8
Il-Ħadd, 10 ta’ Frar www.mychoice.pn f’din l-Elezzjoni SUPPLIMENT 20 13 76,000 persuna qed jiġbru l-mediċini b’xejn mill-ispiżerija tal-għażla tagħhom Enfasi fuq ħajja ta’ stil b’saħħtu u prevenzjoni individwali u kollettiva Kien il-Gvern tal-Labour ta’ Muscat u Sant li għamel taxxa fuq il-mediċini ii iii vi FATTI U ĊIFRI TITKELLEM INT MUSCAT JAGħżEL ħAżIN Fis-snin li għaddew il-Gvern kompla jinvesti bl-aktar mod dirett u bil-qawwa fis-saħħa tal-Maltin u l-Għawdxin. Filwaqt li s-servizzi tas- saħħa komplew jiżdiedu u komplew jingħataw b’xejn, il-Gvern kompla jimpenja lilu nnifsu biex ikattar dawn is- servizzi u ċifri uffiċjali juru bl- aktar mod ċar kemm il-Maltin u l-Għawdxin jagħmlu użu minn dawn l-istess faċilitajiet u servizzi. Jekk nieħdu l-aħħar sena li għandna statistika għaliha, kien hemm aktar minn 52,200 persuna li daħlu għall-kura fl-Isptar Mater Dei. Fl-istess sena kien hemm aktar minn 524,660 persuna li għamlu żjara fit-Taqsima tal- Out Patients tal-Isptar Mater Dei. Fl-istess sena saru aktar minn 19,700 CT Scan, 23,400 ultrasound, 7,790 MRI. Barra minn hekk saru kważi sitt miljun test tad-demm. Fl-Isptar Mater Dei biss hemm jaħdmu aktar minn 3,760 persuna li jagħtu servizz tal-aqwa kwalità skont il- bżonnijiet tal-pazjenti. Fl-Isptar Mater Dei komplew jiżdiedu wkoll minn sena għall-oħra l-għadd ta’ operazzjonijiet li jsiru tant li fl- 2012 saru 45,500 operazzjoni - żieda ta’ 12,000 operazzjoni fuq it-total ta’ operazzjonijiet li saru fl-Isptar San Luqa fl-2007. Investiment kbir fis-saħħa L-ammont ta’ nies li qed jieħdu kura fl-Isptar Mater Dei qed dejjem jiżdied. Fl-aħħar sena, 52,000 daħlu l-isptar u 525,000 marru fl-out patients Grazzi għall-faċilitajiet mill- aqwa u state of the art li joffri l-Isptar Mater Dei, fejn l-investiment li għamel fih il-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista wassal biex dan ikun sptar mill-aqwa fl-Ewropa, illum jistgħu jsiru fih ammont akbar ta’ operazzjonijiet milli kienu jsiru qabel fl-Isptar San Luqa. Statistika uffiċjali turi li fil- fatt bħalissa qed isiru medja ta’ 123 operazzjoni kuljum, inkluż fi tmiem il-ġimgħa u anki waranofsinhar. Qabel l-għadd ta’ operazzjonijiet fl-Isptar San Luqa kien ta’ disgħin operazzjoni kuljum (medja). Dan ifisser li bħalissa qed isiru mat-tletin operazzjoni aktar. Dan ifisser li l-pazjenti Maltin u Għawdxin qed jingħataw aktar kura u aktar servizzi. Grazzi għaż-żieda fir-riżorsi umani u grazzi għat-tkattir tal-faċilitajiet. Interessanti l-fatt li fl- aħħar erba’ snin tal-Isptar San Luqa kienu saru total ta’ 126,950 operazzjoni, filwaqt li fl-ewwel erba’ snin tal-Isptar Mater Dei saru total ta’ 160,260 operazzjoni. Barra minn hekk, sar investiment kbir mill-Gvern fl-apparat fl-Isptar Mater Dei li qed ikompli jiżviluppa bi sptar għalkollox ġdid għall-kura tal-kanċer. Medja ta’ 123 operazzjoni kuljum fl-Isptar Mater Dei

