12
Ottubru / Diċembru 2017 - 1 Pubblikazzjoni Assoċjazzjoni Radju Marija (Malta) Nru. 87 – Ottubru – Diċembru 2017 Il-Papa Franġisku qal l ill-pellegrini biex jinjoraw persuni negattivi li jkaxkru magħhom lil oħrajn u saħħaq fuq il-bżonn li jżommu doża b’saħħitha tal-ferħ li esperjenzaw meta ltaqgħu l-ewwel darba ma’ Kristu, li trid isservina bħala motivazzjoni biex inxerrdu l-aħbar tajba. Qal biex ma nisimgħux minn min jirrikkmandalna biex ma nittamawx fil-ħajja; ma nafdawx f’min irid jitfilna kull ħeġġa għax jgħidilna li l-ebda biċċa xogħol ma timmerita s-sagrifiċċju ta’ ħajja sħiħa; ma nisimgħux minn dawk li qalbhom “xjaħet” u jridu jifgaw il-ħeġġa taż-żgħożija. Ejja mmorru għand ix-xjuħ li għandhom għajnejhom jiddu bit-tama! Ejja nikkultivaw utopji tajbin: Alla jridna noħolmu bħalu u miegħu, aħna u mexjin, attenti għar- realtà. Noħolmu dinja differenti. U jekk ħolma tintfielna, ħa nfittxu li nerġgħu noħolmuha mill-ġdid, nixorbu kollna tama mill-memorja tal-għeruq tagħna, ta’ dak il- ġamar li, forsi wara ħajja mhux daqshekk tajba, jinsab moħbi taħt l-irmied tal-ewwel laqgħa tagħna ma’ Ġesù. Il-Papa Franġisku - 30 t’Awwissu 2017

Pubblikazzjoni Assoċjazzjoni Radju Marija (Malta) Il-Papa ... · persuni reliġjużi u kkonsagrati fejn magħhom se niddiskutu b’mod attwali u b’lingwaġġ li jista’ jilħqu

  • Upload
    others

  • View
    2

  • Download
    0

Embed Size (px)

Citation preview

Page 1: Pubblikazzjoni Assoċjazzjoni Radju Marija (Malta) Il-Papa ... · persuni reliġjużi u kkonsagrati fejn magħhom se niddiskutu b’mod attwali u b’lingwaġġ li jista’ jilħqu

Ottubru / Diċembru 2017 - 1

Pubblikazzjoni Assoċjazzjoni Radju Marija (Malta)

Nru. 87 – Ottubru – Diċembru 2017

Il-PapaFranġisku

qal

lill-pellegrini biex jinjoraw persuni negattivi li

jkaxkru magħhom lil oħrajn u saħħaq fuq il-bżonn li

jżommu doża b’saħħitha tal-ferħ li esperjenzaw meta

ltaqgħu l-ewwel darba ma’ Kristu, li trid isservina bħala

motivazzjoni biex inxerrdu l-aħbar tajba.

Qal biex ma nisimgħux minn min jirrikkmandalna biex

ma nittamawx fil-ħajja; ma nafdawx f’min irid jitfilna kull

ħeġġa għax jgħidilna li l-ebda biċċa xogħol ma timmerita

s-sagrifiċċju ta’ ħajja sħiħa; ma nisimgħux minn dawk li

qalbhom “xjaħet” u jridu jifgaw il-ħeġġa taż-żgħożija.

Ejja mmorru għand ix-xjuħ li għandhom għajnejhom

jiddu bit-tama! Ejja nikkultivaw utopji tajbin: Alla jridna

noħolmu bħalu u miegħu, aħna u mexjin, attenti għar-

realtà. Noħolmu dinja differenti. U jekk ħolma tintfielna,

ħa nfittxu li nerġgħu noħolmuha mill-ġdid, nixorbu

kollna tama mill-memorja tal-għeruq tagħna, ta’ dak il-

ġamar li, forsi wara ħajja mhux daqshekk tajba, jinsab

moħbi taħt l-irmied tal-ewwel laqgħa tagħna ma’ Ġesù.

Il-Papa Franġisku - 30 t’Awwissu 2017

Page 2: Pubblikazzjoni Assoċjazzjoni Radju Marija (Malta) Il-Papa ... · persuni reliġjużi u kkonsagrati fejn magħhom se niddiskutu b’mod attwali u b’lingwaġġ li jista’ jilħqu

2 - Radju Marija

Għalkemm aktar nitkellmu u

nirriflettu dwar il-misteru tat-

tbatija fil-jiem tar-Randan

Imqaddes, speċjalment matul

il-Ġimgħa l-Kbira, fix-xahar ta’

Settembru niċċelebraw żewġ festi li jlaqqgħuna

ma’ dan il-misteru. Nhar l-14 ta’ Settembru

ċċelebrajna l-Festa tal-Eżaltazzjoni tas-Salib;

u l-għada l-15 ta’ Settembru, fakkarna s-Seba’

Duluri ta’ Marija.

