2
[St Benedict College Ħal Għaxaq Primary] [PARIRI GĦAS-SAJF] www.ghaxaqprimary.wordpress.com 1. Żuru l-librerija flimkien b’mod regolari u agħżlu kotba interessanti kemm bil-Malti u wkoll bl-Ingliż; 2. Żuru xi mużew mill-ħafna li għandna f’pajjiżna u ddiskutu flimkien mat-tfal x’qed taraw; 3. Naqqsu l-ħin bilqiegħda quddiem it-TV, kompjuter jew logħob diġitali. Morru għumu u nkibtu fil- Kumpless sportiv ta’ Ħal Kirkop jew xi kumpless ieħor għall-attivitajiet sportivi flimkien; 4. Meta tkunu qed taraw xi DVD flimkien, araw li jkollhom is-subtitles bl-Ingliż mixgħula. Dan jgħin lit-tfal fil-ħiliet tal-qari u l-fehim mis-smigħ; 5. Żommu journal tas-sajf. Dan m’għandux jieħu aktar minn ftit minuti kuljum. Ibdewh fuq pitazz ġdid, li t-tfal jistgħu jżejnuh b’dekorazzjonijiet tas- sajf. Wara aqraw dak li kitbu flimkien u faħħruhom għall-kitba tagħhom.

Pariri għas-sajf

Embed Size (px)

DESCRIPTION

Pariri għas-sajf

Citation preview

[St Benedict College Ħal Għaxaq Primary]

[PARIRI GĦAS-SAJF]

www.ghaxaqprimary.wordpress.com

1. Żuru l-librerija flimkien b’mod regolari u agħżlu kotba interessanti kemm bil-Malti u wkoll bl-Ingliż;

2. Żuru xi mużew mill-ħafna li għandna f’pajjiżna u ddiskutu flimkien mat-tfal x’qed taraw;

3. Naqqsu l-ħin bilqiegħda quddiem it-TV, kompjuter jew logħob diġitali. Morru għumu u nkibtu fil-Kumpless sportiv ta’ Ħal Kirkop jew xi kumpless ieħor għall-attivitajiet sportivi flimkien;

4. Meta tkunu qed taraw xi DVD flimkien, araw li jkollhom is-subtitles bl-Ingliż mixgħula. Dan jgħin lit-tfal fil-ħiliet tal-qari u l-fehim mis-smigħ;

5. Żommu journal tas-sajf. Dan m’għandux jieħu aktar minn ftit minuti kuljum. Ibdewh fuq pitazz ġdid, li t-tfal jistgħu jżejnuh b’dekorazzjonijiet tas-sajf. Wara aqraw dak li kitbu flimkien u faħħruhom għall-kitba tagħhom.

www.ghaxaqprimary.wordpress.com

6. Aqrawlhom ftit paġni bl-Ingliż kuljum. It-tfal jieħdu gost jisimgħu lilna l-adulti naqrawlhom l-istejjer. Dan jgħodd mill-Kinder sal-Year 6. Il-ħin tal-qari għandu jkun ħin speċjali bejn it-tfal u dawk li jieħdu ħsiebhom;

7. Sibu l-ħin biex tagħmlu ftit krafts flimkien; fuq l-internet issibu għadd ta’ krafts li tistgħu tagħmluhom flimkien magħhom. Kif ilestuhom jistgħu jżejnu l-kamra tagħhom bihom jew jeħduhom magħhom biex juruhom lin-nanniet jew qraba u ħbieb oħra tal-familja;

8. Sibu ftit ħin matul il-ġurnata biex it-tfal jitkellmu bl-Ingliż. Jekk tiltaqgħu ma’ turisti jew qraba li ġejjin minn barra, ħalluhom jitkellmu magħhom bl-Ingliż. Dan se jgħinhom biex iħossuhom aktar kunfidenti fil-lingwa. Din hi waħda mill-prijoritajiet fl-iskola tagħna – li t-tfal iħossuhom kunfidenti meta jikkomunikaw kemm bl-Ingliż u wkoll bil-Malti;

9. Tagħmlu sew li tirrevedu ftit somom flimkien mill-pitazzi u n-noti ta’ dis-sena, b’hekk jibqgħu jipprattikaw dak li tgħallmu fil-klassi;

10. Żuru s-sit tal-iskola b’mod regolari għal aktar informazzjoni dwar l-attivitajiet għas-sajf u s-sena skolastika l-ġdida.

Mr D Grech

Ms E Vassallo

Mr S Sammut

L-Amministrazzjoni tal-Iskola