26
Ngħixu fis-soċjetà: Soċjalizzazzjoni Form 1 Unit 1 (C) Mr Anthony Borg Studjisocjali.com

Ngħixu fis soċjetà: Soċjalizzazzjoni - StudjiSocjali.comstudjisocjali.com/resources/Form-1-Unit-1.pdf · Ngħixu fis-soċjetà: Soċjalizzazzjoni Form 1 Unit 1 (C) Mr Anthony

Embed Size (px)

Citation preview

Page 1: Ngħixu fis soċjetà: Soċjalizzazzjoni - StudjiSocjali.comstudjisocjali.com/resources/Form-1-Unit-1.pdf · Ngħixu fis-soċjetà: Soċjalizzazzjoni Form 1 Unit 1 (C) Mr Anthony

Ngħixu fis-soċjetà: Soċjalizzazzjoni Form 1 Unit 1

(C) Mr Anthony Borg Studjisocjali.com

Page 2: Ngħixu fis soċjetà: Soċjalizzazzjoni - StudjiSocjali.comstudjisocjali.com/resources/Form-1-Unit-1.pdf · Ngħixu fis-soċjetà: Soċjalizzazzjoni Form 1 Unit 1 (C) Mr Anthony

studjisocjali.com

© Mr. Anthony Borg – Form1 Unit 1 Paġna 1

studjisoocjali.com

NGĦIXU FIS-SOĊJETÀ Soċjalizzazzjoni

Page 3: Ngħixu fis soċjetà: Soċjalizzazzjoni - StudjiSocjali.comstudjisocjali.com/resources/Form-1-Unit-1.pdf · Ngħixu fis-soċjetà: Soċjalizzazzjoni Form 1 Unit 1 (C) Mr Anthony

studjisocjali.com

© Mr. Anthony Borg – Form1 Unit 1 Paġna 2

studjisoocjali.com

Matul dan il-lezzjonijiet l-istudent / jien se nkun kapaċi

1. Nispjega u niddiskuti l-integrazzjoni fis-soċjetà permezz tas-

soċjalizzazzjoni

2. Nuri li jien persuna unika u għandi identitajiet differenti

3. Nipjega x’jiġri fi grupp

4. Nitkellem dwar il-gruppi soċjali prinċipali

5. Nuri d-differenza bejn sess u ġeneru, ugwaljanza bejn il-ġeneri u

ugwaljanza bejn ir-razzez, u diskriminazzjoni.

Page 4: Ngħixu fis soċjetà: Soċjalizzazzjoni - StudjiSocjali.comstudjisocjali.com/resources/Form-1-Unit-1.pdf · Ngħixu fis-soċjetà: Soċjalizzazzjoni Form 1 Unit 1 (C) Mr Anthony

studjisocjali.com

© Mr. Anthony Borg – Form1 Unit 1 Paġna 3

studjisoocjali.com

UNIT 1: NGĦIXU F’SOĊJETA’ – SOĊJALIZZAZZJONI

L-Istudju Soċjali jgħina nifhmu aktar lilna nfusna, nifhmu l-ambjenti

soċjali, kif ukoll l-istituzzjonijiet soċjali bħal pereżempju: il-familja, il-

politika, l-ekonomija, l-media, l-edukazzjoni, ir-reliġjon, kif ukoll nifhmu l-

imġiba tagħna u ta' dawk ta' madwarna. Fi ftit kliem l-Istudju Soċjali

huwa l-istudju tas-soċjetà umana.

Il-bniedem biddel id-dinja ta' madwaru u sawwarha b'tali mod li din tkun

ta' użu għall-bżonnijiet tiegħu/tagħha. L-investigaturi tas-soċjetà

jistudjaw id-dinja ta' madwarhom u jaraw x'hemm bżonn li jitbiddel.

L-Istudju Soċjali għandu dawn l-għanijiet:

↳ Il-kapaċità li wieħed iressaq mistoqsijiet,

↳ Li wieħed ikun kritiku,

↳ Nifhmu l-interpretazzjonijiet tagħna u tal-oħrajn ta' x'qed isir,

↳ x'għandna nagħmlu, x’inhu veru u x’mhux veru, x’inhu tajjeb u x’inhu

ħażin, x’inhu aċċettat.

L-Istudju Soċjali jagħmilna ċittadini attivi fis-soċjetà Maltija, liema

soċjetà tieqaf teżisiti mingħajr il-bniedem. Min ser jurik li dak li rajt jew

smajt hux minnu? Min ser jgħinek tifhem x'qed jiġri f’Malta, fil-pajjiżi

tat-Tielet Dinja, fl-Ewropa, eċċ? L-Istudju Soċjali jagħtik għodda li ma

tistax tgħix mingħajrha. B’hekk matul dawn il-ħames snin ser nitgħallmu

nikkritikaw u nanalizzaw dak li jiġri fil-ħajja ta’ kuljum.

GĦALIEX NISTUDJAW L-ISTUDJI SOĊJALI?

Page 5: Ngħixu fis soċjetà: Soċjalizzazzjoni - StudjiSocjali.comstudjisocjali.com/resources/Form-1-Unit-1.pdf · Ngħixu fis-soċjetà: Soċjalizzazzjoni Form 1 Unit 1 (C) Mr Anthony

studjisocjali.com

© Mr. Anthony Borg – Form1 Unit 1 Paġna 4

studjisoocjali.com

Isem u kunjom ikel favorit età

Lokalita’

fejn nghix Passatempi

Ċittadinanza isem l-iskola membri fil-

familja

Karta tal-Identità Numru:

Isem:

Indirizz:

Post tat-Twelid:

Nazzjonalità:

Passatempi:

Page 6: Ngħixu fis soċjetà: Soċjalizzazzjoni - StudjiSocjali.comstudjisocjali.com/resources/Form-1-Unit-1.pdf · Ngħixu fis-soċjetà: Soċjalizzazzjoni Form 1 Unit 1 (C) Mr Anthony

studjisocjali.com

© Mr. Anthony Borg – Form1 Unit 1 Paġna 5

studjisoocjali.com

Affarijiet oħra li tħobb tagħmel:

Affarijit oħra li ma tħobbx tagħmel:

Ikteb żewġ sentenzi fuq il-karattru tiegħek:

X’kulur huwa xagħrek? X’kulur huma għajnejk?