Investiment kbir fis-saħħa - Futur fis-Sod

Embed Size (px)

DESCRIPTION

Suppliment il-Ħadd 10 ta' Frar 2013

Citation preview

Page 1: Investiment kbir fis-saħħa - Futur fis-Sod

Il-Ħadd, 10 ta’ Frar www.mychoice.pn

f’din l-ElezzjoniSUPPLIMENT

2013

76,000 persuna qed jiġbru l-mediċini b’xejn mill-ispiżerija tal-għażla tagħhom

Enfasi fuq ħajja ta’ stil b’saħħtu u prevenzjoni individwali u kollettiva

Kien il-Gvern tal-Labour ta’ Muscat u Sant li għamel taxxa fuq il-mediċiniii iii viFaTTI U ĊIFrI TITKELLEM INT MUScaT jaGħżEL ħażIN

Fis-snin li għaddew il-Gvern kompla jinvesti bl-aktar mod dirett u bil-qawwa fis-saħħa tal-Maltin u l-Għawdxin.

Filwaqt li s-servizzi tas-saħħa komplew jiżdiedu u komplew jingħataw b’xejn, il-Gvern kompla jimpenja lilu nnifsu biex ikattar dawn is-servizzi u ċifri uffiċjali juru bl-aktar mod ċar kemm il-Maltin u l-Għawdxin jagħmlu użu minn dawn l-istess faċilitajiet u servizzi.

Jekk nieħdu l-aħħar sena li għandna statistika għaliha, kien hemm aktar minn 52,200 persuna li daħlu għall-kura fl-Isptar Mater Dei.

Fl-istess sena kien hemm aktar minn 524,660 persuna li għamlu żjara fit-Taqsima tal-Out Patients tal-Isptar Mater Dei.

Fl-istess sena saru aktar minn 19,700 CT Scan, 23,400 ultrasound, 7,790 MRI. Barra minn hekk saru kważi sitt

miljun test tad-demm.Fl-Isptar Mater Dei biss

hemm jaħdmu aktar minn 3,760 persuna li jagħtu servizz tal-aqwa kwalità skont il-bżonnijiet tal-pazjenti.

Fl-Isptar Mater Dei komplew jiżdiedu wkoll minn sena għall-oħra l-għadd ta’ operazzjonijiet li jsiru tant li fl-2012 saru 45,500 operazzjoni - żieda ta’ 12,000 operazzjoni fuq it-total ta’ operazzjonijiet li saru fl-Isptar San Luqa fl-2007.

Investiment kbir fis-saħħaL-ammont ta’ nies li qed jieħdu kura fl-Isptar Mater Dei qed dejjem jiżdied. Fl-aħħar sena, 52,000 daħlu l-isptar u 525,000 marru fl-out patients

Grazzi għall-faċilitajiet mill-aqwa u state of the art li joffri l-Isptar Mater Dei, fejn l-investiment li għamel fih il-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista wassal biex dan ikun sptar mill-aqwa fl-Ewropa, illum jistgħu jsiru fih ammont akbar ta’ operazzjonijiet milli kienu jsiru qabel fl-Isptar San Luqa.

Statistika uffiċjali turi li fil-fatt bħalissa qed isiru medja ta’ 123 operazzjoni kuljum, inkluż fi tmiem il-ġimgħa u anki waranofsinhar.

Qabel l-għadd ta’ operazzjonijiet fl-Isptar San Luqa kien ta’ disgħin operazzjoni kuljum (medja).

Dan ifisser li bħalissa qed

isiru mat-tletin operazzjoni aktar. Dan ifisser li l-pazjenti Maltin u Għawdxin qed jingħataw aktar kura u aktar servizzi. Grazzi għaż-żieda fir-riżorsi umani u grazzi għat-tkattir tal-faċilitajiet.

Interessanti l-fatt li fl-aħħar erba’ snin tal-Isptar San Luqa kienu saru total ta’ 126,950 operazzjoni, filwaqt li fl-ewwel erba’ snin tal-Isptar Mater Dei saru total ta’ 160,260 operazzjoni. Barra minn hekk, sar investiment kbir mill-Gvern fl-apparat fl-Isptar Mater Dei li qed ikompli jiżviluppa bi sptar għalkollox ġdid għall-kura tal-kanċer.

