66
MEJJU 2020 Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi

MEJJU 2020...2020/05/05  · F’ħajja ta’ qadi fidila tad-dmirijiet ta’ kuljum, hu ħalla eżempju għal dawk kollha li jaqalgħu ħobżhom bit-tħabrik ta’ jdejhom”. Din

  • Upload
    others

  • View
    13

  • Download
    0

Embed Size (px)

Citation preview

Page 1: MEJJU 2020...2020/05/05  · F’ħajja ta’ qadi fidila tad-dmirijiet ta’ kuljum, hu ħalla eżempju għal dawk kollha li jaqalgħu ħobżhom bit-tħabrik ta’ jdejhom”. Din

MEJJU 2020

Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi

Page 2: MEJJU 2020...2020/05/05  · F’ħajja ta’ qadi fidila tad-dmirijiet ta’ kuljum, hu ħalla eżempju għal dawk kollha li jaqalgħu ħobżhom bit-tħabrik ta’ jdejhom”. Din

SIGNUM FIDEI 1

S. Ġwann Battista de La Salle Familja Lasalljana Fundatur

Il-Fehma tal-Papa għal dan ix-xahar ta’ Mejju: Tema: Id-Djakni Nitolbu: Nitolbu biex id-djakni, fidili lejn is-servizz tal-Kelma t’Alla u l- foqra, ikunu simbolu li jagħti ħajja lill-Knisja kollha. Dati importanti għax-xahar ta’ Mejju: 1 ta’ Mejju San Ġużepp Ħaddiem 9 ta’ Mejju Il-Festa ta’ San Ġorġ Preca 15 ta’ Mejju Il-Festa ta’ San Ġwann Battista De La Salle 24 ta’ Mejju Tlugħ il-Mulej fis-Sema 29 ta’ Mejju Għeluq id-disa’ sena mill-mewt ta’ Bro. Louis 31 ta’ Mejju Pentekoste Nota importanti: Din il-ħarġa ta’ Mejju issa jista’ jkollkom aċċess għaliha minn fuq il-websajt: http://signumfideimalta.wordpress.com

- MEJJU 2020 -

Signum Fidei Ħajja ta’ Xhieda

u ta’Fidi

Fidi

NIFTAKRU LI QEGĦDIN

FIL-PREŻENZA QADDISA T’ALLA.

EJJEW NADURAWH.

San Ġwann Battista de La Salle

Page 3: MEJJU 2020...2020/05/05  · F’ħajja ta’ qadi fidila tad-dmirijiet ta’ kuljum, hu ħalla eżempju għal dawk kollha li jaqalgħu ħobżhom bit-tħabrik ta’ jdejhom”. Din

2 SIGNUM FIDEI

Il-Ġimgħa, l-1 ta’ Mejju San Ġużepp Ħaddiem

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Ġenesi 1: 26 – ; 2: 3 Imlew l-art, u aħkmu fuqha.

jew

Kolossin 3: 14,15,17,23,24 Kull ma tagħmlu, agħmluh minn qalbkom. 2. Salm 89, 2-4,12-14,16 Wettaq xogħol idejna, Mulej. 3. Mattew 13: 54-58 Dan mhuwiex bin il-mastrudaxxa? SAN ĠUŻEPP ĦADDIEM Ix-xogħol tal-bniedem, il-Knisja, mhux biss tbierku imma wkoll tinteressa ruħha

ħafna fih. Kien hemm żmien meta l-ewwel ta’ Mejju, Jum ix-Xogħol, kien okkażjoni għal xi gruppi biex jiżirgħu mibegħda u vjolenza taħt il-pretest li jinkisbu jew ifakkru d-drittijiet tal-ħaddiema.

Il-Martiroloġju Ruman jiddeskrivi n-natura tal-festa tal-lum b’dawn il-kelmiet: “Illum issir it-tifkira ta’ San Ġużepp Ħaddiem li, bħala mastrudaxxa f’Nazzaret, ipprovda għall-ħtiġijiet ta’ Ġesù u ta’ Marija bix-xogħol tiegħu u anki kien strumentali biex l-Iben ta’ Alla magħmul bniedem jidħol fil-ħajja tax-xogħol tal-bniedem. Għalhekk il-ġurnata li fiha Jum ix-Xogħol huwa mfakkar f’ħafna pajjiżi, il-ħaddiema Nsara jqimu lil dan il-qaddis bħala eżempju u bħala protettur tagħhom.”

L-idea li hemm relazzjoni speċjali bejn San Ġużepp u l-ħaddiema ma kinitx xi ħaġa ġdida. Jidher li bdiet tissemma f’dokumenti uffiċjali f’koinċidenza mal-Moviment tal-Ħaddiema taż-żminijiet moderni. Fl-1889, il-Papa Ljun XIII, ippropona lil San Ġużepp bħala mudell speċjali tal-ħaddiema u ta’ dawk inqas privileġġjati. Benedittu XIV qiegħed quddiem il-ħaddiema b’mod partikulari l-eżempju ta’ San Ġużepp, biex jimitawh bħala l-gwida speċjali tagħhom u biex jonorawh bħala patrun tagħhom fis-sema.

Piju XI, fl-Enċiklika Divini Redemptoris tat-18 ta’ Marzu 1937, li fiha għażel lill-ħaddiem ta’ Nazzaret bħala patrun fil-ġlieda kontra l-komuniżmu ta’ bla Alla, kiteb “San Ġużepp kien jappartjeni l-klassi tal-ħaddiema, u hu refa’ t-toqol tal-faqar, għalih u għall-familja mqaddsa … F’ħajja ta’ qadi fidila tad-dmirijiet ta’ kuljum, hu ħalla eżempju għal dawk kollha li jaqalgħu ħobżhom bit-tħabrik ta’ jdejhom”.

Din il-festa daħħalha l-ewwel darba fil-Kalendarju tal-Knisja l-Papa Piju XII, dan assigura lis-semmiegħa tiegħu li l-bniedem tax-xogħol tad-dinja kollha issa għandu mudell, difensur u missier.

Il-Papa Piju XII ta espressjoni konkreta għar-relazzjoni speċjali bejn San Ġużepp u l-klassi tal-ħaddiema billi, fl-1 ta’ Mejju tas-sena 1955, waqt udjenza pubblika lill-Ħaddiema Taljani tal-Azzjoni Kattolika (ACLI), waqqaf il-festa ta’ San Ġużepp Ħaddiem u qegħidha fl-ewwel jum ta’ Mejju, Jum ix-Xogħol. “L-intenzjoni tagħna” – qal – “li għamilna dan biex nuru lill-bnedmin kollha d-dinjità tax-xogħol. Hi t-tama tagħna li din id-dinjità ġġib magħha l-motiv għall-

Page 4: MEJJU 2020...2020/05/05  · F’ħajja ta’ qadi fidila tad-dmirijiet ta’ kuljum, hu ħalla eżempju għal dawk kollha li jaqalgħu ħobżhom bit-tħabrik ta’ jdejhom”. Din

SIGNUM FIDEI 3

formazzjoni ta’ ordni soċjali u ġabra ta’ liġijiet imwaqqfa fuq id-distribuzzjoni ekwa ta’ drittijiet u dmirijiet …”

Il-festa tal-lum ħadet post il-festa ta’ San Ġużepp Patrun tal-Knisja Universali li kien waqqaf Piju IX fl-1847. Il-festa prinċipali ta’ San Ġużepp hi fid-19 ta’ Marzu, u din diġà nsibuha f’martiroloġji tas-seklu 9.

Riflessjoni: ... Ġużeppi hu l-bniedem li jaf jistenbaħ u jqum billejl, mingħajr ma jaqta’ jiesu taħt it-toqol tas-saram. Jaf jimxi fid-dlam ta’ ċerti mumenti fejn ma jifhimx sal-aħħar, imqawwi mis-sejħa li tqiegħdu quddiem il-misteru, li jħallih jinvolvih u jintelaq f’idejh bla riservi. Għalhekk, Ġużeppi hu r-raġel ġust, li kapaċi jafda ruħu fil-ħolma ta’ Alla u jwettaq il-wegħdiet. Hu l-ħarries diskret u attent, li jaf jitgħabba bil-piż tal-persuni u tas-sitwazzjonijiet li l-ħajja fdatlu f’idejh. Hu l-edukatur li – bla ma jippretendi xejn għalih innifsu – isir missier grazzi għall-preżenza tiegħu, għall-ħila tiegħu li jsieħeb oħrajn, li jkabbar il-ħajja u jgħaddi xogħlu lill-oħrajn.

Il-Papa Franġisku, silta mid-diskors tiegħu nhar l-1 ta’ Mejju 2018

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 110, it-3 punt

The Gospel also makes us admire in Saint Joseph the care he has for the holy Child Jesus, which he showed in the promptness with which he took him to Egypt when God told him to do so; in the precaution he took, on leaving Egypt, not to take him to Judea, for fear of Archelaus, who then occupied the throne of his father, Herod, and in the sorrow he felt at having lost Jesus when they were returning from Jerusalem, as the Most Blessed Virgin testified in these words: Your father and I have been searching for you in great sorrow and in great affliction. Two things inspired the great solicitude that Saint Joseph felt for Jesus: the commission that the eternal Father had given him and the tender love Saint Joseph had for Jesus. You must have a similarly great attention and affection for preserving or procuring the innocence of the children entrusted to your guidance and for keeping them away from whatever might interfere with their education or prevent them from acquiring piety, just as Saint Joseph had for all that could contribute to the welfare of the Child Jesus. For you have been made responsible for these children, just as Saint Joseph was made responsible by God for the Saviour of the world. This is also the first care you ought to have in your work if you wish to imitate Saint Joseph, who had nothing more at heart than to provide for the needs of the Child Jesus.

TALBA

O Mqaddes Ġużeppi, fil-hemm li fih ninsabu, lejk nirrikorru u b’tama qawwija nsejħu l-patroċinju tiegħek, wara dak tal-Għarusa Mqaddsa tiegħek.

Mela f’ġieħ dik ir-rabta għażiża ta’ mħabba li biha kont marbut max-xebba bla tebgħa, omm Alla, u f’ġieħ dik l-imħabba ta’ missier li biha ħabbejt lit-tfajjel Ġesù, nitolbuk li tħares ħarsa ħelwa lejn il-wirt għażiż, li Ġesù Kristu rebaħ b’demmu, u bis-setgħa u bil-għajnuna tiegħek tidħol għalina fil-bżonnijiet tagħna.

Page 5: MEJJU 2020...2020/05/05  · F’ħajja ta’ qadi fidila tad-dmirijiet ta’ kuljum, hu ħalla eżempju għal dawk kollha li jaqalgħu ħobżhom bit-tħabrik ta’ jdejhom”. Din

4 SIGNUM FIDEI

Kif int, O Ġużeppi, kont taħseb f’din l-art għall-Familja Mqaddsa u tħarisha, hekk ukoll ħu ħsieb tal-familja maħtura ta’ Ġesù Kristu. Eqred minn ġo nofsna, Missier ħanin, din il-pesta ta’ erruri u ta’ ħażen li qegħdin imarrdu d-dinja. Ieqaf magħna mis-smewwiet, f’din il-gwerra li għandna mal-qawwa tad-dlamijiet, O protettur qawwi tagħna. U kif darba ħlist mill-mewt lill-Bambin Ġesù, hekk issa iddefendi l-Knisja Mqaddsa t’Alla mit-tnassis tal-għedewwa u minn kull hemm.

Xerred dejjem fuq kull wieħed u waħda minna l-patroċinju tiegħek, sabiex bl-eżempju u bil-għajnuna tiegħek, nistgħu ngħixu ħajja qaddisa, nagħmlu mewta tajba, u naqilgħu l-hena ta’ dejjem ġewwa l-ġenna. Ammen.

Missierna ...