X’inhu l-ikel favorit tiegħek?

Liema kantant/a tħobb l-iżjed?

Liema hi l-aktar ħaġa li taf tagħmel?

X’inhi l-aktar ħaġa li tagħmlek imdejqa?

Inti għandek ħutek?

Liema huwa s-suġġett favorit tiegħek fl-iskola?

X’tixtieq issir la tikber?

X’inhi l-aktar ħaġa li tixtieq tirranġa fil-karattru tiegħek?

Page 7: Ngħixu fis soċjetà: Soċjalizzazzjoni - StudjiSocjali.comstudjisocjali.com/resources/Form-1-Unit-1.pdf · Ngħixu fis-soċjetà: Soċjalizzazzjoni Form 1 Unit 1 (C) Mr Anthony

studjisocjali.com

© Mr. Anthony Borg – Form1 Unit 1 Paġna 6

studjisoocjali.com

X'inhi Soċjetà?

Illum il-ġurnata nistgħu ngħidu li żvilluppaw ħafna soċjetajiet kbar li huma

differenti minn xulxin minħabba l-lingwa, l-valuri, il-politilka, il-kultura, l-arti, x-

xogħol, il-liġi li jagħmluhom differenti minn xulxin.

Soċjetà hija grupp ta' persuni (karattri) magħqudin flimkien bl-istess għanijiet

(skopijiet), interessi jew prinċipji. Dawn in-nies jgħixu f’territorju partikulari,

jkunu jafu 'l xulxin u jkollhom relazzjonijiet bejniethom. Ġeneralment soċjetà

partikulari bil-membri tagħha ikollha twemmin, drawwiet u valuri komuni. Il-

membri tas-soċjetà jixbħu lil xulxin fl-imgiba tagħhom.

KULL SOĊJETA’ HIJA MIBNIJA FUQ IL-VALURI

Il-valuri huma parti mportanti mill-ħajja tagħna, imma x’inhu valur? Għalfejn hu

mportanti u x’użu għandu fil-ħajja tagħna ta’ kuljum?

Hemm ħafna valuri u dawn kollha b’xi mod jew ieħor jgħinuna sabiex inkunu

bnedmin ta’ karattru sod, kuntenti u ta’ ġid lil oħrajn.

Valuri – Valuri huma prinċipji fil-ħajja tal-individwi u dawn nużawhom biex

niddeċiedu x’inhu tajjeb u x’inhu ħażin.

Valur hu dak li aħna nemmnu fih jew li naħsbu li hu importanti għalina u nkunu

rriduh. B’hekk nistinkaw għax nemmu li hu importanti u tajjeb għalina. Dak li

nemmnu fih jew hu importanti għalina jidher mill-imġiba tagħna. Pereżempju

jekk nisraq u nigdeb ma nħaddanx il-valur tal-onestà, jekk nistudja u nagħmel

ħilti biex ngħaddi mill-eżamijiet ifisser li nħaddan il-valur tal-edukazzjoni.

Tarbija ma titwelidx bil-valuri kollha iżda titgħallem u tiġi nfluwenzata minn

dawk ta’ madwarha. U madwarha hemm is-soċjetà, iżda il-familja taffettwa

ħafna il-valuri tat-tarbija għax il-ġenituri jservu bħala l-ewwel mudell (eżempju)

lit-tfal.

Mill-familja ma nitgħallmux biss l-ilsien Malti, kif nimxu u nilbsu. Il-familja

tgħaddilna ukoll ideat fuq dak li hu tajjeb u dak li hu ħażin, ta’ dak li għandna

nagħmlu u dak li m’għandniex nagħmlu. Eżempju ta’ valuri jinkludu:

Page 8: Ngħixu fis soċjetà: Soċjalizzazzjoni - StudjiSocjali.comstudjisocjali.com/resources/Form-1-Unit-1.pdf · Ngħixu fis-soċjetà: Soċjalizzazzjoni Form 1 Unit 1 (C) Mr Anthony

studjisocjali.com

© Mr. Anthony Borg – Form1 Unit 1 Paġna 7

studjisoocjali.com

Hemm ukoll il-valuri tas-soċjetà (dawn jirrapreżentaw il-maġġoranza tan-nies

tas-soċjetà). Fis-soċjetà Maltija hemm il-valur tad-demokrazija u r-reliġjon

nisranija għalkemm hemm minoranza żgħira ta’ Maltin li mhux insara. Hemm anki

valuri soċjali (li japplikaw u jħarsu lil kulhadd, anki għall-minoranza). Dawn huma:

Tolleranza – li naċċettaw u napprezzaw id-differenzi ta’ bejnietna,

Solidarjetà – li ngħinu lil dawk li huma fil-bżonn.

Fortunatament is-soċjetà dejjem aktar qed tagħraf l-importanza ta’ dawn il-

valuri u tagħraf li twettaqhom.

Normi – Huma regoli ta’ mġiba. Dawn m’hemmx għalfejn ikunu miktuba

imma nafu li jeżistu, eżempju – m’għandekx tgħajjat fil-kurituri tal-iskola.

Sinċiera

Ubbidjenti

Onestà

Altruwista

Organizzata

Edukata

Kreattiva

Ġeneruża

Kuraġġuża

Paċi

Dixxiplina

Għaqal

Bżulija

Rispett

Għajnuna

Ftehi

m

Page 9: Ngħixu fis soċjetà: Soċjalizzazzjoni - StudjiSocjali.comstudjisocjali.com/resources/Form-1-Unit-1.pdf · Ngħixu fis-soċjetà: Soċjalizzazzjoni Form 1 Unit 1 (C) Mr Anthony

studjisocjali.com

© Mr. Anthony Borg – Form1 Unit 1 Paġna 8

studjisoocjali.com

X’INHI D-DIFFERENZA BEJN SOĊJETA’ U KOMUNITA’?

Soċjetà - hija magħmula minn gruppi ta’ bnedmin, gruppi li huma DIFFERENTI

fid-daqs, fl-iskop, fl-apparenza, fir-regoli eċċ.

Erba’ prinċipji importanti fis-soċjetà:

Organizzazzjoni

Għaqda

Komunikazzjoni

Nuqqas ta’ qbil

Komunità – hija grupp iżgħar fejn ikun hemm sens qawwi ta’ identità bejn l-

individwi.

Xi tfisser Identità Soċjali?