Din tal-aħħar diġà nsibu l-bidu tagħha fil-11-

il seklu, għalkemm taħt diversi ismijiet. Fis-sena

1482 diġà l-festa tad-Duluri daħlet uffiċjalment

fil-Missall Ruman taħt it-titlu ta’ ‘L-MADONNA

TAL-KOMPASSJONI’. Fl-1727, il-Papa Benedittu

13 poġġa din il-festa fil-Kalendarju Ruman

sabiex tiġi ċċelebrata nhar il-Ġimgħa ta’ qabel

Ħadd il-Palm, realtà li għadha qed iseħħ hawn

Malta. Imma nafu li din liturġikament kienet ġiet

imneħħija bir-riforma li saret fl-1969. Kien il-Papa

Piju 10 li b’mod definittiv poġġa din il-festa f’ġieħ

is-7 duluri ta’ Marija għall-15 ta’ Settembru u

l-Knisja ta’ wara l-Konċilju Vatikan II reġgħet lura

għal din id-data.

INĦALLU LIL MARIJA TGĦALLIMNA

Hemm wieqfa taħt is-Salib, hekk kif

jippreżentahielna San Ġwann, Marija tgħallimna

mhux biss kif għandna ngħaqqdu t-tbatijiet

tagħna ma’ dawk ta’ Kristu imma wkoll kif

għandna nġibu ruħna ma’ dawk li qegħdin ibatu.

Marija kemm fil-mixja lejn u mhux inqas fuq il-

Kalvarju, tingħaqad b’mod intimu mat-tbatijiet

ta’ Binha Ġesù. Nistgħu ngħidu li d-demm ta’

Ġesù mislub tħallat mad-dmugħ ta’ Marija. Din

hija s-sejħa tagħna. San Pawl jistedinna sabiex

ngħaqqdu t-tbatijiet tagħna ma’ dawk ta’ Kristu

għas-salvazzjoni tal-umanità.

Marija tgħallimna wkoll kif għandna nġibu

ruħna ma’ min qed ibati. Fuq il-Kalvarju, f’Marija

jispikkaw il-ġesti qaddisa ta’ KOMPASSJONI TA’

PREŻENZA... KOMPASSJONI ATTIVA.... IMMA

SIEKTA. Hawn qiegħda wkoll is-sejħa tagħna

bħala Nsara, sejħa bil-għan li nesprimu solidarjetà

ta’ kompassjoni ma’ min qed ibati bil-preżenza

ħafna drabi siekta imma attiva u effettiva tagħna.

Imsejħin sabiex inkunu ‘s-Samaritan it-Tajjeb’

mal-marid u ma’ kull min b’xi mod qed ibati.

Nemmen li din hija wkoll is-sejħa ta’ Radju

Marija, sejħa fejn bid-diversi programmi li

jwassal fid-djar tagħkom ikun ta’ kumpanija u

għajnuna għal ħafna morda. Radju Marija għandu

vokazzjoni: dik li, bħal Marija u ma’ Marija, lejl u

nhar ikun hemm bilwieqfa taħt is-Salib tiegħek,

ħija u oħti, li qed tbati.

Fr Philip Cutajar

MUDELL GĦALINA FIT-TBATIJA

Page 3: Pubblikazzjoni Assoċjazzjoni Radju Marija (Malta) Il-Papa ... · persuni reliġjużi u kkonsagrati fejn magħhom se niddiskutu b’mod attwali u b’lingwaġġ li jista’ jilħqu

Ottubru / Diċembru 2017 - 3

li ser jixxandru fl-iskeda tal-ħarifa mit-Tnejn 25 ta’ Settembru sal-Ħadd 31 ta’ Diċembru 2017

PROGRAMMI ĠODDA TA’

Radju MaRija

MUDELL GĦALINA FIT-TBATIJA

AwTURI TA’ KOMUNJONI

Preżentazzjoni: Sr Alexandra Chircop, soru Franġiskana u Fr Eric Cachia, Sależjan

Jixxandar nhar ta’ Tlieta fid-9.00pm u jkun imtenni s-Sibt fil-5.00am

It-titlu tal-programm huwa silta minn wieħed mid-diskorsi li l-Papa ta lill-persuni kkonsagrati. Dan hu programm li jixtieq jilħaq ħafna semmiegħa, l-aktar persuni kkonsagrati li ħafna minn dawn ikunu qed isegwu l-programm waqt il-ħidma u l-appostolat tagħhom, imma minħabba bosta impenji ma jkunux dejjem jistgħu jattendu laqgħat ta’ aġġornament. Radju Marija se jwassal din l-opportunità ta’ formazzjoni permanenti. Il-programm se jkun ippreżentat minn Fr Eric Cachia, Sależjan ta’ Dun Bosco u minn Sr Alexandra Chircop, Franġiskana tal-Qalb ta’ Ġesù. F’kull programm se jkun hemm mistiedna persuni reliġjużi u kkonsagrati fejn magħhom se niddiskutu b’mod attwali u b’lingwaġġ li jista’ jilħqu kulħadd, temi diretti u attwali fuq il-ħajja kkonsagrata f’Malta. Kull riflessjoni se tkun ibbażata fuq il-kitbiet ta’ Papa Franġisku, b’mod speċjali fuq l-Amoris Laetitia, Evangelii Gaudium u Laudato Si. Il-programm se jkun ta’ spazju fejn nistgħu niċċelebraw dak li hu sabiħ, niddiskutu sfidi attwali u nsaħħu l-impenn tagħna fil-Knisja Maltija. Fost il-mistiedna se nilqgħu wkoll lil Monsinjur Arċisqof.