Is-Sibt, it-2 ta’ Mejju San Atanasju - isqof u duttur tal-Knisja

San Ġużepp M. Rubio Peralta - saċerdot

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1, Atti 9: 31-42 Il-Knisja kienet dejjem tikber u tiżdied fl-għadd bl-għajnuna tal-Ispirtu s-Santu. 2. Salm 115: 12-17 Xi rrodd lill-Mulej għall-ġid kollu li għamel miegħi? 3. Ġwanni 6: 60-69 Mulej, għand min immorru? Inti għandek il-kliem tal-ħajja ta’ dejjem. SAN ATANASJU (295-373) - isqof u duttur tal-knisja San Atanasju twieled f’Lixandra, l-Eġittu, minn familja Nisranija, fis-sena 295. Għal xi żmien kien dixxiplu ta’ San Anton Abbati, li wara kiteb il-ħajja tiegħu. L-Isqof San Alessandru, patrijarka ta’ Lixandra ordnah djaknu fis-sena 318, u

għażlu biex ikun segretarju tiegħu. Fis-sena 323, Arju, qassis Lixandrin, beda jgħallem li Ġesù ma kienx Alla, iżda

biss raġel tajjeb mogħni b’bosta qawwiet. Fis-sena 325, Atanasju flimkien mal-isqof tiegħu, attenda l-Konċilju ta’ Niċea,

f’Bitnija (illum it-Turkija), fejn l-ereżija ta’ Arju ġiet ikkundannata, u ġie adottat il-kredu Niċenjan bħala l-istqarrija tal-fidi tal-kattoliċi kollha.

Meta l-Isqof Alessandru miet, fis-7 ta’ April 328, Atanasju ġie maħtur floku, meta kellu biss 33 sena, fis-7 ta’ Ġunju 328.

L-Imperatur Kostantinu, li l-qorti tiegħu kienet influwenzata sew mill-Arjani, sejjaħ konċilju fil-belt ta’ Tiru, u għalkemm ta raġun lil Atanasju, eżiljah fil-belt ta’ Trevini, fil-Gallja, (Franza ta’ Fuq), fis-sena 336. Atanasju baqa’ hemm sal-mewt ta’ Kostantinu, fis-sena 337.

Atanasju kien eżiljat ħames darbiet, li b’kollox laħħqu sbatax-il sena (336-337), (339-346), (356-362), (362-363), (365). L-aħħar eżilju kien mill-Imperatur Valent, li għall-ewwel wera ruħu favur l-Arjani. Imma wara erba’ xhur, sejjaħlu

Page 6: MEJJU 2020...2020/05/05  · F’ħajja ta’ qadi fidila tad-dmirijiet ta’ kuljum, hu ħalla eżempju għal dawk kollha li jaqalgħu ħobżhom bit-tħabrik ta’ jdejhom”. Din

SIGNUM FIDEI 5

lura f’Lixandra, fejn San Atanasju baqa’ sakemm miet, ta’ 72 sena, fit-2 ta’ Mejju 373, wara li kien ilu patrijarka ta’ Lixandra għal 46 sena.

Għall-kitba u t-tagħlim tiegħu kontra l-Arjani u fuq it-Trinità Mqaddsa huwa magħruf bħala wieħed mid-dutturi kbar tal-knisja.

Riflessjoni: Sinjur Alla, Inti hawn u jiena fik; inkellmek u ma narakx b’għajnejja; imma persważ li inti ħaj, li qiegħed tarani, u tismagħni u li tifhimni. Inti l-Kreatur tiegħi, Inti l-Missier tiegħi, u jiena ibnek u għalhekk nirrikorri lejk u nitolbok li żżommni dejjem f’idejk. Għalkemm jiena ħażin u midneb, nieħu gost inkellmek u narak maestuż fl-opri ta’ idejk, u nkellmek bil-kunfidenza, għax jiena opra tiegħek, u għax Inti wrejtna li hi l-għaxqa tiegħek li tkun ma’ wlied il-bnedmin. San Ġorġ Preca Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 120, l-1 punt

Saint Athanasius was one of the principal defenders of the Church against Arius and those of his sect, who denied the divinity of Jesus Christ. He always opposed them and silenced them everywhere by the holiness of his life, the wisdom of his conduct, and his excellent writings. Even before he was made a bishop, he attended the Council of Nicea, where he displayed his deep learning and opposed Arius so forcefully that he proved to him as well as to all the others present that his teaching was false and heretical. Throughout the years of his episcopate, he always fought all the partisans of this heretic. Although you do not have sufficient learning to defend the Church against heretics, you are obliged in your ministry to have enough learning to teach the children in your care the good and sound doctrine of the Church. Is one of your main concerns, then, to learn these teachings and to possess them well? God will ask you to give an account of this responsibility. Failure in this would make you unworthy of your state.

TALBA

Mulej int sejjaħtli minn ġuf ommi, biex ngħix “ħajja oħra”

mimlija rikkezzi ta’ ħbiberija. Fi triqti laqqajtni ma’ nies

“xhieda” tal-imħabba tiegħek, irġiel u nisa. . .

żgħażagħ u xjuħ ... li akkumpanjawni u ggwidawni,

u mlewni b’tama u kuraġġ biex inwettaq is-“sejħa”

li inti kellek għalija. Grazzi Mulej!

li għaddejtni minn din it-triq u li qed nimxi dejjem fil-preżenza tiegħek.

Bro. Louis Camilleri Missierna ...

Page 7: MEJJU 2020...2020/05/05  · F’ħajja ta’ qadi fidila tad-dmirijiet ta’ kuljum, hu ħalla eżempju għal dawk kollha li jaqalgħu ħobżhom bit-tħabrik ta’ jdejhom”. Din

6 SIGNUM FIDEI

Il-Ħadd, it-3 ta’ Mejju Ir-Raba’ Ħadd tal-Għid

JUM IL-VOKAZZJONIJIET

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Atti 2: 14a,36-41 Alla lil Ġesù għamlu Mulej u Kristu. 2. Salm 22: 1-6 Il-Mulej hu r-ragħaj tiegħi, xejn ma jonqosni. 3. 1Pietru 2: 20-25 Intom erġajtu dortu lejn ir-ragħaj u l-għassies ta’ ruħkom. 4. Ġwanni 10: 1-10 Il-bieb tan-nagħaġ huwa jien. Riflessjoni fuq il-Vanġelu:

Ix-xbiha tar-Ragħaj it-tajjeb imdawwar bin-nagħaġ tiegħu, li ħafna mill-ewwel jidentifikaw ruħhom magħhom, anke b’ċertu suspett minn dawk li jħossu li merħla hi tagħhom bi dritt. Tant narawha ħelwa u twajba, din ix-xbiha, li kważi saret iddejjaqna. Fil-verità din is-silta tal-vanġelu ta’ Ġwanni xejn mhi sentimentali anzi fiha ħjiel tad-drammatiċità tal-aħħar taqbida li beda Ġesù bil-preżenza u l-għemil tiegħu.

L-akkuża tar-rgħajja ħżiena bħala ħallelin, hi xi ftit ħarxa imma nifhmu li fid-dinja hawn rgħajja li ma jipproteġux lill-merħla tal-umanità kollha. Ġesù jgħidilna li dawn huma dawk li ma jisimgħux leħnu, li xi wħud minnhom iktar qishom ilpup imġewħin milli rgħajja. Tajjeb li nifhmu li Ġesù jakkuża lil kull min hu prepotenti u ħalliel tan-nagħaġ imma mhux biss. Dawn jisirqu n-nagħaġ stess li huma ta’ Alla bi dritt.

Hekk fid-dinja għaddejja mewġa ta’ serq – dik ta’ min ma jagħrafx id-dritt ta’ Alla fuq il-ħajja, jagħmel lilu nnifsu s-sid, u jrid jiddisponi minnha kif jogħġbu bħala propjetà personali u jaħseb li ma jrid jagħti kont tagħha lil ħadd iżjed ħlief lilu nnnifsu.

Dak ta’ ħafna rgħajja li jieħdu l-ħajjja u l-libertà tan-nagħaġ għal skopijiet tagħhom. Ma naħsbux biss fit-tiranni u d-dittaturi bit-traġedji kollha li jwettqu. Naraw ġenituri li jwarrbu lil uliedhom minn taħt il-ħarsa ħanina u t-tgħanniqa ta’ Alla; ħafna jgħallmuhom kollox minbarra dak li hu l-iktar importanti – d-dinjità tagħhom ta’ wlied Alla. Hemm ukoll min bl-iskuża tal-istess dinjità u d-dritt li bniedem ikun ferħan, jippretendi li jassar lil ħaddieħor sakemm jilħaq il-kriterji u l-livell ta’ għejxien li jistabbilixxilu hu.

Għalhekk kif juruna l-każi ta’ ewtanasja, min jieħu f’idejh dak li hu ta’ Alla, jieħu r-riskju li jesponi ruħu għas-serq, għad-distruzzjoni u għall-qtil ta’ dik il-ħajja li bil-paroli biss jgħid li jiddefendi. Għalhekk fil-vanġelu Ġesù jipproklama lilu nnifsu l-uniku veru ragħaj tal-merħla tal-umanità li hi tiegħu fuq kollox għaliex Alla fdahielu, ċert li l-Iben ma kien se jitlef lil ħadd akkost li jintilef hu stess.

In-nagħaġ jagħrfu leħnu għax m’hawn ħadd bħall-Mulej li jista’ jagħtihom il-milja tal-ħajja, il-ferħ il-libertà, għaliex hu ta kollox għalihom. In-nagħaġ tiegħu isegwuh bil-ħlewwa għax hu jdaħħalhom fl-ilqugħ u l-bieb tiegħu huwa stess. Dak l-ilqugħ li l-mistiku Ġermaniż Giovanni Taulero jispeċifikalna li hu l-qalb tal-Missier stess. Fil-fatt Ġesù hu r-ragħaj it-tajjeb għax ma jżomm lil ħadd imma

Page 8: MEJJU 2020...2020/05/05  · F’ħajja ta’ qadi fidila tad-dmirijiet ta’ kuljum, hu ħalla eżempju għal dawk kollha li jaqalgħu ħobżhom bit-tħabrik ta’ jdejhom”. Din

SIGNUM FIDEI 7

jwassal lil kulħadd għall-bidu u t-tmiem tal-istorja ta’ kull bniedem u tal-umanità kollha li hu Alla.

Jekk l-affarijiet huma hekk, il-merħla għandha mezz kif tagħraf l-awtentiċità tar-rgħajja - il-konformità ta’ ħajjithom u ta’ għemilhom ma’ dawk ta’ Ġesù, ragħaj ta’ ruħna, bieb miftuħ beraħ fuq il-ħajja, l-paċi u s-salvazzjoni li Alla jagħti għad-dinja u għall-umanità.

Minn La Realtà é Cristo, Don Davide Rota Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle Med. 33, l-1 punt In today’s Gospel Jesus Christ compares those who have charge of souls to a good shepherd who has great care for the sheep. One quality he must possess, according to our Savior, is to know each one of them individually. This ought also to be one of the main concerns of those who instruct others: to be able to understand their students and to discern the right way to guide them. They must show more mildness toward some, more firmness toward others. There are those who call for much patience, those who need to be stimulated and spurred on, some who need to be reproved and punished to correct them of their faults, others who must be constantly watched over to prevent them from being lost or going astray. This guidance requires understanding and discernment of spirits, qualities you must frequently and earnestly ask of God, because they are most necessary for you in guiding those placed in your care.

TALBA

Mulej, missier ta’ sidna Ġesù Kristu, li qal li l-ħsad huwa kbir iżda l-ħaddiema ftit,

nitolbuk li tibgħat aktar ħaddiema għall-ħsad tiegħek. Agħmel li ż-żgħażagħ tagħna jkunu dejjem iktar ġenerużi

għas-sejħa tiegħek. Imla ’l-ġenituri bil-fidi, bl-imħabba u bl-ispirtu ta’ sagrifiċċju,

biex joffru lil uliedhom għas-servizz tiegħek u jifirħu meta xi ħadd minnhom ikun imsejjaħ

għall-ħajja kkonsagrata lilek. B’ibnek Ġesù Kristu sidna.

Ammen. Missierna ...

Page 9: MEJJU 2020...2020/05/05  · F’ħajja ta’ qadi fidila tad-dmirijiet ta’ kuljum, hu ħalla eżempju għal dawk kollha li jaqalgħu ħobżhom bit-tħabrik ta’ jdejhom”. Din

8 SIGNUM FIDEI

It-Tnejn, l-4 ta’ Mejju San Ġwann Houghton u sħabu martri San Jose Maria Rubio – presbiteru

San Florjanu - martri Il-Beati Tumas, Enriku, Arturu, Ġwann u Karlu – martri

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Atti 11: 1-18 Alla lill-pagani wkoll tahom l-indiema li twassal għall-

ħajja! 2. Salm 41: 2-3; 42: 3.4 Ruħi għatxana għal Alla, għal Alla l-ħaj. 3. Ġwanni 10: 11-18 Ir-ragħaj it-tajjeb jagħti ħajtu għan-nagħaġ tiegħu. SAN ĠWANN HOUGHTON u sħabu martri (†1535) San Ġwann Houghton kien Ingliż, minn Essex. Kien il-prijur taċ-Ċertosini ta’

Londra. Għax ħadha kontra r-Re Henry VIII, meta dan għamel lilu nnifsu l-kap tal-knisja fl-Ingilterra, ġie mgħallaq flimkien ma’ tlieta oħra (Santu Wistin Webster u San Robertu Lawrence, Ċertosini bħalu u San Rikardu Reynolds, patri ta’ Santa Briġida) f’Tyburn, Londra, fl-4 ta’ Mejju 1535.

