2
ħarġa numru 1 MUT Youth e-newsletter Marzu 2013 Daħla għall-Ħarġa mill-Editur Justin Schembri F’dinja edukattiva li kontinwament għaddejja minn bidla, l-aċċessibiltà għall-Union hi meħtieġa sabiex l-integrità u d-dinjità tal-edukatur tkun imħarsa u meqjusa kif xieraq. Għaldaqstant, l-MUT Youth tfittex li toffri s-sapport lil membri żgħażagħ waqt li tistedinhom iwettqu dmirhom u jkunu parti integrali mit-twettiq tal-Union. L-għan wara l-e-newsletter tal- MUT Youth hu li twassal il- messaġġ liż-żgħażagħ miż- żgħażagħ. F’din l-ewwel ħarġa, l-MUT Youth tippreżenta lilha nnifisha u tfisser l-ideoloġija li tħaddan biex il-Union issir dejjem aktar attraenti u aċċessibbli. F’tentattiv kontinwu li tqarreb l-edukatur lejn l-MUT, l-MUT Youth tipprova tilħaq lill-membri bil- pubblikazzjoni ta’ e-newsletter kull term skolastiku. Nittama li din l-e-newsletter tintlaqat tajjeb mal-membri tal- MUT u sservi bħala ħolqa bejn il-kumitat tal-MUT Youth u l- edukaturi żgħażagħ fuq il- postijiet tax-xogħol tagħhom. MUT Youth: l-Ideoloġija u l-Viżjoni Artiklu miġbur mit-taħdita mogħtija lill-NQTs minn Chris Vella, Justin Schembri u Jonathan Borg nhar l-14 ta’ Novembru 2012 Li ż-żgħażagħ huma sors ta’ bidla u riġenerazzjoni f’Union, bidla meħtieġa fit-twettiq kontemporanju ta’ Union, huwa fatt fid-dinja tat-trejdjunjoniżmu. Madankollu, għandu jkun assigurat li jkun hemm anqas distakk bejn membri eżekuttivi tal-MUT u dawk żgħażagħ sabiex l-MUT ma tkunx nieqsa mid-demm ġdid tant meħtieġ. Dan sabiex il-Union tkun verament il-Union li sservi għall-ġenerazzjonijiet diversi tal-membri affiljati. Huwa għalhekk, li l-Union bis-saħħa tas-Sezzjoni Żgħażagħ, trid taħdem sabiex tkun pont bejn il-membri ż-żgħażagħ u l-membri l- adulti. Madankollu, id-distakk li llum huwa evidenti sew u li xi minn daqqiet jidher b’theddida għar-riġenerazzjoni tal-Union, ma jeħtiġlux biss membri ġodda affiljati, iżda jeħtieġlu spirtu żgħażugħ ta’ membri li jikkontribwixxu fit-tifsil tal-istrutturi tal- Union. Għal dan il-għan, jekk kemm-il darba l-MUT, bħal kull Union oħra, kellha d-dehra ta’ ‘għaqda għall-adulti’, issa għandha ssir Union li tappartejni għal kulħadd. Għaldaqstant, il-viżjoni tal-MUT Youth hija li ssaħħaħ il-ħolqa bejn il-membri żgħażagħ u dawk il-membri adulti. B’din l-ideoloġija quddiemu, il-kumitat taż-żgħażagħ b’impenn u dedikazzjoni qiegħed jaħdem sabiex il-Union tkun aktar attraenti u aċċessibbli, dan sabiex edukaturi ġodda, fil-maġġoranza tagħhom żgħażagħ, ikollhom gwida u vuċi fil-mixja professjonali tagħhom. https://twitter.com/MaltaMUT http://www.facebook.com/group s/mutgroup/ http://www.fxdd.com

MUT Youth e-newsletter Marzu 2013mut.org.mt/wp-content/uploads/2015/08/MUT-Youth-e... · 2017-09-01 · imma tidħol aktar fil-fond. Naħseb hemm bżonn li l-islogan partiġġjan