Din tiġbor fiha id-dehra fiżika, il-fatturi li jiġu ppruvati mid-dokumenti kif ukoll

ir-rwoli.

Tissejjah 'soċjali' għaliex hija maħsuba sabiex tgħin lis-soċjetà tagħraf lil kull

membru tagħha bħala persuna b'identità differenti minn tal-oħrajn. Il-kontra

ta' 'identita soċjali' hija 'identita personali'. L-identità personali tiġbor fiha

l-personalità u l-karattru. Tissejjaħ hekk għaliex hija maħsuba sabiex tgħin lill-

persuna tiskopri lillha nnifisha b’mod li ssir taf x’inhuma l-karattru u l-

personalità tagħha. L-identità personali tgħin lil kull wieħed minna jsir aktar sod

u matur. Identità Soċjali tigi mix-xogħol li kull wieħed u waħda minna jagħmel

fis-soċjetà. Pereżempju meta nirreferu għal ċertu persuni bħal Johnny tal-

Ħaxix, jew Charlie tal-grocer jew Frans il-Bajjad. Ix-xogħol għandu tifsira

soċjali, jagħtina it-tikketta fis-soċjetà, aktar u aktar fis-soċjetajiet tal-lum

fejn issaltan l-interdipendenza, iġifieri kull persuna trid mingħand ħafna nies

oħra biex tgħix.

Page 10: Ngħixu fis soċjetà: Soċjalizzazzjoni - StudjiSocjali.comstudjisocjali.com/resources/Form-1-Unit-1.pdf · Ngħixu fis-soċjetà: Soċjalizzazzjoni Form 1 Unit 1 (C) Mr Anthony

studjisocjali.com

© Mr. Anthony Borg – Form1 Unit 1 Paġna 9

studjisoocjali.com

L-Identità Soċjali Tagħna

Aħna ilkoll ċittadini Maltin, twelidna f’Malta minn ġenituri Maltin u għandna

ċittadinanza Maltija li biha ningħarfu bħala Maltin. Għalkemm jien għadni żgħira

fl-età jien ċittadina ta' pajjiżi, u ngawdi minn dawk il-benefiċċji li toffrili s-

soċjetà Maltija.

Jien Ċittadina

Ta' Malta

Malta hija gżira f’Nofs il-Baħar Mediterran

Malta hija parti mill-Ewropa

Parti mid-Dinja

Bħala ċittadin Malti jien ngħix f’pajjiż li jismu Malta u li qiegħed f’nofs il-baħar

Mediterran. Pajjiżi huwa Repubblika Demokratika fejn iċ-ċittadini jgawdu mil-

libertà tal-kelma, tal-individwu, tal-istampa, ta1-opinjoni personali, tal-

espressjoni (li tesprimi ruħek) u tal-għaqda mal-oħrajn.

Ċittadini – huma persuni li għandhom id-dmirijiet u d-drittijiet ta’ pajjiż

partikolari għax twieldu fih jew għal raġunijiet validi oħra.

Page 11: Ngħixu fis soċjetà: Soċjalizzazzjoni - StudjiSocjali.comstudjisocjali.com/resources/Form-1-Unit-1.pdf · Ngħixu fis-soċjetà: Soċjalizzazzjoni Form 1 Unit 1 (C) Mr Anthony

studjisocjali.com

© Mr. Anthony Borg – Form1 Unit 1 Paġna 10

studjisoocjali.com

IDENTITA’ NAZZJONALI – MALTA

Għalkemm aħna ċittadini ta’ gżira żgħira, għandna nkunu kburin għax hija

tagħtina l-identità ta’ Maltin. X’jagħmilna differenti minn pajjiżi oħra u li

jagħtina identità Maltija? Dawn jinkludu:

L-Ilsien tagħna

It-tradizzjonijiet u d-drawwiet tagħna

Il-bandiera Maltija

L-arti u l-arkittettura

Ir-Reliġjon

Page 12: Ngħixu fis soċjetà: Soċjalizzazzjoni - StudjiSocjali.comstudjisocjali.com/resources/Form-1-Unit-1.pdf · Ngħixu fis-soċjetà: Soċjalizzazzjoni Form 1 Unit 1 (C) Mr Anthony

studjisocjali.com

© Mr. Anthony Borg – Form1 Unit 1 Paġna 11

studjisoocjali.com

Dawn li gejjin juru xi aspetti mill-kultura Maltija:

Ilbies tradizzjonali – l-Għonnella Il-Luzzu f’Marsaxlokk

Festi Maltin

Ikel tradizzjonali Malti

Il-Lingwa Maltija Logħob tradizzjonali Malti

L-INNU MALTI

Lil din l-art ħelwa, l-Omm li tatna isimha,

ħares, Mulej, kif dejjem Int ħarist:

Ftakar li lilha bl-oħla dawl libbist.

Agħti, kbir Alla, id-dehen lil min jaħkimha,

Rodd il-ħniena lis-sid, saħħa 'l-ħaddiem:

Seddaq il-għaqda fil-Maltin u s-sliem.

Page 13: Ngħixu fis soċjetà: Soċjalizzazzjoni - StudjiSocjali.comstudjisocjali.com/resources/Form-1-Unit-1.pdf · Ngħixu fis-soċjetà: Soċjalizzazzjoni Form 1 Unit 1 (C) Mr Anthony

studjisocjali.com

© Mr. Anthony Borg – Form1 Unit 1 Paġna 12

studjisoocjali.com

IDENTITA’ EWROPEJA

Din hi għaqda ta’ pajjiżi Ewropej li ingħaqdu flimkien biex ikunu jistgħu jikkompetu

aħjar fis-swieq internazzjonali. L-Unjoni Ewropeja għaqda li diversi pajjiżi

Ewropej ħolqu bejniethom biex jingħaqdu aktar flimkien u filwaqt li jgħelbu d-

differenzi ta’ bejniethom, jżidu l-ġid u jikkoperaw aktar flimkien biex jissaħħu

ekonomikament.

Malta hija waħda minn fost 27 pajjiż li huma membri fl-Unjoni Ewropeja.

Dawn il-pajjiżi huma: l-Awstrija, Belġju, Bulgarija, Ċipru, Republika Ċeka,

Danimarka, Estonja, Finlandja, Franza, Ġermanja, Greċja, Ungerija, Irlanda,

Italja, Latvja, Litwanja, Lussemburgu, Malta, Olanda, Polonja, Portugal,

Rumanija, Slovakkja, Slovenja, Spanja, Svezja, Renju Unit.