Dawn kienu l-ewwel martri tal-persekuzzjoni protestanta fl-Ingilterra. Meta kienu sejrin għall-martirju, San Tumas Moore rahom mit-tieqa tal-ħabs, hu miet ukoll martri ftit aktar minn xahrejn wara, u qal li kienu sejrin għall-mewt “ferħanin daqs l-għarajjes għat-tieġ tagħhom”.

Il-Papa Pawlu VI, ikkanonizzahom flimkien ma’ 36 martri ieħor, Ingliżi u minn Wales, fil-21 ta’ Ġunju 1970.

Is-36 martri l-ieħor huma: it-tliet Benedittini Alban Roe, Ambrose Barlow u John Roberts; l-10 Ġiżwiti, Edmund Campion, Robert Southwell, Alexander Bryant, David Lewis, Edmund Arrowsmith, Henry Morse, Henry Walpole, Nicholas Owen (Brother), Philip Evans u Thomas Garnet; iż-żewġ Franġiskani John Jones (osservant minn Wales) u John Wall (Rikollett); l-agostinjan John Stone ta’ Canterbury; it-13-il qassis djoċesan: John Southworth ta’ Westminster, Cuthberth Mayne, Edmund Genings, Eustace White, John Almond, John Baste, John Kemble, John Lloyd minn Wales, John Payne, John Plessington, Luke Kirby, Polydore Plasden u Ralph Sherwin; u s-seba’ lajċi, l-irġiel Philip Howard, Konti ta’ Arundel, Swithun Wells, John Rigby u Richard Gwynn minn Wales, u n-nisa Margaret Clitherow ta’ York, Anne Line u Margaret Ward. Flimkien magħrufin bħala l-40 martri tal-Ingilterra u ta’ Wales. Barra minn dawn l-40 mietu mijiet ta’ martri oħra fl-Ingilterra u Wales, li bosta minnhom huma wkoll beati.

Riflessjoni: Ġesù mhuwiex ragħaj tajjeb li kieku kien wieħed mill-ħafna f'dik il-klassi tan-nies. Huwa r-Ragħaj it-Tajjeb. Ir-ragħaj it-tajjeb ma jixbaħx lill-ħallelin li jisirqu, joqtlu, jeqirdu u jaħarbu! Ġesù huwa r-Ragħaj it-Tajjeb primarjament għax jagħti ħajtu għan-nagħaġ, affermazzjoni ripetuta erba' darbiet fil-Vanġelu tal-lum. Ir-ragħaj it-tajjeb huwa dak li

Page 10: MEJJU 2020...2020/05/05  · F’ħajja ta’ qadi fidila tad-dmirijiet ta’ kuljum, hu ħalla eżempju għal dawk kollha li jaqalgħu ħobżhom bit-tħabrik ta’ jdejhom”. Din

SIGNUM FIDEI 9

joqgħod man-nagħaġ tiegħu, jiddefendihom, u huwa anke lest li jmut għalihom. Ġesù ta ħajtu għan-nagħaġ bħala espressjoni ta’ mħabba tal-għaġeb. Huwa ħallas b'ħajtu għas-salvazzjoni tagħna. Nemmnu li aħna n-nagħaġ tiegħu, in-nagħaġ salvati minnu? Nistgħu f'ħajjitna nieħdu r-rwol tar-ragħaj it-tajjeb? My Daily Gospel 2020 Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 30, l-1 punt One of the first things to be done by those who have risen with Christ and who wish to lead a new life1 is to regulate their conversation properly, making it holy and pleasing to God. Ordinarily, especially in communities, it is in our talk that we commit most of our faults and the most serious ones. It follows that conversation is one of the things that we need to watch over the most so that it does not become harmful. For this we cannot do better than model our conversation on the one that Jesus Christ had with his two disciples who were on their way to Emmaus and also the one that the two disciples had with each other before Jesus Christ joined them and after he left them. In your conversations and recreations, are you careful to take Jesus Christ for your model? Is it with the purpose of edifying one another that you participate in them? On leaving them are you all on fire with divine love, as were the two disciples who were traveling to Emmaus? Like them, are you better instructed regarding your duties? Are you more encouraged to perform these duties well? Are their topics of conversation the same as yours? Are their maxims and ways of acting sometimes the subject of your discussions? That is how you will benefit from the moments of recreation that obedience grants you to relax from your work and to restore your energy.

TALBA

Iftaħli għajnejja Mulej, biex nara l-għeġubijiet tal-liġi tiegħek. Neħħili l-velu minn fuq qalbi meta naqra l-kelma tiegħek.

Imbierek int Mulej għax tgħallimni d-digriet tiegħek . Kelma tal-Missier, agħtini b’rigal il-kelma tiegħek,

missli ’l qalbi u dawwalli s-sensi tiegħi; biex nagħraf lilek dejjem Mulej.

Ammen. Lancelot Andrewes

Missierna ...

Page 11: MEJJU 2020...2020/05/05  · F’ħajja ta’ qadi fidila tad-dmirijiet ta’ kuljum, hu ħalla eżempju għal dawk kollha li jaqalgħu ħobżhom bit-tħabrik ta’ jdejhom”. Din

10 SIGNUM FIDEI

It-Tlieta, il-5 ta’ Mejju San Vinċenz Ferrer - presbiteru

Sant’Anġlu minn Sqallija - presbiteru u martri San Evodju – l-ewwel isqof ta’ Antjokja wara San Pietru

Il-Beatu Vinċenz Soler u sħabu - presbiteri u martri Il-Beatu Nunzio Sulprizio (1817-36)

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Atti 11: 19-26 Bdew ikellmu wkoll lill-Griegi u jxandrulhom l-Evanġelju tal-

Mulej Ġesù. 2. Salm86: 1-3.4-5.6-7 Faħħru ’l-Mulej, intom ġnus kollha. 3. Ġwanni 10: 22-30 Jien u l-Missier aħna ħaġa waħda. IL-BEATU NUNZIO SULPRIZIO (1817-36) Twieled f’dar fqira f’Pesco Sansonesco (Pescara) fl-Italja minn ġenituri ta’ ħajja

verament Nisranija. Semmewh Nunzio f’ġieħ il-Lunzjata. Tilef lil missieru meta kellu tliet snin; tliet snin wara mietet ukoll ommu. Minħabba f’hekk ta’ sitt snin ġabritu magħha nanntu Anna-Rosa, mara twajba ta’ ħajja reliġjuża li għaliha l-quddiesa u r-rużarju ta’ kuljum kienu l-ewwel u qabel kollox. Minn ħoġorha beda jixrob l-ispiritwalità sempliċi u soda li tant kellu bżonn fil-mixja ta’ ħajja li għalih kienet qed tħejjih il-providenza.

Nanntu mietet meta hu kien għadu m’għalaqx is-seba’ snin, u għalhekk Nunzio mar jgħix ma’ zijuh ħaddied, li kien iebes ħafna miegħu. Kien iħaddmu ħafna, isawwtu, kien ikollu joqgħod fil-kantina jiġbed il-minfaħ tal-forġa u xi drabi jdejh imtlew bid-demm. Imma fost dan kollu Nunzio kien isib faraġ fit-talb u wasal biex iġarrab l-hena fit-tbatija.

Bilkemm kien jiekol sa jixba’; saħħtu bdiet sejra lura, irkopptu bdiet tintefaħ sa waslet biex infetħitlu ferita u ma kienx jista’ jimxi, u kellu huwa stess jagħmel krozza. Nunzju kien jinġabar fit-talb u joffri t-tbatijiet għall-midinbin.

Meta ntbagħat l-isptar it-tobba qatgħuha li ma kienx hemm fejqan għalih u għalhekk reġa’ ntbagħat lura d-dar, fejn kellu jgħix taħt il-kefrija ta’ zijuh li kien bniedem ta’ qalb iebsa.

Imma zijuh ieħor li kien jinsab Napli talab lill-Kurunell Karl Wochinger li beda jinteressa ruħu miż-żagħżugħ, u dan ħaseb biex iġibu fil-belt ta’ Napli u bagħatu l-ewwel fi sptar imbagħad ġabru miegħu fid-dar tiegħu stess.

Nunzio kien ilu jixtieq li jsir saċerdot u li jidħol f’kunvent fejn seta’ jinġabar iżjed fit-talb u l-meditazzjoni. Imma xewqtu ma ġietx mitmuma għax il-mard qarreb il-mewt tiegħu.

Hu kien iħobb spiss jitkellem fuq il-ġenna, u lil kull min kien jagħmillu xi pjaċir, il-grazzi tiegħu kienet tkun: “La nkun il-ġenna niftakar fik u nitlob għalik.” L-aħħar ħaġa li talab qabel miet kien li jagħtuh f’idejh il-Kurċifiss u, wara li rċieva l-aħħar sagramenti, b’ħarstu msammra fuq ix-xbieha tal-Madonna tal-Grazzji, lissen l-aħħar kelmiet tiegħu: “Il-Madonna! Araw kemm hi sabiħa …!”

Page 12: MEJJU 2020...2020/05/05  · F’ħajja ta’ qadi fidila tad-dmirijiet ta’ kuljum, hu ħalla eżempju għal dawk kollha li jaqalgħu ħobżhom bit-tħabrik ta’ jdejhom”. Din

SIGNUM FIDEI 11

Miet fil-5 ta’ Mejju 1836 meta kellu 19-il sena u 22 ġurnata. Il-Papa Pawlu VI ddikjara lil Nunzio Sulprizio beatu fl-1 ta’ Diċembru, 1963.

Riflessjoni: Ġesù jassigurana li l-id t’Alla bi mħabba hija mqiegħda fuq ħajjitna. Xejn fil-ħajja mhu se jġiegħel lil Alla jitlaqna. Mhux l-għażliet ħżiena tagħna jew l-attitudni ħażina tagħna. Xejn. Aħna, madankollu, nerħu idejna għax hemm affarijiet oħra li jidhru aktar importanti jew attraenti. Qed immeddu jdejna għal ħafna affarijiet u b'hekk jinsabu mimlija. Ninsew l-id ta’ Alla li jrid jagħtina l-ħajja. Aħna ma nindunawx bl-idejn ta' oħrajn li qed jiġbdu lejna. Il-wegħda tar-ragħaj hi li l-idejn t’Alla dejjem tkun mtawla lejna, lesti biex taħtaf lill-ħajjitna bil-maħfra u l-imħabba. Fittex ftit ħin u ħares lejn idejk. Dawn il-ġranet x'qed iżżomm f'idejk? Jekk ħajtek kellha tintemm illum, tkun ferħan li żammejt dawk l-affarijiet? Illum x'terħi minn idejk biex tkun tista' taqbad id ħaddieħor li qed inewwel lejk? Addattata mill-Ktieb Praying with St. John’s Gospel, Mons. Gregory E.S. Malovetz Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 20, silta mit-3 punt

Be assured, then, that once you have placed yourself in God’s hands, willing to suffer whatever and as much as he may desire, although he still leaves you in sorrow, he will help you by his grace to endure this trial, perhaps in a way that is not obvious, or else he will deliver you from it by surprising means and at a time when you least expect it. This is what David assures us he experienced in his own difficulties, when he says: I waited on the Lord with great patience, and finally he heard me; he granted my prayers and withdrew me from the depths of misery and from the deep pit. He set my foot upon a rock and guided my steps. Many people, on seeing this marvel, have learned to revere God and to place all their confidence in him.

TALBA

Inħobbok Mulej, inti l-qawwa u l-kenn tiegħi. U nibqa’ nħobbok għax għandek nistkenn,

meta l-irwiefen tal-ġibdiet ħżiena tiegħi iqumu kontra dak li nixtieq nagħmel għalik.

Inħobbok, u nirringrazzjak ta’ dak kollu li għamilt u tagħmel għalija, għalkemm imħabbti hi wisq fqira meta nħares lejk.

Int Mulej Ġesù, tista’ tkattarli mħabbti lejk meta tiġi għandi. Grazzi Mulej Ġesù, li mħabbtek tagħraf id-dgħufija tiegħi.

