas-settet tal-imnebbħin, ukoll jekk fl-es-perjenza tiegħu ta’Alla kien skopra metodu kif jiddixxerni r-rieda ta’Alla permezz tat-talb kontemplattiv. Rari kien isemmi fit-tul l-

Page 200: Qorq Il-Pellegrin

197

Ispirtu s-Santu, iżda fl-Ispiritwalità Injazjana, kollox idur fuq il-tqanqil tal-Ispirtu fil-qalb u l-moħħ tal-bniedem. Id-dixxerniment tal-ispirti, għal Injazju, hu għodda biex inservu lill-Knisja, hekk kif inhi, bis-sabiħ u l-ikrah tagħha, bla ma neħduha kontra l-awtoritajiet iżda billi naqduhom u nobduhom. U xħin l-Ġiżwiti bdew jaħdmu fil-qrib mal-Papa u l-isqfijiet, fil-waqt li baqgħu jitolbu u jiddixernu fejn kien qed jeħodhom l-Ispirtu, il-Knisja bdiet tiġġedded minn ġewwa. Mhux dejjem ħaġa faċli li nobdu l-awtorità tal-Knisja u lill-Ispirtu li jmexxina fit-talb. Xi drabi niddixxernu ħażin dak li jgħidilna l-Ispirtu. Xi draba l-awtoritajiet jiżbaljaw. Iżda fl-aħħar mill-aħħar hu l-istess Spirtu li jmexxi ‘l-Knisja u li jmexxina fit-talb.

Page 201: Qorq Il-Pellegrin

198

K4.1: God be with me

God be in my head and in my understanding. God be in my eyes and in my looking. God be in my mouth and in my speaking. God be in my heart and in my thinking. God be at my end and my departing. [Sarum Primer, 1527]

Page 202: Qorq Il-Pellegrin

199

K4.2: L-Ispirtu ta'Alla preżenti fina

Mulej Ġesù, niżżuk ħajr talli tinsab fostna. Inqimuk, Mulej, mal-appostli. Nadurawk mistur, fqajjar, umli, Preżenti fina bla ma ddoqq trombi, sewwasew fil-faqar tal-ħajja tagħna bħala Knisja. Nirringrazzjawk għaliex Int, Alla qawwi, Turi lilek innifsek b'dan il-mod. Iftħilna għajnejna, Mulej, Sabiex inkunu nistgħu nagħrfuk. Agħmel li nagħrfu dak li aħna bla tlaqliq, Mulej, Bit-taħwid, id-dubji, l-għejja, U r-raġunamenti fierha li jfiġġu fina bħalissa.

Page 203: Qorq Il-Pellegrin

200

Dan kollu nġibuh quddiem is-setgħa tiegħek. Nixtiequ ngħaddsuh fil-qawwa ta'ismek: Missier, Iben u Spirtu Qaddis. Nixtiequ ukoll ngħaddsuh fil-qawwa tal-Magħmudija Li biha rbaħtna għalik, sejjaħtilna għandek, u għaddastna fil-grazzja tiegħek. Biss bil-qawwa ta' din il-Magħmudija nistgħu nitolbuk bħala Misser, Iben u Spirtu Qaddis. Ġedded fina, Mulej, id-don tal-Ispirtu tiegħek, Il-qawwa ta'din il-Magħmudija. 'Tina, fil-komunità nisranija tagħna, L-Ispirtu tal-Griżma, L-Ispirtu tal-Konsagrazzjoni Saċerdotali, L-Ispirtu tal-Konsagrazzjoni Reliġjuża, L-Ispirtu tal-impenn tagħna f'ħajja nisranija iddedikata lilek. Għamel, Mulej, bil-qawwa tal-Ispirtu tiegħek, Li nkunu dejjem aktar preżenti għalik tabilħaqq, Kif int tassew preżenti għalina. 'Tina, Missier, li nġarrbu issa u f'dawn il-jiem, U preċiżament fil-ħajja ta'kuljum – li taf tidhrilna banalità u ħmerija – Il-qawwa tal-preżenza ta'Ibnek, Li jgħix u jsaltan miegħek, fl-Ispirtu s-Santu, Xirka waħda, għal dejjem ta' dejjem. [Carlo Maria Martini, sj.]38

Page 204: Qorq Il-Pellegrin

201

K4.3: Come Holy Spirit (Veni Creator)

O Holy Spirit, by whose breath Life rises vibrant out of death: Come to create, renew, inspire; Come, kindle in our hearts your fire. You are the seeker’s sure resource, Of burning love the living source, Protector in the midst of strife, The giver and the Lord of life.

Page 205: Qorq Il-Pellegrin

202

In you God’s energy is shown, To us your varied gifts made known. Teach us to speak, teach us to hear; Your is the tongue and yours the ear. Flood our dull senses with your light; In mutual love our hearts unite. Your power the whole creation fills; Confirm our weak, uncertain wills. From inner strife grant us release; Turn nations to the ways of peace, To fuller life your people bring That as one body we may sing: Praise to the Father, Christ his Word, And to the Spirit, God the Lord; To them all honour, glory be Both no and for eternity. Amen. [translated by John Webster Grant]

Page 206: Qorq Il-Pellegrin

203

K5. Persuni: Fi ħdan Ommna Marija

Sant’Injazju kellu devozzjoni u għożża kbira lejn Sidtna Marija. Kien konvint li Marija kellha rwol important fil-konverżjoni tiegħu f’Loyola, u malli reġa’ beda jimxi, biex jissimbolizza il-bidla definit-tiva f’ħajtu, Injazju kien sahar lejl sħiħ quddiem ix-xbiha tal-Ma-donna fis-Santwarju ta’Arànzazu. Fl-1522, quddiem ix-xbiha tal-Madonna “s-Samra” ta’ Montserrat, għamel “vġili tal-armi”: xeħet quddiemha x-xabla u s-sejf biex minflokhom jilbes l-“armi” spirtwali, jiġifieri il-virtujiet u s-salib ta’Ġesù, ħalli jissielet konta l-ħażen. Fl-Awtobijografija, Injazju jsemmi li xi drabi kellu dehriet tal-Madonna tħaddan lil Binha. F’Ruma, Marija bagħqet preżenti ħafna fil-ħajja ta’Injazju. Il-pro-fessjoni solenni tal-ewwel kumpanni saret fil-Bażilka ta’San Pawl,

Page 207: Qorq Il-Pellegrin

204

fuq l-altar tal-Verġni Marija, u l-ewwel knisja li ġiet afdata f’idejn il-Ġiżwiti kienet dik tal-Madonna tat-Triq (“Santa Maria della Strada”). Waqt kien jikteb il-Konstituzjonijiet tal-Kumpanija, In-jazju kien iħoss li l-Madonna kienet tidħol għalih quddiem Binha, u hekk ħassu mseddaq f’dak li kiteb. Fl-Eżerċizzji Spiritwali, Marija għandha rwol importanti fil-dina-mika tat-talb: hi tgħinna insiru nafu lil Binha, twassalna għandu u tiksbilna mingħandu il-grazzji li neħtieġu. Għahekk Injazju jis-suġġerixxi li fi tmiem it-talb inħallu ħin biex nitħaddtu magħha u nsiru midħla tagħha.

Page 208: Qorq Il-Pellegrin

205

K5.1: Lill-Madonna tat-Triq *M

→ Għall-mużika, mur fuq: www.jesuit.org.mt/liturgy

Int li timxi quddiem, u tiftħilna mogħdija Biex interrqu warajh, wara ibnek Ġesù, Għinna nilqgħu bil-qalb żjariet mhux mistennija, Ħalli Kelmet is-Sid tinbet fejn irid hu. Omm l-Iben w ommna wkoll Qiegħedna ħdejn il-Mulej, Huwa t-triq tagħna lkoll, Sidna Ġesù l-feddej. Dlonk int taqbad it-triq għand qaribtek, Marija, B’ħerqa twassal l-Aħbar illi tlaħħmet ġo fik:

Page 209: Qorq Il-Pellegrin

206

Bxara tajba ta’ Sid li ġie jaqdi l-qaddejja. Qablu titla’ l-għoljiet, għax tħallih imexxik. Bil-pass tiegħek ħafif, inti tħeġġeġ ’il-Knisja, Sa’ minn xħin rat id-dawl, nhar il-Għid il-Ħamsin. Int taf trabbi lil dak illi jwelled l-Ispirtu: Kun mal-Ġens tal-Mulej, Ġismu fl-art tul is-snin. [Fuq: Marie-Colette Guédon, La première en chemin]39

Page 210: Qorq Il-Pellegrin

207

K5.2: Prayer to Our Lady of Montserrat

Dearest Virgin of the mountain of Montserrat You turn your motherly gaze upon us From the heights of this world. Through you we are graced by ancient miracles, Especially the Miracle of God’s Incarnation. You give us insight, You lift our spiritual blinders, You minister with music to our hearts’ delight, And you come to us with heavenly light. Loving companion in our pilgrimage of faith, You have formed so many holy men and women, You have overseen the development of Europe,

Page 211: Qorq Il-Pellegrin

208

And its encounter with the New World. Along the centuries, You have inspired popes and rulers And you have freed us from the violence Of so many wars “in favour of” or “against” the faith, You who have begotten for us the Prince of Peace. This is why we turn to you for protection, O holy Mother of God. Listen to our prayers and help us in our needs. Save us from every danger, glorious and blessed Virgin, And place us near your son, Jesus our Lord. Amen. [Based on the Litany of Our Lady of Montserrat]

Page 212: Qorq Il-Pellegrin

209

K5.3 “Magnificat!”, l-għanja ta’Marija (Lq 1,46b-55)

Ruħi tfaħħar il-kobor tal-Mulej, * u l-ispirtu tiegħi jifraħ f’Alla s-Salvatur tiegħi, għax hu xeħet għajnejh fuq ċokon il-qaddejja tiegħu. * Iva, minn issa ‘l quddiem kull nisel jibda jsejjaħli hienja. Għax is-Setgħani għamel miegħi ħwejjeġ kbar; * qaddis hu l-isem tiegħu. Il-ħniena tiegħu tinfirex f’kull żmien * fuq dawk li jibżgħu minnu. Hu wera l-qawwa ta’ driegħu, * xerred lil dawk li huma mkabbra f’qalbhom. Niżżel is-setgħana minn fuq it-tron tagħhom, *

Page 213: Qorq Il-Pellegrin

210

u għolla ċ-ċkejknin. Mela b’kull ġid lil min hu bil-ġuħ, * u l-għonja bagħathom ‘il barra b’xejn. Ħa ħsieb Iżrael, qaddej tiegħu, * għax ftakar fil-ħniena tiegħu - bħalma wiegħed lil missirijietna - * b’riżq Abraham u nislu għal dejjem. Glorja lill-Missier… Ammen.

Page 214: Qorq Il-Pellegrin

211

K5.4: Prayer to Our Lady Untier of Knots

Holy Mary, full of God's presence, Day after day in your life, You accepted with full humility the Father's will. Evil was never capable to confuse and ensare you. Ever in the company of your Son, You have constantly brought up with him all our troubles. Truly meek, down-to-earth and patient, You taught us by example How to disentangle the yarn of our life. And, having become Our Mother, once and for all, You put in order those bonds that unite us with the Lord, While making them more clearly visible.

Page 215: Qorq Il-Pellegrin

212

Holy Mary, Mother of God and Our Mother, You untie with motherly heart The knots which hinder our living. We pray to you: receive us [or NN.] in your hands, And free us [him/her] from the shackles and confusion With which Evil harasses humankind. Through your grace, Your intercession, and your example, Deliver us from all evil, Our Lady, And untie the knots that prevent us From being united with God. Then, freed from confusion and error, We may find Him in all things, We may have our hearts placed in Him, And we may serve Him always In our brothers and sisters. Amen. [Jorge Bergoglio SJ / Pope Francis I]

Page 216: Qorq Il-Pellegrin

213

As a young Jesuit scholastic, Jorge Bergoglio visited Germany and became acquainted with the devotion to Our Lady Untier of Knots, venerated in the Church of St. Peter am Perlach, Augsburg. In the 1980s, as a pastor, he introduced this devotion in Argentina, and composed the prayer above to help parishion-ers understand better what the devotion is all about. Fr Bergoglio became the first Jesuit Pope on the 13th March, 2013, taking the name of “Francis”.

Page 217: Qorq Il-Pellegrin

214

K6. Persuni Oħra: Qrib il-Qraba, Qalb il-Ħbieb

Biex ngħixu bħala ulied il-Missier u aħwa tal-Mulej u ta’ xulxin, għandna ħafna x’nitgħallmu mill-familja naturali tagħna. Sant’In-jazju kemm il-darba kellem lil qarba ta’ xi kumpanni biex iserħil-hom moħħom u jagħmlilhom kuraġġ. Dan għaliex il-Ġiżwiti, biex ikunu disponibbli ħalli jmorru jaqdu lil Alla u lill-Knisja fejn hemm bżonn, ma jintrabtux ma’post fiss u xi drabi jispiċċaw jgħixu l-bogħod ħafna mill-ġenituri, l-aħwa u l-qraba tagħhom. Fil-passat, minħabba li l-familji kienu aktar numerużi, il-mezzi tal-komunikazzjoni ineffiċjenti u minħabba ċerta insistenza fil-ħajja reliġjuza fuq il-firda mill-familja, id-distanza mill-qraba kienet

Page 218: Qorq Il-Pellegrin

215

tinħass aktar mill-lum. Però, wara l-Kunċilju, kull ma jmur qed na-raw lil ta’ġewwa jersqu u jieħdu sehem fil-ħidma tal-Kumpanija u jinteressaw irwieħom fl-Ispiritwalità Injazjana. U l-Ġiżwiti wkoll, bi gratitudni kbira, jżommu kuntatt tajjeb mal-familja li raw-wmithom fil-fidi u kattret fihom il-ġenerożità li biex setgħu jilqgħu s-sejħa. Ġesù ġema’ madwaru komunità ta’ħbieb. Kien jaf jibni relazzjonijiet profondi, filwaqt li kien jirripetta d-distanzi u l-libertà ta´ħbiebu u jfittex iwettaq il-missjoni li rċieva mingħand Missieru. Kien jaf jintrabat mal-ħbieb u fl-istess ħin jibqa’ ħieles mill-pressjoni tal-klikka. Il-Ġiżwiti jfittxu li jgħixu bħalu u jkunu “ħbieb fil-Mulej”. Għalhekk jitrawmu fil-ħbiberija bejniethom u mal-oħrajn. Però jfittxu dejjem djaloġu ma nies differenti minnhom.

Page 219: Qorq Il-Pellegrin

216

K6.1: For Relatives and Friends in Trouble

Lord, you are present everywhere, We ask your help for those of our relatives and friends Who are in trouble. Where they are at odds with each other, We pray for a breakthrough and reconciliation. Where a job has been lost, Grant a new opportunity for useful work. Where there is sickness, We pray for healing and strength. Where there are patterns which make life dull, We pray for a broken routine

Page 220: Qorq Il-Pellegrin

217

Which will allow new possibilities. O Lord, Some of our relatives and friends have trouble. We ask you to help them, And to help us know what to do; Through Jesus Christ your Son. [John W. Vannorsdall – adapted]40

Page 221: Qorq Il-Pellegrin

218

K6.2: For the Faithful Departed

By the merits of your rising from the dead, Lord Christ, Let death no longer have dominion Over the faithful departed. Grant to your servants a resting place In your eternal mansions And in the arms of Abraham, Our father in faith. Grant this to all who, from And and Eve to this day, have served you with a clean heart – To our mothers and fathers, To our sisters and brothers,

Page 222: Qorq Il-Pellegrin

219

To our friends and kindred. Make a place in your heavenly kingdom, Lord For everyone who has done you faithful service In this present life And to all who, in their fashion, Have striven toward you. [An ancient prayer]41

Page 223: Qorq Il-Pellegrin

220

K6.3: Għall-Ġenituri Tiegħi

O Alla, aħna lilek nobdu meta nirrispettaw lill-ġenituri. Ħares mela, bi ħniena, lejn dawk li lilhom naf ħajti. Ħa jikbru kuljum fil-fidi, fit-tama u fl-imħabba. ‘Tihom li f’qalbhom ikunu konvinti Li kif fik jinsab il-bidu u l-għajn ta’kollox Hekk ukoll għandek għad terġa’ lura kull ħlieqa. Stabar, Mulej, bid-djufijiet tagħhom. Aħfrilhom ta’meta fissduni u tawni kull ma ridt. La twaħħalx fihom meta tarani għażżien, Bla sinsla, moħħi fl-affarjiet ta’din l-art. Tihom is-saħħa u l-ġid tul ħajjithom,

Page 224: Qorq Il-Pellegrin

221

Sawwab fuqhom bil-kotra il-grazzja tiegħek. Ħarishom u żommhom fis-sod b’idek setgħana. Jalla li fil-ħajja tiegħi, ta’ nisrani, Isibu mwettaq dak li ttamaw għalija u stennew minni, U hekk nkun ta’konsolazzjoni għalihom. Meta jikbru u joqorbu lejn il-mewt, Agħtihom li ma jdumx ma jintasbu f’dirgħajk, Fil-dar smewwija tiegħek Fejn għad inkun nista’ nerġa noqgħod magħhom, Binhom l-għażiż tul l-eternità. [Daniel Lord, sj – adapted]42

Page 225: Qorq Il-Pellegrin

222

K7. Meded it-Talb: Xefaq l-Umanità

Injazju u l-ewwel kumpanni jgħallmuna dejjem infittxu naqdu lil Alla f’ħutna l-bnedmin. Kienu nies b’qalbhom kbira daqs id-dinja, Ewropej tabilħaqq, żgħażagħ kosmopoliti li ma kienu jintrabtu ma’ l-ebda post u kultura partikulari. Ma damux ma tferrxu mill-Etjopja sal-Iskozja, mill-Ġappun tal-Paragwaj. Ma beżgħux jaqsmu fruntieri waqt gwerer. Xi uħud, bħal Matteo Ricci, Roberto de Nobili u Alessandro Valignano tgħallmu jirrispettaw il-kulturi ta’ċivilizzazjonjiet oħrajn u jiddjalogaw magħhom, u għallmu lil oħrajn jagħmlu bħalhom, iżda qatt ma hedew iġibu flimkien lil ġnus u tradizzjonijiet differenti f’umanità waħda. F’dan kollu fittxew jixbhu lil Ġesù li kien disponibbli u qrib kullhadd. Però, ukoll bħal Ġesù, għażlu li jgħixu ħajja sempliċi, qrib

Page 226: Qorq Il-Pellegrin

223

il-fqar. L-ewwel kumpanni kienu jittallbu fit-toroq, jorqdu fid-dormitorji u l-isptarijiet tal-fqar. Meta kibret u istituzzjonalizzat ruħa l-Kumpanija, waqqfu kulleġġi biex jedukaw b’xejn it-tfal tal-fqar. Il-Ġiżwiti, u fuq kollox ir-reliġjużi nisa li adottaw l-ispiritwalità Injazjana, bdew ħafna opri ta’karità. Fis-seklu XX il-Kumpanija impenjat ruħa fil-ġlieda kontra l-inġustizzja, il-faqar u l-marġinalizzazjoni u għażlet li torbot dejjem ix-xandir tal-fidi mat-tħabrik għall-ġustizzja u d-djalogu mal-kulturi. Għalhekk, fl-iskejjel u l-universitajiet tal-Ġiżwiti, l-istudenti huma mistedin isiru “nisa u rġiel għall-oħrajn, qrib l-oħrajn, fost l-oħrajn”.