  • Upload
    others

  • View
    1

  • Download
    0

Embed Size (px)

Citation preview

Page 1: MUT Youth e-newsletter Marzu 2013mut.org.mt/wp-content/uploads/2015/08/MUT-Youth-e... · 2017-09-01 · imma tidħol aktar fil-fond. Naħseb hemm bżonn li l-islogan partiġġjan

ħarġa numru 1

MUT Youth

e-newsletter Marzu 2013

Daħla għall-Ħarġa mill-Editur Justin Schembri

F’dinja edukattiva li kontinwament għaddejja minn bidla, l-aċċessibiltà għall-Union hi meħtieġa sabiex l-integrità u d-dinjità tal-edukatur tkun imħarsa u meqjusa kif xieraq. Għaldaqstant, l-MUT Youth tfittex li toffri s-sapport lil membri żgħażagħ waqt li tistedinhom iwettqu dmirhom u jkunu parti integrali mit-twettiq tal-Union.

L-għan wara l-e-newsletter tal-MUT Youth hu li twassal il-messaġġ liż-żgħażagħ miż-żgħażagħ. F’din l-ewwel ħarġa, l-MUT Youth tippreżenta lilha nnifisha u tfisser l-ideoloġija li tħaddan biex il-Union issir dejjem aktar attraenti u aċċessibbli. F’tentattiv kontinwu li tqarreb l-edukatur lejn l-MUT, l-MUT Youth tipprova tilħaq lill-membri bil-pubblikazzjoni ta’ e-newsletter kull term skolastiku.

Nittama li din l-e-newsletter tintlaqat tajjeb mal-membri tal-MUT u sservi bħala ħolqa bejn il-kumitat tal-MUT Youth u l-edukaturi żgħażagħ fuq il-postijiet tax-xogħol tagħhom.

MUT Youth: l-Ideoloġija u l-Viżjoni Artiklu miġbur mit-taħdita mogħtija lill-NQTs minn Chris Vella, Justin Schembri u Jonathan Borg nhar l-14 ta’ Novembru 2012

Li ż-żgħażagħ huma sors ta’ bidla u riġenerazzjoni f’Union, bidla meħtieġa fit-twettiq kontemporanju ta’ Union, huwa fatt fid-dinja tat-trejdjunjoniżmu. Madankollu, għandu jkun assigurat li jkun hemm anqas distakk bejn membri eżekuttivi tal-MUT u dawk żgħażagħ sabiex l-MUT ma tkunx nieqsa mid-demm ġdid tant meħtieġ. Dan sabiex il-Union tkun verament il-Union li sservi għall-ġenerazzjonijiet diversi tal-membri affiljati.

Huwa għalhekk, li l-Union bis-saħħa tas-Sezzjoni Żgħażagħ, trid taħdem sabiex tkun pont bejn il-membri ż-żgħażagħ u l-membri l-adulti. Madankollu, id-distakk li llum huwa evidenti sew u li xi minn daqqiet jidher b’theddida għar-riġenerazzjoni tal-Union, ma jeħtiġlux biss membri ġodda affiljati, iżda jeħtieġlu spirtu żgħażugħ ta’ membri li jikkontribwixxu fit-tifsil tal-istrutturi tal-Union. Għal dan il-għan, jekk kemm-il darba l-MUT, bħal kull Union oħra, kellha d-dehra ta’ ‘għaqda għall-adulti’, issa għandha ssir Union li tappartejni għal kulħadd.

Għaldaqstant, il-viżjoni tal-MUT Youth hija li ssaħħaħ il-ħolqa bejn il-membri żgħażagħ u dawk il-membri adulti. B’din l-ideoloġija quddiemu, il-kumitat taż-żgħażagħ b’impenn u dedikazzjoni qiegħed jaħdem sabiex il-Union tkun aktar attraenti u aċċessibbli, dan sabiex edukaturi ġodda, fil-maġġoranza tagħhom żgħażagħ, ikollhom gwida u vuċi fil-mixja professjonali tagħhom.