Mulej, nagħmel kemm nista’ imma għadirni għax mhux dejjem inħobbok

daqs kemm tixtieq – daqs kemm suppost. Ammen

Bro. Louis Camilleri

Missierna ...

Page 13: MEJJU 2020...2020/05/05  · F’ħajja ta’ qadi fidila tad-dmirijiet ta’ kuljum, hu ħalla eżempju għal dawk kollha li jaqalgħu ħobżhom bit-tħabrik ta’ jdejhom”. Din

12 SIGNUM FIDEI

L-Erbgħa, is-6 ta’ Mejju Santa Katerina Trojani

San Eadbert – isqof San Petronax ta’ Monte Cassino

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Atti 12: 24 – 13, 5a Agħżluli malajr lil Barnaba u lil Sawl. 2. Salm 66: 2-3.5.6 u 8 Ifaħħruk il-popli, o Alla, ifaħħruk il-popli kollha. 3. Ġwanni 12: 44-50 Jien huwa d-dawl li ġejt fid-dinja. SAN PETRONAX TA’ MONTE CASSINO († 747) Wara l-mewt ta’ San Benedittu fis-sena 547, għaddew kważi 40 sena, meta l-

monasteru ta’ Monte Cassino safa meqrud mil-Lombardi. Imma daqs 130 sena wara, il-Papa San Girgor II, ħajjar lil San Petronax, patri minn Brescia li jmur Monte Cassino jżur il-qabar ta’ San Benedittu.

Meta wasal hemm fis-sena 717, sab li mqar qalb il-ħerba tal-monasteru mġarraf li kien għad baqa’, kien għad hemm ftit eremiti, li dawn għażluh superjur tagħhom.

U ma damux ma ngħaqdu magħhom dixxipli oħra. U bil-għajnuna ta’ diversi benefatturi nobbli, ewlieni fosthom id-Duka ta’ Benevento, u bis-support ta’ tliet Papiet wara xulxin, irnexxielu jibni mill-ġdid dan il-monasteru l-iktar ċelebri.

Petronax dam Abbati ta’ Monte Cassino għal 30 sena, u ġab il-monasteru ferm ’il quddiem. San Willibald, li kien missjunarju Ingliż fil-Ġermanja, u li wara sar isqof ta’ Eichstatt, irċieva l-abitu benedittin minn idejn San Petronax.

San Sturmius, il-fundatur tal-abbazija famuża ta’ Fulda, fil-Ġermanja, u li fiha jinsab il-qabar ta’ San Bonifaċju, appostlu tal-Ġermanja, għadda xi żmien Monte Cassino biex jitgħallem mingħand Petronax dwar l-osservanza tar-Regola Benedittina primittiva.

Għandu wkoll kienu jmorru, isqfijiet, prinċpijiet u nies kbar oħra għal pariri spirtwali. San Petronax, imsejjaħ bir-raġun it-tieni fundatur ta’ Monte Cassino, wara San Benedittu, miet fis-6 ta’ Mejju, aktarx fis-sena 747.

Riflessjoni mill-Imitazzjoni ta’ Kristu, it-Tielet Ktieb, kap. 23:

Ġesù tiegħi kollok tjieba, agħtini d-dawl, ibgħat id-dija tiegħek ġewwa fija, u warrab

minn ġewwa qalbi d-dlamijiet kollha. Tista’ tara kif il-ħsibijiet tiegħi huma mxerrda!

Agħtini l-ġabra u rażżan it-tentazjonijiet li qegħdin iħabtuni. Idħol inti għalija bil-qawwa

tiegħek, u rażżan fija dawn il-ġibdiet il-ħżiena li ħadu tagħhom fuq il-ġisem tiegħi: ħalli

bil-qawwa tiegħek inħoss il-paċi, u t-tifħir jinstema’ ġewwa t-tempju tiegħek,

jiġifieri ġewwa l-kuxjenza safja. Semma’ l-kmand tiegħek l-irjieħ u l-mewġ; għid lill-

baħar: oqgħod; u lir-riħ: orqod; u taqa’ kalma l-aktar kbira dik is-siegħa.

Page 14: MEJJU 2020...2020/05/05  · F’ħajja ta’ qadi fidila tad-dmirijiet ta’ kuljum, hu ħalla eżempju għal dawk kollha li jaqalgħu ħobżhom bit-tħabrik ta’ jdejhom”. Din

SIGNUM FIDEI 13

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 32, silta mit-2 punt

Jesus Christ, entering a soul, raises it so far above all human sentiments, through the faith that enlivens it, that it sees nothing except by the light of faith. No matter what anyone does to such a soul, nothing can disturb its constancy, make it abandon God’s service, or even diminish in the least degree the ardor it feels for God, because the darkness that previously blinded its spirit is changed into an admirable light. As a result, the soul no longer sees anything except by the eyes of faith. Do you feel that you have this disposition? Pray to the risen Christ to give it to you.

TALBA

Mulej, inti d-dawl tiegħi: mingħajrek nimxi fid-dlam,

mingħajrek ma nista’ nagħmel lanqas pass wieħed, mingħajrek ma nafx fejn inkun sejjer,

mingħajrek jiena għama li jaħseb li sa jmexxi għama ieħor.

Mulej, jekk inti tiftaħli għajnejja, jien nara d-dawl tiegħek,

u riġlejja jimxu fit-triq tal-ħajja. Mulej, jekk inti ddawwalni jien inkun nista’ ndawwal,

għax int lilna tagħmilna dawl għad-dinja. Il-Kard. Carlo Maria Martini

Missierna ...

Page 15: MEJJU 2020...2020/05/05  · F’ħajja ta’ qadi fidila tad-dmirijiet ta’ kuljum, hu ħalla eżempju għal dawk kollha li jaqalgħu ħobżhom bit-tħabrik ta’ jdejhom”. Din

14 SIGNUM FIDEI

Il-Ħamis, is-7 ta’ Mejju

San Ġwann ta’ Beverly - isqof Santa Roża Venerini

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Atti 13: 13-25 Min-nisel ta’ David, Alla ġieb għal Iżrael salvatur,

li hu Ġesù. 2. Salm 88: 2-3.21-22.25 u 27 It-tjieba tal-Mulej irrid dejjem ngħanni. 3. Ġwanni 13: 16-20 Min jilqa’ lil min nibgħat jien, ikun jilqa’ lili. SANTA ROŻA VENERINI (1656-1728) Twieldet f’Viterbo fejn missierha kien tabib. Meta kienet għadha tifla għamlet

wegħda li ssir reliġjuża, iżda meta tfarfret bdiet tagħti l-lala għal ħafna ġibdiet kuntrarji u anki bdiet tipprepara biex tiżżewweġ. Iddeċidiet li ttemm il-wegħda ta’ tfulitha meta l-għarus tagħha miet għal għarrieda.

Daħlet mas-sorijiet Dumnikani tal-istess belt meta kellha 17-il sena. Hi kellha tmur lura darha ftit xhur wara minħabba l-mewt ta’ missierha biex tieħu ħsieb lil ommha li kienet marida ħafna.

Filgħaxija kienet tiġbor xi nisa biex jgħidu r-rużarju u bdiet ukoll tgħallimhom it-tagħlim Nisrani.

Taħt id-direzzjoni ta’ saċerdot Ġiżwita, fl-1685 Roża fetħet l-ewwel skola tagħha f’Viterbo, bla ħlas. Bid-don li kellha biex tħarreġ oħrajn biex jgħallmu, hi fetħet skejjel bnadi oħra.

L-isqof ta’ Montefiascone sejħilha fid-djoċesi tiegħu fejn iltaqgħet ma’ Santa Luċija Filippini u għenitha twaqqaf l-ewwel skola tagħha f’dik il-belt. It-tnejn saru ħbieb kbar ta’ xulxin.

Sentejn wara, fl-1687, reġgħet lura lejn Viterbo fejn hi u sħabha ffurmaw kongregazzjoni reliġjuża ta’ sorijiet.

Roża waqqfet djar oħra, fosthom waħda f’Ruma, fejn mar iżurha l-Papa Klement XI u anki bierek u approva l-kongregazzjoni u l-ħidma tagħha.

Wara aktar minn 40 sena ta’ xogħol iebes u vjaġġi diffiċli, Roża Venerini mietet f’Ruma fid-dar ta’ San Mark fis-7 ta’ Mejju, 1728 fl-għomor ta’ 72 sena. Meta mietet kellha erbgħin dar tal-istitut tagħha miftuħin fi 17-il djoċesi.

Santa Roża Venerini kienet iddikjarata beata minn Piju XII fl-4 ta’ Mejju 1952. Iddikjaraha qaddisa l-Papa Benedittu XVI fil-15 ta’ Ottubru 2006.

Is-sorijiet tagħha, magħrufa bħala Maestre Pie Venerini, jgħoddu madwar 400, u jinsabu fl-Ewropa u fl-Istati Uniti, kif ukoll f’xi artijiet tal-missjoni.

Riflessjoni: Kull Nisrani li qiegħed fi stat ta' grazzja huwa bħal Kristu ieħor. Xi wħud kultant jgħidu li hemm ħafna bnedmin f'wieħed. Kristu kien il-bnedmin kollha. Huwa kien iġorr id-dnubiet kollha tagħhom. Meta hu kien int, int kont ħaġa waħda miegħu, u ħa fuqu l-piż tan-nuqqasijiet tiegħek. F'din id-dinja ma tistax tifhem kif Kristu jinfed il-ħsieb ta'

Page 16: MEJJU 2020...2020/05/05  · F’ħajja ta’ qadi fidila tad-dmirijiet ta’ kuljum, hu ħalla eżempju għal dawk kollha li jaqalgħu ħobżhom bit-tħabrik ta’ jdejhom”. Din

SIGNUM FIDEI 15

kull persuna. Huwa bniedem Alla. Il-qawwa tiegħu ta' salvazzjoni hija infinita. Id-divinità tiegħu qatt ma ħalliet l-umanità tiegħu. Ġib ruħek miegħu daqs l-iktar wieħed intimu li mhux biss jiskuża d-dnubiet fdati lilu imma li jitgħabba bihom fuqu nnifsu sabiex jikseb il-maħfra tal-Missier. Gabrielle Bossis, He and I Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 3, silta mit-3 punt

Although in this life we sigh under the weight of our bodies and long to be free of this burden, it is God who created us for this very purpose and who gave us his Holy Spirit as a pledge. It is, then, up to God to direct our path straight toward heaven, so that we may surely arrive there. For this reason, it was as the Son of God that Jesus Christ became the Author of our eternal salvation. Salvation, as the Prophet says, comes from God; perfection likewise comes from him. As Saint James assures us, every excellent grace and perfect gift come from on high and descend from the Father of lights. Beg God, therefore, to lead you on the way to heaven by the path he has traced out for you. Ask him to help you embrace the perfection of your state, because he is the one who brought you into it and who consequently desired, and still desires, that you find in it the way and the means to be sanctified.

TALBA

Grazzi! Missier, inti l-għajnuna u l-paċi tiegħi.

F’idejk, nerħi t-tama tiegħi u b’fiduċja sħiħa

dak kollu li qed jinkwetani, dak kollu li qed ifixkilni,

f’dak kollu li qed “isejjaħli”. Inħalli f’idejk

għax nafda fi mħabbtek lil dawk li jiena nħobb,

lil dawk li jiena nixtieq ngħin, lil dawk li huma fil-bżonn

tal-għajnuna tiegħek. F’idejk, missier għażiż

nintelaq jiena. Bro. Louis Camilleri

Missierna ...

Page 17: MEJJU 2020...2020/05/05  · F’ħajja ta’ qadi fidila tad-dmirijiet ta’ kuljum, hu ħalla eżempju għal dawk kollha li jaqalgħu ħobżhom bit-tħabrik ta’ jdejhom”. Din

16 SIGNUM FIDEI

Il-Ġimgħa, it-8 ta’ Mejju L-Imqaddsa Verġni Marija tal-Kewkba - omm l-iskejjel Insara

Il-Madonna ta’ Pompej L-Imqaddsa Verġni Marija tal-Grazzja

Il-Beatu Lwigi Rabatà - presbiteru Il-Beatu Ġeremija ta’ Valacchia - reliġjuż

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Atti 13: 26-33 Il-wegħda li Alla kien għamel temmha għalina billi qajjem lil Ġesù mill-imwiet. 2. Salm 2; 6-11 Ibni int, jien illum nissiltek. 3. Ġwanni 14: 1-6 Jien hu t-Triq, il-Verità u l-Ħajja. Il-Madonna tar-Rużarju ta’ Pompej Id-devozzjoni lejn il-Madonna tar-Rużarju ta’ Pompej hi marbuta b’mod speċjali

mal-ħajja tal-Beatu Bartolo Longo. Dan kien avukat magħruf minn Brindisi. Għamel xi żmien imbiegħed mill-prattika tar-reliġjon sakemm ta’ 24 sena

kkonverta bis-serjetà u beda jingħata għall-opri ta’ karità. Daħal ukoll Terzjarju Dumnikan. Hu kien l-avukat li jieħu ħsieb il-beni tal-kontessa armla De Fusco li kellha proprjetajiet fil-Wied ta’ Pompej, dak iż-żmien post fejn kienu jgħixu għadd kbir ta’ ħallelin. Bartolo Longo ġietu ħniena minnhom u ried jifdihom mill-miżerja soċjali u morali li fiha kienu jinsabu.