Aħna li aħna ċittadini ewropej għandna diversi simboli li jirrappreżentaw l-

identità komuni Ewropea, bħall- :

l-innu Ewropew (‘Għanja ta’ Ferħ’ ta’ Beethoveen)

il-bandiera Ewropea (Ċirku bi 12-il stilla fuq sfond

ikħal)

l-EU addottat il-motto ‘Magħquda fid-diversità u

f’9 ta’ Mejju jiġi ċċelebrat ‘Jum l-Ewropa’.

il-karti tal-flus u muniti tal-ewro

Page 14: Ngħixu fis soċjetà: Soċjalizzazzjoni - StudjiSocjali.comstudjisocjali.com/resources/Form-1-Unit-1.pdf · Ngħixu fis-soċjetà: Soċjalizzazzjoni Form 1 Unit 1 (C) Mr Anthony

studjisocjali.com

© Mr. Anthony Borg – Form1 Unit 1 Paġna 13

studjisoocjali.com

IDENTITA’ GLOBALI

Aħna lkoll nagħmlu parti mill-komunità dinjija. Bħala ċittadini globali

importanti li nkunu nafu :

X’inhu jiġri madwarna u mhux f’pajjiżna biss

Nirrispettaw u napprezzaw id-diversità (iġifieri

nirrispettaw lil dawk differenti minna)

Nipparteċipaw mhux biss f’affarijiet lokali iżda

wkoll globali

Naħdmu biex id-dinja tkun aħjar għal kulħadd

Permezz tat-teknologija, aktar mezzi ta’ komunikazzjoni u

transport aktar faċli u orħos l-individwi u n-nazzjonijiet

jistgħu jilħqu kull parti tad-dinja fi żmien qasir. B’hekk

ngħidu li d-dinja saret villaġġ globali wieħed.

Bħala bniedem jien nagħmel parti minn socjetà ta' nies li ilkoll flmkien irridu

ngħixu fuq din il-pjaneta li tissejjaħ dinja. Sfortunatament, l-istorja tgħallimna

kemm il-bniedem m’għarafx jgħix fil-paċi u jibża' għall-ambjent naturali li jgħix

fih. Aħna rridu naħdmu biex forsi jasal żmien meta l-bnedmin jidbew jgħixu

flimkien f’dinja ta' paċi, ġustizzja u progress.

Bħala studenta jien mmur l-iskola u għadni qed nitgħallem. Fl-iskola nqatta'

erbatax-il sena minn ħajti bl-iskop li nittrenja għax-xogħol futur tiegħi. F'dan

iż-żmien jien ninsisti biex ikun suċċess f’dak kollu li nagħmel.

Bhala nisranija jien nagħmel parti mill-Knisja Kattolika Rumana li fiha dħalt

membru bis-saħħa tal-Magħmudija u s-Sagramenti. Għandi d-dmir li ngħix skont

it-tagħlim tar-Reliġjon tiegħi speċjalment billi ngħin u naħfer lil ħaddieħor.

Page 15: Ngħixu fis soċjetà: Soċjalizzazzjoni - StudjiSocjali.comstudjisocjali.com/resources/Form-1-Unit-1.pdf · Ngħixu fis-soċjetà: Soċjalizzazzjoni Form 1 Unit 1 (C) Mr Anthony

studjisocjali.com

© Mr. Anthony Borg – Form1 Unit 1 Paġna 14

studjisoocjali.com

L-Identità twassal għar-Rwol tagħna fis-Soċjetà

Biex tkun ċittadin tajjeb jeħtieg li taqdi r-rwol

tiegħek tajjeb għall-ġid tiegħek u tas-soċjetà.

Trid tagħraf u titgħallem id-dmirijiet u d-

drittijiet tiegħek bħala membru tas-soċjetà

Maltija li tifforma stat. It-tfal għandhom

iħobbu lill-ġenituri tagħhom, jagħmlu xogħolhom

tal-iskola sew, iġibu ruħhom tajjeb l-iskola, f’xi

postijiet pubbliċi, eċċ. L-adulti wkoll għandhom

ir-rwoli tagħhom fis-soċjetà tagħna.

Nsemmu, fost ħafna, il-pulizija li

għandhom rwol importanti fis-soċjetà, dak li jżommu l-ordni. Aħna

għandna naċċettaw ir-rwol tagħhom għaliex dawn għandhom l-awtorità

li jieħdu deċiżjonijiet u aħna rridu nobduhom.

Barra l-pulizija, nsibu rwoli oħra li huma mportanti fis-soċjetà u jeħtieġu l-

koperazzjoni tagħna. Għalhekk nitgħallmu naċċettaw ir-rwoli differenti tal-

membri differenti tas-soċjetà.

Kulħadd jistenna mġieba tajba u eżempju tajjeb minn għalliema, qassis, missier

ta' familja, tabib, eċċ. Kulħadd jistennna li t-tfal jistudjaw, jilgħabu, jġibu

ruħhom sew, eċċ. Meta ma naqdux ir-rwoli tagħna fis-soċjetà jinqala nuqqas ta'

ftehim.

Kull individwu, jiġifieri personali hija unika; għandha 1-kwalitajiet personali li

m'għandhomx l-oħrajn, għandna identità differenti minn ħaddieħor. Huwa fid-

dmir tagħna li naċċettaw ir-rwoli differenti tal-membri differenti tas-soċjetà u

mhux noqogħdu nitkażaw, jew niddieħku, b'kull min huwa differenti minna. Dan

id-dmir tagħna li naċċettaw identitajiet differenti fis-soċjetà jissejjaħ dmir

tat-tolleranza, jiġifieri, id-dmir li l-bnedmin għandhom jaċċettaw kif ukoll

jirrisspettaw lil xulxin bid-differenzi kollha ta' bejniethom. Ħafna drabi meta

naċċettaw id-differenzi ta' bejnietna nkunu qed nitgħallmu wkoll. Hekk

pereżempju jekk ikolli xi ħabiba Musulmana, nitgħallem ħafna dwar il-kultura u r-

Page 16: Ngħixu fis soċjetà: Soċjalizzazzjoni - StudjiSocjali.comstudjisocjali.com/resources/Form-1-Unit-1.pdf · Ngħixu fis-soċjetà: Soċjalizzazzjoni Form 1 Unit 1 (C) Mr Anthony

studjisocjali.com

© Mr. Anthony Borg – Form1 Unit 1 Paġna 15

studjisoocjali.com

reliġjon Musulmana. Bl-istess mod, meta naħdmu ma' min għandu opinjonijiet

differenti minn tagħna, nispiċċaw noħolqu ideat ġodda.