Page 227: Qorq Il-Pellegrin

224

K7.1: A Litany for Faith and Justice

O Lord our God, Lead us, our people and all the nations From oppression to justice, Exploitation to respect, Escapism to responsibility, Indifference to concern, Isolation to community, Hardness to sensitivity, Rudeness to kindness, Ignorance to knowledge, Fear to courage, Rejection to acceptance, Despair to hope,

Page 228: Qorq Il-Pellegrin

225

Hate to love, Rigidity to openness, Meanness to generosity, Pretence to honesty, Doubt to faith, Meaninglessness to purpose, Hurt to healing, Alienation to reconciliation, Falsehood to truth, Darkness to light Death to life. Amen. [Adapted from a Latin American text]43

Page 229: Qorq Il-Pellegrin

226

K7.2: Prayer for Service to Others

Make us worthy, Lord, To serve our fellow human beings throughout the world Who live and die in poverty and hunger. Give them, through our hands, This day their daily bread, And by our understanding love Give peace and joy. [Mother Theresa of Kolkata]

Page 230: Qorq Il-Pellegrin

227

Mother Theresa came to know Ignatian Spirituality through her Jesuit friend and Spiritual director in Skopje, before joining the Loreto Sisters (a religious congregation founded by Mary Ward whose organization and spirituality is based on the Constitutions of the Jesuits). In India, she was accompanied by a Jesuit priest and by the Jesuit bishop of Kolkata in her discernment to found a new religious congregation. ‘Mother’ eventually developed a spir-ituality of her own, but still one can find many Ignatian insights in her writings. Maltese Jesuits have collaborated with “Mother” and the reli-gious congregations she founded in India, Malta, Italy, Ethiopia, Algeria and other countries. INYGO, the Jesuit Youth Network (www.inygo.net), offers the possibility of doing voluntary work in contact with the Missionaries of Charity and in situations similar to those where “Mother” encountered the Body of Jesus in the body of the poorest of the poor.

Page 231: Qorq Il-Pellegrin

228

K7.3: Burundian Refugee Prayer (cf. Is 2,4)

O Lord, we pray that all swords may be hammered into ploughs We pray that nation will not lift sword against nation. Let there be no more training for war. Let us walk in your light O Lord. Amen. This prayer was used by Burundian refugees in the Democratic Re-public of Congo (Zaire) in 1996 during the First Congo War when both soldiers and rebels would approach to steal their belongings and to try to force the men to fight alongside them. Many of those

Page 232: Qorq Il-Pellegrin

229

who refused were killed. The Jesuit Refugee Service (JRS) has ac-compnanied many of these refugees in the refugee camps set up in neighbouring countries. Please visit JRS Malta (http://jrsmalta.org/) and JRS Interna-tional (www.jrs.net) to learn more about refugees, forcefully displaced people and migrants, and about JRS’ mission of ac-companiment and advocacy all over the world.

Page 233: Qorq Il-Pellegrin

230

K7.4: The Simplicity of the Beatitudes

O Lord, the message of the Beatitudes is just as useful For those of us who work To relieve the suffering of refugee populations As it is for the displaced themselves. For every success we have there will be many failures. People will come for help yet we are unable to give it. We make it our goal to relieve their suffering Yet the sick still die and the acts of cruelty That make their lives a misery persist unabated. A refugee problem can become so complex That it is hard to remember what is right and wrong. The simplicity of the Beatitudes is needed at such times.

Page 234: Qorq Il-Pellegrin

231

In the Beatitudes it is the poor, The hungry and the persecuted Who are told that the ‘kingdom of heaven is theirs’. And so we are reminded that to have faith Is to believe in justice. Dedicating oneself to helping others Requires an open heart But also enough pragmatism to realise That we can only do what we can. When things are beyond our control We do well to remember That matters will eventually fall into other, More more capable hands. Your hands. [Adapted from Jon Greenaway, JRS Asia-Pacific]44

Page 235: Qorq Il-Pellegrin

232

K7.5: Il-Paradoss

Jien niekol ikel bnin iżda jibqa’ jtini l-guħ Għax naf li xi uħud mill-bnedmin sħabi imġewħin. Jien nixrob ilma frisk ‘ma gerżumti tibqa’ xotta Għax naf li xi uħud mill-bnedmin sħabi għatxanin. Jien għandi xi jdaħħaqni, ‘ma f’għajnejja d-dmugħ iġelben Għax naf li xi uħud mill-bnedmin sħabi mnikktin. Jien ġismi mibrum sew iżda nħossni dahri milwi Għax naf li xi uħud mill-bnedmin sħabi mfarrkin. Jien għandi vista tajba iżda kull ma nara dlam Għax naf li xi uħud mill-bnedmin sħabi mifxulin. Jien għandi moħħi jtini iżda l-fehma spiss tħallini Għax naf li xi uħud mill-bnedmin sħabi bla tagħlim.

Page 236: Qorq Il-Pellegrin

233

Jien għandi ħbieb bil-bosta iżda nduq is-solitudni Għax naf li xi uħud mill-bnedmin sħabi imwarrbin. Jien għandi dar imxaħxħa 'ma ikkakmat ġewwa gabuba Għax naf li xi uħud mill-bnedmin sħabi bla dar, imbarrin. Jien infittex safa, ndafa, iżda fija hemm il-ġdiem Għax naf illi jien u l-bnedmin sħabi mid-dnub imdakkrin. Jien ħieles, iżda t-tieqa ta’kamarti imbarrata Għax naf li xi uħud mill-bnedmin sħabi bla ħtija msakkrin. Jien ħwejgi skont il-moda iżda lbiesi imċarrtin Għax naf li xi uħud mill-bnedmin sħabi jtertru mċerċrin. Jien nimtedd fuq sodda komda iżda ftit insib serħan Għax naf li xi uħud mill-bnedmin sħabi fil-bżonn mitluqin. [Myrtle Householder]45

Page 237: Qorq Il-Pellegrin

234

K7.6: Loving and Serving in All Things

Lord, Help me to love In response to Your boundless love, To undertake to respect and serve Those whose dignity and whose basic rights Are ignored. [Pierre Meyers, sj]

Page 238: Qorq Il-Pellegrin

235

K7.7: Prayer for Unity

Gracious Lord, deign to gather in your kingdom All the peoples who fill the universe. As grains of wheat in the host form the bread of life, And as the grapes are pressed To make the precious wine, Help us keep this unity, In the bond of peace and charity. As the bright flame of the hearth gathers us in joy, As it unites in love all those who feel its glow, So draw all women and men from every point That they may be one in your embrace.

Page 239: Qorq Il-Pellegrin

236

O God of love, shed your light over all the earth, Give us the strength to spread fraternal love and zeal To kindle all humanity With the mighty flame of your love. Our brothers and sisters all From the town and countryside, From every plain and field, From vale and mountain height, Come beneath the shadow of the cross, One in faith and trust, in Jesus Christ. [From a Jesuit Community Prayer Book]46

Page 240: Qorq Il-Pellegrin

237

K7.8: Simple Prayer By A Simple Jesuit?

1. Is-Saba’ l-Kbir hu dak l-aktar qrib tiegħek. Mela ibda billi titlob għal dawk li huma l-eqreb lejk. Huma l-aktar nies faċli biex iġġibhom quddiem għajnejk. Ħidma ħelwa li nitolbu għall-maħbubin tagħna.

2. Il-Werrej hu s-saba’ li jmiss. Itlob għal dawk li jgħallmuna, juruna kif għandna ngħixu, u jieħdu ħsiebna. Lkoll jeħtieġu lil min iweżinhom. Ilkoll għandhom bżonn l-għerf sabiex juru lil ħaddieħor it-triq it-tajba. La tinsihomx fit-talb tiegħek. 3. Wasalna fis-Saba’ t-Tawwali. Ifakkarna f’min qiegħed “fil-għoli”, fil-mexxejja tagħna, f’min qiegħed f’posizzjoni t’awtorità.

Page 241: Qorq Il-Pellegrin

238

Dawn jeħtieġu l-għajnuna t’Alla biex jagħrfu ‘l fejn għandhom imorru. 4. Li jmiss hu s-Saba’ tal-Ħâtem, jew taċ-Ċurkett. Tiskanta, hu s-saba’ l-aktar dgħajjef. Ifakkar biex nitolbu għal min hu batut, marid, imtaqqal bil-problemi tal-ħajja. Dawn jeħtieġu t-talb tiegħek. 5. Fl-aħħar insibu s-Saba’ ż-Żgħir, l-iċken fost is-swaba. Dan is-saba’ għandu jfakkrek sabiex titlob għalik innifsek. Wara li tkun tlabt għall-erba’ gruppi ta’ nies li semmejna qabel, tagħraf tilmaħ il-ħtiġijiet tiegħek fil-perspettiva x-xierqa u tkun lest biex titlob għalik innifsek bil-mod li l-aktar għammiel. [Jorge Mario Bergoglio / Francis I]

Page 242: Qorq Il-Pellegrin

239

K8. Meded it-Talb: Xefaq il-Ħolqien

Fil-bidu tal-Eżerċizzji Spiritwali,Sant´Injazju jgħidlna li l-bniedem inħalaq biex ifaħħar, iqim u jaqdi lil Alla, u l-ħlejqiet l-oħra inħalqu biex jgħinu lil bniedem jilħaq dan il-għan. Xi uħud illum ilumuh li f’din il-perspettiva kollox idur madwar il-bniedem. Fil-fatt kollox idur madwar Alla. Il-bniedem għandu post importanti biex iħares il-ħolqien u jibża’ għalih, għaliex hu l-unika kreatura li għandha l-libertà biex tista’ tmexxi din is-sinfonija ta’foħrija u qima lil Alla li titla’ lejh mid-dinja. Injazju ma jieqafx hemm. Jgħidilna li l-ħlejjaq irridu nużawhom skont kemm iservuna biex nilħqu dan il-għan. Kull forma ta’nuqqas ta’ rispett lejn il-ħlejjaq hi insult lejn il-Ħallieq, mhux tifħir u qima, u l-użu ħażin tal-ħolqien imur kontra l-għan

Page 243: Qorq Il-Pellegrin

240

ta’ħajjitna. U meta ma jservuniex biex ngħamlu t-tajjeb, biex naqdu lil Alla, għanda nevitaw li nużaw il-ħlejjaq, nimmanipulawhom u nħassruhom. Li ngħarrqu l-ħolqien hu dnub serju. Il-għożża li kellu Injazju lejn il-ħolqien kienet diskreta, iżda profonda. F’kull ħlieqa kien isib preżenti l-imħabba ta’Alla, nieżla bħax-xita “minn għand Dak ta’ fuq”. Kien jibqa’ jħares lejn pjanti u ħxejjex u saħanistra bil-lejl kien jixħet ħarstu lejn il-kwiekeb u jintilef jimmedita fuq Alla. Illum ninsabu biswit kriżi ekoloġika serja ħafna. Biex inħallu dinja deċenti għal dawk li ser jgħixu fiha warajna, jeħtieġilna nagħmlu għażliet iebsa llum.

Page 244: Qorq Il-Pellegrin

241

K8.1: Sustainable use of land

Father God, you are calling us today To play our full part In the care of your creation And to manage carefully The land that you have given us to tend. We pray for wisdom as we choose between alternative uses for the land. Guide our policy-makers, planners and farmers, and help us all to understand that we hold land, not in perpetuity, but in trust for generations to come.

Page 245: Qorq Il-Pellegrin

242

[www.christian-ecology.org.uk]

Use the Carbon Footprint Calculator at www.carbonfoot-print.com to calculate your personal carbon footprint. If it is

over what is ecologically sustainable, follow the suggestions on this website to reduce it as much as possible.

Page 246: Qorq Il-Pellegrin

243

K8.2: Ħajja Ekoloġikament Sostenibbli

Tajjeb li naħsbu fuq kif qed issir ħsara lil ambjent madwar id-dinja u x’nistgħu nagħmlu aħna biex nevitaw u nnaqsu din il-ħsara. Dan hu eżami tal-kuxjenza importanti. Mulej, ser inġib quddiem għajnejja tniġġis tal-arja, tal-baħar, tal-art. [Pawża.] Ċertu bexx, il-metalli valenużi, il-fertilizzanti żejda u d-drenaġġ mhux imsoffi jniġssu l-ilma li nixorbu, l-ibħra, l-għadajjar u x-xmajjar bil-ħlejqiet ta’ġo fihom. Iċ-ċomb, id-dħaħen u n-nugrufun iniġġsu l-arja li nieħdu fil-pulmuni, u ċerti gassijiet li tipproduċi l-industrija jikkawżaw xita aċiduża li tagħmel ħsara kbira lis-siġar u l-pjanti. [Pawża.] Aktar ma nikkunsmaw u naħlu affarjiet li ma jirreċiklawx irwieħom, aktar inniġsu u nibnu

Page 247: Qorq Il-Pellegrin

244

muntanji ta’skart. Urina kif f’ħajjitna nistgħu inniġġisu u naħlu anqas. Mulej, ser inġib quddiem għajnejja il-diżastru ambjentali li jinħoloq meta jinqatgħu foresti sħaħ biex nimlew djarna bl-affarjiet tal-injam prim. [Pawża.] Ukoll jinqatgħu s-siġar fil-pajjiżi foqra biex jiżirgħu għelieqi ġodda, għaliex il-pajjiżi s-sinjuri ma jgħinhomx jiżviluppaw il-biedja. [Pawża.] Ħafna jużaw l-injam tas-siġar bħala ħatab, għaliex m’għandhomx elettriku u l-prezz taż-żejt u l-pitrolju għoli wisq għalihom. [Pawża.] Urina, Mulej kif nistgħu nużaw aħjar dawn ir-riżorsi fil-pajjiżi s-sinjuri tagħna, u kif ngħinu lill-pajjiżi l-fqar joħorġu mill-miżerja ħalli jkunu jistgħu jieħdu ħsieb aħjar ir-riżorsi tagħħhom. Mulej, il-qtugħ tas-siġar ta’sikwit iġib miegħu d-deżertifikazzjoni, meta x-xagħri jinfirex, u tonqos l-art tajba għall-biedja. Jonqos wkoll l-ilma tajjeb għax-xorb. [Pawża.] Il-ħamrija għammiela tintilef fil-widen bix-xita. Wara dan jiġi l-għarar u l-valangi tat-tajn li jgħeddu il-ħajja tal-bniedem, jeqirdu kollox u jħallu art li ma tagħtix frott. [Pawża.] Urina, Mulej, kif nibżgħu għall-ilma u għall-ħamrija. ‘Tina l-għerf u l-ħila biex ngħinu lil-komunitajiet madwar id-dinja li jinsabu mhedda minn dawn id-diżastri ‘naturali’, li noħolquhom aħna stess, b’idejna, meta nixtru l-prodotti ta’kumpaniji kbar li jħassru l-ambjent fil-pajjiżi l-foqra u meta ma nħeġġux lil ġvernijet tagħna sabiex jgħinu lil dawn il-pajjiżi jiżviluppaw b’mod sostenibbli. Mulej, nissuktaw nużaw enerġija li tiġi minn fjuwil fossili, li terħi fl-atmosfera d-dijossidu tal-kàrbon u tgħolli t-temperaturi madwar id-dinja. Dan jagħmel ħsara kbira, iħoll is-silġ polari u jgħedded il-ħajja ta’bosta nies fi bliet tal-kosta, minħabba li qed jogħla l-livell

Page 248: Qorq Il-Pellegrin

245

tal-baħar. [Pawża.] Għallimna, Mulej, biex nibżgħu għad-dawl u biex nużaw forom ta’enerġija sostenibbli. Mulej, l-iżvilupp bla rażan u l-bida fil-klima qed jgħeddu l-ħajja ta’ħafna ħlejjaq ħajjin. Kull ma jmur tonqos il-biodiversità u jifta-qru l-ekosistemi. Iżda l-ħlejqiet l-aktar li jbatu f’dana kollu huma ħutna l-bnedmin li jgħixu fil-faqar, bla protezzjoni, u jiddependu milli tagħti l-art. Għallimna ngħixu bil-għaqal, f’solidarjetà ma’ min jgħix ħajja prekarja u mal-ħolqien kollu. Bi Kristu Sidna...