Medja ta’ 123 operazzjoni kuljum fl-Isptar Mater Dei

Page 2: Investiment kbir fis-saħħa - Futur fis-Sod

ii – f’din l-Elezzjoni Il-Ħadd, 10 ta’ Frar 2013www.mychoice.pn

X O G Ħ O L S A Ħ Ħ A E D U K A Z Z J O N I

Qabża oħra ta’ kwalità

1,430viżta kuljum

fl-outpatients tal-Isptar Mater Dei

3,760 ruħ jaħdmu

fl-Isptar Mater Dei

Fatti u Ċifri

123operazzjoni kuljum fl-Isptar Mater Dei

is-sena l-oħra

90operazzjoni kuljum

fl-aħħar sena tal-Isptar San Luqa

L-investiment għaqli tal-Gvern fl-Isptar Mater Dei wassal biex infetħu għadd ġmielu ta’ orizzonti ġodda

li minnhom qed igawdi l-pazjent Malti u Għawdxi

12,000operazzjoni aktar fl-2012

fl-Isptar Mater Dei fuq l-operazzjonijiet

fl-Isptar San Luqa fl-2007

L-allowance tal-anzjani li jibqgħu d-dar tiżdied għal €500 ‘l fuq mill-75 senaInħeġġu lill-anzjani b’saħħithom jgħixu f’darhom

74. Servizzi għall-anzjani

i. Bi sħubija mal-privat, jiżdiedu u jissaħħu s-servizzi li jingħataw lill-anzjani f’darhom u jiddaħħlu inċentivi ta’ taxxa għal min ikollu l-għajnuna ta’ carer id-dar, inkluż għal min jieħu unpaid leave mix-xogħol biex jieħu ħsieb lill-ġenituri anzjani tiegħu. Il-pensjoni tal-wens tiġi riveduta bl-iskop li tgħin aktar nies li jkunu jixtiequ jieħdu ħsieb anzjani jew adulti oħra dipendenti jibqgħu jgħixu f’darhom.

ii. Meta anzjani jew adulti oħrajn dipendenti jkunu jeħtieġu apparat speċjali (bħal sodod speċjali, saqqijiet speċjali, apparat tan-nifs, eċċ.) li s-soltu jingħataw fl-isptar biex ikunu jistgħu jibqgħu jgħixu f’darhom, dawn jiġu provduti mis-servizz tas-saħħa.

iii. Għal dawk li ma jistgħux jibqgħu jgħixu f’darhom, jiżdiedu n-numru ta’ sodod residenzjali u respite, fid-djar għall-anzjani u għall-persuni b’diżabbiltà, inkluż permezz ta’ aktar programmi ta’ sħubija mas-settur privat u mal-NGOs, filwaqt li niftħu swali tal-ġerjatrija, flimkien ma’ servizzi ta’ kura intermedja fil-komunità u servizzi outreach u sapport għall-adulti,

bil-għan li jiffukaw b’mod partikulari fuq in-numru dejjem jiżdied ta’ anzjani b’mard u kundizzjonijiet kroniċi.

75. Inżidu l-allowance għall-anzjani li jgħixu d-dar

i. Biex inkomplu nħajru aktar lill-anzjani jibqgħu jgħixu fid-dar tagħhom u fil-komunità tagħhom, l-allowance ta’ €300 lil kull anzjan li jibqa’ jgħix f’daru wara li jagħlaq 75 sena kif kienet imħabbra fil-baġit titla’ għal €500 flok €300 mill-1 ta’ Jannar 2014. F’każ ta’ koppja, l-allowance jingħata kemm lir-raġel kif ukoll lill-mara.

ii. Kull żieda tal-għoli tal-ħajja tibqa’ tiġi riflessa fil-pensjoni ta’ kull pensjonant.