JIEN U L-OĦRAJN

Tagħlim ta’ rispett, għajnuna u dmirijiet

Aħna lkoll nibnu r-relazzjonijiet tagħna mad-dinja ta’

madwarna.

JIENA li ngħix f’FAMILJA, QRABA, għandi l-ĦBIEB,

ngħix f’RAĦAL/BELT, PAJJIŻI.

L-aktar li jimpurtani meta nkun żgħir, huwa minni

nnifsi. Pero` meta nitwieled u nibda nikber, nibnu

relazzjoni mal-ġenituri tagħna, ħutna, qrabatna u

ħbiebna. Bil-mod il-mod nibdew il-proċess li

jissejjaħ SOĊJALIŻŻAZZJONI. Ir-relazzjonijiet li

jkollna mal-oħrajn:

a) jgħinuna nimmaturaw,

b) nieħdu aktar gost fil-ħajja,

c) nidraw naqsmu l-ferħ u n-niket tagħna ma’ l-oħrajn.

Fl-iżgħar ċellola tas-Socjetà, jiġifieri l-FAMILJA, għandna kemm

DRITTIJIET kif ukoll DMIRIJIET.

Meta fil-Familja jinqalgħu xi diffikultajiet jew nuqqas ta’ qbil, għandna nitkellmu

mhux niġġieldu. Għandna b’mod speċjali nkunu:

a) tolleranti lejn l-opinjonijiet u l-gosti differenti ta’ xulxin.

b) sensittivi għall-bżonnijiet u l-burdati ta’ kull membru.

Fil-familja jsir l-ewwel KONTROLL SOĊJALI - kif nidraw ngħixu f’soċjetà

inġenerali iktar ‘il quddiem. Familji tajba jgħinu biex:

1. L-ulied jidraw jirrispettaw l-awtorita`

2. nidraw il-karita` lejn xulxin

3. naċċettaw RWOLI differenti fil-ħajja u nidraw nistmaw

ix-xogħol ta’ xulxin.

4. nifhmu li x-xogħol kollu huwa meħtieġ u importanti l-

istess.

5. nifhmu kif il-ġenituri għandhom l-awtorità, imma fl-istess

ħin JAQDU lill-familja biex

Page 17: Ngħixu fis soċjetà: Soċjalizzazzjoni - StudjiSocjali.comstudjisocjali.com/resources/Form-1-Unit-1.pdf · Ngħixu fis-soċjetà: Soċjalizzazzjoni Form 1 Unit 1 (C) Mr Anthony

studjisocjali.com

© Mr. Anthony Borg – Form1 Unit 1 Paġna 16

studjisoocjali.com

iġibuha ‘l quddiem.

6. tikber id-dixxiplina fil-pajjiż

7. jiġu mrażżna l-pika u l-għira.

Il-LOGĦOB jgħin lit-tfal jikbru u jimmaturaw. Fil-logħob

nitgħallmu nitħalltu ma’ sħabna (nissoċjalizzaw rwieħna) waqt li

nitgħallmu nitilfu u nitgħallmu kif “nitgħallmu mill-iżbalji tagħna”.

L-IMĠIBA tagħna hija marbuta mal-karattru tagħna. L-Imgieba

tagħna turi lil kulħadd x’personalita` għandna. Bniedem li jġib

ruħu sew ngħidu li hu edukat u ta’ manjieri tajba. Għandna nużaw

imġieba tajba kull fejn inkunu.

L-indafa f’darna, fl-iskola u f’pajjiżna tiddependi mill-imġieba tajba ta’ kull

ċittadin kullimkien. Ir-riżultat ta’ imġiba tajba huwa n-nuqqas ta’ inkwiet u aktar

paċi.

Attività:

1. Fejn huwa l-post li fih nitgħallmu l-ewwel Kontrol Soċjali?

2. Permezz tal-Kontroll Soċjali x’nitgħallmu li jiswielna ta’ ġid biex ikollna

soċjeta’ aktar dixxiplinata?

3. Semmi xi drittijiet u dmirijiet li jien għandi fil-famija.

4. Kif jgħina l-logħob sabiex nikbru u nitgħallmu aktar kif inġibu ruħna fis-

socjetà?

5. Semmi l-postijiet fejn u kif għandna nuru manjieri tajba.

Page 18: Ngħixu fis soċjetà: Soċjalizzazzjoni - StudjiSocjali.comstudjisocjali.com/resources/Form-1-Unit-1.pdf · Ngħixu fis-soċjetà: Soċjalizzazzjoni Form 1 Unit 1 (C) Mr Anthony

studjisocjali.com

© Mr. Anthony Borg – Form1 Unit 1 Paġna 17

studjisoocjali.com

Il-proċess ta’ Soċjalizzazzjoni jinqasam fi tnejn:

i. Soċjalizzazzjoni Primarja: dak il-proċess li jseħħ fil-bidu tal-ħajja

tal-individwu meta l-personalità tiegħu tibda l-formazzjoni tagħha fil-

familja.

ii. Soċjalizzazzjoni Sekondarja: tikkonsisti f’taħriġ aktar speċjalizzat

li jwassal lill-individwu għall-modi ġodda ta’ mġiba, mal-ħbieb l-iskola u fuq

il-post tax-xogħol.

F’dan il-proċess insibu l-Aġenti tas-soċjalizzazzjoni – persuni/gruppi li

jgħinuna fil-proċess tas-soċjalizzazzjoni pereżempju l-familja, il-

ħbieb, l-għalliema, ir-reliġjon, għaqdiet, il-mass media eċċ.

Interazzjoni Soċjali

hija l-proċess ta’ relazzjonijiet bejn tnejn jew aktar min-nies li bih

jinfluwenzaw lil xulxin

fil-ħsibijiet,

fl-ideat,

fis-sentimenti u

r-reazzjonijiet li jesprimu.