Page 249: Qorq Il-Pellegrin

246

K8.3: A contemplation of God's love *M

→ “WE PLOW THE FIELDS AND SCATTER”: a classical hymn set to new music by Stephen Schwartz in the 1971 musical “Godspell” (ex-cept for second stanza) as “All Good Gifts”: We plow the fields and scatter the good seed on the land, But it is fed and watered by God's almighty hand. He sends the snow in winter, the warmth to swell the grain, The breezes and the sunshine, and soft refreshing rain...

Page 250: Qorq Il-Pellegrin

247

R./ All good gifts around us are sent from Heaven above So thank the Lord, oh thank the Lord for all his love... He only is the maker Of all things near and far; He paints the wayside flower, He lights the evening star; The winds and waves obey Him, By Him the birds are fed; Much more to us, His children, He gives our daily bread. R./ We thank thee then, O Father, for all things bright and good, The seedtime and the harvest, our life, our health, our food, No gifts have we to offer for all thy love imparts But that which thou desirest, our humble thankful hearts! R./ [Matthias Claudius 1782; trans. Jane M. Campbell 1861] In the Spiritual Exercises, Ignatius invites us to bring to memory the benefits received, to look how God dwells in creatures, to consider how God works and labors for us in all things and to look how all the good things and gifts descend from above. With all this in mind, we consider what we should do to love the God in return.

Page 251: Qorq Il-Pellegrin

248

K8.4: Mass on the World

Since once again, O Lord, in the steppes of Asia, I have no bread, no wine, no altar, I will raise myself above those symbols To the pure majesty of reality, And I will offer to you ― I, your priest — Upon the altar of the entire earth, The labour and the suffering of the world. Receive, O Lord, in its totality The Host which creation, Drawn by your magnetism, Presents to you at the dawn of a new day.

Page 252: Qorq Il-Pellegrin

249

This bread, our effort, is in itself —I know— Nothing but an immense disintegration. This wine, our anguish, as yet —alas!— Is only an evaporating beverage. But in the depths of this inchoate Mass You have placed —I am certain, for I feel it— An irresistible and holy desire that moves us all, The impious as well as the faithful, To cry out: "O Lord, make us one!" [Pierre Teilhard de Chardin]47

Page 253: Qorq Il-Pellegrin

250

K8.5: Giver of Life

Giver of Life, in the midst of a plundered earth We groan with creation. Have mercy on us. Giver of Life, In the midst of poisoned water We groan with creation. Have mercy on us. Giver of Life, in the midst of polluted air we groan with creation. Have mercy on us.

Page 254: Qorq Il-Pellegrin

251

Giver of Life, in the midst of mountains of waste we groan with creation. Have mercy on us. Giver of Life, in the midst of a world of war we groan with creation. Have mercy on us. Giver of Life, we, who are made in the image of God, have gone astray and creation groans with us. Have mercy on us. [I-to Loh]48

Page 255: Qorq Il-Pellegrin

252

Qorq il-Pellegrin /4 Taħriġ fit-Talb

St Ignatius of Loyola, by Peter Paul Rubens

Page 256: Qorq Il-Pellegrin

253

Many of the prayer methods and techniques in this section come from the long Jesuit tradition of adapting St Ignatius’ Spiritual Exercises for people in all sorts of situations, and of giving Ignatian retreats in daily life. Some the material below has been adapted and translated from pilgrimage handbooks produced by the Réseau Jeunesse Ignatien in the 1990s, and by the Horizon 2000 project for the World

Youth Day in 2000. The tradition continues today as Jesuits in different countries adapt their spiritual tradition while

accompanying young people on retreat and on pilgramige, using the “MAGIS” brand launched for the World Youth Day

in Cologne (2005).

Page 257: Qorq Il-Pellegrin

254

T1. Taħriġ fil-Kontemplazzjoni

“Min int?” “Min trid tkun?” Ħafna nies iwieġbu din il-mistoqsija billi jirrakkuntaw storja. Ma jgħidux kollox fuq ħajjithom, iżda jippreżentaw passat u futur ideali. Kważi dejjem ikollhom f’moħħom mudell: xi artista, politku jew xjenzjat famuż... jew inkella xi ħadd tal-familja, xi għalliem li kellhom fl-iskola, xi ħaddiem vera kapaċi fejn jaħdmu. Jew taħlita ta’mudelli. Bla ma jridu, jagħtuna x’nifhmu li huma “xi ftit bħal dak, xi ftit bħal l-oħra...”. Meta nirrakuntaw l-istorja ta’ħajjitna, nagħżlu xi fatti u nħallu barra oħrajn... u fil-fatt nirrakuntaw mhux daqstant min aħna, iżda min nimmaġinawna li aħna. Tul ħajjitna kollha, aħna “nikkuntemplaw” il-ħajja ta’ċerti nies li nqisuhom mudelli, u

Page 258: Qorq Il-Pellegrin

255

nimmaġinawna bħalhom. It-taħlita ta’mudelli, u l-għażliet konkreti huma dejjem tagħna. Iżda l-istorja ta’ħajjitna ma nimmaġinawhiex mix-xejn... hi frott ta’ osservazzjonijiet, “kuntemplazzjonijiet”. Bħala Insara, il-Mudell ewlieni tagħna hu Ġesù. Lilu nikkuntemplaw fil-Kotba Mqaddsa. Fuqu nibbażaw ir-rakkont ta’ħajjitna. Nimmaġinawna bħalu. Il-qaddisin u l-persunaġġi bibliċi l-oħra joffrulna stejjer u mudelli li jikkumplementaw dawk ta’Ġesù. Fit-taħriġ (“eżerċizzji”) li ġej, ser naraw kif nitolbu bl-immaġinazzjoni, kif nimmaġinawna bħal Ġesù, sabiex insiru nixbħuh, sabiex insawru fuqu l-istorja ta’ħajjitna.

Page 259: Qorq Il-Pellegrin

256

T1.1: Kif nitolbu bil-Kelma Mqaddsa

Il-Kontemplazzjoni Injazjana Nistgħu nidentifikaw tliet mumenti: qabel, waqt u wara l-mument ewlieni tat-talb. Dawn il-punti jgħinu lil ħafna nies jitolbu bil-Kelma Mqaddsa, iżda m’humiex riċetta fissa. Kull persuna trid issib il-metodu tagħha fil-mument li tinsab fih. QABEL NIDĦOL FIT-TALB Nagħżel post adattat u ħiemed; Niddeċiedi kemm ħin ser inqatta’ nitlob u nżommu; Insib posizzjoni komda (iżda mhux waħda li fiha jiġini n-nagħas); Naqra bil-kalma s-silta li ser nitlob biha.

Page 260: Qorq Il-Pellegrin

257

WAQT IT-TALB Noħloq “liturġija” personali ħa nsellem lill-Mulej u nidħol fit-

talb (sinjal tas-Salib, inkin, inqiegħed idi fuq qalbi, ġenuflessjoni, tbissima...);

Nidħol fil-preżenza ta’ Alla (bil-għożża, bħal meta niltaqa’ ma’ ħabib). Nitolbu jgħinni sabiex ikolli moħħi hemm u mhux band’oħra;

Bl-immaġinazzjoni, nibni f’moħħi x-xenarju fejn tisvolġi ruħa s-silta li qed nikkontempla. Inqiegħed lill-persunġġi kollha f’posthom, u lili nnifsi fosthom, u nersaq lejn il-Mulej sabiex inkellmu;

Nitlob xi ħaġa konkreta lill-Mulej; Nieħu ftit distanza u nibda nosserva x’ikun qed jingħad u

x’ikun qed jiġri, skont l-iskema tal-punti li jkun ipproponieli l-akkumpanjatur. Tajjeb li nieqaf fejn insib “togħma” interjuri li tolqotni, kelma li tgħajjixini, u ma nfittixx li nimxi l-quddiem fil-kontemplazzjoni qabel ma nkun “maxtart” u xbajt minn dak li jimlieni minn ġewwa.

Intemm il-ħin tat-talb billi nitħaddet qalb ma’ qalb mal-Mulej (bħal meta waħda tibda taħseb biex tmur id-dar u tibda ssellem lil ħabibtha wara li tkun qattgħet żmien sabiħ magħha titħaddet fuq affarjiet personali u delikati).

Ngħid “Missierna” u niftakar fin-nies kollha li f’dan il-ħin qed jitolbu lil Alla madwar id-dinja.

Noħloq “liturġija” personali ħa nsellem lill-Mulej u ntemm it-talb.

WARA LI NTEMM IT-TALB Nixħet ħarsa mill-ġdid lejn il-ħin tat-talb (ara l-kartuna dwar

dan l-eżerċizzju) u nieħu nota fi ftit punti qosra ta’ dak li l-aktar mess il-ġewwieni tiegħi. (Dan jgħinni nagħraf kif Alla qed

Page 261: Qorq Il-Pellegrin

258

jaħdem fija u fejn jixtieq jeħodni fl-avventura tar-relazjoni tiegħi miegħu. Hu saħansitra eżerċizzju siewi ħafna sabiex nagħmel kollokju tajjeb mal-akkumpanjatur.)

Niġbor il-frott li nkun ħadt mit-talb u ngawdih fil-ħajja ta’ kuljum.

Imma d-Difensur, l-Ispirtu s-Santu, li l-Missier jibgħat f'ismi,

jgħallimkom kollox u jfakkarkom dak kollu li għedtilkom. Ġw 14, 26.

Page 262: Qorq Il-Pellegrin

259

T1.2: Ways of Quietening Yourself

Making space to pray involves making available the time, the energy and the resources it requires. Furthermore, there is another kind of space we need to create when we pray. Creating it involves choosing a suitable time and place to pray as well as cultivating a suitable atmosphere and adopting a helpful posture. The most important preparation for prayer is to quieten our body and to centre our spirit. Here are some suggestions for doing this: 1. Become aware of the sounds you hear around you, the more

obvious ones first and then the more subtle ones. 2. Spend a short time noticing how your face feels and then do

this with your hands, arms, chest, back, legs and feet.

Page 263: Qorq Il-Pellegrin

260

3. Focus on the sensations you experience in one part of your body.

4. Relax each part of your body in turn, letting any tension you notice there drain away.

5. Become aware of your breathing as you notice it in your nose or in your stomach.

6. Become aware of how you feel just now. As soon as some feeling surfaces, stay with it to let it expand and be owned.

[Adapted from: Peter Hannan sj, Only if you Wrestle49. For more details, cf. A. de Mello sj, Sadhana50.]

Page 264: Qorq Il-Pellegrin

261

T1.3 : Kif nikkontemplaw bil-ħames sensi

Il-Kurat t’Ars (San Ġwann Marija Vianney) darba saqsa lil wieħed bidwi li kien iqatta ħafna ħin fil-knisja x’kien ikun jagħmel tul dan il-ħin. Dan wieġbu: “inħares lejh u hu jħares lejja”. Din hi l-kontemplazzjoni: li wieħed iħares u jħalli lil min iħares lejh sa’ ma jsir ħaġa waħda ma’ dak li jkun qed jikkontempla. Dan li ġej jista’ jiġi inteġrat fil-parti ċentrali tal-metodu Injazjan ta’Kontemplazzjoni (ara l-kartuna “Kif nitolbu bil-Kelma Mqaddsa”). Meta nikkontempla silta mill-Vanġelu: • Ma nkunx sempliċement qed inħares b’għajnejja, iżda nilmaħ

il-post, ix-xena, il-persunaġġi u fuq kollox il-persunaġġ ewlieni,

Page 265: Qorq Il-Pellegrin

262

Ġesù. Dan ifisser li nqiegħed lili nnifsi f’qagħda fejn inkun nista’ nosserva kollox u nħalli lil qalbi tixrob bħal sponża dak kollu li jkun għaddej.

o X’qed nara tabilħaqq? o X’inhu dak li l-aktar jolqotni?

• Ma nkunx sempliċement qed nisma’ b’widnejja, iżda nagħti widen tal-ħsejjes, l-għagħa, il-kliem, il-frażijiet u saħansitra ta’ dak li mhux qed jingħad, u wkoll tal-waqtiet ta’ skiet. Dan ifisser li nintebaħ x’qed jintqal lili.

o Huma miftuħa jew le widnejja ġewwinija? o X’qed nifhem minn dak li qed nisma’? X’messaġġ

hemm għalija? • Ma nkunx sempliċement qed inxomm u ntiegħem b’imnieħri

u b’fommi il-benna, il-fwieħa u l-irwejjaħ li nsib fix-xena, iżda nimtela bl-atmosfera li joħolqu madwari Ġesù u l-persunaggi l-oħra, u bħal donnu nimla l-pulmuni u nitgħajjex b’din l-‘arja’ mimlija kalma, sliem, ferħ, sbuħija, umiltà, ħlewwa, ħniena... jew tbatija, għejja, biża’, tensjoni...

o X’inhu dak li jinvadi l-ġewwieni tiegħi f’dan il-mument? • Ma nkunx sempliċement qed inħoss u mmiss l-oġġetti li nsib

fix-xena, iżda inmedd idejja bħal tallab sabiex nilqa’ fihom u nħaddan b’dirgħajja dak kollu li l-Mulej jixtieq jagħtini fil-mument tal-kontemplazzjoni: persunaggi, attitudnijiet, xewqat, sentimenti – dak kollu li jkun għaddej fix-xena. Inħoss u nħalli ‘l-Mulej iħaddanni, ifejjaqni minn ġewwa bid-duwa ta’ subgħajh, jerfagħni fuq saqajja u jweżinni fl-aspetti ta’ ħajti fejn inħossni qed nogħtor, u nitolbu jsawwarni bħal fuħħari sabiex insir nixbħu dejjem aktar.

Il-kontemplazzjoni tikkonsisti wkoll f’li ngħid grazzi tal-ħin li nqatta’ mal-Maħbub tiegħi, li nitlob il-grazzja li nerġgħu

Page 266: Qorq Il-Pellegrin

263

niltaqgħu, li nilqa’ l-istedina li nikkuntemplah f’wiċċ il-persuni li niltaqa’ magħhom fil-ħajja ta’kuljum.

Page 267: Qorq Il-Pellegrin

264

T1.4: Ħarsa lura lejn il-ħin tat-talb

Hu minnu li Alla jkellimni? Iva. F’silta mill-Kitba Mqaddsa jew fi ġrajja minn ħajti naf niskopri “kelma ta’Alla” li tingħad lili. Però, irrid nieħu l-ħin biex niskot, nieqaf nisma’ u nitgħallem nagħraf il-leħen tal-Mulej. Din hi l-kontemplazzjoni. Wara rrid nerġa’ nżur f’moħħi dan il-ħin sabiex nara x’inkun ġara fija u nagħraf dak li jkun qed jgħidli l-Mulej. Dwar il-forma: Għinuni l-post li għażilt u l-qagħda li ħadt? Ħadt il-ħin kemm stabilixxejt minn qabel? Kif dħalt fit-talb? Ħadt il-ħin biex nidħol fil-preżenza ta’Alla? Kif għixt l-eżerċizzju? Kelli l-kuraġġ nafda fil-ħidma tal-Isprirtu,

fil-metodu, f’min qed jakkumpanjani f’dan iż-żmien?

Page 268: Qorq Il-Pellegrin

265

Kif temmejt il-ħin tat-talb? (X’ġesti, xi kliem użajt?) Dwar il-kontenut Xi kliem baqa’ jidwi fija wara dan il-ħin ta’talb? Xi skoprejt f’dan il-ħin, dwar Alla, dwari nnifsi, dwar il-persuni

u realtà ta´madwari? Ħassejtni imqanqal minn ġewwa f’xi mument tat-talb?