GĦALIK LI TEMMEN

Produzzjoni u preżentazzjoni: Michael Caruana

Jixxandar l-ewwel darba nhar ta’ Ħamis fis-2.00pm u jkun imtenni t-Tnejn fis-6.00am

Fil-Vanġelu skont San Mark Kap 16 Ġesù jgħidilna: "Dawn huma s-sinjali li jsieħbu lil dawk li jemmnu: f'ismi jkeċċu x-xjaten, jitkellmu b'ilsna ġodda, jaqbdu s-sriep b'idejhom, u jekk jixorbu xi xorb li jġib il-mewt ma jagħmlilhomx ħsara; iqiegħdu jdejhom fuq il-morda u dawn ifiqu." Ġesù ta' din l-awtorità lil kull min jemmen fih. Ta din il-qawwa lilek li temmen fih. Il-programm Għalik li temmen huwa programm ta' mużika Nisranija kontemporanja mżewwaq b'qari mill-Iskrittura li jikkumplimenta l-ħajja Nisranija tagħna.

IL-FAMILJA – BARKA T'ALLA

Produzzjoni mill-Moviment ta’ Kana. Preżentazzjoni ta’ Dr Manwel Schembri LLD u Joe Farrugia

Jixxandar live kull nhar ta’ Sibt bejn l-10.00am u l-11.00am u jkun imtenni l-Ħamis fis-6.00am

F'dan il-programm ta' siegħa, flimkien ma' kelliema esperti se naraw xi tfisser il-familja Nisranija, x'inhuma r-rwoli tal-ġenituri, xi jfissru l-ulied fil-familja, x'inhuma l-barkiet li nsibu fil-familja, x'inhuma d-diffikultajiet li tħabbat wiċċha magħhom il-familja, kif għandna nieħdu ħsieb l-ulied biex ngħinuhom ikunu ċittadini tajbin u Nsara ta' fidi. F'kull programm ser jieħu sehem Fr Charles Attard, li huwa d-direttur attwali tal-Moviment ta' Kana, Moviment providenzjali f'pajjiżna li għandu sehem importanti fil-formazzjoni tal-familja Nisranija f'Malta. Ikun hemm ħin ukoll biex is-semmiegħa jwasslu l-opinjoni tagħhom dwar is-suġġett li jkun qed jiġi diskuss.

Page 4: Pubblikazzjoni Assoċjazzjoni Radju Marija (Malta) Il-Papa ... · persuni reliġjużi u kkonsagrati fejn magħhom se niddiskutu b’mod attwali u b’lingwaġġ li jista’ jilħqu

4 - Radju Marija

INBID ĠDID

Preżentazzjoni: Jude Muscat

Jixxandar live nhar ta’ Tnejn fid-9.00pm u jkun imtenni nhar ta’ Ħamis fil-5.00am

Dan il-programm irid jistaqsi mistoqsija importanti: inbid ġdid jew damiġjani qodma? Irridu naraw jekk aħniex immotivati minn prinċipji sodi, imsaħħa b’tama u b’fiduċja fit-tmexxija tal-Ispirtu Qaddis jew baqax biss qafas ta’ strutturi, tradizzjonijiet u drawwiet. Issir riflessjoni dwar il-ħidma u l-istorja tat-tiġdid Kariżmatiku fil-Knisja Kattolika. L-istorja hija biss pedament li fuqu nagħmlu riflessjoni biex nitħeġġu u nagħmlu l-qalb filwaqt li nħarsu ’l quddiem b’tama kbira fil-wegħdiet li għamlilna l-Mulej Ġesù.

INFITTxEK

Preżentazzjoni ta’ Anne Rose Toledo f’isem il-Caritas Malta

Jixxandar live nhar ta’ Tlieta fl-4.00pm u jkun imtenni l-Ħadd fil-5.00am u t-Tnejn fis-2.00am

L-għan ta’ dan il-programm hu li jgħin lis-semmiegħa jkomplu jsibu skop fil-ħajja. Minħabba l-ħajja mgħaġla u l-esiġenzi li ġġib magħha l-ħajja li ngħixu fiha llum, ħafna drabi, fil-ġirja biex nakkwistaw il-ġid, ma niħdux bis-serjetà l-verità u l-Ispirtu ħaj li jgħix ġewwa fina. Għalkemm nirsistu biex inkunu b’saħħitna fiżikament, għandna għatx kbir għat-tagħlim u biex inkunu intelletwali, u nirsistu biex nissoċjalizzaw ruħna, ħafna drabi nsibu ruħna mdejqa, irrabjati, imtaqqla u mingħajr skop. F’din is-sensiela nippruvaw ngħinu lis-semmiegħa jiffukaw fuq il-verità tagħhom u jirrealizzaw għaliex, b’mod personali, ġew maħluqa. Il-bniedem tant hu sabiħ, kulħadd bil-mod li hu maħluq... kulħadd b’mod differenti.

KIF ALLA JRIDU: IŻ-ŻwIEĠ FIL-PJAN DIVIN

Preżentazzjoni: Dun Brendan Gatt

Jixxandar nhar ta’ Ġimgħa fit-3.30pm u jkun imtenni t-Tnejn fis-1.30am u l-Erbgħa fl-4.30am

Meta lil Ġesù għamlulu mistoqsija taħraq dwar iż-żwieġ u l-familja, ma weġibhomx skont il-moda ta’ żmienu, jew skont x’inhu l-iktar komdu jew konvenjenti. Qalilhom: “ma qrajtux li sa mill-bidu…?” u bagħathom lura lejn il-Ktieb tal-Ġenesi fejn insibu l-pjan oriġinali ta’ Alla. F’dinja li temmen li għandha permess u dritt tibdel it-tifsir ta’ tant ħwejjeġ għeżież għalina – inkluż iż-żwieġ – jeħtieġ nerġgħu niskopru t-tifsira oriġinali tiegħu skont il-Kelma t’Alla u t-tagħlim dejjiemi tal-Knisja Kattolika.