F’Novembru tal-1875, soru, Konċetta Delitala, tatu kwadru tal-Madonna tar-Rużarju li kellu jkun f’idejh strument ta’ salvazzjoni għal għadd bla qies ta’ erwieħ. Tqiegħdet l-ewwel ġebla ta’ knisja ġdida, u fis-7 ta’ Mejju tal-1891 il-knisja ġiet iddedikata lill-Madonna tar-Rużarju ta’ Pompej.

Madwar is-santwarju nbnew għadd ta’ opri ta’ assistenza soċjali u ta’ edukazzjoni għall-iltiema, u għat-tfal tal-ħabsin. Is-santwarju u l-opri kollha marbutin miegħu huwa tas-Santa Sede li tamministrahom permezz ta’ kummissjoni ta’ kardinali.

Id-devozzjoni lejn il-Madonna ta’ Pompej malajr bdiet tinxtered mal-Italja kollha u ma damitx ma waslet f’pajjiżna wkoll. Fir-rivista tas-Santwarju Il Rosario e la nuova Pompei tal-1885, naqraw relazzjoni tal-Markiża Rosa Apap Testaferrata, dwar ħelsien minn għarqa nhar il-festa stess tal-Madonna ta’ Pompej. Bħala radd ta’ ħajr lill-Madonna għal din il-grazzja, il-Markiża bniet il-knisja ta’ Marsaxlokk.

F’Malta, id-devozzjoni għall-Madonna ta’ Pompej baqgħet dejjem tikber u fil-parroċċi kollha fit-8 ta’ Mejju u fl-ewwel Ħadd ta’ Ottubru, festa tal-Madonna tar-Rużarju, ħafna nies kienu jmorru għas-“supplika” li kienet issir f’nofsinhar wara l-quddiesa, fl-istess ħin li tkun qiegħda ssir f’Pompej. Wara l-gwerra d-devozzjoni lejn il-Madonna ta’ Pompej ma baqgħetx dik li kienet qabel, iżda s-supplika għadha ssir f’ħafna parroċċi, u ssir b’solennità kbira fil-knisja tal-Ġiżwiti l-Belt, u f’Marsaxlokk, fit-8 ta’ Mejju, isir kull sena pellegrinaġġ nazzjonali.

Page 18: MEJJU 2020...2020/05/05  · F’ħajja ta’ qadi fidila tad-dmirijiet ta’ kuljum, hu ħalla eżempju għal dawk kollha li jaqalgħu ħobżhom bit-tħabrik ta’ jdejhom”. Din

SIGNUM FIDEI 17

Is-Soċjetà Missjunarja ta’ San Pawl, fuq l-eżempju tal-fundatur tagħha s-serv ta’ Alla Mons. Ġużeppi de Piro, tgħożż din id-devozzjoni lejn il-Madonna, minħabba li hu qala’ l-grazzja tas-saċerdozju nhar it-8 ta’ Mejju tal-1898

Riflessjoni: “Għajjat bil-ferħ ta’ qalbek, bint Sijon, Israel, semma’ leħnek! Infexx fl-hena u ifraħ b’qalbek kollha, bint Ġerusalemm!” (Sofonija 3: 14) Bint Sijon, li skont t-tħabbir tal-profeti, kienet il-personifikazzjoni tal-kommunità tal-patt, hija l-kollaboratriċi diretta tal-Mulej fit-twettiq tal-fidwa li ġab il-Messija; tilqa’ lis-Salvatur u tagħti l-ħajja lill-poplu l-ġdid ta’ Alla. Wara t-tbatija u t-telqa li fihom dehru midfuna t-tamiet ta’ Israel, kollox iwarrad mill-ġdid b’mod tal-għaġeb. Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 151, silta mit-3 punt

It would be of little use to us to be persuaded of our obligation to have a special devotion to the Most Blessed Virgin if we did not know what this devotion includes, if we did not possess it effectively, and if we did not show it on the appropriate occasions. Because she is superior to all creatures, we must have a greater devotion to her than to all other saints, whoever they may be. We show our devotion to the saints at certain times and on certain days of the year, but the devotion we ought to have for the Most Blessed Virgin must be continual. This is why it is of Rule in our Institute (1) not to let a single day go by without reciting the rosary and to say it while walking in the streets; (2) to celebrate all her feasts with great solemnity; (3) to uncover our heads and bow every time we hear her name or pass in front of her image, as this devotion requires; (4) considering her as the principal patroness of our Society, we place ourselves daily under her protection at the end of our prayer in the morning and in the evening and after each exercise; we have recourse to her, placing in her, after God, our entire confidence; (5) we invoke her in our most pressing needs as our primary advocate, after Jesus Christ, before God.

TALBA Il-sliem, għamara ta’ Alla

dak li s-smewwiet ma jesgħuhx huwa issa f’ġufek, imbierka!

Is-sliem, tron imħeġġeġ! Is-sliem, bint Sijon, għolja mhux minsusa;

fik tgħammar il-milja tad-divinità għar-rieda tal-Missier Etern u bl-opra tal-Ispirtu s-Santu!

Is-sliem għalik, O mimlija bil-grazzja, il-Mulej miegħek!

Anatolju (Seklu VII)

Missierna ...

Nitolbu għal Bro. Roger James Mangion (1971) Agħtih O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem....

Page 19: MEJJU 2020...2020/05/05  · F’ħajja ta’ qadi fidila tad-dmirijiet ta’ kuljum, hu ħalla eżempju għal dawk kollha li jaqalgħu ħobżhom bit-tħabrik ta’ jdejhom”. Din

18 SIGNUM FIDEI

Is-Sibt, id-9 ta’ Mejju

San Ġorġ Preca - presbiteru u fundatur tas-Soċjetà tad-Duttrina Nisranija, M.U.S.E.U.M. Santa Katerina minn Bologna - verġni

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Bin Sirak 21: 11-17, 21 Bħal tiżjin tad-deheb hu t-tagħlim għall-għaqli. jew 2Timotju 2: 1-11 Kull ma smajt mingħandi għaddih lil nies ta’ fiduċja, li

huma stess ikollhom il-ħila jgħallmuh ukoll lil oħrajn. 2. Salm 119: 33-42 Għallimni, Mulej, it-triq tal-kmandamenti tiegħek. 3. Mark 16: 14a,16-20 Morru fid-dinja kollha, xandru l-Bxara t-Tajba lill-ħolqien

kollu. SAN ĠORĠ PRECA (1880-1962) - fundatur tal-M.U.S.E.U.M. San Ġorġ Preca twieled il-Belt Valletta nhar it-12 ta’ Frar 1880. Il-ġenituri tiegħu

kienu Vinċenzo Preca u Natalina Cervalo. Il-ħajja Nisranija bdieha fis-17 ta’ Frar, meta tgħammed fil-knisja ta’ Santa Marija tal-Portu Salvu jew ta’ San Duminku, fil-Belt Valletta. Ma kienx jinqala’ wisq għal-logħob, imma ġieli daħal f’xi bawxata. Darba wieħed żagħżugħ b’saħħtu dendlu miċ-ċinta tal-knisja ta’ San Gejtanu u werwru.

Meta kien il-Liċeo, Dun Erkole Mompalao, surmast tiegħu, ħabbarlu li għad isir qassis, isib xortih ma’ nies li jirrispettaw lil Alla u huma jsibu xortihom miegħu. F’żogħżitu dan il-kliem ta’ Dun Erkole sar verità meta bi skuża ta’ sigarett, tħabbeb ma’ grupp ta’ żgħażagħ ta’ Luċitu fil-Ħamrun.

Ftit qabel ma ġie ordinat saċerdot, Ġorġ Preca, żviluppa komplikazzjonijiet fil-pulmun u skont il-professur ma kienx fadallu wisq ħajja. Imma Alla ried mod ieħor u nhar it-22 ta’ Diċembru 1906 ħa l-quddiesa.

Dun Ġorġ, magħruf ma’ kulħadd bħala bniedem ta’ Alla u n-nies kienet tfittxu bi ħġarha għax kliemu ma kienx dak tas-soltu, kliemu kien iqanqal il-qlub ta’ kulħadd.

Fuq kollox in-nies tibqa’ tiftakru għall-imħabba li kellu lejn Alla u lejn il-proxxmu. Kien bniedem ta’ umiltà, tant li xtaq li ma’ mewtu jintesa. Ħajtu kienet prietka ta’ manswetudni. Kien jimxi bil-ħlewwa ma’ kulħadd u ħafer b’mod sinċier lil kull min għamillu l-ħsara.

Dun Ġorġ Preca miet fid-dar “San Gejtanu”, Triq il-Parroċċa, Santa Venera, Malta, nhar il-Ħamis filgħaxija tas-26 ta’ Lulju, 1962

Huwa ried funeral sempliċi, iżda sarlu wieħed li fih ħadu sehem l-ogħla awtoritajiet tas-soċjetà Maltija u eluf kbar ta’ nies. Indifen fil-kripta taħt il-knisja tal-Madonna tal-Midalja Mirakoluża fil-Blata l-Bajda, li malajr saret post ta’ pellegrinaġġi. Ġie bbeatifikat f’Malta mill-Papa Ġwanni Pawlu II, nhar id-9 ta’ Mejju 2001.

Fit-23 ta’ Frar, 2006, il-Papa Benedittu XVI kkonferma lil Dun Ġorġ qaddis u sejjaħlu “ħabib ta’ Ġesù” u ddikjara li San Ġorġ Preca huwa “t-tieni missier tal-fidi tal-poplu Malti u Għawdxi.” Il-festa liturgika tiegħu taħbat fid-9 ta’ Mejju.

Page 20: MEJJU 2020...2020/05/05  · F’ħajja ta’ qadi fidila tad-dmirijiet ta’ kuljum, hu ħalla eżempju għal dawk kollha li jaqalgħu ħobżhom bit-tħabrik ta’ jdejhom”. Din

SIGNUM FIDEI 19

Riflessjoni: (Sinjur) M’hawnx fid-dinja beatu u feliċi ħlief min fik jemmen; għax il-persważjoni fik iġġiegħlu jħoss lilu nnifsu li huwa jinsab fik, u jitpaxxa bik, u jitgħaxxaq bik, tant inti tajjeb, tant inti ħanin; iġġiegħlu jħossok qaddis li jimtela bir-reverenza lejk; iġġiegħlu jħossok ta’ Maestà tremenda li jitriegħed fix-xejn tiegħu innifsu, u li jistrieħ b’kunfidenza fik, għax jara u jifhem tajjeb li inti Int li għamiltu, Int il-kreatur tiegħu, u huwa opra ta’ jdejk u ġġiegħlu jistrieħ fil-volontà tiegħek, għax jagħrfek Sinjur assolut ta’ kollox u ta’ kulħadd, u li l-volontà tiegħek hija immutabbli; kull ma trid inti hekk għandu assolutament minn fuqu. San Ġorġ Preca Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 145, silta mit-3 punt

You have been appointed by God to succeed the holy Apostles in teaching the doctrine of Jesus Christ and in confirming his holy law in the minds and hearts of those whom you instruct when you teach catechism, which is your principal function. Consider yourselves very fortunate and highly rewarded to be overwhelmed with insults and to suffer all kinds of outrages for the love of Jesus Christ. If dissolute people take pleasure in causing you to suffer, let it be a great satisfaction for you to endure, because it will help you die to yourselves.

TALBA

Alla Missier, jiena nemmen li int kapaċi toħroġ it-tajjeb

anki minn esperjenzi ta’ tbatija u mill-iżbalji kbar li nagħmlu aħna l-bnedmin.

Għinni biex l-iżbalji li għamilt jiswewli biex nitgħallem minnhom jien

u anki ħaddieħor. Ammen.