X’ħassejt? (Nagħti isem lis-sentiment: ferħ, hena, sliem, dieqa, rabja, kuraġġ, biża, qtigħ il-qalb, ħlewwa...) Kif tqanqal fija dan is-sentiment?

Tajjeb li nieħu nota ta’dan fi ftit linji. F’dan kollu, hu importanti li ma nixħitx ħarsa lura lejn il-ħin tat-talb biex niġġudika x’għamilt tajjeb jew ħażin, iżda biex ninduna x’inhu li l-aktar jgħinni nitolob, u biex nagħraf il-passi ta’Alla fuq ir-ramel tal-ġewwieni tiegħi (imċaqlaq bir-riħ tad-distrazzjonijiet) u nara f’ liema direzzjoni qed jeħduni qabel jitgħattew. Bil-għajnuna tal-akkumpanjatur spiritwali, nista’ nagħti ħarsa lejn dawn in-noti minn żmien għal żmien, niskopri kif kollox jorbot flimkien u nara kif Alla qed ikellimni fil-ġrajjiet ta’ħajti u fit-talb.

Page 269: Qorq Il-Pellegrin

266

Żjieda: Xi mistoqsijiet oħra għal dan it-taħriġ F’dan il-ħin, ħassejt lil Alla qribi, qed iħobbni, isejjaħli,

iqanqalni bi sfidi ġodda? Jew ħassejtu ‘l bogħod... jew saħansitra assenti?

Ħassejt xi reżistenza fija rigward xi ħaġa fis-silta, fil-metodu, f’dak li kien kien għaddej minn moħħi?

Kien hemm xi distrazzjonijet persistenti, (speċjalement dawk li jiġu minn ġewwa)? X’qed iħassibni, ikiddni, itaqqalni bħalissa? Nista’ noffri dan lill-Mulej fit-talb tiegħi u nafda kollox f’idejh?

Bejn waqt u ieħor ta’talb ‘formali’, jiġifieri xħin inkun qed nagħmel l-affarjiet ta’kuljum, inħoss li l-ispirtu ta’ ġo fija jibqa’ jgħid ‘iva’ lil Alla?

Page 270: Qorq Il-Pellegrin

267

T2. Taħriġ ieħor fit-Talb

Hemm ħafna forom ta’talb li ġejjin mit-tradizzjonijet spiritwali diversi fi ħdan il-Knisja. Fit-tradizzjoni Injazjana, il-forma prinċipali hi dik tal-Kuntemplazzjoni, kif rajna fit-taqsima ta’qabel. Madanakollu nistgħu nżewqu din il-forma jew metodu ta’talb b’forom oħra.

Il-kuntemplazzjoni tgħinna nimmaginaw kif nistgħu nibnu ħajjitna ħalli tkun tixbaħ lil dik ta’Ġesù. Biex tkun effettiva l-kuntemplazzjoni, irridu nirrakkuntaw lilna nfusna x’ġara fil-waqt tat-talb (Ara: “Kif nixħtu ħarsa lura lejn il-ħin tat-talb”). U tajjeb li regularment nirrakuntaw lid-direttur spiritwali u lil xi grupp ta’ nies li qed jitgħallmu jitolbu bħalna xi ħaġa signifikattiva (mhux

Page 271: Qorq Il-Pellegrin

268

bilfors kollox!) minn dak li nkunu qed ngħaddu minnu fit-talb. It-taħriġ li ġej jurina kif nagħmlu dan.

Nistgħu wkoll nużaw l-arti sagra u forom aktar kuntemplattivi tat-talba tar-rużarju biex nidħlu fil-kuntemplazzjoni. Ukoll, nistgħu nużaw metodi aktar oriġinali, mit-tradizzjonijiet spritwali tal-Lvant. Biex niġbru l-frott tat-talb tagħna u nibnu ħajjitna fuq dik ta’Ġesù, tajjeb li nużaw l-Eżami tal-Kuxjenza. U l-immaġinazjoni kuntemplattiva mhix kollox: biex insiru bħal Ġesù irridu nagħrfu ħtijietna u nieħdu deċiżjonijiet importanti f’ħajjitna (ara t-taqsimiet T3 u T4).

Page 272: Qorq Il-Pellegrin

269

T2.1: Tonalites of Prayer

Prayer is the raising of our hearts and minds to God. We are able to speak to and listen to God because he teaches us to pray. We be-lieve that the Holy Spirit reminds the Church of all that Jesus said, and it teaches us about the life of prayer. In doing so, it inspires new expressions of the same basic tonalities of prayer: blessing, peti-tion, intercession, thanksgiving, and praise. Blessing A blessing is a prayer that invokes God's power and asks for his care for a person, place, thing, or special activity. The Bible is filled with examples of blessings—blessings on offerings to God, on individu-als, on groups of people, and on ordinary actions throughout the

Page 273: Qorq Il-Pellegrin

270

day. Blessings help make us aware of God's presence at every mo-ment and in all things. They help us see the goodness available all around us and to remain close to God from whom all blessings flow. They express our own desires for God's closeness and protec-tion as well as God's strength and healing. Blessings call upon God's love for creation. They are reminders of the goodness and holiness of what God created. We use words, symbols, and gestures to express what's deep in our hearts. Any person or object can be blessed. We bless our children, fami-lies, sick people, objects of prayer and worship, special occasions, people, relationships, food, buildings, work, animals, and many other situations and things. A common daily blessing is the grace before meals, in which we ask God's blessing on our gathering, our eating, and our going forth, nourished, to do God's will. Because we are blessed, we too can bless God and one another in thanks for God's generous gifts to us and to the world. Petition Prayers of petition acknowledge our dependence on God, who is our beginning and our end. This form of prayer springs from our heart's desire to serve God's kingdom here and to seek the realiza-tion of the kingdom to come. The Catechism of the Catholic Church reminds us that asking for-giveness, coupled with trusting humility, should be the first move-ment of a prayer of petition. Jesus tells us to bring our every need to God in his name and assures us that “whatever you ask the Fa-

Page 274: Qorq Il-Pellegrin

271

ther in my name he will give you.” (John 16:23) What we must re-member, however, is that in addition to the asking, there should be an acknowledging of our sinfulness and need for God. A prayer of petition is a request to God that asks him to fulfill a need. When we share in God's saving love, we understand that through petition we can ask for God's help with every need no mat-ter how great or small. Intercession Intercession is a prayer of petition in which we ask for something on behalf of someone else. Since Abraham's time intercession has been characteristic of a heart attuned to God's mercy. Following the example of Jesus, who on the night before he died prayed for us, we offer prayers of intercession for the Church, leaders in gov-ernment and society, special needs, sick people, and those who have died. Thanksgiving Every joy and suffering, and every event and need can become an offering of thanksgiving. The letters of St. Paul often begin and end with thanksgiving, and the Lord Jesus is always present in it: “In all circumstances give thanks, for this is the will of God for you in Christ Jesus” (1 Thessalonians 5:18). Praise A prayer of praise is an expression of our response to God, not only for what he does but simply because he is. In the Eucharist the

Page 275: Qorq Il-Pellegrin

272

whole Church joins with Jesus Christ in expressing praise and thanksgiving to the Father. Tonalities and methods In themselves, these “tonalities” are not precise methods. One can contemplate a Gospel text, participate in mass or pray the rosary with an attitude of blessing, thanksgiving, praise, petition... In fact, Ignatian prayer integrates all of these tonalities in different degrees. We always include an ‘intention’, which is a form of peti-tion: e.g. we pray that we may know God more closely, love him more dearly, etc. There is usually a ‘dialogue’ with Jesus or Mary at the end of the prayer, which brings in other petitions and interces-sions for the concrete material and spiritual needs of ourselves and our friends. At the beginning and end of prayer, we bless (“say good things about”) God and the saints (e.g. in the second part of the “Hail Mary”), and we ask God to bless us with all that we need in life, (e.g. in the second part of the “Our Father”) so as to be able to bless him and praise him all the more. And when we contem-plate Jesus in the Scripture, we do so not through an indifferent, scientific-obersever attitude, but with an interior sense of praise and thanksgiving, or with sorrow for our sins (and the implicit peti-tion for forgiveness). [Adapted from: www.loyolapress.com]

Page 276: Qorq Il-Pellegrin

273

T2.2: Kif nisimgħu lil xulxin fi grupp

Mhux faċli li wieħed jisma’ tabilħaqq lil persuna oħra. Madanakollu f’eżerċizzju ta’qsim il-kelma fi grupp, is-smiegħ hu fundamentali. Dawn huma xi suġġerimenti prattiċi biex ilkoll ngħinu lil xulxin f’dan. Nibdew billi niddeciedu kemm ħin ser niddedikaw lill-qsim

bejnietna, u naħtru li xi ħadd bħala moderatur sabiex jieħu ħsieb il-ħin, jiddeċiedi min ser jitkellem u meta. Dan jew din għandha tfittex jinvolvi bil-ħlewwa lil min jibqa’ sieket u tillimita lil min itendi li jitkellem dejjem hu. Aħna lkoll responsabbli għall-kwalità tal-qsim izda tajjeb li xi ħadd jgħinna nqassmu tajjeb il-kwantità.

Page 277: Qorq Il-Pellegrin

274

Il-qsim ma jfissirx li nibda’ ngħid kull ma jiġini f’rasi bla ma naħseb qabel. Lanqas ma hu sew li noqgħod nimmemorizza kelma kelma dak li rrid ngħid waqt li jkunu qed jitkellmu sħabi. Tajjeb li jkollna xi punti minn qabel biex norganizzaw dak li ser ngħidu u li l-moderatur jagħtina żmien qabel (xi 5-10 min.), biex naħsbu ftit u forsi nnizlu f’pitazz fi tliet punti qosra dak li nixtiequ naqsmu mal-oħrajn.

X’l-aħjar li naqsam? Hemm biss regola waħda: nevita li nqajjem dibattiti mibnijin fuq ideat astratti u sitwazzjonijiet utopiċi, u nfittex li naqsam mal-oħrajn dak li għaddej minnu, dak li għixt qabel, dak li nemmen, dak li nixtieq, dak li nosserva madwari. Naqsam min dak li jien, saħansitra meta l-oħrajn itendu li jinħbew wara ħafna teoriji sbieħ u kunċetti mislufin.

Li naqsam ifisser li nieħu r-riskju li nafda li ħaddieħor. U din mhix biss kwistjoni ta’ kunfidenzjalità. Nafda li ser jismagħni bis-sħiħ, li ser ifittex ineħħi l-filtri tal-preġudizzi li jaf ikollu dwari, u li ser iħalli lilu nnifsu jintlaqat minn dak li ser ngħid. Ma nafx minn qabel x’valur għandu għall-persuna l-oħra dak li ser naqsam, izda xi drabi l-affarjiet li għalija jidhru ovvji jew banali jafu jmissu fil-fond il-qalb tagħha.

Li naqsam ifisser ukoll li nkun naf niskot u nilqa’ l-kelma li ħaddieħor tagħtini b’rigal. Il-valur ta’rigal ma jiddependix minn kif ikun imkebbeb u mzejjen. Il-valur tal-kontenut ukoll hu sekondarju: l-aktar importanti hu l-fatt li hu li hu ġej minn ħabibti.

B’mod rispettuż u fil-waqt oppurtun, l-esperjenza tal-qsim tissaħħaħ meta nagħtu ‘feedback’ u niġbdu l-attenzjoni tal-persuna l-oħra, meta ngħidulha kif fhimna dak li tkun qalet, x’reazzjonijiet għandna, u saħansitra xi suġġerimenti fuq il-kontenut u fuq il-forma.

Page 278: Qorq Il-Pellegrin

275

Fi tmiem il-laqgħa, nistgħu nqattgħu 5 minuti fis-skiet biex kull wieħed u waħda minna tara x’sehem tat, x’tixtieq iżżom f’qalba milli intqal u dak li l-aktar laqatha. Nistghu nikkonkludu billi nesprimu dan fi frażi qasira (< 9 kelmiet).

Page 279: Qorq Il-Pellegrin

276

T2.3: Kif nitolbu fi grupp: Id-Djalogu Kontemplattiv

Daħla 1. Nibdew b’innu, per eżempju mill-kant ta’ Taizé, u nroddu s-sa-

lib flimkien. 2. Ninqasmu fi gruppi ta’6 jew 7 persuni. Kull ġrupp jagħmel

ċirku bis-siġġijiet u tinxtegħel xemgħa fin-nofs, li tirrapreżenta l-preżenza tal-Mulej fostna.

Smigħ il-Kelma 3. Inqumu lkoll bilwieqfa, u wara ftit sekondi ta’ skiet (jew kant),

il-persuna magħżula taqra silta mill-Iskrittura, normalment silta narrattiva mill-Vanġelu, bil-mod u b’vuċi ċara.

Page 280: Qorq Il-Pellegrin

277

4. Noqgħodu bilqiegħda fiċ-ċirku tal-grupp tagħna (jew f’xi post ieħor) u nieħdu ħin fis-skiet biex nirreflettu fuq is-silta (10-20 minuta). Nistgħu nużaw il-Bibbja biex nerġgħu naqraw s-silta waħedna.

5. Biex nimmarkaw tmiem il-ħin ta’skiet, tista’ tindaqq xi mużika kalma, li tibda b’volum baxx. Kulħadd imur lura fiċ-ċirku.

Qsim fil-ġruppi 6. Il-persuna li tixtieq, tieħu f’idha ix-xemgħa u tibda taqsam ma’

l-oħrajn dak li għaddiet minnu fil-ħin ta’skiet. F’dan il-qsim, ni-stgħu nirrepetu kelma jew frażi mis-silta, nsemmu xbiha jew ġest li laqtuna, inżidu ħsieb qasir jew mistoqsija li tqanqlet fina. Kollox fil-qosor, b’ħafna umilta’, u ibbażat fuq dak li missna minn ġewwa, u mhux fuq ħsibijiet astratti.

7. Kif tlesti, tgħaddi x-xemgħa lill-persuna fuq il-lemin tagħha. Min ma jixtieqx jitkellem jista’ sempliċement jgħaddi x-xem-għa. Jitkellem biss min ikollu x-xemgħa f’idu.

8. Wara l-ewwel dawra, tibda’ dawra oħra fejn naqsmu be-jnietna x’ikun laqatna minn dak li jkunu qalu l-oħrajn: x’senti-menti, ħsibijiet u memorji jitqanqlu fina. Importanti li ma nweġbux għall-kummenti ta’ xulxin u ma nibdewx dibattiti, iżda nibqgħu f’attitudni ta’ kontemplazzjoni ta’ dik id-dija li Mulej qed jixħet fuqna minn idejn il-persuna l-oħra.

9. Jekk ikun fadal ħin, nagħmlu dawra oħra fejn nitolbu għal xu-lxin jew nesprimu talb ieħor imqanqal mis-silta jew minn dak li jkun intqal fil-qsim.

Għeluq 10. Tista’ tindaqq silta mużikali biex tindika tmiem il-ħin tal-qsim

fil-gruppi. Kif ikun hemm is-skiet, inqumu bilwieqfa u ngħidu flimkien il-Missierna.

Page 281: Qorq Il-Pellegrin

278

11. Jekk ikun hemm preżenti qassis jew djaknu, tingħad talba tal-għeluq u tingħata l-barka. Inkella l-mexxej jagħmel talba spon-tanja u jtemm bil-kliem “Imbierku lill-Mulej”. Ilkoll inwieġbu: “Inroddu ħajr lil Alla”.

Page 282: Qorq Il-Pellegrin

279

T2.4: Kif nitolbu permezz tal-arti sagra

1. Inħejji ruħi minn ġewwa sabiex nilqa’ ġo fija l-opra artistika, il-

mod ta’kif tirrapreżenta d-dinja u r-realtà, il-mod ta’kif tpinġi l-bniedem, il-preżenza ta’Alla li tixref minn ġo fiha. Niskot, sabiex inħalli l-opra tkellimni.

2. Inħares, nisma’, immiss l-opra... biex integħemha “minn ġewwa”. (Nista’ niċċaqlaq biex nara l-opra minn angoli differenti): a. Pittura, skultura, arkitettura: nosserva l-linji (weqfin,

mindudin, djagonali...; dritti, mdawrin, mgħawġin, immewġin...), inħares lejn kif jilgħab id-dawl rifless fuqhom, norbot flimkien dana kollu u nara x’impressjoni tħalli fuqi l-opra fit-totalità tagħha.

Page 283: Qorq Il-Pellegrin

280

b. Pittura: nosserva l-ilwien, kif inhuma miġburin u mferrxin fuq it-tila, l-intensità tagħhom. Nosserva l-kuntrasti u l-armonija, id-djalogu bejn kulur u ieħor.

c. Arkitettura: nosserva l-volum ta’kull spazju maħluq mill-binja (fuq barra, fuq ġewwa...), ninnota x’importanza tingħata lil kull parti tal-istruttura, nara x’relazzjoni hemm bejn il-bini u l-ambjent ta’madwaru, nara r-riflessi tad-dawl, nisma id-diwi tal-ħsejjes, ninnota r-riħa li jarmi l-injam, eċċ.

d. Skultura: nosserva l-volum ta’kull element ibbuzzat jew imnaqqax, il-masses, id-daqsijiet, id-dinamiżmu tal-forom. Nara fejn hi mqegħeda din l-opra u kif tiddjaloga mal-ispazju u l-oġġetti ta’madwarha. Jekk hu possibli, immiss il-materjal, u ninnota jekk hux kiesaħ, lixx... b’dan il-mod inħalli l-preżenza fiżika tal-iskultura tmissni minn ġewwa.