KRISTU U MARIJA FL-ISTORJA TAS-SALVAZZJONI

Preżentazzjoni: Fr Frank Borg OP mgħejun minn Gracie Gatt

Jixxandar nhar ta’ Sibt fit-3.30pm u jkun imtenni nhar ta’ Tlieta fis-1.00am

Min hu Kristu u min hija Marija? Sejrin naraw ir-rabta li Kristu u Marija għandhom fil-ħajja tagħna Nisranija. Imbagħad nittrattaw fuq il-Madonna fil-misteru ta’ Kristu. Ma nistgħux nifhmu lil Madonna u l-missjoni tagħha jekk ma narawx ir-rabta li għandha mal-misteru ta’ Kristu. Fit-tielet parti tal-iskeda nitkellmu fuq il-Madonna fil-misteru tal-Knisja. Fl-aħħar parti naraw il-kult lejn il-Madonna u nifhmu aħjar ir-Rużarju, talba li għadha effettiva fi żminijietna.

Min jixtieq kopja b’xejn jista’ jibgħat A4 self addressed envelope u bolla mwaħħla lil: Radju Marija, PO Box 19, ir-Rabat, Malta

Desk Calendars 2018

Page 5: Pubblikazzjoni Assoċjazzjoni Radju Marija (Malta) Il-Papa ... · persuni reliġjużi u kkonsagrati fejn magħhom se niddiskutu b’mod attwali u b’lingwaġġ li jista’ jilħqu

Ottubru / Diċembru 2017 - 5

Skeda tal-programmigħal żmien il-ħarifa li tibdat-Tnejn 25 ta’ Settembru u tintemm il-Ħadd 31 ta' Diċembru 2017

It-Tnejn

12.00am Rużarju12.30am Għajn ta' Ġid01.00am Kif iridu Alla : Iż-żwieġ fil-Pjan Divin02.00am Infittxek03.00am Qari mill-Iskrittura Mqaddsa03.30am Tagħrif fuq il-programmi03.45am Rużarju tal-Erwieħ04.00am Rużarju04.30am Għannu lill-ismu05.30am Labirint, it-tiftixa ta' Alla06.00am Għalik li temmen07.00am Rużarju07.30am Quddiesa08.00am Anġelus u Kuntatt sal-11am (jinkludi Mill-Vanġelu tal-Ġurnata fid-9.00am )11.00am Saħħtek f'idejna12.00pm Anġelus u Rużarju12.30pm Rużarju tal-Erwieħ12.45pm Biex il-ferħ taghkom ikun sħiħ01.00pm Qari tar-rumanz01.30pm Shalom (sat-3.00pm)03.00pm Kurunella Ħniena Divina03.30pm Qtar ta' ilma frisk04.00pm Fl-iskola ta' San Piju ta' Pietralċina05.00pm Bulettin ta' aħbarijiet mid-dinja Kattolika05.15pm Vjaġġ mużikali 06.15pm Għasar06.30pm Quddiesa07.00pm Anġelus u Rużarju07.30pm Aħbarijiet minn Radio Vaticana08.00pm Mur sewwi l-Knisja tiegħi 08.30pm Qari ta' rumanz rpt

09.00pm Inbid ġdid10.00pm Inti f'salib it-toroq?11.00pm Il-Vanġelu tal-ġurnata (rpt)11.30pm Bullettin aħbarijiet mid-Dinja Kattolika (rpt) 11.50pm Kompjeta

It-Tlieta

12.00am Rużarju12.30am Ħdejn Fatima dehret01.00am Kristu u Marija fl-istorja tas-salvazzjoni01.30am Familja kun dak li int02.00am Solidarjetà ma' ħutna ppersegwitati02.30am Shalom (l-ewwel siegħa)03.30am Tagħrif fuq il-programmi03.45am Rużarju tal-Erwieħ04.00am Rużarju04.30am Naturali05.00am O Alla Trinità li nadura06.00am Vuċi missjunarja07.00am Rużarju07.30am Quddiesa08.00am Anġelus u Kuntatt sal-11am (jinkludi mill-Vanġelu tal-Ġurnata fid-9.00am )11.00am Ara Ommok12.00pm Anġelus u Rużarju12.30pm Rużarju tal-Erwieħ01.00pm Tiżwiqa mużikali02.00pm Jiena hu l-Ħobz tal-Ħajja03.00pm Kurunella Ħniena Divina03.30pm Is-Salmi f'ħajjitna04.00pm Infittxek05.00pm Bulettin ta' aħbarijiet mid-Dinja Kattolika

Page 6: Pubblikazzjoni Assoċjazzjoni Radju Marija (Malta) Il-Papa ... · persuni reliġjużi u kkonsagrati fejn magħhom se niddiskutu b’mod attwali u b’lingwaġġ li jista’ jilħqu

6 - Radju Marija

05.15pm Vjaġġ mużikali06.15pm Għasar06.30pm Quddiesa07.00pm Rużarju07.30pm Aħbarijiet minn Radio Vaticana08.00pm Għeruq09.00pm Awturi ta' komunjoni10.00pm Kunu xhieda tieghi (rpt)11.00pm Mill-Vanġelu tal-Ġurnata (rpt)11.30pm Bullettin aħbarijiet mid-Dinja Kattolika (rpt)11.50pm Kompjeta