https://twitter.com/MaltaMUT

http://www.facebook.com/groups/mutgroup/

http://www.fxdd.com

Page 2: MUT Youth e-newsletter Marzu 2013mut.org.mt/wp-content/uploads/2015/08/MUT-Youth-e... · 2017-09-01 · imma tidħol aktar fil-fond. Naħseb hemm bżonn li l-islogan partiġġjan

Messaġġ miċ-Ċerpersin tal-MUT Youth Chris Vella Il-Union? Mhux għalxejn qiegħda hemm? Mhux biex teħodli l-miżata? U kemm għoliet? Min jaf kemm-il darba smajt dan id-diskors minn sħabi kollegi tiegħi meta kont id-delegat tal-MUT, u kont immur niġbor il-miżati annwali tas-sħubija. Kont inħossni skomdu, għax qisni qed nitkarrab magħhom. Imma xi ftit, naħseb li kont nagħmel l-istess jien ukoll qabel ma sirt midħla sewwa tal-ħidma trejdjunjonistika.

Illum ikolli nammetti li biddilt din l-attitudni għax għaraft kemm fil-fatt il-Union tagħmel ħidma siewja. Min jaf kemm għalliema ġew f’xi saram ta’ kwalunkwe tip matul il-karriera tagħhom u sabu appoġġ qawwi mill-Union. Imma fl-istess ħin, il-Union mhix qiegħda hemm biss għal meta jkollok bżonn, għax ikun inqalagħlek xi saram. Il-Union, fl-esperjenza tiegħi għallmitni nagħraf u napprezza iżjed il-kolleġjalità tal-korp tal-għalliema bħala professjoni li jixirqilha ġieħ, rispett u apprezzament għall-ħidma u għad-dedikazzjoni li l-maġġor parti tal-għalliema għandhom għall-ħidma tagħhom li jagħmlu b’riżq l-istudenti tagħna.

Jien lilek li qed taqra dawn il-kelmtejn, kemm jekk int żagħżugħ u anke jekk m’intix, nistiednek biex ma tħarisx minn barra, imma tidħol aktar fil-fond. Naħseb hemm bżonn li l-islogan partiġġjan li nstama’ fl-aħħar kampanja elettorali, tkunx spettatur imma protagonist, inneżżgħuh mill-partiġġjaniżmu elettorali u nagħmluh tagħna wkoll. Tkunx passiv u tgerger biss. Xammar idejk u agħti sehmek. Interessa ruħek għax bit-tgergir biss nibqgħu fejn aħna. Għalhekk issieħeb magħna!

L-MUT fil-Qalba tal-Istrina għall-Karità

Justin Schembri

Jekk kemm-il darba organizzazzjoni ma tħarisx lil hinn mil-limiti tan-natura li għaliha hija mwaqqfa u għalhekk ma tkunx organizzazzjoni li tkun qrib is-soċjetà, allura ma tkunx qed tiffunzjona kif jixraq fid-dinamiċità tal-lum.

B’dan quddiem għajnejha, l-MUT Youth ingħaqdet mat-13,000 parteċipant fil-Fun Run organizzata mill-Eċċellenza Tiegħu l-President ta’ Malta George Abela, f’Diċembru tal-2012.

L-opportunità li l-MUT turi s-solidarjetà u tipparteċipa f’attività ta’ unità daqstant importanti fil-kalendarju nazzjonali, niżlet tajjeb man-numru sabiħ li id f’id ma’ eluf ta’ Maltin ġrew jew imxew flimkien għal għan tant nobbli.

L-inizjattiva tal-MUT Youth intlaqgħet tajjeb tassew tant li saħħet il-ħolqa bejn il-membri għolja tal-Union u l-membri affiljati magħha.