3. Nosserva lili nnifsi quddiem l-opra: a. Ninduna x’messaġġ qed tgħaddili u jekk inix lest nirċevih,

jekk inix qed nirrifjutah, jekk tqajjimx mistoqsijiet u kwistjonijiet ġo fija.

b. Nagħti isem lil movimenti interjuri li l-opra tqajjem ġo fija: paċi, serenità, dinamiżmu, ferħ, libertà, ftuħ il-qalb u l-moħħ, jew inkella tensjoni, dieqa, rabja, niket...

c. Nara wkoll x’qed tistedinni jew tħeġġiġni biex nagħmel f’ħajti.

4. Nifhem kif l-opra tkellimni fuq Alla, fuq ir-realtà, fuq il-bniedem: a. Niffoka fuq is-suġġett (jekk hi opra figurattiva), niftakar l-

episodju bibbliku jew is-sitwazzjoni storika jew umana li tirrapreżenti. (Jista’ jgħini nagħmel dan xi ktejjeb-ġwida).

Page 284: Qorq Il-Pellegrin

281

b. Nipprova nara din ir-realtà mill-għajnejn tal-artist. Nap-prezza dan, u nqabbel din il-perspettiva mal-mod kif nara l-ħaġa jien.

c. Nagħti widen ta’ dak li l-opra qed tgħidli dwar is-sbuħija u djufija tal-bniedem, u dwar Alla: sbuħitu, tjubitu...

Page 285: Qorq Il-Pellegrin

282

T2.5: Kif nimmeditaw ir-Rużarju

• Fil-forma kif drajna ngħiduh, ir-rużarju mhux dejjem jgħinna

nikkontemplaw il-misterji. Ħafna drabi nispiċċaw niffokalizzaw l-attenzjoni tagħna fuq il-kliem tas-Sliema u l-Qaddisa.

• Is-Sliema u l-Qaddisa x'aktarx li oriġinalment kienu jingħadu minn taħt l-ilsien bħala mod biex wieħed iżomm l-ħin bejn misteru u ieħor (għax ma kienx ikun hemm arloġġi fid-djar). Biex ma jtellfuniex milli nikkontemplaw il-misterji, bosta awturi spiritwali illum jissuġġerixxu li nissimplifikawhom u ninserixxu fihom il-misterju, per eżempju billi nużaw dan il-kliem:

“Marija, Alla jħobbok, imbierka int u mbierek ibnek Ġesù [... misterju*]. Itlob għalina dejjem”.

Page 286: Qorq Il-Pellegrin

283

• *Il-Misterji jidħlu wara l-isem ta'Ġesù, u kollha jkellmuna

dwaru, għaliex iċ-ċentru tat-talb tagħna hu l-Mulej, u Marija qiegħda magħna biex tgħinna nersqu lejh. Hekk, fl-ewwel misteru tal-ferħ nitolbu hekk: “Marija, Alla jħobbok, imbierka int u mbierek ibnek Ġesù li tnissel fik mat-tħabbira tal-anġlu. Itlob għalina dejjem”.

• Nistgħu inkunu flessibli ħafna bir-Rużarju f'din il-forma.

Nistgħu nieħdu misterju wieħed u nimmeditawh tul ħamsin “Marija, Alla jħobbok”, jew kwarta bl-arloġġ. Nistgħu ukoll nagħżlu tliet misterji, ħamsa, għaxra... nagħżluhom minn fejn irridu, marbutin ma' dak li nkunu qed ngħixu fil-ħajja tagħna (ferħ, tbatija...).

• Jekk il-fatt li noqgħodu ngħoddu jtellifna, nistgħu nużaw arloġġ diġitali jew 'stopwatch', nagħżlu tliet misterji u niddedikawlhom 5 minuti kull wieħed.

Misterji tal-Ferħ 1. ... li tnissel fik mat-tħabbira tal-anġlu. 2. ... li kien fik meta żort u qdejt lil Eliżabetta. 3. ... li twieled minnek f'Betlehem, fil-faqar. 4. ... li int offrejtu lil Alla Missieru fit-Tempju. 5. ... li tliftu u sibtu fit-tempju jitħaddet mal-istudjużi. Misterji tad-Dawl 6. ... li malli tgħammed fil-Ġordan għarafna li fih tinsab l-għaxqa

tal-Missier. 7. ... li ferraħ it-tieġ ta'Kana b'inbid tajjeb. 8. ... li ħabbar is-Saltna ta'Alla lill-fqajrin, fejjaq il-morda u ssielet

kontra l-ħażen.

Page 287: Qorq Il-Pellegrin

284

9. ... li wera l-glorja tiegħu meta tbiddel quddiem ħbiebu fuq it-Tabor.

10. ... li kattar il-ħobż, għajjex lill-ġemgħat u tana nieklu lilu nnifsu fl-Ewkaristija.

Misterji tat-Tbatija 11. ... li ġarrab niket kbir waqt li talab għalina fl-Ort. 12. ... li nqatgħetlu għall-mewt u mexa t-triq tas-salib għall-

imħabba tagħna. 13. ... li ngħata s-swat għall-imħabba tagħna. 14. ... li tlibbes kuruna tax-xewk għall-imħabba tagħna. 15. ... li ssammar fuq salib, radd ruħu u miet għall-imħabba

tagħna. Misterji tal-Ġlorja 16. ... li qam mill-mewt, rebbieħ fuq il-ħażen. 17. ... li tela' s-sema fejn ser iħejji post għalina. 18. ... li bagħat l-Ispirtu tiegħu fuq il-Knisja. 19. ... li tellgħek maġenbu fis-sema. 20. ... li libbislek il-kuruna tas-Saltna tal-Imħabba.

Page 288: Qorq Il-Pellegrin

285

T2.6: Talb mingħajr kliem

Nistgħu nikkomunikaw ħafna affarjiet mingħajr kliem u mingħajr kuntatt fiżiku. 1. Talb ġestwali51:

a. Tħejjija fi grupp: Wara li naqraw silta mill-bibbja, ninqasmu tnejn tnejn, u nippruvaw nesprimu x’qanqlet fina s-silta bla kliem. Bil-ġesti ta’idejna, iċ-ċaqlieq ta’rasna u ta’għaj-nejna aħna kapaċi nesprimu sentimenti profondi lejn xu-lxin u saħansitra ngħaddu messaġġi ikkumplikati u nfissru ċerti affarjiet lill-oħrajn.

b. Talb personali: Alla jifhimna aktar milli nifhmu aħna lilna nfusna. Għalhekk nistgħu napplikaw dan il-metodu ta’ko-munikazzjoni tagħna miegħu fit-talb, fil-privat.

Page 289: Qorq Il-Pellegrin

286

2. Talb artistiku: a. Kreattività artistika: L-arti ukoll taf tkun forma qawwija ta’

talb. Nistgħu nużaw it-tpinġija (ukoll astratta), it-tafal, il-kitba fil-forma ta’poeżija jew proża, u l-kompożizzjoni ta’ melodija mużikali sempliċi u l-mima biex nidħlu fi djalogu ma’Alla.

b. Assoċjazzjonijiet estetiċi u sentimentali: Nistgħu ukoll nor-btu s-silta li nkunu qed nimmeditaw jew sentiment li jkun tanqal fina fit-talb ma’opra tal-arti aċċessibli qrib tagħna (innu fil-ktieb tal-kant, xbiha fil-kappella jew kamra fejn in-kunu, silta mużikali fl-mp3 player tagħna...).

3. Talb bis-simboli (taħriġ)52: a. Nagħżel simbolu reliġjuż (eż: +, ∆, τ, Chi-Rho,

Ħuta/Ikhthús, IHS bir-raġġi, simbolu Marjan...) u nħożżu fuq karta bajda (A4), bla rigi, bla dabriet. Inqegħdu fid-dawl, quddiemi. Inserraħ għajnejja fuq is-simbolu u bil-kalma nitbattal mill-preġudizzji jew assoċjazjonijiet negat-tivi li jaf iqanqal fija dan is-simbolu. Inħalli x-xbiha tmiss il-ġewwieni tiegħi.

b. Bil-mod il-mod, nibda nidħol fis-simbolu: X’impressjoni qed jibda jħalli fija? X’messaġġ qed jgħaddili? Nidħol fi djalogu bla kliem ma’din l-impressjoni li jħalli fija. Inkompli dieħel ‘il-ġewwa, bil-mod, bħalma wieħed jinżel f’kantina (jew inkella f’daqqa, jekk insibha faċli). Nidentifika ruħi mas-simbolu.

c. X’rabta nara bejn dan is-simbolu u l-Kelma Mqaddsa (jew ma’ l-istorja tal-Poplu ta’Alla, tal-Knisja)? X’siltiet jiġu f’ moħħi? Nagħżel silta, infittixha fil-bibbja tiegħi u naqraha. Nerġa’ niffoka ħarsti fuq is-simbolu u narah fid-dawl tal-Kelma ta’Alla.

Page 290: Qorq Il-Pellegrin

287

4. Talb bix-xbihat: Nista’ nuża l-metodu tat-taħriġ ta’qabel (talb bis-simboli) biex nitlob bi xbihat (ritratti kbar jew slides) tal-baħar, ix-xemx, il-muntanji, id-deżert, xi għar, ġnien, mergħa mħaddra…

Page 291: Qorq Il-Pellegrin

288

T2.7: It-Talba b’Isem Ġesù

Injazju u l-ewwel kumpanni kellhom devozzjoni partikulari lejn l-isem ta´Ġesù, u għalhekk insistew mal-papa li jissejħu “Kumpanni ta’Ġesù” minkejja li xi kardinali ma xtaqux li jintuża dan l-isem fit-titlu tal-ordni reliġjuż il-ġdid. In-nies malajr saret tafhom bħala l-Ġiżwiti, u dawn it-tliet ittri (Ġ-I-Ż jew Ġ-E-S) tal-bidu tal-isem tal-Mulej, li bil-Ġrieg jinkitbu I-H-S, saru s-simbolu tal-Kumpanija. Is-soltu insibuhom imdawwrin bir-raġġi, simbolu li San Bernardinu ta’Siena kien juża fil-predikazzjoni poplari tiegħu fl-Italja u li xtered fil-Knisja tal-Punent fir-Rinaxximent. Id-devozzjoni lejn l-isem ta´Ġesù tinsab ukoll fil-Knejjes tal-Lvant, u tieħu l-forma tat-Talba b’Isem Ġesù. Fil-forma originali tingħad man-nifs:

Page 292: Qorq Il-Pellegrin

289

NĠ: “Mulej Ġesù Bin Alla” NB: “Ikollok ħniena minni”53

(NĠ: Nifs ‘il-ġewwa, NB: Nifs ‘il-barra). Fl-ewwel frażi, nirċievi man-nifs l-imħabba ta’Alla, fit-tieni frażi nitbattal mid-dnub tiegħi u nxerred l-imħabba ta’Alla madwari. Fil-bibbja, ‘ħniena’ (bil-Lhudi Ħ-N-N) ma tfissirx biss “maħfra”, iżda fuq kollox, “imħabba kbira”, l-għożża ta’Alla li tisboq id-djufija tiegħi, il-meskinerija ta’għemili, ix-xeħħa ta’qalbi. Għalhekk, it-tieni frażi nistgħu nifhmuha: “Imlieni b’imħabbtek (biex inħobbok lura u nħobb lill-bnedmin ħuti)”.

Page 293: Qorq Il-Pellegrin

290

Taħriġ 1. Nitlob lill-Ispirtu biex jgħini ħalli nlissen kif jixraq u bil-għożża l-Isem

ta’ Ġesù. 2. Nimmagini f’post sabiħ, mħejji għall-laqgħa ma’ Ġesù. Nistieden lill-

Mulej sabiex jiġi fejni, bil-ħlewwa. Inġib quddiem għajnejja lill- Ġesù. 3. Nitlob it-Talba b’Isem Ġesù, mar-ritmu tan-nifs. Inżomm lil qalbi

miftuħa sabiex tintebaħ bil-frott li jħalli fiha d-diwi ta’dan l-isem, hekk kif intennih bil-ħlewwa minn taħt l-ilsien.

4. Nista wkoll nitolob bl-Isem ta’Ġesù fuq xi persuni li jinsabu f’qalbi, fuq il-partijiet tal-ġisem tiegħi (fommi, idejja, saqajja...), u fuq l-aspetti tal-personalità tiegħi (dehen, rieda, kreattività, affabilità, sens ta´ġustizzja...).

Forom oħra Bosta qaddisin kienu jużaw “ġakulatorji” jew “mantras” biex jibqgħu f’kuntatt ma Alla meta kienu jwettqu ħidma li ma kienitx tkun tirrikjedi wisq ħsieb u attenzjoni. San Alfons Rodriguez, brother ġiżwita li għadda ħajtu bħala sempliċi purtinar u li ispira ħafna nies bil-ħlewwa, il-paċenzja u l-qdusija tiegħu, kien jgħaddi l-ħin jgħid ġakulatorji bħal: 1. Mulej*, ‘tini li nsir nafek, /u li nsir naf lili nnfisi. 2. Mulej*, /ikun li trid int mhux li rrid jien! 3. Mulej*, /arani ġej niftaħlek! *Nistgħu nużaw l-isem “Ġesù” u nitlobu bħalu.

Page 294: Qorq Il-Pellegrin

291

T2.8: Luċernarju NITOLBU BID-DAWL TA’KRISTU

1. Bidu: Il-Belt t’Alla – *M (D. Schutte, St Louis Jesuits)54 Mir-raqda fis qumu, u ngħaskom tajruh: Jum ġdid qed iżernaq għal min jgħix fid-dmugħ! Kull min fid-dlam qiegħed, dawl jilmaħ sabiħ! Is-sid tal-qlub tagħna tal-lejl hu rebbieħ! R./ Nibnu lkoll ta’Alla il-belt

Biex bil-ferħ jimtlew il-qlub tagħna, Għaliex hu ― l-Imħabba u d-Dawl ― Il-lejl bidlilna fin-nhar.

Page 295: Qorq Il-Pellegrin

292

Ulied aħna tal-għodwa, ulied aħna tal-jum, Għax dak illi ħabbna jgħix magħna kuljum. Is-sid tat-tjubija jixtieqna, f’kull żmien, Bħal dawl għall-ġens tiegħu, ħa jsib il-ħelsien. /R. Alla hu dawl, u fih xejn dlam ma nsibu: Ejjew nimxu warajh, għax aħna wliedu lkoll! U farrġu l-ġens tiegħi, bil-ħlewwa kellmuh; Il-belt tiegħi għożżu, twelidha xandruh. /R. 2. Tkebbis id-dawl Jinżamm waqt ta’skiet. Mexxej: O Alla, żernieq il-ħolqien, dija bla tarf, ejja fostna

illum. Kebbes fi qlubna n-nar tal-Ispirtu tiegħek. Agħtina li nilmħu f’dan id-dawl li se nkebbsu il-preżenza ta’Ibnek, Dija minn Dija, Xemx tiela’ mill-lvant, Dawk tad-dinja.

Ġemgħa: Ammen. Fis-skiet jinxtegħel il-blandun, xemgħa jew lampa. Jinżamm waqt ieħor ta’skiet. Mexxej: Infaħħruk, Mulej Ġesù, Kelma ta’Alla, li dawlek jiddi

sa’ minn dejjem, imnissel mid-dija tal-Missier. Minnek nirċievu l-Ispirtu li jnebbaħna u jiftħilna għajnejna sabiex nilmħuk f’ħutna u fiċ-ċirkustanzi tal-ħajja ta’kuljum, sabiex nagħrfu x’inhu tajjeb, x’inhu li jixtieq minna l-Missier, u nwettquh. Imbierek int għal dejjem.

Ġemgħa: Ammen.

Page 296: Qorq Il-Pellegrin

293

3. Tislima lid-dawl ta’Kristu – *M (F. Camilleri) F’dan il-waqt inkantaw flimkien innu sempliċi, per eż. “Dawwal moħħi” (F. Camilleri) jew “La ténèbre”/”Our darkness” (Taizé). 4. Salm u Qari Jintgħażel Salm (per eż. mill-liturġija tal-jum). Jista’ jinqara minn solista jew mill-membri tal-ġemgħa (vers vers, b’mod spontanju), jew inkella jinqasam bejn żewġ korijiet, jew bejn is-solista u l-ġemgħa. Wara tinqara silta mit-TĠ, per eż. Ġw 1,1-18; Ġw 8,12-16; 2 Kor 6,14b–7,1; Ef 5,6-20; 1 Tes 5,4-10; Wara ħin ta’skiet, jingħad dan ir-responsorju: Mexxej: Ħarisna, Mulej, bħall-ħabba t’għajnek. Ġemgħa: Kenninna f’dell ġwenħajk. 4. Kantiku u Talbiet tal-fidili Filgħodu jingħad il-Kantiku ta’Żakkarija: Lq 1,68-79. Filgħaxija jingħad il-Kantiku ta’Xmun: Lq 2,29-32. Wara dan nistgħu inressqu xi talbiet spontanji jew imħejjijin minn qabel. 5. Talba tal-aħħar Ngħidu flimkien il-Missierna. Talba tal-aħħar:

Page 297: Qorq Il-Pellegrin

294

Mexxej: Mulej Ġesù, int issejħilna biex nimxu warajk, inkomplu l-ħidma tiegħek fid-dinja u nxerrdu d-dawl ta’mħabbtek fost ħutna. Kebbisna dejjem b’nar imħabbtek, int li tgħix u ssaltan għal dejjem ta’dejjem.