L-Erbgħa

12.00am Rużarju12.30am Nixtarru kitbet San Ġorġ Preca01.30am Klassiċi u sagri02.30am Għanjietna03.00am Rużarju ta' San Ġużepp 03.30am Tagħrif fuq il-programmi03.45am Rużarju tal-Erwieħ04.00am Rużarju04.30am Kif iridu Alla : Iż-żwieġ fil-Pjan Divin05.00am Fl-iskola ta' San Piju ta' Pietralċina06.00am Mur sewwi l-Knisja tieghi06.30am Qtar ta' ilma frisk07.00am Rużarju07.30am Quddiesa08.00am Anġelus u Kuntatt sal-11am (jinkludi mill-Vanġelu tal-Ġurnata fid-9.00am )11.00am Tifkiriet ta' nostalġija12.00pm Anġelus u Rużarju 12.30pm Rużarju ta' San Ġużepp 01.00pm Qari mill-Iskrittura Mqaddsa 01.30pm Shalom ( sat-3.00pm )03.00pm Kurunella Ħniena Divina03.30pm Labirint, it-tiftixa ta' Alla04.00pm Minn kull aspett05.00pm Bulettin ta' aħbarijiet mid-Dinja Kattolika

05.15pm Vjaġġ mużikali06.15pm Għasar06.30pm Quddiesa07.00pm Rużarju07.30pm Aħbarijiet minn Radio Vaticana08.00pm Familja kun dak li int08.30pm Solidarjetà ma’ ħutna ppersegwitati09.00pm Għajn ta' ġid10.00pm Sejjaħli u jien inwieġbek11.00pm Mill-Vanġelu tal-Ġurnata (rpt)11.30pm Bullettin aħbarijiet mid-Dinja Kattolika (rpt)11.50pm Kompjeta

Il-Ħamis

12.00am Rużarju12.30am Magazine02.30am Shalom (l-ewwel siegħa)03.30am Tagħrif fuq il-programmi03.45am Rużarju tal-Erwieħ04.00am Rużarju04.30am Il-ħames Vanġelu05.00am Inbid ġdid06.00am Il-familja: Barka ta' Alla07.00am Rużarju07.30am Quddiesa08.00am Anġelus u Kuntatt sal-11am ( jinkludi mill- Vanġelu tal-Ġurnata fid-9.00am)11.00am Kunu xhieda tiegħi 12.00pm Anġelus u Rużarju12.30pm Rużarju tal-Erwieħ01.00pm Mużika Country b'ispirazzjoni02.00pm Għalik li temmen 03.00pm Kurunella Ħniena Divina03.30pm Hekk tħabbat il-qalb Maltija04.00pm Mid-djarju tal-Papa05.00pm Bulettin ta' aħbarijiet mid-Dinja Kattolika05.15pm Vjaġġ mużikali06.15pm Għasar06.30pm Quddiesa

Page 7: Pubblikazzjoni Assoċjazzjoni Radju Marija (Malta) Il-Papa ... · persuni reliġjużi u kkonsagrati fejn magħhom se niddiskutu b’mod attwali u b’lingwaġġ li jista’ jilħqu

Ottubru / Diċembru 2017 - 7

07.00pm Rużarju07.30pm Aħbarijiet minn Radio Vaticana08.00pm Vexillum08.30pm Ħdejn Fatima dehret09.00pm O Alla Trinità li nadura10.00pm Saħħtek f'idejna (rpt)11.00pm Mill-Vanġelu tal-Ġurnata (rpt)11.30pm Bullettin aħbarijiet mid-Dinja Kattolika (rpt)11.50pm Kompjeta

Il-Ġimgħa

12.00am Rużarju12.30am Tifkiriet ta' nostalġija01.30am Jien hu l-Ħobż tal-Ħajja02.30am Labirint, it-tiftixa ta' Alla03.00am Kurunella tal-Ħniena Divina03.30am Tagħrif fuq il-programmi03.45am Rużarju tal-Erwieħ04.00am Rużarju04.30am Is-Salmi f'ħajjitna05.00am Ara Ommok 06.00am Minn kull aspett07.00am Rużarju07.30am Quddiesa08.00am Anġelus u Kuntatt sal-11am (jinkludi mill-Vanġelu tal-Ġurnata fid-9.00am)11.00am Vanġelu ħaj 12.00pm Anġelus u Rużarju12.30pm Rużarju tad-Duluri01.00pm Qari tar-rumanz01.30pm Shalom ( sat-3.00pm )03.00pm Kurunella Ħniena Divina03.30pm Kif iridu Alla : Iż-żwieġ fil-Pjan Divin04.00pm Naturali04.30pm Il-ħames Vanġelu05.00pm Bulettin ta' aħbarijiet mid-Dinja Kattolika05.15pm Vjaġġ mużikali06.15pm Għasar06.30pm Quddiesa

07.00pm Rużarju07.30pm Aħbarijiet minn Radio Vaticana08.00pm Biex il-ferħ tagħkom ikun sħiħ08.30pm Qari tar-rumanz (rpt) 09.00pm Vuċi missjunarja10.00pm Qari mill-Iskrittura Mqaddsa (rpt)10.30pm Ħdejn Fatima dehret (rpt)11.00pm Mill-Vanġelu tal-Ġurnata (rpt)11.30pm Bullettin aħbarijiet Reliġjużi (rpt)11.50pm Kompjeta