San Ġorġ Preca Missierna ...

Nitolbu għal Bro.Peter Galea (1998) Agħtih O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem....

Page 21: MEJJU 2020...2020/05/05  · F’ħajja ta’ qadi fidila tad-dmirijiet ta’ kuljum, hu ħalla eżempju għal dawk kollha li jaqalgħu ħobżhom bit-tħabrik ta’ jdejhom”. Din

20 SIGNUM FIDEI

Il-Ħadd, l-10 ta’ Mejju Il-Ħames Ħadd tal-Għid

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Atti 6: 1-7 Għażlu sebat irġiel mimlijin bl-Ispirtu s-Santu. 2. Salm 32 : 1,2,4,5,18,19 Ħa tkun, Mulej, it-tjieba tiegħek fuqna, kif fik hi t-tama

tagħna. 3. 1Pietru 2: 4-9 Intom ġens maħtur, saċerdozju rjali. 4. Ġwanni 14: 1-12 Jien hu t-triq, il-verità u l-ħajja. Riflessjoni fuq il-Vanġelu:

It-tema tal-eżistenza tal-bniedem bħala mixja, u dik tal-bniedem bħala dak li jimxi fiha, insibuha xi ftit kullimkien fil-letteratura u fil-filosofija, fl-għerf ta’ livell għoli u f’dak popolari. M’hemmx għalfejn tkun Nisrani jew temmen f’Alla biex taħseb fil-ħajja b’dan il-mod. Iżjed u iżjed f’dan iż-żmien li ngħixu fih aħna mimli dinamiżmu u fejn ma jeżistux limiti. Faċli wieħed jaħseb li jista’ jaħrab mir-rutina ta’ kuljum fejn ma teżistix paċi, lejn xi pajjiż eżotiku, jew kif inhi drawwa, li wieħed “jagħmel l-esperjenzi tiegħu” mingħajr ebda kriterju ieħor ħlief il-konvinzjonijiet u l-ideali individwali.

Proprju f’din id-dinja maqsuma fejn jekk titkellem fuq triq unika li twassal għall-verità jaħsbuk intolleranti u dominanti, il-Mulej Ġesù jwassal kelmtu, għax jaf li l-bniedem għandu bżonn il-verità iktar mill-ħobż u mill-flus. Iwassalha b’kuraġġ avolja jaf li l-messaġġ tiegħu li Hu l-unika triq li wieħed għandu jimxi, mhux se jintlaqa’ mid-demokrazija falza li tqis l-ideat kollha bl-istess dinjità, u b’hekk twarrab dawk il-ftit li verament huma tajbin.

L-aħbar tiegħu hi fil-fatt aħbar ta’ ferħ u tama, għall-bniedem modern li wara li warrab il-mogħdijiet skomdi u diffiċli tal-imgħoddi jisforza biex jiftaħ triqat ġodda u komdi imma jinsa jindika fejn se jwasslu, għax jobsor li fil-fatt ma jwasslu mkien. “Jiena hu t-Triq, il-Verità u l-Ħajja. Ħadd ma jmur għand il-Missier jekk mhux permezz tiegħi” (Ġw. 14:6). Kliem kuraġġuż dan ta’ Ġesù imma ċar ħafna: fil-fatt iwassalna għand il-Missier, għax il-persuna ta’ Ġesù hi t-triq; l-effetti tiegħu mhux il-verità tas-soltu imma l-verità; mhux xi sena ħajja iżjed imma l-ħajja vera, dik sħiħa u eterna li jagħtihielna Alla stess.

Min jagħmel din il-wegħda hu ta’ min jemmnu għax wara li ta ħajtu għall-verità, ingħatalna minn Alla bħala l-unika triq li twassal għall-verità u għall-ħajja. Il-Mulej Ġesù kif għamel f’ħajtu fuq din l-art ikompli jagħmel oppożizzjoni sħiħa kontra s-setgħa li skont il-vanġelu ta’ San Ġwann, tiggverna d-dinja: is-setgħa tax-xitan. L-għadu ta’ dejjem li jferrex l-iskandli tiegħu biex jagħmel din il-mixja tal-bniedem iebsa u tqila. “Missier il-gideb” li għandu skop li jqajjem suspetti u ribelljoni kontra l-verità ta’ Alla irrivelata f’Ġesù; (Ġw. 8:44) jaħdem lejl u nhar għall-qerda u l-ħerba sħiħa (il-mewt) tal-bniedem u tad-dinja.

Ċertament il-mixja lejn il-verità mhix faċli; “jeħtieġ inkunu lesti naqsmu pjanuri monotoni, nimxu fuq xfar l-irdumijiet u nixxabbtu ma’ ħitan għolja, niskopru orizzonti ġodda... fi vjaġġ mimli attività, sorpriżi u emozzjonijiet donnu xi

Page 22: MEJJU 2020...2020/05/05  · F’ħajja ta’ qadi fidila tad-dmirijiet ta’ kuljum, hu ħalla eżempju għal dawk kollha li jaqalgħu ħobżhom bit-tħabrik ta’ jdejhom”. Din

SIGNUM FIDEI 21

avventura” kif ifakkarna t-Teologu Franċiż Xavier Thevenot. Madankollu huwa vjaġġ li għandu destinazzjoni l-milja tal-ħajja f’Alla li ma teskludi lil ħadd għax fid-dar tiegħu hemm post għal uliedu kollha; għaliex il-gwida u s-sieħeb fil-vjaġġ hu l-Ispirtu tal-Mulej irxoxt li ma jitlef lil ħadd minn dawk li afdalu l-Missier; għaliex il-mixja hi tassew iebsa, imma sabiħa u ċerta għaliex hi Ġesù stess.

Minn La Realtà é Cristo, Don Davide Rota

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 35, it-2 punt

Seeing that his Apostles had been saddened when he announced that he would soon depart from them, Jesus Christ told them that it was better for them that he was leaving. Those who have given themselves to God often believe that God’s sensible presence is the only thing that can confirm them in piety. They think that when they experience interior difficulty and dryness, they have completely lost the degree of holiness to which God has raised them. Having lost a certain relish for prayer and a facility for praying, they imagine that they have lost everything and that God has completely rejected them. Their inner life is desolate, and they suppose that all paths leading to God are blocked before them. Such people ought to be told what Jesus Christ said to his Apostles: that it is better for them that God withdraws from them on a feeling level and that what they consider a loss is for them a great gain if they willingly endure this trial.

TALBA

Mulej, jiena li qed nibki niġi għandek għaliex inti dejjem taqsam

miegħi d-dispjaċir. Jiena li qed inbati niġi għandek

għax naf li tagħti kas tiegħi u tfejjaqni! Mulej, jien li nħossni mbeżżgħa

niġi għandek għax naf li titbissimli. Jien naqsam fil-ħajja tiegħek Ġesù

għax inti li inti Alla, ilbist u sirt wieħed bħali u għalhekk jiena naf tajjeb

O Alla ta’ mħabba, li meta nħobb lil persuna oħra fil-verità nkun qed immiss lil wiċċek

fi mħabbtek! Bro. Louis Camilleri

Missierna ...

Page 23: MEJJU 2020...2020/05/05  · F’ħajja ta’ qadi fidila tad-dmirijiet ta’ kuljum, hu ħalla eżempju għal dawk kollha li jaqalgħu ħobżhom bit-tħabrik ta’ jdejhom”. Din

22 SIGNUM FIDEI

It-Tnejn, il-11 ta’ Mejju San Odone, San Majolo, San Odilone,

San Injazju minn Laconi - reliġjuż San Franġisk ta’ Ġirolamo - saċerdot

Il-Beatu Pietru l-Venerabbli - abbatijiet ta’ Cluny

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Atti 14: 5-18 Ġejna nħabbrulkom biex tħallu dawn l-idoli fiergħa u dduru lejn Alla l-ħaj. 2. Salm113; 1-4.15-16 Mhux lilna, Mulej, mhux lilna, iżda lil ismek sebbaħ. 3. Ġwanni 14; 21-26 Jekk xi ħadd iħobbni, iħares kelmti. SAN FRANĠISK TA’ ĠIROLAMO (1642-1716) - saċerdot Twieled f’Taranto fl-Italja, fl-1642. Daħal fl-istat klerikali f’pajjiżu ta’ 16-il sena u

mbagħad mar Napli biex ikompli l-istudji tiegħu għas-saċerdozju. Wara li ordna qassis, hu għallem fil-kulleġġ tan-nobbli mmexxi mill-Ġiżwiti, f’Napli u kien maħbub ħafna mill-istudenti tiegħu. Daħal mal-Ġiżwiti erba’ snin wara, u għadda l-aħħar 40 sena ta’ ħajtu bħala missjunarju li ħadem kemm felaħ fil-kumpanija barra minn Napli.

San Franġisk kien predikatur qawwi, kliemu jsaħħar lis-semmiegħa. Jingħad fuqu li “kien ħaruf meta tkellmu, imma ljun meta jipprietka.” Hu mexxa mill-inqas mal-100 missjoni fil-provinċji ċentrali imma n-nies ta’ Napli ma kinux iħalluh jitbiegħed minnhom għal żmien twil.

Kull fejn kien imur kien dejjem imdawwar bil-folol, attenti għal kull kelma li jgħid; u folol ukoll kienu jfittxuh fil-konfessjonarju. L-għadd tal-midinbin li reġa’ dawwarhom lejn Alla ma jistax jingħadd – mill-inqas 400 midneb kbir magħruf jingħad li daru mill-ġdid lejn Alla bil-ħidma tiegħu.

Franġisku kien ifittex lill-midinbin kullimkien: fl-irħula mferrxin, f’toroq imwarrbin, fl-irkejjen tat-triq ... Kien imur fil-ħabsijiet, fil-ħwienet tal-vizzju; kien imur ukoll ifittixhom fix-xwieni. Ikkonverta wkoll numru ta’ priġunieri Mori u Torok.

San Franġisk ta’ Ġirolamo waqqaf ukoll organizzazzjoni ta’ rġiel biex tgħin lill-Ġiżwiti fil-ħidmiet tagħhom; waqqaf fond ta’ karità fejn il-fqar setgħu jisselfu b’aktar kumdità, u salva għadd kbir ta’ tfal minn qagħdiet li fihom faċilment setgħu jitilgħu delinkwenti. Kellu l-fama tal-mirakli u minħabba f’hekk folol kbar ta’ nies ħadu sehem fil-funeral tiegħu.

Miet fil-11 ta’ Mejju tal-1716, meta kellu 74 sena. Ġie kkanonizzat fl-1839.

Riflessjoni: L-imħabba lejn Alla hija ta’ żewġ tipi: perfetta u imperfetta. L-imħabba perfetta hija meta nħobbuh għalih innifsu, għax hu l-akbar ġid ta’ min iħobbu. F’din l-imħabba ninsew lilna nfusna u kważi ngħidu lil Alla: ‘Jien inħobbok anki kieku ma ħlaqtx il-ġenna għalija.” Ngħidu “kważi” għax fil-ħajja aħna ma nistgħux ninsew il-premju, li Alla lestielna.

Page 24: MEJJU 2020...2020/05/05  · F’ħajja ta’ qadi fidila tad-dmirijiet ta’ kuljum, hu ħalla eżempju għal dawk kollha li jaqalgħu ħobżhom bit-tħabrik ta’ jdejhom”. Din

SIGNUM FIDEI 23

Hija imperfetta, meta nħobbuh l-aktar għax hu l-akbar ġid li aħna nittamaw fih. Hija mħabba vera lejn Alla, iżda hija mħallta minn motivi umani. Għad li din l-imħabba mhix safja u qaddisa daqs l-oħra, hi mħabba tajba wkoll, għax ġejja mill-fidi u mit-tama, u ma teskludix espressament l-imħabba ta’ Alla fih innifsu. Il-bniedem aktarx jibda minn din ix-xorta ta’ mħabba u bil-grazzja ta’ Alla jitla’ lejn l-imħabba perfetta, li aħna għandna nfittxu li jkollna. Hemm imħabba oħra ta’ Alla; dik li nħossu meta niftakru fil-benefiċċji li hu ġa għamel magħna: ħalaqna, fdiena, eċċ. Hija mħabba ta’ gratitudni. It-teologi ma jaqblux bejniethom jekk din hix perfetta jew imperfetta. Imma aħna nistgħu ngħodduha perfetta, għax kif jgħallem San Tumas, il-gratitudni ma tħarisx lejn il-benefiċċju, imma lejn il-qalb ta’ min jagħtiha. Għalhekk San Ġwann l-Evanġelista stess iħajjarna nħobbu lil Alla, sewwasew għax hu l-ewwel li ħabbna. Il-qaddisin jgħidulna wkoll li biex nitħeġġu fl-imħabba ta’ Alla, għandna nħarsu lejn Ġesù. Dun Ġużepp Cauchi Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 22, it-3 punt

If you wish Jesus Christ to fight within you the enemies who want to keep him from reigning there, he must be able to raise an army of virtues that will equip your soul and enable him to be the complete master of your heart. You also need to fight valiantly under his standard, making use of the weapons he places in your hands. You must, says Saint Paul, be girded with the belt of truth and put on the breastplate of justice, that is, a love for the duties of your state. You must take up the shield of faith, with which you will be able to extinguish all the fiery darts of the devil. Hope of salvation must serve as your helmet and the word of God as your sword. By such weapons, declares the same Saint Paul, the peace of Jesus Christ will truly reign in your hearts.