Ġemgħa: Ammen. 6. Għeluq: In-nar t’imħabbti – *M (R. Vassallo) R./ In-nar t'imħabbti, in-nar (x2):

In-nar, in-nar ġejt inqabbad, (x2) u kemm nixtieq li ġa qabad (x2)!

Ħu ruħi, Mulej, l-ispirtu li bih tgħajjex in-nirien. /R Ħu qalbi, Mulej, il-ftila li biha tiddi fin-nirien. /R Ħu ġismi, Mulej, musbieħ illi bih tkebbes in-nirien. /R Ħu moħħi, Mulej, nintilef irrid f'imħabbtek u n-nirien. /R In-nar t'imħabbti, in-nar! (x3). (Nistgħu nużaw innijiet oħra, bħal “This little light of mine”).

Page 298: Qorq Il-Pellegrin

295

T3. Taħriġ il-Kuxjenza

Biex niġbru l-frott tat-talb tagħna u nibnu ħajjitna fuq dik ta’ Ġesù, tajjeb li nużaw l-Eżami tal-Kuxjenza.

“Kuxjenza” tfisser tliet affarijiet:

(1) Hi fakultà, kapaċità jew funzjoni f’ moħħna, li tgħinna nifhmu l-valuri u nagħrblu l-virtujiet meta nkunu qed nagħmlu għażla partikulari. Aktar ma nkunu midħla ta’ Alla, aktar tkun preżenti fiha l-vuċi tal-Ispirtu.

(2) Hi proċess ta’ evalwazzjoni u ta’ għażla li fih inwieżnu argumenti, valuri, virtujiet, ċirkustanzi qabel nieħdu deċiżjoni morali. [N.B. Kull deċizjoni serja hi “morali”, għaliex biha nikbru

Page 299: Qorq Il-Pellegrin

296

fit-tjubija jew ħżunija, biha nibnu jew indgħajfu l-IVA fundamentali li biha ħajjitna twieġeb għall-imħabba ta’Alla.] Kull proċess ta’ dan it-tip jinħażen fil-memorja u jdawwalna meta nibdew proċess ieħor: b’hekk niffurmaw il-kuxjenza. Proċess tajjeb juża l-għerf u d-dehen biex jeżamina r-realtà... u mhux jgħawweġ il-fatti biex jiġġustifika għażla li nkunu ħadna bla ħsieb, immexxijin mill-aptit. L-Ispirtu jakkumpanjana f’dan il-proċess.

L-Eżami tal-Kuxjenza hu proċess ta’ dan it-tip li fih naraw dawn il-proċessi mill-ġdid, flimkien ma’ dak li qed jiġri f’ħajjitna, nevalwaw kollox u nkomplu nitgħallmu.

(3) Hi wkoll deċiżjoni, jew “ħatra” partikulari, li fiha ngħidu: “Issa li qist li kelli nqis, u kont onest miegħi nnifsi, qalbi qed tgħidli: ‘Agħmel hekk!’”. Din id-deċiżjoni rridu nimxu fuqha u nirrispettawha. Jekk il-proċess kien tajjeb biżżejjed fis-sitwazzjoni li konna fiha (qatt ma nistgħu nkunu nafu kollox u nqisu kollox!), ma jixraqx li niddubitaw minnha.

Page 300: Qorq Il-Pellegrin

297

T3.1: It-Talba tar-Rabta ma’Alla Eżami tal-Kuxxjenza qasir u faċli55

Talba b’ħames waqtiet, fuq ħamest iswaba. Nibdew bis-sinjal tas-Salib. 1. Il-Kbir

• B´dan is-saba’ nagħfas il-buttuna l-ħamra. “Stop!” Nieqaf u nikkalma. Hawn jien fi tmiem il-ġurnata. Insellem lill-Mulej. Ninnota kif inħossni: għajjien, kuntent, imdejjaq...

• Nista’ nuża xi eżerċiżżju mill-paġna “Ways of quietening yourself”, jew it-talba b’Isem Ġesù biex nidħol fil-preżenza t’Alla.

Page 301: Qorq Il-Pellegrin

298

2. Il-Werrej • B’dan is-saba’ nipponta lejn dak li għaddejt minnu matul

dan il-jum. Dan kollu nġibu quddiem għajnejja, jew billi neditja l-“film tal-ġurnata tiegħi” jew billi nindika 3, 4 jew 5 avvenimenti li jiġu f’moħħi millewwel x’ħin inħares lura lejn dan il-jum.

• Nistaqsi: Kif għext dan il-ħin? (Paċi, ferħ, dwejjaq, buri, aggressività, kalma...). Naf il-għala? Kif kien preżenti Alla f’dawn il-mumenti? (Diskret, fil-moħbi, bil-qawwa...).

• Ta’xiex nixtieq ngħid “grazzi”? X’kien li tani l-ħajja matul dan il-jum?

3. It-Tawwali, jew tan-Nofs

• F’tarf dan is-saba’ tinsab il-quċċata tal-palma t’idi. Jinsab ukoll fin-nofs, fiċ-ċentru tas-swaba. Nistaqsi: Lejn liema quċċata mxejt f’dan il-jum? Lil min poġġejt fiċ-ċentru ta’ħajti? Lili nnifsi? Il-Mulej? L-oħrajn? Xi ideal?

• Hawn nibda nagħraf kif għawwiġt u qarraqt u ħawwadt u użajt il-persuni u l-affarjiet sbieħ li rċevejt mingħand Alla u huti... l-akar meta dawwart kollox fuqi nnifsi. Nitlob maħfra.

• Nitlob lill-Mulej sabiex jgħinni naraf x’inhu l-aktar importanti, sabiex inqiegħed lilu u lil ħuti fi-ċentru ta’ħajti. Hekk nasal nara l-affarjiet, lill-persuni u lir-realtà kif jarahom hu.

4. Tal-Ħâtem, jew taċ-Ċurkett

• F’dan is-saba’ jintlibes iċ-ċurkett taż-żwieġ; fl-imgħoddi kienu jxiddu fuqu il-ħâtem (iċ-ċurkett tas-siġill, biex jiffirmaw bih). Għalhekk hu s-saba’ tar-Rabta tagħna ma’Alla.

Page 302: Qorq Il-Pellegrin

299

• Il-Mulej irid jorbotni b’rabta, irid jagħmel patt miegħi. Lest ngħidlu iva? Lest nistqarr l-imħabba tiegħi lejh? Lest nimpenja ruħi fis-serviżż tiegħu? Kif?

5. Iż-Żgħir

• B’dan is-saba’ niftaħ kemmxejn il-bieb fuq il-jum ta’għada. Alla ser ikun miegħi għada.

• Nitlob lill-Mulej sabiex nagħraf u nwettaq ir-rieda tiegħu għada u dejjem. Nista’ nagħżel xi ħaġa li nixtieq noqgħod attent dwara, li rrid naħdem fuqha... biex inżomma f’moħħi għada.

Tmiem: Frażi jew ġest ta’ tislima lill-Mulej.

Page 303: Qorq Il-Pellegrin

300

T3.2: Busy Persons’ Awareness Examen

How Busy Persons Find God in All Things – in less than 15 minutes.

1. I pray in gratitude for all the gifts that I have received as I glance back at the experiences of the past twenty-four hours, and allow a spontaneous conversation to develop with God who was and is present.

2. I pray for enlightenment so that the Spirit will help me see myself honestly, as I review both my actions and my heart’s involvement in them.

3. I survey the period since last engaging in reflective prayer, paying special attention to the more intense feelings, moods,

Page 304: Qorq Il-Pellegrin

301

thoughts, and desires that surface, as a way of getting a sense of what is going on in my life.

4. I pray for healing in my heart for the any of the ways that I have not lived up to the requirements of love in my relation-ship with God, myself, and others.

5. I ask for help to live with renewed hope and increased love of God and others, considering briefly the immediate future, and paying attention to the feelings that spontaneously arise.

[www.lmu.edu] [Alternative examen: www.examen.me]

Page 305: Qorq Il-Pellegrin

302

T3.3: Ecological Examen

1. All creation reflects the beauty and blessing of God’s image.

Where was I most aware of this today?

2. Can I identify and pin-point how I made a conscious effort to care for God’s creation during this day?

3. What challenges or joys do I experience as I recall my care for

creation?

4. How can I repair breaks in my relationship with creation, in my unspoken sense of superiority?

Page 306: Qorq Il-Pellegrin

303

5. As I imagine tomorrow, I ask for the grace to see the Incarnate Christ in the dynamic interconnections of all Creation.

I conclude with the prayer of Jesus: The glory that you have given me I have given them, so that they may be one, as we are one, I in them and you in me, that they may become completely one, so that the world may know that you have sent me and have loved them even as you have loved me. [Joseph Carver, SJ ]

Page 307: Qorq Il-Pellegrin

304

T3.4: Tħejjija għall-Qrar

A. Nistqarr l-Imħabba ta’Alla Fil-bidu tal-qrar, fil-qosor, tajjeb li nfaħħar lil Alla u nirringrazzjah ta’ dak li qed jagħmel miegħi f’ħajti. Il-protagonist, f’dan is-sagrament, mhux id-dnub tiegħi iżda l-imħabba ta’Alla. L-istqarrija tal-imħabba bla tarf ta’Alla tippermettili nistqarr ukoll in-nuqqas ta’mħabba tiegħi. Nista’ nħejji dan minn qabel, u waqt il-qrar ngħidu fi kliemi jew b´talba qasira ta’ grazzi.

Page 308: Qorq Il-Pellegrin

305

B. Nisma’ l-Kelma ta’ Alla Nista’ nħejji silta ċkejkna mill-bibbja li titkellem fuq l-indiema u l-maħfra (per eż., xi vers mis-Salm 50/51), sabiex naqraha fil-bidu tal-qrar. C. Ngħarbel Ħames Relazzjonijiet Importanti fil-Ħajja Jekk jgħinuni, nista’ nuża dawn il-mistoqsijiet: 1) Ir-Relazzjoni ma’Alla

a) X’importanza nagħti lil Alla f’ħajti? b) X’ħin niddedika għat-talb, għall-Kelma u s-Sagramenti,

għall-qari u l-formazzjoni fil-fidi? c) Kemm għandi fiduċja f’Alla? Nemmen li tabilħaqq iħobbni

u jieħu ħsiebi? 2) Ir-Relazzjoni ma’dawk ta’ qrib tiegħi

a) X’imħabba nuri lill-familja tiegħi? Meta nkun magħhom, inġib għaqda jew firda, ferħ jew tensjoni, kuraġġ jew qtiegħ il-qalb? Meta nkellimhom, nuża kliem ħelu jew sar-każmu? Jien attent fl-affarjiet żgħar biex nagħmlilhom ħajjithom aktar faċli u ferrieħa, jew jien goff u traskurat fi mġiebti u kliemi magħhom?

b) Kif inġib ruħi ma’ħbiebi? Nirrispettahom meta ma jaqblux miegħi? Kapaċi nfaħħarhom u nikkritikahom bil-ħlewwa fil-waqt it-tajjeb? Kapaċi naħfrilhom tassew meta jonqsuni? Kif nagħżel il-ħbieb? Lil min neskludi?

3) Ir-Relazjoni ma’ nies oħra

Page 309: Qorq Il-Pellegrin

306

a) X’forom ta’qerq u ġideb nuża mal-oħrajn biex nieħu van-taġġ minnhom jew infittex l-interessi tiegħi? Nuża’ l-influ-enza u l-ħbieb biex naqbeż il-kjuwijiet jew nieħu servizz qabel ma jmissni?

b) Nibża għall-propjetà ta’ħaddieħor? Nagħti lil kulħadd dak li jistħoqqlu? Nibża għal dak li hu tal-Istat u tal-komunità lokali? Inħallas it-taxxi, is-servizzi tal-kumpaniji l-kbar u l-drittijiet tal-awturi kif u kemm suppost? Qatt nipprova nieħu dak li m’għandix dritt għalih? Fil-ħidma tiegħi, kif nuża l-ħin? Nikkopja fl-eżamijiet, fil-ħowmwerk?

c) Kif qed nuri imħabba u rispett lill-bnedmin kollha, sa’ fl-affarjiet l-aktar banali? Lest niġġieled għad-drittijiet ta’ min hu dgħajjef u min ibati d-diskriminazzjoni, nibda’ minn dawk qrib tiegħi? Kif inġib ruħi ma’ min hu differenti minni? Kif nitkellem ma’ sħabi dwar dawk ta’ razza, orjentazzjoni sesswali, età, abilità jew stat ta’ saħħa differenti minn tiegħi?

d) Jien bniedem ta’paċi jew ta’ġlied? Lest naħfer u nagħmel l-ewwel pass ta’rikonċiljazjoni (u saħansitra t-tieni) wara ġlieda? Nagħti l-ħajja jew inġib il-mewt fir-relazzjonijiet? Meta nuża t-triq, qatt nipperikola l-ħajja ta’ ħaddieħor?

4) Ir-Relazjoni mal-istrutturi u s-sistemi a) F’dinja fejn hemm tqassim inġust tal-ġid komuni, li fiha

ninsab fost dawk li qed japprofettaw minn din l-inġustizzja, kif qed inrodd lura lill-fqar tad-dinja dak li s-sistema kummerċjali qed teħodilhom biex tagħtih lili? Nipprova nindaga jekk dak li nixtri kienx magħmul f’kundizzjonijiet skabrużi, minn ħaddiema tfal jew mħallas b’paġi miżeri?

b) Kif nibża għall-ambjent ta’ madwari? Xi sforżi qed nagħmel biex niġġieled kontra t-tniġġis, biex naħli anqas u nirreċikla dak li nuża?

Page 310: Qorq Il-Pellegrin

307

c) Qed nuża d-drittijiet tiegħi bħala ċittadin biex inġib ‘il quddiem lil pajjiżi, nippromovi r-rispett tal-liġi, nikkollabora mal-awtoritajiet u nikkritikahom fejn hu xieraq?

5) Ir-Relazjoni miegħi innifsi a) Kif qed niżviluppa t-talenti tiegħi? Qed nuża tajjeb l-

opportunitajiet li għandi biex nitgħallem u nħaddem il-kapaċitajiet tiegħi?

b) Is- sesswalità tiegħi tagħti l-ħajja jew fġata u magħluqa fiha nnifisha? Qed ngħixha bi gratitudni lejn Alla u b’xewqa li nikber dejjem aktar fil-maturità u r-responsabilità? Kif nuża l-kapaċità li għandi biex niġbed in-nies lejja: qed ngħin lil ħbiebi jimmaturaw jew nużahom?

c) Kif nuża l-meżżi li għandi, speċjalment il-kompjuter, l-internet, il-mowbajl? Għandi lista ta’ prijoritajiet ta’ kif nuża l-ħin? Nosservaha?

d) Nibża’ għal saħħti, don misluf lili minn Alla? Norqod biżżejjed? Nagħmel eżerċizzju? Niekol u nixrob dak li hu tajjeb għal saħħti u bil-qies?

e) Naċċetta lili nnifsi, minkejja d-djufijiet u l-limiti tiegħi? Kapaċi nammeti meta niżbalja u nfittex l-għajnuna meta neħtieġha?

D. Infittex l-Orjentazzjoni Ewlenija ta’Ħajti Wara dawn il-mistoqsijiet kollha dwar l-azzjonijiet tajba u d-dnubiet, tajjeb li nsaqsi lili nnifsi quddiem Alla fejn sejjer b’ħajti. Ħajti hi “iva” lil Alla, jew hija “le”? Ovvjament, it-tweġiba ta’ din il-mistoqsija Alla biss jafha għalkollox, għaliex mhix sempliċement is-somma tal-ażżjonijiet tajba jew tad-dnubiet li jidhru. Iżda fil-qrar nesprimu x-xewqa li ħajjitna tkun l-aktar “iva” qawwija li

Page 311: Qorq Il-Pellegrin

308

aħna nistgħu ngħidu lil Alla fiċ-ċirkustanżi li ninsabu fihom. Għalhekk nerqsu għandu u nitolbu l-għajnuna tal-grazzja tiegħu, għaliex nagħrfu li lil hinn mid-dnubiet konkreti u viżibbli li nagħmlu, hemm fina d-“Dnub”, il-ġibda għall-ħażen. Ta’ kull mument meta ma ġġilidniex kontra din il-ġibda, ejjew nitolbu maħfra fil-qrar.