Is-Sibt

12.00am Rużarju12.30am Mużika Country b'ispirazzjoni01.30am O Alla Trinità li nadura02.30am Shalom (l-ewwel siegħa)03.30am Tagħrif fuq il-programmi03.45am Rużarju tal-Erwieħ04.00am Rużarju04.30am Vexillum05.00am Awturi ta' komunjoni06.00am Mid-djarju tal-Papa07.00am Rużarju07.30am Quddiesa08.00am Anġelus u Kuntatt (sal-10.00am) 10.00am Il-familja: Barka ta' Alla11.00am Nixtarru kitbet San Ġorġ Preca12.00pm Anġelus u Rużarju12.30pm Rużarju tal-Erwieħ01.00pm Magazine03.00pm Kurunella Ħniena Divina03.30pm Kristu u Marija fl-istorja tas-salvazzjoni04.00pm L-arka ta' Noe 05.00pm Kuntatt ( ........sat-8.00pm )05.30pm Bulettin ta' aħbarijiet mid-Dinja Kattolika05.50pm Għasar06.00pm Anġelus u Rużarju06.30pm Quddiesa 07.15pm (............ikompli Kuntatt)08.00pm Vanġelu ħaj (rpt )09.00pm Għannu lill-ismu

Page 8: Pubblikazzjoni Assoċjazzjoni Radju Marija (Malta) Il-Papa ... · persuni reliġjużi u kkonsagrati fejn magħhom se niddiskutu b’mod attwali u b’lingwaġġ li jista’ jilħqu

8 - Radju Marija

Appuntamenti fissi fuq Radju Marija għall-iskeda tal-ħarifa 2017

Quddiesa:

Mit-Tnejn sas-Sibt: fis-7.30am u fis-6.30pm

Nhar ta’ Ħadd: fis-7.00am u fl-10.00am

Ir-Rużarji:

Ir-Rużarju Mqaddes: f’12:00am, fl-4.00am, fis-

7.00am, f’12.00pm, fis-6.00pm (is-Sibt u

l-Ħadd) u fis-7.00 (mit-Tnejn sal-Ġimgħa)

Ir-Rużarju tad-Duluri: Kull nhar ta’ Ġimgħa fin-

12.30pm

Ir-Rużarju tal-Erwieħ: kuljum fl-3.45am u fin-

12.30pm (minbarra nhar ta’ Erbgħa u nhar

ta’ Ġimgħa)

L-Anġelus:

Kuljum fit-8.00am, f’12.30pm u fis-6.00pm (qabel

ir-Rużarju s-Sibt u l-Ħadd) u fis-7.00pm (qabel

ir-rużarju mit-Tnejn sal-Ġimgħa)

Kurunella tal-Ħniena Divina

Kuljum fit-3.00pm u nhar ta’ Ġimgħa

fit-3.00am

Liturġija tas-sigħat: kuljum:

Tifħir tas-sbieħ il-jum: fit-8.15am

Għasar: fis-6.15pm mit-Tnejn sal-Ġimgħa u

fis-5.50pm nhar ta’ Sibt u Ħadd

Kompjeta għall-miżżewġin: f’11.20pm

Talb ta’ għeluq il-jum: f’11.50pm

Bulettin tal-Aħbarijiet mid-dinja Kattolika:

Mit-Tnejn sal-Ġimgħa fil-5.00pm

b’ripe tizzjoni fil-11.30pm

Is-Sibt fil-5.30pm b’ripetizzjoni fil-11.30pm

L-aħħar Aħbarijiet minn Radju Vatikan

bl-Ingliż:

Mit-Tnejn sal-Ġimgħa fis-7.30pm

Notamenti:1. Il-programmi bejn nofsillejl u 7.00am huma kollha ripetizzjonijiet.2. Dawk il-programmi b’kulur aœmar huma æodda jew inbidlilhom il-œin mill-aœœar skeda.3. Rpt. Tfisser ripetizzjoni.

10.00pm Hekk tħabbat il-qalb Maltija (rpt)10.30pm Għanjietna 11.00pm Mur sewwi l-Knisja tiegħi (rpt)11.30pm Bullettin aħbarijiet mid-Dinja Kattolika (rpt)11.50pm Kompjeta

Il-Ħadd

12.00am Rużarju12.30am Għeruq01.30am Tiżwiqa mużikali02.30am Inti f'salib it-toroq?03.30am Biex il-ferħ tagħkom ikun sħiħ03.45am Rużarju tal-Erwieħ04.00am Rużarju04.30am Solidarjetà ma' ħutna ppersegwitati05.00am Infittxek06.00am Vanġelu ħaj 07.00am Quddiesa08.00am Anġelus u Kuntatt (sa nofsinhar) .....li jinkludi wkoll il-quddiesa mis- Santwarju Nazzjonali Madonna Ta’ Pinu (10.00am)12.00pm Anġelus u Rużarju12.30pm Rużarju tal-Erwieħ01.00pm Il-ħames Vanġelu (rpt)01.30pm Għanjietna (rpt)02.00pm Il-Ħadd kumpanija03.00pm Kurunella Ħniena Divina03.30pm Ikompli l-Ħadd kumpanija05.00pm Kuntatt (....sat-8.00pm)05.50pm Għasar06.00pm Anġelus u Rużarju06.30pm ... ( ikompli Kuntatt)08.00pm Klassiċi u Sagri09.00pm Magazine (rpt )11.00pm Qtar ta' ilma frisk (rpt)11.30pm Familja kun dak li int (rpt)11.50pm Kompjeta