TALBA

Mulej Ġesù, agħmel li aħna nkunu dixxipli tiegħek

fl-għemejjel l-aktar kbar, kif ukoll f’dawk li jidhru żgħar.

Li bħalek inkunu għal kollox iddedikati għall-imħabba tal-Missier

u għall-imħabba ta’ ħutna nisa u rġiel, u li nħossuna qrib ħafna lejk,

għaliex inti tbaxxejt sa ħdejna, aħna li tant konna ’l bogħod minnek.

Int Alla infinit. Ammen Bro. Louis Camilleri

Missierna ...

Page 25: MEJJU 2020...2020/05/05  · F’ħajja ta’ qadi fidila tad-dmirijiet ta’ kuljum, hu ħalla eżempju għal dawk kollha li jaqalgħu ħobżhom bit-tħabrik ta’ jdejhom”. Din

24 SIGNUM FIDEI

It-Tlieta, it-12 ta’ Mejju

San Nerew u San Akille - martri San Pankrazju - martri

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Atti 14: 19-28 Qagħdu jgħarrfu lill-Knisja b’dak kollu li Alla għamel magħhom. 2. Salm144: 10-13ab.21 Il-ħbieb tiegħek, Mulej, huma s-sebħ tas-saltna tiegħek. 3. Ġwanni 14: 27-31a Nagħtikom is-sliem tiegħi. SAN NEREW U SAN AKILLE (l-1 seklu) - martri Ftit ħafna nafu dwar San Nerew u San Akille. Skont il-Papa San Damasu, San Nerew u San Akille kienu suldati fl-armata

Rumana fi żmien l-Imperatur Djoklezzjanu. It-tnejn saru Nsara u telqu mill-armata. Minħabba f’hekk ġew eżiljati fil-gżira ta’

Terraċina, fejn sofrew il-martirju ta’ qtugħ ir-ras. Fis-sena 390, il-Papa San Siriċju bena knisja fuq il-qabar tagħhom fi Triq

Ardeatina, f’Ruma, fil-post fejn illum jissejjaħ iċ-Ċimiterju ta’ Domitilla. Fil-Kalendarju antik insibu mfakkra magħhom lil Santa Flavia Domitilla,

Nisranija, neputija tal-Imperatur Titu u Domizjanu. Din kienet eżiljata fil-gżira ta’ Ponzja, sakemm mietet martri.

SAN PANKRAZJU (289 – 304) - martri Skont tradizzjoni antika Rumana, San Pankrazju twieled fi Friġja (Asja Minuri) u

fi tfulitu tilef lill-ġenituri tiegħu. Zijuh ħadu miegħu Ruma, u hemm sar Nisrani, u fil-persekuzzjoni ta’

Djoklezjanu, meta kien għad għandu biss erbatax-il sena sofra l-martirju ta’ qtugħ ir-ras fis-sena 304. Ġismu ġie midfun fiċ-ċimiterju ta’ Calepodius, fi Triq Awrelja.

Fis-sena 508, il-Papa San Simmaku bena knisja fuq il-qabar tiegħu. Riflessjoni: L-ebda messaġġ ta' paċi ma dewa u nfirex daqs ta’ dak li aħna l-Kattoliċi nsejħulu sultan tal-paċi. Ħalluni hawn infakkar dak il-messaġġ. Meta għall-appostli deher li ma kienx hemm iżjed tama wara l-mewt ta' Kristu fuq is-salib; waqt li f'għajnejn id-dinja, il-missjoni ta' Kristu kienet spiċċat, falluta, mhux mifhuma, fil-jum tal-Għid huwa deher fost l-appostli miġburin fiċ-ċenaklu minħabba l-biża' tal-għedewwa, u minflok l-istorbju ta' gwerra minħabba l-attakk tal-avversarji, instema’ jingħad: “Jiena nħallilkom is-sliem, nagħtikom is-sliem tiegħi. Ma nagħtihulkomx kif tagħtih id-dinja” (Ġw. 14, 27). Jekk f'dak il-waqt ta' swied il-qalb u disperazzjoni l-ewwel kelma li, minkejja kollox, Kristu lissen wara l-qawmien tiegħu, kienet dik li l-anġli għannew fuq l-għar ta' Betlem,

Page 26: MEJJU 2020...2020/05/05  · F’ħajja ta’ qadi fidila tad-dmirijiet ta’ kuljum, hu ħalla eżempju għal dawk kollha li jaqalgħu ħobżhom bit-tħabrik ta’ jdejhom”. Din

SIGNUM FIDEI 25

ukoll f'din is-siegħa gravi u tqila, meta tant nies iwaqqgħu għaċ-ċajt u jistqarru bħala inutli l-proġetti tal-paċi, iżjed u iżjed irridu nagħmluhom tagħna, proprju f'din is-siegħa, u għandna nixtiequ l-paċi u nwasslu lill-bnedmin il-paċi, kif għamel hu dik id-darba. Il-Beatu Titu Brandsma

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 31, l-1 punt

On the day of his Resurrection, Jesus Christ appeared to his disciples and said to them, Peace be with you! to teach us that one of the principal signs that a person is leading a new life, that is, an interior and spiritual life, and is risen with Jesus Christ is when the person enjoys interior peace. There are many people who seem to be spiritual and to possess interior peace but who lack it. We might say of them what Jeremiah says, that they desire peace, yet peace does not exist in them. Such people appear to be the most pious and devout people in the world; they speak very eloquently and most willingly about interior things. They often experience the presence of God in prayer. But just say a sharp word to them or do something to irritate them, and immediately they are quite upset. They lose their peace because they are not solidly grounded in virtue and have not worked hard enough to get rid of their natural impulses.

TALBA

Mulej Ġesù, jien ukoll bħal Pawlu

nixtieq inwassal il-messaġġ tiegħek u l-qawmien tiegħek

lil dawk li nagħmilha magħhom, dawk li niltaqa’ magħhom u ’l dawk li jiena nħobb

għax int ħabbejtna lkoll. Veru li jien m’inix għaref

biex nagħraf kif għandi nitkellem. Imma Ġesù, kattar fija l-fidi

biex nissogra nkellem lil dawk li niltaqa’ magħhom waqt il-laqgħat ta’ spiss.

Int li inti kollok ħniena. Li inti kollok mimli b’qalb ħelwa,

kun int li tiggwidahom fil-verità sħiħa għax jien dgħajjef u bla ħila. Ammen.

Bro. Louis Camilleri

Missierna ...

Page 27: MEJJU 2020...2020/05/05  · F’ħajja ta’ qadi fidila tad-dmirijiet ta’ kuljum, hu ħalla eżempju għal dawk kollha li jaqalgħu ħobżhom bit-tħabrik ta’ jdejhom”. Din

26 SIGNUM FIDEI

L-Erbgħa, it-13 ta’ Mejju L-Imqaddsa Verġni Marija ta’ Fatima

Sant’Andrija Hubert Fournet - fundatur – għen lil Sta. Eliżabetta Bichier twaqqaf l-Istitut ta’ Ulied is-Salib, għan-nisa.

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Atti 15: 1-6 Qatgħuha li jitilgħu Ġerusalemm ikellmu lill-appostli u l- presbiteri fuq din il-kwistjoni. 2. Salm 121: 1-5 Sejrin ferħana f’dar il-Mulej. 3. Ġwanni 15: 1-8 Min jibqa’ fija u jiena fih, dan jagħmel ħafna frott. IL-VERĠNI MBIERKA MARIJA TAR-RUŻARJU TA’ FATIMA (1917) Fatima hu raħal żgħir fil-Portugall fejn il-Madonna dehret diversi drabi fit-13 ta’

kull xahar bejn Mejju u Ottubru 1917. Dawk li rawha kienu tlett itfal, Luċija dos Santos (ta’ 9 snin), u ż-żewġ kuġini tagħha Francesco (ta’ 8 snin) u oħtu Jacinta Marto (ta’ 6 snin).

Wara l-mewt taż-żewġ aħwa, Luċija qalet li kellhom ukoll dehra ta’ anġlu s-sena ta’ qabel f’forma ta’ tfajjel tal-paċi li għallimhom kif jitolbu. Din id-dehra ġrat tliet darbiet, l-ewwel u l-aħħar darba f’Loca do Cabeco fejn it-tfal kienu qed jirgħaw in-ngħaġ, u t-tieni darba fil-ġnien ta’ Luċija.

Il-post tad-dehriet tal-1917 seħħew mil u nofs bogħod minn Loco do Cabeco, f’Cova da Iria, fejn it-tfal kienu wkoll jirgħaw in-ngħaġ. Kienu qed jgħidu r-rużarju f’nofsinhar meta dehritilhom il-Madonna taħt is-sura ta’ xebba żagħżugħa, ta’ xi 15-il sena, fuq siġra qrib. Kienet liebsa velu abjad u f’idejha kellha l-kuruna tar-rużarju.

Fit-tieni okkażjoni t-tfal kienu akkompanjati b’numru ta’ nies mir-raħal. F’din l-okkażjoni tad-dehra, il-Madonna tkellmet fuq il-ħtieġa li jingħad ir-rużarju. In-nies tar-raħal ma rawx id-dehra, imma qalu li raw xi dawl jiġri fis-sema.

Sa Lulju l-għadd ta’ nies li akkompanjaw lit-tfal tela’ għal 6,000. Għal darb’oħra reġgħu ma raw xejn partikulari, għalkemm il-mara tad-dehra (li kienet għadha ma qalitx min kienet), wegħdet li kienet se tagħmel miraklu biex tgħarraf il-preżenza tagħha. Hi għallmet lit-tfal anki talba biex jibdew jgħiduha.

Ftit qabel id-dehra li kellha ssir fit-13 ta’ Awwissu, is-sottoprefett anti-Kattoliku tad-distrett tefa’ t-tfal fil-ħabs biex ma jkunux jistgħu jżuru l-Cova da Iria fil-jum li kellha tidher. B’danakollu, 18,000 ruħ marru fuq il-post. Id-dehra seħħet sitt ijiem wara u wegħdet li kellu jsir miraklu fit-13 t’Ottubru.

It-tlett itfal kellhom dehra oħra fit-13 ta’ Settembru – in-nies telgħu għal 30 elf ruħ; imma xahar wara, fit-13 t’Ottubru, l-għadd ta’ dawk preżenti kien ikkalkulat bejn is-70 u l-100 elf ruħ – bosta minnhom stqarrew li raw ix-xemx iddur ħafna fuqha nnifisha fis-sema fi sħab tax-xita.

Francesco u Ġjaċinta mietu ftit wara d-dehriet. Luċija ta’ 15-il sena daħlet soru Karmelitana, u fl-1946 fl-Ordni Karmelitan iktar strett. Hi tgħid li l-Madonna talbitha xxerred id-devozzjoni tat-tqarbina tal-ewwel Sibt tax-xahar. Hija mietet fit-13 ta’ Frar 2005, ta’ 97 sena.

Page 28: MEJJU 2020...2020/05/05  · F’ħajja ta’ qadi fidila tad-dmirijiet ta’ kuljum, hu ħalla eżempju għal dawk kollha li jaqalgħu ħobżhom bit-tħabrik ta’ jdejhom”. Din

SIGNUM FIDEI 27

Id-devozzjoni lejn il-Madonna ta’ Fatima kienet approvata fl-1930, għalkemm il-pellegrinaġġi baqgħu sejrin bla ma jaqtgħu sa mill-1917, minkejja t-tfixkil uffiċjali tal-gvern ta’ żmien id-dehriet.