Page 312: Qorq Il-Pellegrin

309

Xi siltiet mit-TĠ biex jgħinuni nħejji għall-qrar F’dawn is-siltiet il-Kelma ta’Alla tgħallimni u titlobni: Mt 16, 15-16: Nistqarr il-fidi tiegħi f’Ġesù. Mt 7, 24: Insejjes ħajti fuq il-Kelma ta’ Ġesù. Mt 16, 24-26: Inqiegħed lil Kristu l-ewwel u qabel kollox. Mt 6, 6-8: Niltaqa’ ma’ Alla fit-talb. Rum 12, 9-21: Ngħix ħajja tassew nisranija. Mt 6, 14-15: Naħfer lil ħuti l-bnedmin. Mt 5, 21-23: Nevita l-vjolenza. Mt 5, 27-32: Inżomm qalbi safja. Mk 10, 42-45: Naqdi lil ħuti. Mt 28, 18-20: Inwassal lil Kristu lill-bnedmin kollha. Mt 5, 33-37: Inkun bniedem dritt u sinċier. Ef 5,33 – 6,4: Ngħix l-imħabba fil-familja u nfittex inċedi lill-persuna l-

oħra, mhux nimponi. Ġak 5, 1-6: Inkun ġust u onest mal-oħrajn fil-flus li nħallas, fil-ħidma

li nwettaq, fis-servizz li nagħti. Lq 12, 8-10 Ngħożż isem il-Mulej. Mt 5,48; 6,3: Ngħix is-sejħa li jagħmilli Ġesù biex inkun qaddis. Mt 5, 3-14: Inkun dixxiplu li jixbaħ lill-Imgħallem billi jgħix il-

beatitudnijiet. Lq 10, 27-37: Insammar ħarsti fuq il-Kmandament Ewlieni fil-qalba tal-

Liġi ta’Alla. Atti 2, 42-44: Ngħix hieni ma’ħuti fil-Knisja.

Page 313: Qorq Il-Pellegrin

310

T4. Taħriġ fid-Dixxerniment

L-immaġinazzjoni kontemplattiva hi forma ta’talb li nistgħu nużaw ta’ kuljum, biex inqattgħu ftit ħin mal-Mulej. Iżda hi ħafna aktar minn hekk. Għal Injazju u l-ewwel kumpanni Ġizwiti, din il-forma ta’ talb kellha tintuża, l-ewwel u qabel kollox, sabiex wieħed jieħu u jikkonferma deċiżjonijiet importanti f’ħajtu, fi proċess ta’ għażla quddiem Alla. Fid-tradizzjoni Injazjana, dan jissejjaħ dixxerniment.

Kulħadd irid jiddixxerni u jagħżel f’ħajtu. Ma nistgħux nagħżlu stat ta’ ħajja (eż. iż-żwieġ, il-ħajja reliġjuża, il-ħajja saċerdotali) jew professjoni kif nagħżlu ħelwa minn ġo borża. Hawn taħt tista’ ssib xi għajnuniet, iżda tajjeb li tfittex akkumpanjatur spiritwali u

Page 314: Qorq Il-Pellegrin

311

tagħmel irtir Injazjan (ta’ ħamest ijiem jew tmint ijiem) biex tiddixxerni għażliet importanti bħal dawn.

Page 315: Qorq Il-Pellegrin

312

T4.1: Kif nagħmel għażla importanti

1. Prinċipji Fit-tradizzjoni kattolika u injazjana, nemmnu li: • Il-ġejjieni tagħna ma ġiex magħżul għalina minn qabel: Alla ma

ipprogrammaniex bħal xi kompjuter. Madanakollu, certi għażliet ma jiddependux minna.

• Alla jsejħilna biex ngħixu vokazzjoni partikulari fil-Knisja u fis-soċjetà (ħajja miżżewġa, reliġjuża, professjonali...): jekk naċċettawx jew le jiddependi minna. Jekk ngħidulu le, hu jip-prova joffrilna alternattivi oħra sabiex ħajjitna jibqa’ jkolla sens.

• F’ċerti sitwazzjonijiet, l-għażla t-tajba hi ovvja, u ma nistgħux noqgħodu nduru mal-lewża biex nagħżlu ħaġa oħra: inkunu qed nidħqu bina nfusna. Però, f’ċerti sitważżjonijet, diffiċli li

Page 316: Qorq Il-Pellegrin

313

wieħed jagħraf x’inhi l-aħjar għażla. Hawnhekk wieħed irid jieħu l-ħin u l-mezzi biex jiddixxerni.

• Qatt ma nistgħu nkunu 100% ċerti li għażilna tajjeb, għaliex il-ħajja spiritwali u morali ma timxix biċ-ċertezzi assoluti bħall-matematika. Madanakollu, meta nkunu segwejna proċedura tajba u ħadna deċiżjoni bil-għaqal, tajjeb li nibnu fuqha, u ma ma nħallux id-dubji u l-inċerteżżi jaħlulna l-ħin u l-enerġija u jżommuna milli nimxu ‘l-quddiem.

• L-għażliet ta’veru neħduhom bħala persuni ħielsa. Iżda il-li-bertà assoluta ma teżistix: ngħażlu b’mod ħieles għaliex de-jjem jibqa’ fina il-kapaċità li mmorru lil hinn minn dak kollu li jikkundizzjonana. Din il-libertà tikber meta nagħrfu x’qed jikkundizzjunana, minn barra u speċjalment minn ġewwa (ġibdiet, biżat, dipendenza żejda fuq ċerti kumditajiet, esperjenzi trawmatiċi tal-imgħoddi...), u nirrelativizzaw l-importanza tiegħu jew ninħelsu minnu.

• Ir-rieda ta’Alla għalina hi li nilħqu l-quċċata ta’min aħna, li nsiru l-persuni uniċi li aħna maħluqin biex inkunu. Hu jridna niskopru u nwettqu x-xewqa l-aktar profonda li hu nnifsu qiegħed f’qalbna, u biex nagħmlu dan irridu nikbru fil-libertà billi ninħelsu mix-xewqat superfiċjali li jjassruna. It-talb bil-Kelma ta’Alla, l-akkumpanjament spiritwali u l-ħajja fil-Knisja (prattika tas-sagramenti, parteċipażżjoni fi gruppi u għaqdiet ta’ħajja nisranija) jgħinuna f’dan.

2. Motivazzjonijiet: Tajjeb li ngħarbluhom biex naraw jekk humiex: a. Verament kostruttivi: eż. “Nixtieq ngħix aktar bis-sħiħ”,

“Inħoss skumdità, ma nħossnix f’posti kif inhi l-ħaġa bħalissa u naf li hemm xi ħaġa li trid tinbidel”.

Page 317: Qorq Il-Pellegrin

314

b. Taparsi kostruttivi: eż. “Nixtieq nipprova ħaġa għax ġdida, biex ikolli esperjenza oħra”, “Nixtieq ngħoġob jew nikkuntenta lil dak (jew lil dik)”, “Nixtieq inkun ‘hero’ u nuri kemm jien kapaċi nagħmel affarjiet tajbin u radikali”, “Nagħżel li jagħżel kulhadd biex ma noqgħodx inħabbel rasi x’ser nagħżel”, “Nagħżel dak li ser jgħini nsir famuż, naqla ħafna flus jew nikseb ħafna poter bi sforz minimu).

3. Erba’ Dimensjonijiet u Tmien Prinċipji Fundamentali għal kull

għażla importanti fil-ħajja: 4 DIMENSJONIJIET 8 PRINĊIPJI a. Jien

Il-Passat 1. Nqiegħed lili nnifsi fil-kuntest storiku li ġej minnu.

Il-Preżent 2. Nieħu f’idejja l-libertà tiegħi, nagħżel b’mod responsabbli u nieħu r-risponsabbiltà ta’ li nagħżel.

Il-Futur 3. Nagħraf x’nixtieq tabilħaqq u nfassal proġett għall-ġejjieni.

b. L-oħrajn

Il-Qraba u l-Ħbieb

4. Nisma’ u nfittex il-ġid ta’dawk ta’madwari.

Il-fqar u l-imwarrbin

5. Ngħix is-solidarjetà fil-prattika u b’ġenerożità.

L-umanità 6. Ngħożż id-dinja u l-umanità avolja fiha l-ikrah tagħha.

Page 318: Qorq Il-Pellegrin

315

c. Il-ħajja, ir-realtà

7. Ngħożż il-ħajja, nirrispetta l-ambjent, niffaċċja ir-realtà u naċċetta dak li ma nistax nibdel fiha.

d. Dak li nemmen fih

8. Ninkludi l-fidi bħala kriterju fid-deċiżjoni u l-ħajja spiritwali tiegħi fil-proċess.

4. Il-Mumenti tad-deċiżjoni:

a. Qabel ma niddeċiedi: (i) Nibda billi nqis is-sitwazzjoni tiegħi: l-għażliet possibli,

il-limitazzjonijet, il-ħin li għandi biex niddeċiedi u nagħmel il-ħaġa, l-informazzjoni li ksibt, ix-xewqat li hemm fija, il-proġett li għandi għall-ġejjieni tiegħi, l-esperjenza tiegħi tal-passat.

(ii) Inqis imbagħad l-oħrajn, dawk ta’madwari, dawk li ser jintlaqtu mid-deċiżjoni tiegħi. Niftakar ir-risponsabbiltajiet tiegħi quddiem dawn il-persuni, u quddiem l-umanità, speċjalment il-fqar u l-imwarrbin.

(iii) Inqis ukoll id-dmirijiet tiegħi: li nirrispetta lill-persuni u lill-ambjent, nagħmel dak li hu tajjeb u xieraq, inħares il-liġijiet...

(iv) Ninkludi f’dan kollu l-fidi, norbot il-proċess tad-deċiżjoni mat-talb tiegħi, narah fid-dawl tal-Kelma t’Alla u l-ħajja tal-Knisja.

Dan kollu nista’ narah ma’mentor jew akkumpanjatur spiritwali, xi ħadd matur u ta’esperjenza. Jaf ikun utli li nniżżel fuq karta r-raġunijiet favur u kontra kull għażla, u għal kull raġuni x’piż nagħtiha, u nara ftit jekk dan il-piż hux ġej mir-raġuni jew mill-ġibdiet u l-biżat li hemm fija.

b. Id-deċiżjoni proviżorja: Taf tkun ta’żewġ tipi:

Page 319: Qorq Il-Pellegrin

316

(i) “Nagħżel ‘x’ jekk fi żmien ‘ż’ ma nsibx raġuni kontra qawwija biżżejjed li ġġegħelni nibdel l-għażla tiegħi (u nagħżel ‘y’, minflok)”;

(ii) “Nagħżel ‘x’ jekk fi żmien ‘ż’ insib biżżejjed x’jikkonferma din l-għażla” (Jekk le, nibqa’ kif jien, jew nagħżel ‘y’, eċċ).

Ovvjament, irrid inkun ċar miegħi innifsi x’qed nifhem b’ “raġuni kontra qawwija biżżejjed” u x’qed nistenna bħala “konferma”. Il-limitu ta’żmien irid jiġi deċiż minn qabel.

c. Id-deċiżjoni definittiva: Hi ħaġa importanti li wara ċertu żmien ta’ prova jew proviżorjetà, id-deċiżjonijiet importanti f’ħajti isiru definittivi, għaliex hekk biss inkun nista’ nibni fuqhom u nuża l-libertà biex nieħu deċiżjonijiet oħra. L-inċertezza fuq id-deċiżjonijiet tal-passat toħnoq il-libertà tiegħi biex nagħżel fil-preżent u nibni futur.

d. Wara d-deċiżjoni: Nagħraf li din id-deċiżjoni hi deċiżjoni tiegħi: mela ngawdi l-frott tagħha u naċċetta l-konsegwenzi negattivi li jaf ikollha. Naċċetta dak li tlift meta ħallejt l-għażliet l-oħra possibli jaqgħu, għax naf li mhux kollox hu possibli fil-ħajja. Naċċetta din it-telfa għax konvint li d-deċiżjoni tiegħi ħadtha tajjeb u għalija dak li ksibt hu aqwa minn dak li warrabt. Nirbaħ it-tentazzjoni li nerġa mmur lura fuq id-deċiżjoni, sakemm ma jkunx hemm raġunijiet serji ħafna.

[Metodu inspirat minn preżentazzjonijiet mogħtija fi Franza minn Jean-Marc Furnon SJ, Jérôme Giungand SJ, u René Micallef SJ.]

Page 320: Qorq Il-Pellegrin

317

T4.2: Għandi vokazzjoni biex nidħol ġiżwita?

Kemm minn dawn is-sentenzi jgħoddu għalik? 1. Inħoss fija xewqa persistenti li nsir saċerdot jew brother

f’ordni reliġjuż, minkejja l-ostakli. 2. Inħoss li jien ħieles u disponibbli biżżejjed biex noffri ħajti lill-

Mulej u mmur fejn jibgħatuni s-superjuri. 3. M’inix qed infittex it-tbatija fiha nfisha, iżda lest inċaħħad lili

nnifsi u nagħmel saġrifiċċji biex nimxi wara Ġesù. 4. Ma tkiddnix l-idea li nieħu l-aħħar post, ukoll meta nista’ nkun

tal-ewwel. 5. Nixtieq noffri lill-Mulej l-aħjar snin ta’ħajti. 6. Nixtieq nlaqqa’ persuni oħra ma’Ġesù.

Page 321: Qorq Il-Pellegrin

318

7. Qed infittex familja spiritwali f’komunità reliġjuża. 8. Nixtieq inwassal il-Bxara t-Tajba lil hinn mill-fruntieri tal-Knisja

u ta’pajjiżi. 9. Nixtieq inservi u nkun solidarju mal-fqar u l-emarġinati mhux

biss f’esperjenzi limitati ta’volontarjat, iżda b’mod definittiv. 10. Għandi bosta ħbieb, u nieħu ġost inqatta’ ħin ta’mistrieħ

magħhom. Meta jkellmuni fuq ħajjithom nismagħhom bil-qalb, ukoll jekk ħafna drabi nħoss li m’għandix soluzzjonijiet faċli x’nissuġġerilhom. B’formazzjoni bħala ġiżwita nittama li nkun nista’ nisma’ aħjar lil ħbiebi, nara kif il-Mulej hu preżenti f’ħajjithom u ngħinhom jiskopruh fihom.

11. Ħlief ħwejjġi u l-affarjiet peronali tiegħi, ma nħoss li għandi xejn li ma nistax nagħtih b’xejn u bil-qalb lill-ħaddieħor jekk ikun hemm raġuni valida.

12. Ngħożż lill-Knisja u nqisa bħala ommi ukoll jekk inħoss li għandha tiġġedded f’ċerti affarjiet.

13. Lest inkun strument tal-Ispirtu fit-tiġdid tal-Knisja filwaqt li nfittex li nibqa’dejjem fidil lejn it-tradizzjoni li ġejja minn Ġesù u l-appostli.

14. Inħossni verament konvint li l-Mulej jaf jimlieli ħajti ukoll fin-nuqqas ta’partner u ta’familja bit-tfal, jekk fil-kas tiegħi din iċ-ċaħda tilliberani sabiex naqdi lil Alla, lill-Knisja u lill-umanità aħjar.

15. Inħoss li Alla għandu post u ħin relevanti f’ħajti: it-talb jiġbidni u l-liturġija (iċċelabrata b’dinjità u bla guffaġni u eżaġerazzjonijiet) tgħajjixni.

16. Inħossni midneb u dgħajjef. M’iniex denju li nsir saċerdot jew reliġjuż. Madanakollu, naf li l-Mulej sejjaħ lil nies midinbin u dgħajfa u għalhekk ma neskludix li qed isejjaħ lili wkoll.

17. Nemmen li l-Knisja teħtieġ saċerdoti u brothers iffurmati tajjeb. Lest li nifforma ruħi ukoll jekk dan ikun jinvolvi bosta

Page 322: Qorq Il-Pellegrin

319

snin ta’studju. Nagħraf il-limitazzjonijet tiegħi iżda nafda li l-Kumpanija ta’ Ġesù taf tagħmel użu tajjeb mit-talenti tiegħi u taf tgħini niżviluppahom għas-servizz tal-oħrajn.

18. Nixtieq inkun parti minn komunità li taqdi l-missjoni ta’Kristu fid-dinja.

19. Nixtieq inħabbrek għall-ġustizzja u l-paċi f’pajjiżi u fid-dinja. 20. Nixtieq insir naf u nidħol fi djalogu ma’kulturi u reliġjonijiet

oħra. 21. Għandi ftit esperjenza tal-Ispiritwalità Injażjana u nħossha

tiġbidni u tagħmel sens għalija. 22. Qrajt l-Awtobijografija ta’Sant’Injażju, xi kotba oħra serji u

posittivi dwar il-Kumpanija u xi pubblikażżjonijiet tal-Kumpanija. Żort ukoll bosta websites tal-ġiżwiti u nħoss li l-mod ta’kif inħares lejn il-Knisja u d-dinja jixbhu lill-viżjoni li sibt f’dawn il-paġni.