Page 9: Pubblikazzjoni Assoċjazzjoni Radju Marija (Malta) Il-Papa ... · persuni reliġjużi u kkonsagrati fejn magħhom se niddiskutu b’mod attwali u b’lingwaġġ li jista’ jilħqu

Ottubru / Diċembru 2017 - 9

li ser jixxandru fl-iskeda tal-ħarifa

mit-Tnejn 25 ta’ Settembru

sal-Ħadd 31 ta’ Diċembru 2017

PROGRAMMI ĠODDA TA’

Radju MaRija

QTAR TA' ILMA FRISK

Preżentazzjoni: Patri Elija Vella, Franġiskan Konventwali

Jixxandar nhar ta’ Tnejn fit-3.30pm u jkun imtenni nhar ta’ Erbgħa fis-6.30am u nhar ta’ Ħadd fil-11.00pm

Qatra ilma frisk f'jum sħun, taħjik. F'din l-iskeda, Qtar ta’ ilma frisk, Patri Elija ser ipoġġi f'riglejn Ġesù xi diffikultajiet li niltaqgħu magħhom fil-ħajja ta' kuljum. Ħadd iżjed minn Ġesù ma jista' jaqtgħalna l-għatx u jiffriskalna l-ħajja.

SAĦĦTEK F’IDEJNA

Preżentazzjoni : Veronica Montebello f’isem id-Direttorat tas-Servizzi tal-Allied Health fi ħdan il-Ministeru tas-Saħħa.

Jixxandar live nhar ta’ Tnejn bejn il-11.00am u nofsinhar u jkun imtenni nhar ta’ Ħamis fl-10.00pm

Għal matul l-iskeda tal-ħarifa ta’ Radju Marija, il-programm Saħħtek f’idejna sejjer ilaqqa’ lis-semmiegħa mal-professjonijiet u servizzi tal-Allied Health fi ħdan is-servizzi tas-saħħa. Il-programm immexxi minn Veronica Montebello, ser jinkludi professjonist jew professjonista mill-oqsma kollha ta’ din il-kategorija tas-saħħa. Dawn se jinkludu fost l-oħrajn il-fiżjoterapija, terapija okkupazzjonali, terapisti fil-qasam soċjali, psikoloġija u podoloġija. Matul il-programm is-semmiegħa ser ikollhom l-opportunità li jipparteċipaw permezz tat-telefon u l-sms.

Opportunità unika li Fr Robert kien Malta u xegħlet bozza... għax ma tistidnux Cliff?! Kuntatt fuq fb u mill-ewwel weġibni u ssuġġerieli hu

stess li jillonċja l-kanzunetta tiegħu Dominoes flimkien ma’ Ira Losco. Bla dubju jien għedtlu iva. Lil Fr Rob ilni nafu kważi madwar sena issa. Kont tkellimt miegħu wara li ġie Malta u ta kunċert l-MCAST. Ma kontx attendejt imma ammirajtu kif tkellem għax rajtu waqt intervista fuq l-aħbarijiet. Għamilt kuntatt miegħu u kellimtu dwar l-esperjenza li għaddejt minnha jien. Nemmen li kienet l-id tal-Mulej li ħadmet għax kliemu kien wens kontinwu tul din is-sena. Minn jeddu jkellimni u jsaqsini kif jien. U propju fil-programm tiegħi ‘Minn Kull Aspett’ fuq Radju Marija tkellimna dwar dan; dwar kemm għandha tinfetaħ iżjed il-Knisja u ma tibqax timxi b’għammad quddiem għajnejha, dwar kemm hemm bżonn tisma’ iżjed u mhux tiddetta. L-umiltà tiegħu ssaħħar u tgħallem, għax wara kollox huwa uman ukoll. Għandu t-tattoo għaliex xtaqha u għaliex m’għandux ikollu għax sempliċiment huwa saċerdot? Possibbli għadna nirraġunaw b’mentalità li persuna sempliċiment għandu t-tpinġija, jew titlu jew tabella, huwa dan li tagħmel il-persuna hi li hi?! Kemm hemm x’nitgħallmu minn dan il-qassis żagħżugħ Malti li qed iwassal il-kelma t’Alla b’saħħa kbira, b’mod li nixtiquh aħna n-nies tad-dinja għax wara kollox, qegħdin ngħixu fl-2017 u Alla għadu magħna, imma d-dinja qed tinbidel u aħna rridu nimxu magħha ħalli nifhmu iżjed lil xulxin. Sliem u barka u kif jgħid Fr Rob: “Turn your mess into a message! Be proud of God!”