123. L-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex

L-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex ikompli jestendi s-servizzi li jipprovdi u jkompli jgħin fit-tnaqqis tal-waiting lists f’Malta. Fost l-oħrajn, jitwaqqfu Kliniċi għall-Mard taz-Zokkor, il-Mard tal-Qalb u Problemi Respiratorji. Tinfetaħ Dementia Ward, dipartiment tal-fiżjoterapija u klinika dentali ġdida. Jiġi estiż ukoll is-servizz tal-għoti tal-kimoterapija u jissaħħu l-Health Promotion u l-kura primarja.

MILL-PROGRAMM ELETTORALI TAL-PARTIT NAZZJONALISTA 2013

Page 3: Investiment kbir fis-saħħa - Futur fis-Sod

Il-Ħadd, 10 ta’ Frar f’din l-Elezzjoni – iii2013 www.mychoice.pn

TitkellemIs-sena li għaddiet saru 525,000 viżta fl-out patients tal-Isptar Mater Dei. Illum kulħadd jaqbel li saru avvanzi kbar fil-qasam tas-saħħa fejn il-pazjenti jingħataw servizzi personalizzati għal dak li jkollhom bżonn. Il-Gvern, minkejja l-qabżiet kbar li saru, qiegħed iwiegħed aktar passi kbar ‘il quddiem

Qabża ta’ kwalità fis-saħħaIl-qabża fil-kwalità tas-saħħa tinħass ferm f’kull qasam, f’kull aspett, tant li llum il-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista qiegħed jiffoka ħidmietu mhux biss fuq kura iżda wkoll fil-prevenzjoni tal-mard f’kull età.

L-aktar eżempju ċar hu dak relatat mal-obeżità, għax għalkemm mhix marda, tista’ tħalli konsegwenzi serji fuq il-ġisem u ġġib mard serju fosthom dak kroniku relatat mal-qalb u kundizzjonijiet oħra.

Billi l-Gvern jaħdem biex inaqqas dawn il-problemi, awtomatikament ikun qiegħed inaqqas il-perikli żejda li persuna tista’ ssofri u b’hekk il-pajjiż jonfoq inqas fil-kura.

Informazzjoni għal ħajja b’saħħithaIl-kura preventiva hi importanti kemm għall-istat kif ukoll għall-individwu u l-familja tiegħu, għaliex l-istat b’aktar nies b’saħħithom ikun kapaċi jiġbed aktar xogħol lejn il-pajjiż filwaqt li n-nefqa kapitali fuq is-saħħa tkun inqas, għax aktar nies ikunu b’saħħithom.

Mill-banda l-oħra, bniedem li jkun b’saħħtu jgħix ħajja itwal u jgawdi l-familja aħjar u jkun ta’ kontribut ikbar. Huma importanti ħafna l-programmi edukattivi mnedija mill-Gvern.

Waħda mill-kampanji li ħadem fihom il-gvern u li għalija kienet importanti hi dik li kabbarna l-kuxjenza dwar id-dijabete u l-poplu ngħata informazzjoni aktar fid-dettall.

Bidla pożittiva fil-mentalitàIs-saħħa hi importanti immens, tant hi importanti li ma hemm ebda prezz għaliha u nindunaw kemm hi importanti meta sfortunatament inkunu ma nifilħux jew agħar.

Il-gvern għaraf din l-importanza u nħoss li għamel kemm felaħ biex din tkun aġenda primarja għall-istat, tant li s-sena li għaddiet is-suġġett tal-obeżità ma baqax issue għall-kbar biss iżda daħal anke fl-iskejjel.

Daħal fl-iskejjel mhux biss permezz tat-tagħlim fuq aspett teoretiku iżda wkoll bil-fatti billi t-tfal kollha ngħataw il-frott matul il-ġurnata.

Din kienet sfida diffiċli, sfida favur ikel aktar bnin – bħal frott, ħxejjex u ħalib.

Il-poplu għandu biex iserraħ rasu fil-qasam tas-saħħaĦadd ma jista’ qatt imaqdar l-investiment li Gvern Nazzjonalista għamel favur kull wieħed u waħda minna, kemm fil-qasam tal-kura primarja u kemm fl-isptarijiet. Il-gvern ħadem biex kull wieħed u waħda minna jkollu kwalità ta’ saħħa aħjar.