Dan isir permezz ta’ komunikazzjoni

Verbali jew non-verbali

Page 19: Ngħixu fis soċjetà: Soċjalizzazzjoni - StudjiSocjali.comstudjisocjali.com/resources/Form-1-Unit-1.pdf · Ngħixu fis-soċjetà: Soċjalizzazzjoni Form 1 Unit 1 (C) Mr Anthony

studjisocjali.com

© Mr. Anthony Borg – Form1 Unit 1 Paġna 18

studjisoocjali.com

Il-Grupp Soċjali

Il-grupp hu magħmul min-nies li jimxu fuq l-istess regoli u jaħdmu għall-istess

għan. Insemmu pereżempju f’xi każin in-nies jiltaqgħu biex jieħdu sehem

f’attività bħal futbol, festa u din l-attività tgħaqqadhom flimkien. Dan il-grupp

ikun immexxi minn kumitat li jkollu President bħala li jmexxi l-laqgħat, is-

segretarju jieħu l-minuti tal-laqgħat u t-teżorier li jieħu ħsieb il-finanzi.

Ir-Rwol tal-Membri differenti fil-Grupp.

Fil-grupp insibu l-President, is-Segretarju, it-Teżorier u l-membri. Kull membru

jkollu r-rwol tiegħu fil-grupp. Dak li jmexxi l-grupp jissejjaħ leader (mexxej), il-

leader huwa dik il-persuna li jkun maħtur minn sħabu li għandu responsabbiltà

lejn il-grupp.

F'dan is-sens, il-leader irid jagħti eżempju tajjeb lill-

membri tal-grupp tiegħu. Is-segretarju jara li

jinkitbu l-minuti tal-laqgħat li jsiru, waqt li t-teżorier

jieħu ħsieb il-finanzi tal-grupp.

Fil-Grupp:

1. Irrid inkun naf nisma' u nifhem lill-oħrajn - fil-grupp, il-membri juru ċertu

rabta lejn xulxin billi pereżempju jiltaqgħu regolarment u jkollhom

attivitajiet flimkien. Madanakollu mhux biżżejjed. Fil-grupp irrid nisma’ u

nifhem l-ideat u l-opinjonijiet tal-oħrajn. Fil-grupp

kulħadd jaqsam l-ideat tiegħu mal-oħrajn. Għalhekk

huwa mportanti li wieħed jisma’ u jifhem xi jkun qed

jgħid l-ieħor u mhux biss jisma’ u ma jagħtix każ. Biex

nisma’ u nifhem tajjeb, irid ikun hemm relazzjoni u

komunikazzjoni tajba bejn il-persuni l-oħra.

Page 20: Ngħixu fis soċjetà: Soċjalizzazzjoni - StudjiSocjali.comstudjisocjali.com/resources/Form-1-Unit-1.pdf · Ngħixu fis-soċjetà: Soċjalizzazzjoni Form 1 Unit 1 (C) Mr Anthony

studjisocjali.com

© Mr. Anthony Borg – Form1 Unit 1 Paġna 19

studjisoocjali.com

2. Jittieħdu deċiżjonijiet fuq il-prinċipju ta' demokrazija - il-membri kollha

għandhom id-dritt jesprimu l-opinjonijiet tagħhom u l-ebda leader jew xi

membru tal-grupp m'għandu qatt jimponi regolamenti jew deċiżjonijiet

fuq il-membri l-oħra.

3. Irid ikun hemm komunikazzjoni tajba - irid ikun hemm djalogu ċar fejn kull

parti għandha tingħata ċ-ċans li tesprimi l-opinjoni tagħha u wara jintlaħaq

ftehim bejn il-membri kollha.

Konflitti bejn il-Membri tal-Grupp

F'kull grupp, bħal kull ħaġa oħra dejjem issib it-tajjeb u l-ħażin. Dan għaliex il-

gruppi huma magħmulin min-nies, u n-nies hemm u kullimkien, tajbin u oħrajn

anqas tajbin. Bl-aktar mod realistiku nafu li xi darba jew oħra jista' jagħti l-każ

li jinqalgħu xi konflitti. Huwa għalhekk bżonn neċessarju li

meta xi membri tal-grupp ma jaqblux ma' xi deċiżjonijiet

m'għandniex inkunu aħna li nkomplu nsaħħu l-argumenti ta'

bejnietna, iżda naraw kif nistgħu naslu għall-qbil. Bi ftit

paċenzja, tolleranza, parteċipazzjoni u ftehim il-konflitti

jitnaqsu.

Il-Vantaġġi tal-Grupp

Il-bniedem mhux maħluq biex jgħix waħdu. Il-bniedem għandu bżonn il-kumpanija

ta' ħaddieħor kemm f’mumenti ta' ferħ u kemm f’mumenti ta' niket.

Fil-grupp wieħed jista' jieħu gost,

jaqsam l-esperjenzi u l-emozzjonijiet

tiegħu, jkabbar it-talenti tiegħu, eċċ.

Page 21: Ngħixu fis soċjetà: Soċjalizzazzjoni - StudjiSocjali.comstudjisocjali.com/resources/Form-1-Unit-1.pdf · Ngħixu fis-soċjetà: Soċjalizzazzjoni Form 1 Unit 1 (C) Mr Anthony

studjisocjali.com

© Mr. Anthony Borg – Form1 Unit 1 Paġna 20

studjisoocjali.com

Il-grupp huwa mportanti sabiex inkunu nistgħu:

• Nitkellmu ma' xulxin

• Nifhmu lil xulxin

• Ngħinu lil xulxin

• Nfarrġu lil xulxin

• Nifirħu ma’ xulxin

• Noħorġu flimkien

• Naħdmu flimkien, eċċ

Gruppi Soċjali differenti fis-Soċjetà

Fis-soċjetà jeżistu diversi gruppi. Grupp jista' jkun kbir jew żgħir. L-iżgħar

grupp fis-soċjetà hija l-familja li tista’ tkun komposta minn żewġ membri, ir-

raġel u l-mara. Aħna membri tas-soċjetà, għalhekk aħna dejjem nagħmlu parti

minn xi grupp. Trid titgħallem tissoċjalizza mal-oħrajn.