Clifford Galea

Page 10: Pubblikazzjoni Assoċjazzjoni Radju Marija (Malta) Il-Papa ... · persuni reliġjużi u kkonsagrati fejn magħhom se niddiskutu b’mod attwali u b’lingwaġġ li jista’ jilħqu

10 - Radju Marija

Nhar it-Tnejn 14 ta’ Awwissu 2017, Radju Marija flimkien ma' ’ l fuq minn 350 pellegrin madwar Malta morna biex niċċelebraw flimkien il-Velja tal-Assunta ġewwa s-Santwarju tal-Madonna ta’ Pinu fl-Għarb, Għawdex

Kalendarju 2018ta' Radju Marija

Għal aktar informazzjoni ċempel 2145 3105

Prezz €3.50

Page 11: Pubblikazzjoni Assoċjazzjoni Radju Marija (Malta) Il-Papa ... · persuni reliġjużi u kkonsagrati fejn magħhom se niddiskutu b’mod attwali u b’lingwaġġ li jista’ jilħqu

Ottubru / Diċembru 2017 - 11

Volontarjat:

Jekk tixtieq tagħti sehmek bħala voluntier f’Radju Marija tista’ tibgħat email fuq [email protected]

Kif tista’ tgħin lil

Radju Marija finanzjarjament:

• Billi tagħti donazzjoni fir-reception

ta’ Radju Marija, Kunvent Patrijiet

Dumnikani, ir-Rabat Malta jew fl-

uffiċċju ta’ Radju Marija, 9, Triq il-Karità,

ir-Rabat, Għawdex

• Billi tagħti donazzjoni l-Catholic

Bookshop fil-Pjazza ta’ Raħal Ġdid,

l-Istitut Kattoliku l-Furjana, Simiana

Stationery tas-Sliema kif ukoll fil-

Librerija Preca, Blata l-Bajda.

• Billi tibgħat ċekk jew money order bil-

posta, pagabbli lil Radju Marija, PO

Box 19, ir-Rabat, RBT 1230

• Permezz ta’ SMS tista’ tagħti

donazzjoni ta’ €4.66 billi tibgħat SMS

fuq in-numru 50618063 jew inkella

tibgħat SMS fuq 50619278 għal

donazzjoni ta’ €11.65.

Assoċjazzjoni Radju Marija

APS IBAN:

MT31 APSB 7705 7006 0638 2000 0834 148

A/C ACCOUNT NO: 20000834 14-8

HSBC IBAN:

MT05MMEB44587000000058030875050

A/C ACCOUNT NO: 058-030875-050

BOV IBAN:

MTO9VALL2201 30000000 14609142012

A/C ACCOUNT NO: 14609142012

Dejjem ara li tingħata rċevuta mill-Bank

għal kull donazzjoni.

• Tista’ tiddepożita d-donazzjoni tiegħek

f’wieħed mill-kontijiet li Radju Marija

għandu fil-banek APS, HSBC u BOV:

Page 12: Pubblikazzjoni Assoċjazzjoni Radju Marija (Malta) Il-Papa ... · persuni reliġjużi u kkonsagrati fejn magħhom se niddiskutu b’mod attwali u b’lingwaġġ li jista’ jilħqu

12 - Radju Marija

Avviżi komunitarji mxandra kuljum

waqt il-programm Kuntatt

Radju Marija jistieden lil dawk il-

parroċċi u l-għaqdiet li jixtiequ

jxandru l-attivitajiet tagħhom li jkunu

se jorganizzaw fuq Radju Marija biex

jibagħtuhom sa mhux aktar tard minn

ġimgħa qabel ma tkun ser isseħħ

l-attività. Dawn għandhom jintbagħtu

idealment b’email fuq info.mal@

radiomaria.org.

L-attivitajiet avżati għandhom ikunu

ta’ natura reliġjuża jew ta’ formazzjoni

Nisranija u ma jistgħux jinkludu

attivitajiet ta’ fundraising fosthom

bazaars. Hija fid-diskrezzjoni tad-

direzzjoni ta’ Radju Marija kemm-

il darba jixxandar l-avviż. L-Avviżi

Komunitarji jixxandru kuljum waqt

il-programm Kuntatt bejn id-9.30am

u l-10.00am ħlief nhar ta’ Ħadd

meta jixxandru fil-11.15am. L-Avviżi

Komunitarji jsiru mingħajr ħlas.

Avviżi ta’ mwiet u tifkiriet ta’

anniversarji fuq Radju Marija

Dawn jixxandru mit-Tnejn sal-Ġimgħa

fit-8.00am u fil-11.50am, nhar ta’ Sibt

fit-8.00am biss u l-Ħadd fit-8.00am u

fil-11.50am. Għal aktar informazzjoni

wieħed għandu jċempel fil-ħinijiet tal-

uffiċċju fuq 21453105 u jistaqsi għal

Michael Amato jew għal Moira Bugeja.

Importanti li l-avviżi jkunu ttajpjati u

jiġu preżentati fir-reception ta’ Radju

Marija bejn: it-Tnejn u l-Ħadd mid-

9.00am sat-8.00pm. Min jippreżenta

l-avviż irid ukoll il-karta tal-identità

tiegħu. Ma jistgħux jiġu aċċettati avviżi

permezz tat-telefon jew b’sms.

Servizzi offruti minn Radju Marija

Agħmel kuntatt ma’ Radju Marija

Indirizz postali: Radju Marija, PO Box 19, ir-Rabat RBT1230

Telefon uffiċċju: 21453105 - Telefon studio: 21453106

SMS studio: 79791023

Telefon promozzjonali (fuljetti): 21453375

Indirizz elettroniku promozzjonali: [email protected]

Indirizz uffiċċju Għawdex: 9, Triq il- Karità, Victoria

Telefon uffiċċju Għawdex: 21560694

Indirizz elettroniku: [email protected]

Websajt: www.radjumarija.org jew sibna fuq F: Radju Marija Malta