Il-mediċini li jingħataw b’xejn hu diġà pass pożittiv iżda li wieħed jagħti pariri u jagħmel kampanji favur kif tgħix ħajja ta’ kwalità ’l bogħod mill-mard hu ferm aktar ta’ ġid għax b’hekk iżżomm il-mard milli jolqtok.

Waħda mill-kampanji interessanti kienet dik li wieħed ma jpejjipx jew jekk ipejjep jieħu programm biex jaqta’ s-sigaretti u dan jgħin fil-prevenzjoni tal-attakki tal-qalb u mard relatat.

Tuck Shops b’ikel bninFil-ħajja diffiċli biex tneħħi ċerti vizzji, vizzji li jkunu ilhom jeżistu snin sħaħ u kultant l-aħjar ħaġa biex tegħlibhom hi li ddaħħal il-mentalità l-ġdida fost it-tfal u ż-żgħażagħ.

Il-gvern għamel l-aħjar ħaġa meta fit-tuck shops tal-iskola elimina kemm jista’ jkun il-junk food bħal ngħidu dak l-ikel relatat ma’ qali u ħlewwiet żejda.

Dan kollu kien qiegħed iwassal biex it-tfal, minn età żgħira nrawmuhom f’din it-tip ta’ kultura u la jikbru kienu se jbatu minn ċerti kundizzjonijiet.

Dan narah bħala parti integrali mill-istrateġija tal-gvern fil-qasam tas-saħħa, saħħa fil-prattika u fil-qasam edukattiv.

EMANUEL GALEAL-GĦARB

FERGAL CAMILLERIIL-MARSA

JOE BONELLOĦAL QORMI

JAMES GAUCIIN-NAXXAR

GEORGE AZZOPARDIIL-ĦAMRUN

Page 4: Investiment kbir fis-saħħa - Futur fis-Sod

iv – f’din l-Elezzjoni Il-Ħadd, 10 ta’ Frar 2013www.mychoice.pn

Investiment fl-isptar, fl-apparat, fil-proċeduri, fil-prevenzjoni u fl-għarfien għal kura aqwa tas-saħħa

Il-politika tal-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista fil-qasam tas-saħħa kienet iffukata wkoll fuq programmi kontinwi ta’ għarfien dwar il-ħtieġa ta’ prevenzjoni mill-mard. Aħna l-Maltin inbatu minn ċertu tip ta’ mard u kundizzjonijiet, fosthom id-dijabete u għalhekk

il-Gvern irid li tikber il-ġlieda kontra d-dijabete b’aktar servizzi u kura

Ħafna żgħażagħ qed jagħmlu suċċess fil-qasam tal-mediċini u r-riċerka

fejn hemm ħafna opportunitajiet ta’ xogħol bi dħul tajjeb għal dawk kollha

li jidħlu f’dan is-settur

Page 5: Investiment kbir fis-saħħa - Futur fis-Sod

Il-Ħadd, 10 ta’ Frar f’din l-Elezzjoni – v2013 www.mychoice.pn

Il-familja tibqa’ fiċ-ċentru tal-politika tal-Gvern li kontinwament idaħħal

fis-seħħ miżuri mill-aktar importanti li jsaħħu lill-istess familja. Wieħed

mill-oqsma ferm importanti f’dan ir-rigward hu dak tas-saħħa fejn il-Gvern jassigura l-aqwa servizzi

lill-membri kollha tal-familja

Professjonisti bravi u dedikati huma impenjati biex jagħtu s-servizzi tagħhom fl-Isptar Mater Dei u fl-isptarijiet l-oħra. Il-Partit Nazzjonalista jqis is-saħħa fost l-aktar importanti u għalhekk jaħdem biex il-Maltin u

l-Għawdxin jingħataw l-aqwa servizzi u kura tas-saħħa. Servizzi ta’ kwalità li se jkomplu jissaħħu fis-snin li ġejjin billi jidħlu fis-seħħ aktar miżuri ġodda

Page 6: Investiment kbir fis-saħħa - Futur fis-Sod

vi – f’din l-Elezzjoni Il-Ħadd, 10 ta’ Frar 2013www.mychoice.pn

...u tbati int

Muscat jagħżel ħażin...