Proċess ta’ Tiġdid Marco Bonnici MUT Senior Vice President

Hu ta’ sodisfazzjon gћall-uffiċjali tal-MUT li wara snin ta’ ћidma, wasalna sabiex twaqqfet is-Sezzjoni Żgћażagћ tal-MUT u llum qed tniedi dan il-mezz ta’ komunikazzjoni li nittamaw li jkun effettiv u ta’ benefiċċju gћall-membri. Minn meta twaqqaf il-kumitat taż-żgћażagћ preżenti, inћasset il-ћtiega li jinstabu mezzi effettivi sabiex jintlaħqu ż-żgћażagћ fuq il-post tax-xogћol u jkun il-vuċi tagћhom fl-istrutturi tal-Union.

Fil-passat l-MUT kellha gruppi ta’ żgћażagћ li kienu attivi ћafna fil-qasam sportiv u soċjali. Illum inћarsu lejn ir-rwol taż-żgћażagћ fi ћdan il-Union b’lenti differenti, fejn nistennew li l-ћidma tmur lil hinn mill-aspett soċjali jew sportiv. Il-viżjoni tagћna gћaz-żgћażagћ li jiffurmaw parti mill-istrutturi tal-union hi mnebbћa mill-politika Ewropea u Nazzjonali taż-Żgћażagћ li ma tћarisx biss lejn iż-żgћażagћ bћala l-futur tas-soċjetà, iżda bћala individwi li gћandhom jingћataw il-ћiliet meћtiega sabiex il-ћidma tagћhom tirrifletti l-ћtigijiet u l-aspirazzjoni attwali tagћhom u ta’ sħabhom.

Sabiex nilћqu dan il-gћan, grupp ta’ ћidma li kien imwaqqaf bil-gћajnuna tal-President is-Sur Kevin Bonello, dak iż-żmien fil-kariga ta’ Senior Vice President, ћadem sabiex gћaddiet emenda gћall-Istatut matul l-aћћar Konferenza Ġenerali li biha twaqqfet is-Sezzjoni Żgћażagћ tal-MUT. Emenda oћra importanti li gћaddiet kienet li tneћћa kull ћlas ta’ miżata gћal studenti li jkunu qed isegwu kors full-time li jwassal gћall-kwalifika fil-gradi tal-gћalliema, biex b’hekk inħajru aktar żgћażagћ jingћaqdu mal-Union u jipparteċipaw fl-istrutturi tagћha.

Il-proċess ta’ nominazzjoni tal-membri tas-Sezzjoni Żgћażagћ sar matul is-sena skolastika li gћaddiet. Il-membri eletti kienu s-Sur Chris Vella, Ċerpersin; is-Sur Justin Schembri, Viċi Ċerpersin; is-Sur Jonathan Borg, Segretarju u s-Sa Adrienne Azzopardi, PRO.

Hu ta’sodisfazzjon li l-membri ta’ dan il-kumitat iltaqgћu b’mod regolari matul din is-sena u ћadu inizjattivi ġodda fi ћdan il-Union.

Ix-xewqa tagћna lkoll hi li permezz tas-Sezzjoni Żgћażagћ, l-MUT tkun prezenti f’diversi fora organizzati fuq livelli nazzjonali kif ukoll Ewropew. Hemm pjanijiet li s-Sezzjoni Żgħażagħ tapplika gћall-fondi tal-Unjoni Ewropea sabiex twettaq inizjattivi, skambji jew programmi. Bћala l-akbar Union fil-For.U.M., is-Sezzjoni Żgћażagћ tal-MUT tista’ tagћti kontribut kbir sabiex il-unions l-oћra fil-For.U.M. iwaqqfu jew jorganizzaw iż-żgћażagћ tagћhom bil-gћan li titwaqqaf is-Sezzjoni Żgћażagћ tal-For.U.M.. Dan iwassal gћal aktar opportunitajiet u gћarfien fl-oqsma nazzjonali u internazzjonali.

F’isem sћabi l-uffiċjali, nixtieq nuri l-apprezzament gћall-ћidma tal-membri tas-Sezzjoni Żgћażagћ tal-MUT. Nemmen li bl-impenn, l-inizjattiva u l-entużjażmu li gћandhom, ser jilћqu l-gћanijiet li fassalna flimkien u gћalhekk l-MUT tkompli toffri l-aћjar servizz gћall edukaturi żgћażagћ.