Grupp fid-dar

Iġifieri inti tkun parti minn familja, mhux qiegħed

waħdek. Inti tgħix, titkellem u tikkomunika mal-membri

tal-familja. Inti trid tieħu sehem attiv fil-familja u

taqdi l-bżonnijiet tal-familja. Trid titgħallem tkun

responsabbli.

Il-Gang x'inhu eżatt?

ll-Gang hu grupp ta' persuni, liema tip ta' gruppi ġeneralment huma żgħar. Hemm

tendenza li Gang jistenna mill-membri tiegħu

sapport li xi drabi jwassal għal xi forma ta' abbuż.

Insibu li Gang ġewwa skola jkun hemm ħafna

BULLYING, fejn il-vittma tiġi pprovokata.

Page 22: Ngħixu fis soċjetà: Soċjalizzazzjoni - StudjiSocjali.comstudjisocjali.com/resources/Form-1-Unit-1.pdf · Ngħixu fis-soċjetà: Soċjalizzazzjoni Form 1 Unit 1 (C) Mr Anthony

studjisocjali.com

© Mr. Anthony Borg – Form1 Unit 1 Paġna 21

studjisoocjali.com

Fil-klassi

Fil-klassi inti wkoll qiegħda fi grupp li huwa relattivament kbir, qiegħda ma'

sħabek. Ma' dawn inti tqatta' l-aktar ħin tal-ġurnata, tista' tifforma gruppi

żgħar ma' xi wħud li taqbel magħhom milli m'oħrajn.

Għaqda Volontarja

Għaqdiet volontarji huma fost il-gruppi popolari ma' bosta żgħażagħ peress li

hemm numru ta' nies li qed jiltaqgħu flimkien. Hawn ħafna tipi t'għaqdiet

fosthom:

Reliġjużi: Azzjoni Kattolika, Mużew;

Sportivi: Futbol;

Mużikali: Kazini tal-Banda;

Filantropiċi: jaħdmu għall-ġid tal-komunità bħal Caritas;

Soċjali: Ċentri taż-Żgħażagħ.

L-għan ta' dawn il-gruppi volontarji huwa li jagħmlu l-ġid. Dawn jaħsbu fl-oħrajn

mhux bħall-gang.

Page 23: Ngħixu fis soċjetà: Soċjalizzazzjoni - StudjiSocjali.comstudjisocjali.com/resources/Form-1-Unit-1.pdf · Ngħixu fis-soċjetà: Soċjalizzazzjoni Form 1 Unit 1 (C) Mr Anthony

studjisocjali.com

© Mr. Anthony Borg – Form1 Unit 1 Paġna 22

studjisoocjali.com

Ġeneru

Ir-Rwol tal-Mara u r-Raġel. L-Ugwaljanza bejn is-sessi fis-soċjetà.

Waħda mill-akbar differenzi li jeżistu fir-razza umana,

hija dik ta’ bejn n-nisa u l-irġiel. L-akbar differenza li

forsi wieħed isib, hija dik bijoloġika. Fil-fatt il-

mara jista’ jkollha t-tfal filwaqt li r-ragel le. Biss

din id-differenza hija soċjali wkoll?

Hemm differenza bejn il-kelma sess u l-kelma ġeneru? Il-kelma

sess tirreferi għal xi ħaġa bijoloġika. Eżempju hija xi ħaġa naturali li l-mara

twelled tarbija u hi normali li tieħu ħsieb it-tarbija fl-ewwel ġimgħat ta’ ħajjitha

speċjalment jekk il-mara treddà lit-tarbija tagħha.

Il-kelma ġeneru tirreferi għal ċertu xogħol li jingħata lilha u mhux

bijoloġikament.

Soċjeta’ Patrijarkali tfisser li s-soċjetà hija ddominata mill-irġiel u li allura

tmexxi ‘l quddiem l-interessi tal-irġiel waqt li twarrab u tgħakkes lin-nisa.

Il-femminismu jirreferi għall-istudju li jsir sabiex jara kif il-persuna tal-mara

qed tiġi użata u sfruttata mis-soċjetà.

Aspetti fis-soċjetà li juru id-differenza bejn l-irġiel u n-nisa.

1. Il-logħob tat-tfal – ċertu logħob, huwa immirat għat-tfajliet

jew ġuvintur. It-tfajliet il-logħob tagħhom huwa immirat

aktar lejn xogħol domestiku. Ħafna ġenituri forsi mingħajr

ma jkunu jafu jkunu qegħdin jimponu forom ta’ mġieba soċjali

fuq uliedhom billi jinfluwenzaw lil uliedhom permezz tal-ġugarelli li

jixtrulhom, eżempju pupi għall-bniet u trakkijiet għas-subien.

Minħabba dawn l-attivitajiet ikunu qegħdin ifasslu mudelli ta’

rwol soċjali msejsa fuq is-sess magħruf bħala sterjotipi.

Page 24: Ngħixu fis soċjetà: Soċjalizzazzjoni - StudjiSocjali.comstudjisocjali.com/resources/Form-1-Unit-1.pdf · Ngħixu fis-soċjetà: Soċjalizzazzjoni Form 1 Unit 1 (C) Mr Anthony

studjisocjali.com

© Mr. Anthony Borg – Form1 Unit 1 Paġna 23

studjisoocjali.com

Sterjotipi – jfisser meta r-raġel jew il-mara jaġixxu u jġibu ruħhom

b’ċertu mod minħabba li huma raġel jew mara.

2. Id-Dinja tar-Reklamar. Kif tiġi mpenġija l-mara fir-reklamar? L-

isterjotipi fuq bażi ta’ sess ipenġu lill-mara fir-reklami ħafna drabi bħala

l-mara tad-dar xi ftit jew wisq sempliċi, moħħha biex tonfoq kemm tiflaħ;

jew inkella l-mara mpenġija bħala oġġett sesswali u emozzjonali li taħseb

b’qalbha u mhux b’moħħha. Min naħa l-oħra r-raġel jitpenġa bħala xempju

tas-saħħa, tal-loġika u tas-superjorità.