23. Naf li kull ġiżwita għandu d-difetti tiegħu, iżda hemm ġiżwita partikulari li jispirani: fil-mod ta’kif jitkellem, jaħdem u jittratta ma ħaddieħor nagħraf l-intimità tiegħu ma’Alla, rispett u mħabba profonda lejn l-oħrajn, maturità personali kbira, kreattività u inizzjattiva, eċċ.

Jekk, fil-maġġuranża, dawn l-affirmazzjonjiet jgħoddu għalik, hemm ċans tajjeb li l-Mulej qed isejjaħlek biex tidħol ġiżwita. Iżda dan kollu jrid jiġi ikkonfirmat fil-talb, bil-għajnuna ta’akkumpanjatur spiritwali. Ir-raġunijiet li ġejjin, per se, ma jindikawx li hemm vokazzjoni, u ħafna drabi, meta l-persuna tagħtihom importanza żejda, x’aktarx li ma jkun hemm vokazzjoni xejn:

Page 323: Qorq Il-Pellegrin

320

1. M’inix qed nara alternattivi oħra għal ħajti jekk mhux il-ħajja reliġjuża.

2. Il-flus għalija ħaġa maħmuġa u problematika: fil-ħajja reliġjuża ma noqgħodx inħabbel rasi fuq kif ser naqla ħobżi, kemm nista’ nonfoq, eċċ.

3. Jiġbidni l-prestiġju li jġib miegħu it-titlu u l-ilbies tas-saċerdot, u l-fatt li l-qassisin huma miġjubin minn-nies. Il-ġiżwiti, imbagħad, huma magħrufin bħala nies intelliġenti u kulti, u nixtieq li n-nies jarawni hekk, bħala wieħed minnhom.

4. Saċerdot li naf, ħabib jew xi ħadd minn tal-familja dejjem jgħidli li jixtieq jarani nsir qassis u dejjem itambarli li għandi vokazzjoni. Nixtieq nipprova ħa nara jekk hux veru... xejn xejn nikkuntentah.

5. Il-ġiżwiti joffrulek possibiltajiet li tistudja u tgħix barra minn Malta. Esperjenza sabiħa li diffiċli nagħmilha mod ieħor. Hu x’inhu li titgħallem dejjem jiswa.

6. Jgħoġbuni ħafna l-Filosofija u Teoloġija, mela x’aktarx għandi vokazzjoni. Jekk insir ġiżwita, ikun nista’ nitgħallem sew dawn is-suġġetti u nispeċjalizza fihom.

7. Ma nħossnix lest nidħol għaż-żwieġ u nerfa’ r-responsabbiltà ta’familja.

8. Id-dinja ta’llum fiha ħafna taħwid u qed infittex post kwiet fejn kollox hu ordnat u ċar, u b’hekk nista’ ngħix faċilment il-qdusija.

9. Iż-żgħażagħ ta’mpari moħħom fis-sess u x-xalar, u m’għadekx issib tfajliet bilgħaqal. Iż-żwiġijiet ta’sħabi qed jitfarrku. Jekk insir reliġjuż niffranka dan l-inkwiet u l-uġiegħ tal-qalb.

Page 324: Qorq Il-Pellegrin

321

Lil żagħżugħ li jkun jixtieq isir ġiżwita ngħidlu dan: - Jekk din l-idea tqallbek minn ġewwa u toħloq tensjoni fik,

ibqa’ d-dar. - La tiġix għandna jekk tqis il-Knsija b’mart missierek, u mhux

b’ommok. - La tiġix għandna jekk taħseb li qed tagħmel pjaċir lill-

Kumpanija ta’Ġesù billi ssir ġiżwita. - Ejja jekk fiċ-ċentru ta’ħajtek tqiegħed is-servizz ta’Kristu. - Ejja jekk għandek spallek jifilħu kemm hemm bżonn, spirtu

miftuħ, moħħ raġonevolment miftuħ u qalb akbar mid-dinja. - Ejja jekk taf tiċċajta u tidħaq mal-oħrajn... u xi mindaqqiet

tidħaq saħansitra bik innifsek. Pedro Arrupe, sj Superjur Ġenerali tal-Kumpanija ta’Ġesù (1965–1983).

Għal aktar tagħrif żur: http://www.jesuitvocations.org.uk/ http://www.jesuitvocation.org/ http://www.jesuitvocations.ie/ http://jesuitvocation.libsyn.org/ http://www.jesuitvocation.org.au/ http://www.jesuits.ca/Join_us/ http://www.thinkjesuit.org/

Page 325: Qorq Il-Pellegrin

322

T4.4: Wanted: Christian Leaders Job opportunity Ad: (reserved especially for ‘citizens of the world’)

Nationality: Candidates from any place in the world may apply. There is work to be done for peoples of all colours, creeds, clas-ses and backgrounds everywhere, at all levels of the human so-ciety. Qualifications: All candidates: 1) must have a deep desire to draw inspiration from Christ

their leader and model;

Page 326: Qorq Il-Pellegrin

323

2) must have at least some awareness that people in their so-ciety live by two sets of values: one that makes them selfish and another that makes them ‘free’ human beings;

3) must be prepared to face inconvenience, discomfort, criti-cism, opposition… from people who are opposed to higher values.

Age: No limit. However, preference will be given to those who have a strong and generous heart for the mission of Christ. Experience: A minimum experience of God, of prayer, of service to humanity is necessary. Those without even this minimum may apply for apprenticeship. Remuneration: There are no monetary gains in this venture, but candidates will soon discover that they acquire virtues and val-ues that all the money in the world cannot buy. Their greatest assets will be peace, happiness, joy, and a spirit of service. The greatest prospect would be a life closely identified with that of their Model, Jesus Christ, with all its implications, including pov-erty, dishonour and humility. Are you brave enough to volunteer?

Page 327: Qorq Il-Pellegrin

324

Għeluq: Duqu u taraw tjubitu Nirringrazzjawk, Mulej, talli ġbartna hawn. Nitolbuk tilqa' il-ftit li aħna kapaċi nagħtuk. Nitolbuk twieżen l-impenn tagħna fit-talb. Agħmel li ma nhedew qatt inħabbtu u nitolbu. Agħmel li nsibu l-hena tagħna

f' li nadurawk u noffrulek lilna nfusna. Int biss tista' ssejħilna lejk, Int biss tista' tgħarrafna kelmtek, Int biss tista' tħallina ntiegħmu l-verità tiegħek. 'Tina li nduqu, Mulej, din it-togħma qawwija, Togħma ta' veru, Ukoll jekk xi mindaqqiet inħossuha morra. Int it-triq, il-verità, il-ħajja; Int ir-rebbieħ li ħakem il-mewt, il-mard; Int tgħallimna ngħadru tabilħaqq lill-bnedmin ħutna: Int li tgħix u ssaltan Mal-Missier u ma' l-Ispirtu s-Santu Fis-sema u fuq l-art Għal dejjem ta' dejjem. Ammen. [Carlo Maria Martini, sj.]56

Page 328: Qorq Il-Pellegrin

325

1 Rahner, K. 1999. Encounters with Silence. St. Augustine's Press. South Bend, Indiana (SUA). Used by permission. 2 Minn diskors li ta Alberto Hurtado lill-konfraternità tal-Hogar de Cristo, fl-4 ta´April 1952, ftit qabel ma marad. Hurtado, A. 2005. Búsqueda de Dios. Pontificia Universidad Católica de Chile. Santiago (Ċile). pp. 237-238. 3 In: McNally, T. and Storey, W. G. 1978. Lord Hear Our Prayer. Ave Maria Press. Notre Dame, Indiana. (© 1978 by Ave Maria Press, Inc., P.O. Box 428, Notre Dame, IN, 46556, www.avemariapress.com. All rights reserved.) 4 Meħud minn: ECEN. 1998. Sinfonia Oecumenica. Célébrations avec les Églises du monde. Basilea. 5 Adapted from a card published by the Liturgical Press, Collegeville, Minn., USA. 6 “Gesù, luce da luce”, © CEI (Conferenza Episcopale Italiana, Italja). 7 “Ferme mes yeux pour revoir tes merveilles”, © CNPL/SNPLS (Service National de la Pastorale Liturgique et Sacramentelle, Franza). 8 Hughes, G. W. 1993. Oh God, Why? Bible Reading Fellowship. Abingdon (UK/RU) www.brfonline.org.uk. p. 98. Used by permission. 9 McNally, T. and Storey, W. G. 1978. Lord Hear Our Prayer. Ave Maria Press. Notre Dame, Indiana. (© 1978 by Ave Maria Press, Inc., P.O. Box 428, Notre Dame, IN, 46556, www.avemariapress.com. All rights reserved.) 10 Martini, C. M. 1977. Gli esercizi ignaziani alla luce di S. Matteo. Edizioni AdP. Ruma (Italja). 9a meditazione. Mislut bil-permess. 11 Hughes, G. W. 1993. Oh God, Why? Bible Reading Fellowship. Abingdon (UK/RU) www.brfonline.org.uk. p. 128. Used by permission. 12 Martini, C. M. 1994. Promise Fulfilled. p. 109. St Pauls. Slough (RU). Used by permission. 13 Merton, T. 1958-1999. Thoughts in Solitude. Abbey of Our Lady of Geth-semani / Farrar, Straus & Giroux, Inc. New York. 14 In: Lewis, H. 1991. At Home with God. Gujarat Sahitya Prakash. Anand, Guja-rat (Indja). Used by permission. The book has been reedited as “God Here and Now”, cf. http://joygift.tripod.com . 15 Link, M. 1971. He is the Still Point of the turning world. Resources for Christian Living. Allen, Texas (SUA). Used by permission.

Page 329: Qorq Il-Pellegrin

326

16 Thomas a’ Kempis and Creasy, W. 1989. The Imitation of Christ. Ave Maria Press. Notre Dame, Indiana. (© 1989 by Ave Maria Press, Inc., P.O. Box 428, Notre Dame, IN, 46556, www.avemariapress.com. All rights reserved.) 17 Minn kummentarju tal-Litaniji tal-Qalb ta’Ġesù, meta Arrupe kien Mastru tan-novizzi fil-Ġappun, fl-1954. García, J. A. (ed). 2007. Orar con el Padre Arrupe. Mensajero. Bilbao. pp. 29-30. 18 In: Lewis, H. 1991. At Home with God. Gujarat Sahitya Prakash. Anand, Guja-rat (Indja). Used by permission. The book has been reedited as “God Here and Now”, cf. http://joygift.tripod.com. 19 © CNPL/SNPLS (Service National de la Pastorale Liturgique et Sacramentelle, Franza). Mislut bil-permess. 20 Rahner, H. and Rahner, K. 1962 Prayers for Meditation. Herder and Herder. New York. Used by permission. 21 The song “No Better Rest” is taken from the documentary "In the Footsteps of Francis Xavier" produced by Kuangchi Program Service, Taipei, Taiwan (1994). Lyrics: J. Go sj. Music: M. Francisco sj. 22 Hughes, G. W. 1993. Oh God, Why? Bible Reading Fellowship. Abingdon (UK/RU) www.brfonline.org.uk. p. 71. Used by permission. 23 In: McNally, T. and Storey, W. G. 1978. Lord Hear Our Prayer. Ave Maria Press. Notre Dame, Indiana. (© 1978 by Ave Maria Press, Inc., P.O. Box 428, Notre Dame, IN, 46556, www.avemariapress.com. All rights reserved.) 24 F´: Dubois-Dumée, J.-P. 1988. Écoute, Seigneur, ma prière. Desclée de Brou-wer. Pariġi. Mislut bil-permess. 25 In: McNally, T. and Storey, W. G. 1978. Lord Hear Our Prayer. Ave Maria Press. Notre Dame, Indiana. (© 1978 by Ave Maria Press, Inc., P.O. Box 428, Notre Dame, IN, 46556, www.avemariapress.com. All rights reserved.). 26 Rahner, K. 2000. Watch and Pray with Me. Crossroad. New York. Used by permission. 27 Hofinger, J. 1962. The Art of Teaching Christian Doctrine. University of Notre Dame Press. Notre Dame, Indiana. Used by permission. 28 © CNPL/SNPLS (Service National de Pastorale Liturgique et Sacramentelle, Franza). Mislut bil-permess. 29 Dupuis, J., Echaniz, I. M., Volckaert, J. 1971. Give Praise to the Lord. Gujarat Sahitya Prakash. Karamsad, Kaira Dt. (Indja). Used by permission.

Page 330: Qorq Il-Pellegrin

327

30 Minn: Dubois-Dumée, J.P. 1992. Prières en Liberté. Desclée de Brouwer. Pariġi. Mislut bil-permess. 31 © CNPL/SNPLS (Service National de la Pastorale Liturgique et Sacramentelle, Franza). Mislut bil-permess. 32 Dupuis, J., Echaniz, I. M., Volckaert, J. 1971. Give Praise to the Lord. Gujarat Sahitya Prakash. Karamsad, Kaira Dt. (Indja). Used by permission. 33 In: Lewis, H. 1991. At Home with God. Gujarat Sahitya Prakash. Anand, Guja-rat (Indja). Used by permission. The book has been reedited as “God Here and Now”, cf. http://joygift.tripod.com. 34 In: Lewis, H. 1991. At Home with God. Gujarat Sahitya Prakash. Anand, Guja-rat (Indja). Used by permission. 35 Martini, C. M. 2007. Gli esercizi ignaziani alla luce di S. Matteo. Edizioni AdP. Ruma (Italja). 1a meditazione. Mislut bil-permess. 36 Hughes, G. W. 1993. Oh God, Why? Bible Reading Fellowship. Abingdon (UK/RU) www.brfonline.org.uk. p. 203. Used by permission. 37 B’din it-talba famuża, Pedro Arrupe ikkonkluda il-konferenza tiegħu fuq “Il-mod ta’kif nimxu aħna l-Ġiżwiti” mogħtija fit-18 ta’Jannar, 1979. 38 Martini, C. M. 2007. Gli esercizi ignaziani alla luce di S. Matteo. Edizioni AdP. Ruma (Italja). 1a meditazione. Mislut bil-permess. 39 © ADF/Studio-SM, La Rinjardière, Franza. 40 Vannorsdall, J. W. 1970. Campus Prayers for the ‘70’s. Fortress Press. Minne-apolis, Minnesota. The use of this text in the present publication has been clas-sified as “fair use” and approved by Augsburg/Fortress. 41 Excerpted and adapted from: McNally, T. and Storey, W. G. 1978. Lord Hear Our Prayer. Copyright 1978 by Ave Maria Press, Inc., P.O. Box 428, Notre Dame, IN, 46556, www.avemariapress.com. All rights reserved. Used by permission. 42 In: Harter, M. (ed.). 1993. Hearts on Fire. The Institute of Jesuit Sources. St. Louis, Missouri. Used by permission. 43 Ippublikat f’X. Diaz del Rio. 1990. Ever to Love and to Serve. Gujarat Sahitya Prakash. Anand (Indja). Used by permission. 44 The JRS Europe Theological Reflection Team. 1999. Preparing for Easter. http://www.with.jrs.net/files/Lent%20Book.pdf. 45 In: Lewis, H. 1991. At Home with God. Gujarat Sahitya Prakash. Anand, Guja-rat (Indja). Used by permission.

Page 331: Qorq Il-Pellegrin

328

46 Dupuis, J., Echaniz, I. M., Volckaert, J. 1971. Give Praise to the Lord. Gujarat Sahitya Prakash. Karamsad, Kaira Dt. (Indja). Used by permission. 47 Talba għall-Għid il-Kbir fid-deżert ta’Ordos (Mongolja). Ippublikata bl-Ingliż fl-artiklu “The Priest Who Haunts the Catholic World”. Saturday Evening Post (12 ta’Ottubru 1963). 48 In Harling, P., World Council of Churches. 1995. Worshipping Ecumenically. WCC Publications. Geneva. Used by permission. 49 Hannan, P. 2003. If Only You Wrestle. Columba Press. Dublin. Used by per-mission. 50 De Mello, A. 1984. Sadhana. A Way to God. Image Books. New York. 51 Aktar dettalji f´De Mello, A. 2003. Contact with God. Image Books – Double-day. New York, p. 185. 52 Aktar dettalji f’Ballester, M. 1978. Experiencias de oración profunda. CIS. Ruma. 53 Xi uħud iżidu l-kelma ‘midneb’, iżda din hi żieda li fit-tradizzjoni Esikasta mhix meqjusa bħala essenzjali. Ara Ballester, M. 1978. Experiencias de oración profunda. CIS. Ruma. 54 Il-verzjoni bil-Malti hi ta’Bernard Mallia (© Maltese Jesuit Province). L-originali, “City of God”, bl-Ingliż, u l-mużika, huma propjetà ta´ OCP Publications (http://www.ocp.org/compositions/1642). 55 Imfassala fuq il-“Prère de l´Alliance”, li tinsab fuq is-sit tal-Kommunitajiet ta’Ħajja Nisranija “CVX Midi-Pyrénées", http://cvxmpy.free.fr (18 ta’Ottubru, 2004). 56 Martini, C. M. 2007. Gli esercizi ignaziani alla luce di S. Matteo. Edizioni AdP. Ruma (Italja). 6a meditazione. Mislut bil-permess.

Page 332: Qorq Il-Pellegrin

329