LEZZJONIJIET TAL-PROFS GĦAL wARA D-9 TA’ MARZU

Muscat u Sant ħames snin ilu ħarrfu li bil-Partit Nazzjonalista s-saħħa tkun bi ħlas... dawn il-ħames snin urew li dak li qal il-Labour fl-2008 kien gidba... issa Muscat qed jirrepeti din il-gidba

Kien il-Gvern tal-Labour ta’ Muscat u Sant li għamel taxxa fuq il-mediċini li l-marid suppost jieħu b’xejn mill-Gvern u taxxa oħra fuq iċ-ċertifikati tal-mard

Jekk Muscat ikollu l-poter, jagħmel lil Edward Scicluna Ministru tal-Finanzi... Scicluna kiteb hekk fit-Times fl-20 ta’ Novembru 2003 dwar is-saħħa: “There is a need to cap what the state can provide”

F’intervista fil-programm Reporter fis-7 ta’ Mejju 2008, Edward Scicluna qal hekk: “Saħħa b’xejn għal kulħadd fl-ebda pajjiż ma teżisti, u ma tistax teżisti hawn”

Page 7: Investiment kbir fis-saħħa - Futur fis-Sod

Il-Ħadd, 10 ta’ Frar f’din l-Elezzjoni – vii2013 www.mychoice.pn

LENTI FUQ...

Aħna f’Malta nbatu mid-dijabete b’rata ftit aktar mill-bqija tad-dinja u l-Gvern qed jara li jkun hawn għarfien aħjar tal-prevenzjoni u tal-kura tagħha waqt li l-Partit Nazzjonalista qed iwiegħed li d-dijabete tkun qasam ta’ prijorità fil-ħames snin li ġejjin fil-kura tas-saħħa.

Kundizzjoni komuni f’MaltaId-dijabete hi kundizzjoni li, f’tip minnhom, tista’ tiġi mill-abbundanza tal-ikel u s-simna żejda li tagħmel lill-bniedem aktar suxxettibbli għad-dijabete. Madwar għaxra fil-mija tal-adulti Maltin ibatu mid-dijabete, li jfisser madwar 30,000 ruħ.

Billi d-dijabete tista’ tikkawża kundizzjonijiet oħrajn – bħall-mard tal-qalb, tal-kliewi, fl-għajnejn u fis-saqajn – hu importanti ħafna li min ibati minnha jara li jieħu kura tajba u min ma jbatix minnha jara li jżommha ‘l bogħod.

ħidma individwali u pubblika kontra d-dijabete li Gvern Nazzjonalista jagħmilha prijorità fis-saħħa

Programm speċjalizzat imfaħħar bħala ‘eċċellenti’F’dawn l-aħħar ħames snin, il-Gvern organizza programm speċjalizzat għall-kura tad-dijabetiċi. Id-dipartiment tad-dijabete fl-Isptar Mater Dei għadu kemm kien imfaħħar bħala ċentru eċċellenti mill-Università Amerikana Johns Hopkins, waħda mill-aqwa universitajiet tar-riċerka dwar is-saħħa madwar id-dinja.

Dawk li jbatu mid-dijabete f’Malta qed ikunu segwiti u kkurati fiċ-ċentri tas-saħħa bi programm li jeżaminahom ta’ spiss għal riskji li jiżdiedu fid-dijabete.

Kura u mediċini b’xejn għal min ibati mid-dijabeteIl-Gvern daħħal ukoll id-dijabete fost il-mard kroniku li min ibati minnu jieħu l-mediċini b’xejn, anke s-siringi jekk ikollu bżonn jittaqqab bl-insulina u l-insulina nnifisha.

Il-prevenzjoni, naturalment, hi dejjem aħjar

mill-kura. Hawn ħafna okkażjonijiet meta tista’ tittestja z-zokkor fid-demm. U l-parir tal-awtoritajiet kollha tas-saħħa hu ċar: kontra d-dijabete l-aqwa armi huma l-piż sewwa u l-eżerċizzju.