Il-Ġlieda għad-Drittijiet tal-Mara

Aktarx li l-ewwel rivoluzzjoni għad-drittijiet indaqs tal-mara

seħħu fis-seklu tmintax. L-idea li l-mara tkun ugwali daqs ir-

ragel seħħet permezz tal-ideat ġodda li ġabet magħha r-rivoluzzjoni

Franċiża u l-gwerra tal-Indipendenza Amerikana. Fil-bidu n-nisa

bdew jorganizzaw irwieħhom f’gruppi volontarji fejn bdew jiġġieldu

biex il-mara ma tibqax assoċjata biss ma’ xogħol domestiku filwaqt

li jkollha l-istess drittijiet bħall-irġiel. Nistgħu nsemmu l-fatt li fil-

passat, mhux ħafna snin ilu, għall-istess xoghol li kien isir minn mara

u minn raġel, l-irġiel kienu jitħallsu aktar mill-irġiel.

In-nisa kellhom jgħaddu minn diversi diffikultajiet sabiex waslu għall-istatus li

jgawdu illum. Infatti nhar il-8 ta’ Marzu 1908 fi New York, matul protesta favur

l-ugwaljanza tal-mara f’fabbrika mietu 19-il mara maħruqa. Minn dakinhar it-8

ta’ Marzu baqà mfakkar bħala l-Jum Dinji tal-Mara. Fil-bidu tas-seklu 20 in-

nisa fil-pajjiżi ndustrijalizzati bdew jirnexxilhom jiksbu d-dritt għall-vot.

Permezz ta’ dawn il-ħafna rivoluzzjonijiet u movimenti favur id-drittijiet tal-

mara, is-soċjetà bdiet tinduna li d-differenzi bejn ir-raġel u l-mara huma tnejn:

Page 25: Ngħixu fis soċjetà: Soċjalizzazzjoni - StudjiSocjali.comstudjisocjali.com/resources/Form-1-Unit-1.pdf · Ngħixu fis-soċjetà: Soċjalizzazzjoni Form 1 Unit 1 (C) Mr Anthony

studjisocjali.com

© Mr. Anthony Borg – Form1 Unit 1 Paġna 24

studjisoocjali.com

1. is-sess bijoloġiku jiġifieri differenzi bijoloġiċi (li għandhom x’jaqsmu mal-

ġisem)

2. is-sess skont is-soċjetà jiġifieri l-ġeneru (gender) (li huwa normalità

soċjali li s-soċjetajiet imponew fuq il-mara biex jippruvaw jaqsmu l-

bżonnijiet tas-soċjetà)

Is-soċjetà għamlet b’tali mod li l-mara tħossha responsabbli tat-trobbija u kura

tal-familja u s-soċjetà waqt li fl-istess ħin tħossha inferjuri għar-raġel. B’hekk

twettaq dawk l-affarijiet li forsi kienu jidhru u jinħassu anqas dinjitużi.

Illum, permezz ta’ ħafna sforzi favur l-UGWALJANZA ta’ bejn is-sessi, ir-rwol

tal-mara qiegħed jinbidel u l-mara qegħda terga’ tieħu l-pozizzjoni dinjituza

taghha fis-socjetà. Illum permezz tat-tagħlim u l-edukazzjoni s-soċjetà qiegħda

tagħraf li għalkemm il-mara u r-raġel bijoloġikament huma differenti, il-mara

bħar-raġel għandha moħħ u hija wkoll kapaċi taħseb. Il-mara hi

kapaċi wkoll tiddeċiedi waqt li tikkontribwixxi l-għerf u ħidmitha

għall-ġid tas-soċjetà.

Nisa managers, avukati, tobba maġistrati, xufiera, inġiniera u

periti, eċċ saru ħaġa komuni. Xogħlijiet li kienu maħsuba li jistgħu jsiru mill-irġiel

biss minħabba li huwa xogħol ta’ strapazz issa qed jaqgħu f’idejn nies li kapaċi

jagħmluh, mingħajr distinzjoni ta’ sess.

Illum is-soċjetà moderna qegħda tħares lejn dan il-millenju l-ġdid, bħala dak il-

millenju li ser jressaq aktar lill-mara u lir-raġel lejn pożizzjoni ugwali u

komplimentari għal xulxin, fejn is-soċjetà ma tkunx mmexxija la min nisa u l-

anqas mill-irġiel. Biex il-mara tkun tistà tagħti sehmha fis-soċjetà għandha

bżonn l-appoġġ tal-familjari speċjalment mis-sieħeb tagħha li jkun lest jgħin fit-

trobbija tat-tfal u fix-xogħol domestiku.

Page 26: Ngħixu fis soċjetà: Soċjalizzazzjoni - StudjiSocjali.comstudjisocjali.com/resources/Form-1-Unit-1.pdf · Ngħixu fis-soċjetà: Soċjalizzazzjoni Form 1 Unit 1 (C) Mr Anthony

studjisocjali.com

© Mr. Anthony Borg – Form1 Unit 1 Paġna 25

studjisoocjali.com

Eżerċizzji:

Agħżel it-tajba

1. Liema minn dawn huma konsegwenza tas-sess?

a. li l-mara treddà lit-tarbija tagħha

b. li l-missier joħroġ jaħdem għall-familja

c. li l-mara taħsel il-platti

d. li t-tfal imorru l-iskola

2. Liema minn dawn huma konsegwenza tal-ġeneru?

a. li t-tfal subien jiġu mħeġġa jilgħabu b’ġugarelli bħal karozzi

b. li ż-żagħżagħ subien jibdew iqaxxru l-mustaċċi

c. li l-iskola hija obbligatorja sas-sittax-il sena f’pajjiżna

d. li n-nisa jkollhom it-trabi

3. Liema minn dawn hija sterjotipa bbażata fuq is-sess?

a. il-missier jilgħab ma’ wliedu

b. l-omm twelled tarbija

c. bniet jilgħabu taparsi marru jixtru mingħand tal-grocer

d. tifel imur il-Knisja jismà l-quddies

4. X’inhi soċjetà patrijarkali?

a. waħda ddedikata lil San Ġużepp

b. waħda fejn ma ssibx nisa imma rġiel biss

c. waħda fejn jiddominaw u jmexxu l-irġiel

d. waħda fejn ser issib nisa daqs irġiel f’pożizzjonijiet ta’ poter u ta’

responsabbiltà.

Wieġeb:

5. Agħti eżempji ta’ logħob tat-tfal li s-soltu jilagħbu s-subien u eżempji ta’

logħob ieħor li jilagħbu l-bniet.

6. Taħseb li dan il-logħob jkun qed isawwar soċjalment lis-subien differenti

mill-bniet? Kif?