Din hi s-sħubija li jrid ikun hemm bejn il-Gvern u aħna fis-saħħa: l-investiment tal-Gvern f’kura mill-aqwa u, min-naħa l-oħra, li min ibati mill-kundizzjoni jieħu ħsiebha sewwa; il-programmi ta’ prevenzjoni u l-ispazji miftuħin, u, min-naħa l-oħra, l-azzjoni personali tagħna biex inbiegħdu l-kundizzjoni bil-piż tajjeb u l-eżerċizzju.

Gvern Nazzjonalista jagħmel id-dijabete prijorità fil-qasam tas-saħħa Punt 29 tal-programm elettorali tal-Partit Nazzjonalista jitkellem dwar il-ġlieda lid-dijabete

li jrid jagħmel gvern ġdid Nazzjonalista biex id-dijabete tkun prijorità fil-qasam tas-saħħa flimkien mal-ġlieda kontra l-kanċer. Gvern ġdid Nazzjonalista jagħmel lil Malta ċentru ta’ eċċellenza fil-ġlieda kontra d-dijabete.

Prevenzjoni tad-dijabete b’ħidma kontra l-obeżitàIl-programm tal-Partit Nazzjonalista jipproponi wkoll li jiżdiedu l-isforzi favur il-prevenzjoni ta’ din il-kundizzjoni billi jinfirxu aktar inizjattivi ta’ screening u edukazzjoni dwar id-dijabete, fosthom aktar inizjattivi biex tonqos l-obeżità li hi għolja f’Malta u li hi kawża ewlenija tad-dijabete.

Għajnuna, mediċini, mezzi tal-ittestjarIl-programm elettorali tal-Partit Nazzjonalista jwiegħed ukoll aktar għajnuna lid-dijabetiċi u aktar mediċini b’xejn lil dawk b’din il-

kundizzjoni kif ukoll ħtiġijiet oħrajn bħal dawk meħtieġa għall-ittestjar tal-livell taz-zokkor. Din hi xi ħaġa importanti ħafna għal dawk li jridu jittestjaw ta’ spiss.

Riċerka li tkompli ttejjeb il-prevenzjoni u l-kuraIl-Partit Nazzjonalista fil-programm tiegħu għal din l-elezzjoni ġenerali jipproponi wkoll li d-dijabete tkun qasam prijoritarju fir-riċerka u dan hu xieraq f’Malta li hi wieħed mill-pajjiżi fejn ir-rata ta’ dawk li jbatu bid-dijabete hi pjuttost għolja.

B’aktar riċerka u b’dak li qed jipproponi lill-poplu Malti u Għawdxi, il-Partit Nazzjonalista, min ibati bid-dijabete jkun jista’ jieħu ħsieb tiegħu nnifsu aħjar, jgħix kwalità tal-ħajja ferm aqwa u jbati anqas diffikultajiet ta’ saħħa u finanzjarji minħabba din il-kundizzjoni.

Il-prevenzjoni u l-kura tad-dijabete se jkunu prijorità għal

gvern ġdid Nazzjonalista li jagħti aktar għajnuna wkoll fi ħtiġijiet

oħrajn bħal dawk meħtieġa għall-ittestjar tal-livell taz-zokkor

Page 8: Investiment kbir fis-saħħa - Futur fis-Sod

viii – f’din l-Elezzjoni Il-Ħadd, 10 ta’ Frar 2013www.mychoice.pn

“Hu ta’ sodisfazzjon li tara tant u tant Maltin u Għawdxin jieħdu b’suċċess il-kura li jkunu jeħtieġu. Kura minn persuni professjonali u dedikati. Kura f’ambjent mill-aqwa kif joffri l-Isptar Mater Dei li nbena minn Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista biex ikun ta’ servizz għall-poplu kollu xħin jiġi bżonnu. Hu għalhekk li l-Gvern hu determinat li jkompli jsaħħaħ is-servizzi tas-saħħa f’pajjiżna biex pajjiżna jkompli jkun minn ta’ quddiem nett fis-servizzi tas-saħħa li joffri.”

- il-Prim Ministru Lawrence Gonzi