Riflessjoni, mill-ġrajjet ta’ Fatima fl-1917 joħorġu dawn il-messaġġi prinċipali:

Il-misteru tas-Santissima Trinità.

Il-providenza t’Alla li tmexxi d-dinja u l-ġrajjiet tal-istorja umana.

Il-preżenza reali ta’ Kristu fis-Santissimu Sagrament: turina l-valur tat-tqarbin imqaddes.

L-eżistenza tabilħaqq tal-ġenna, l-infern u l-purgatorju.

L-eżistenza verament tal-Anġli Kustodji, mhux biss dawk ta’ kull individwu, imma anke ta’ nazzjonijiet.

L-eżistenza verament tad-dnub bħala offiża kontra Alla (u l-Qalb Immakulata ta’ Marija ), b’konsegwenzi traġiċi għall-midinbin u għan-nazzjonijiet.

Il-ħarba mid-dnub u l-isforz biex nibdlu ħajjitna huma kundizzjoni indispensabbli biex nerġgħu nakkwistaw l-istat tal-grazzja t’Alla.

Is-solidarjetà Nisranija fil-ġisem mistiku ta’ Kristu.

L-interċessjoni ta’ Omm Alla bħala medjatriċi mill-aqwa u dispensatriċi tal-grazzja.

Il-bżonn ta’ talb u penitenza, li għandhom il-valur ta’ riparazzjoni u interċessjoni.

L-imħabba li hemm fil-Qalb ta’ Ġesù u fil-Qalb Immakulata ta’ Marija.

L-importanza tad-devozzjonijiet Marjani, speċjalment ir-rużarju, id-devozzjoni tal-ewwel Sibtijiet, u l-valur tal-konsagrazzjoni lill-Qalb Immakulata ta’ Marija.

Il-qdusija tal-familja fuq ix-xebh tal-Familja Mqaddsa (fl-aħħar dehra.)

Ubbidjenza lejn il-Papa li hu verament il-Vigarju ta’ Kristu f’din l-art.

Il-bżonn tas-safa u l-modestjà.

It-trijonf finali tal-Qalb Immakulata ta’ Marija. Bro. Louis

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 151, silta mit-2 punt

What must oblige us most especially to have a great devotion to the Most Blessed Virgin is the fact that she is so highly honored by the Eternal Father. He has given her a position above all pure creatures because she bore in her womb the One who is equal to him and who is one in nature with him. She is exalted above all creatures because of the abundance of grace bestowed on her, which surpasses that given to anyone else, and because of the purity of her life, which no one has equaled. This led Saint Anselm to declare that it was only right that Mary be clothed in great glory and lifted high above all creation, because, after God, no one is superior to her. Is it not to be incomparably raised above all creatures to have become the temple of the living God when she conceived the Son of God? For this reason, we apply to her the words of Psalm 132: God has chosen her to make his dwelling in her, and these other words from Psalm 65: Your temple is holy. Abbot Rupert goes even farther; he says that once the Holy Spirit had visited the Most Blessed Virgin to make her conceive the Son of God, she became totally beautiful with a divine beauty. This made Saint Bernard say that we ought to honor the Most Blessed Virgin with the tenderest of devotions because God placed the fullness of all good in her when he enclosed the divine Word in her womb.

Page 29: MEJJU 2020...2020/05/05  · F’ħajja ta’ qadi fidila tad-dmirijiet ta’ kuljum, hu ħalla eżempju għal dawk kollha li jaqalgħu ħobżhom bit-tħabrik ta’ jdejhom”. Din

28 SIGNUM FIDEI

TALBA

Marija, Omm Ġesù, agħtini qalbek,

hekk sabiħa, hekk safja, hekk immakulata, hekk mimlija bl-imħabba u l-umiltà:

agħtini l-ħila nilqa’ lil Ġesù fil-ħobż tal-ħajja, inħobbu bħalma ħabbejtu int

u naqdih fil-libsa tal-ifqar fost il-fqar. Ammen.

Madre Tereża

Missierna ...

Il-Ħamis, l-14 ta’ Mejju San Mattija - appostlu

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Atti 1: 15-17,20-26 Ix-xorti waqgħet fuq Mattija, u dan ħa postu mal-Ħdax. 2. Salm 112: 1-8 Il-Mulej qiegħdu mal-kbarat tal-poplu tiegħu. 3. Ġwanni 15: 9-17 Ma nsejħilkomx aktar qaddejja; sejjaħtilkom ħbieb. SAN MATTIJA APPOSTLU (l-1 seklu) Ismu jfisser “għotja (rigal) t’Alla”. Kien wieħed mit-72 dixxiplu ta’ Ġesù, x’aktarx

mill-Galilija wkoll, u kien ma’ Ġesù sa mill-magħmudija tiegħu fil-Ġurdan. (Atti: I, 21-22).

Fil-jiem wara l-Axxensjoni, San Pietru ppropona lill-120 miġbura fiċ-ċenaklu biex jaħtru wieħed ħa jieħu l-post ta’ Ġuda.

Żewġ dixxipli, Ġużeppi Barsaba u Mattija, ġew magħżulin, u wara li talbu ’l Alla biex jiddeċiedi hu bejn it-tnejn li kienu ta’ mertu xorta waħda, ix-xorti qatgħetha għal Mattija (Atti: I, 15-26).

Wara li rċieva l-Ispirtu s-Santu, San Mattija messu sehem fit-tixrid tal-Vanġelu. Ma nafux fiż-żgur fejn ħadem u kif miet.

X’aktarx mar jaħdem fil-Kappadoċja, fl-inħawi bejn il-Kaspju u l-Baħar l-Iswed. Niċeforu (Hist. Eccl. 2. 40) jgħid li miet imsallab.

Dorotew (Synopsis) jgħid li miet u difnuh Sebastopoli, u tradizzjoni oħra tgħid li l-Lhud ħaġġruh Ġerusalemm.

Page 30: MEJJU 2020...2020/05/05  · F’ħajja ta’ qadi fidila tad-dmirijiet ta’ kuljum, hu ħalla eżempju għal dawk kollha li jaqalgħu ħobżhom bit-tħabrik ta’ jdejhom”. Din

SIGNUM FIDEI 29

Riflessjoni: Kristu qiegħed jitolbok tkun tafu u tiltaqa’ miegħu għaliex meta tkun esperjenzajt dik l-intimità ta’ faraġ miegħu, int tkun tista’ xxandar l-għeġubijiet tal-imħabba t’Alla għal kulħadd. Ġesù għandu relazzjoni unika ma’ kull persuna, u b’dan ikollna ħila naraw il-wiċċ ta’ Kristu f’kull wiċċ uman. Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 107, it-2 punt

In choosing Saint Matthias to take Judas’ place, the Apostles were not content to pray; they consulted among themselves in order to decide nothing in this matter except through consultation. They were convinced that if they joined counsel to prayer, God would make known to them his will regarding the choice which they had to make of one among those present who had accompanied Jesus Christ and would now become one of them to share in the holy ministry of the apostolate. This is how God wishes you to act in your own conduct and in your ministry. You ought to do nothing and to be involved in nothing except on the advice of your superiors, for it is up to them to let you know what God is asking of you and how you must carry it out, with respect both to you and to the good of those for whom you are responsible. Be assured that by these two means you will make great progress and that God will not allow you to go astray.

TALBA Mulej, ninsab wiċċ imb wiċċ quddiemek.

Inti l-ħniena, u jien lest li niġborha. Inti l-imħabba,

u jiena ninsab mimli biha. Inti s-sabar,

u fl-aħħar sirt nafu jiena wkoll. Inti l-ferħ,

u xofftejja jinfetħu. Inti kollox,

u fl-aħħar jien nista’ noqgħod miegħek.

Ammen. Ernesto Olivero

Missierna ...

Page 31: MEJJU 2020...2020/05/05  · F’ħajja ta’ qadi fidila tad-dmirijiet ta’ kuljum, hu ħalla eżempju għal dawk kollha li jaqalgħu ħobżhom bit-tħabrik ta’ jdejhom”. Din

30 SIGNUM FIDEI

Il-Ġimgħa, il-15 ta’ Mejju San Ġwann Battista de la Salle -

presbiteru, fundatur tal-aħwa tal-iskejjel Insara u patrun tal-għalliema Il-Madonna tas-Sokkors Perpetwu

San Pakomju - abbati

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Atti 15: 22-31 Lill-Ispirtu s-Santu u lilna dehrilna li aħna ma għandna ngħabbukom b’ebda piż ieħor aktar minn dak li hu meħtieġ. 2. Salm 56: 8-12 Infaħħrek, sidi, fost il-popli. 3. Ġwanni 15: 12-17 Dan hu li qiegħed nikkmandakom: li tħobbu lil xulxin. SAN ĠWANN BATTISTA DE LA SALLE (1651-1719) - saċerdot Twieled f’Rheims, fi Franza, u kien ġej minn familja tan-nobbli De La Salle.

Studja fis-seminarju maġġuri ta’ Rheims u kien ordnat saċerdot fl-1678, meta kellu 27 sena. Għall-ewwel kien kanonku, imma mbagħad irrinunzja għal dan l-uffiċju biex jiddedika ruħu għall-edukazzjoni taż-żgħażagħ fqar. Minn hawn nibtet il-Kongregazzjoni tal-Aħwa tal-Iskejjel Insara, magħrufa fostna bħala l-Frères.

Fl-1684, l-ewwel 12-il dixxiplu għamlu l-professjoni temporanja u poġġew il-kongregazzjoni taħt il-ħarsien speċjali tal-Madonna. Iżda, fl-1700, qamu l-ewwel diffikultajiet minħabba l-metodi ġodda fit-tagħlim introdotti mill-fundatur. Hekk, per eżempju, dawk li kienu jitħallsu għat-tagħlim fl-iskejjel, kienu kontra t-tagħlim b’xejn, kif kien jingħata fl-iskejjel ta’ San Ġwann Battista De La Salle. Barra minn dan, anki s-Sulpizjani rreaġixxew kontra tiegħu għax il-qaddis warrab il-metodi tradizzjonali, li kien spiċċa żmienhom, u kien jinsisti għall-użu tal-Franċiż aktar milli tal-Latin. Għalkemm għall-ewwel l-intenzjoni tiegħu kienet li jmexxi biss skejjel b’xejn għall-foqra, fl-1698, fuq talba tas-Sultan James (Ġakbu) II tal-Ingilterra, hu fetaħ l-ewwel skola għat-tfal subien tal-klassi aristokratika.

Il-metodi pedagoġiċi tiegħu wasslu għat-twaqqif ta’ stituti ta’ studju għall-gradwati, l-organizzazzjoni tal-klassijiet ta’ nhar ta’ Ħadd, kif ukoll skejjel tas-snajja’ għal studenti bejn is-7 u l-20 sena.

San Ġwann Battista De La Salle sab ruħu umiljat minn xi dixxipli tiegħu li kienu jikkritikawh għax kien iddedikat iżżejjed għal studenti mill-klassijiet tal-baxxi, u wkoll ikkritikat mill-aristokrazija, li kienu jakkużawh għax kien qed jiddiżunura l-istatut tiegħu tal-klassi nobbli li kien. Minkejja dawn il-provi kollha, kliem dan il-qaddis edukatur fuq is-sodda tal-mewt kienu: “jien nadura l-mod kif Alla mexa miegħi fil-ħwejjeġ kollha li jirrigwardaw lili.”

San Ġwann Battista De La Salle rriżenja minn superjur fl-1717, sentejn qabel ma miet, u ddedika lilu nnifsu għall-istruzzjoni tan-novizzi u l-pubblikazzjoni ta’ xi kotba, fosthom metodu ta’ talb mentali (meditazzjonijet).

Miet nhar il-Ġimgħa l-Kbira, is-7 ta’ April tas-sena 1719, meta kellu 68 sena. Kien iddikjarat qaddis flimkien ma’ Santa Rita, fl-1900, minn Ljun XIII. Il-papa Piju XII, fl-1950, iddikjarah qaddis patrun tal-għalliema.

Page 32: MEJJU 2020...2020/05/05  · F’ħajja ta’ qadi fidila tad-dmirijiet ta’ kuljum, hu ħalla eżempju għal dawk kollha li jaqalgħu ħobżhom bit-tħabrik ta’ jdejhom”. Din

SIGNUM FIDEI 31

Riflessjoni: Jeħtieġ li titgħallmu taraw lil Ġesù f’kull tifel fqir, imgeżwer fi ħwejjeġ imqatta’, li inti trid tgħallem. Adura lil Ġesù fil-persuna tagħhom. Għożż il-faqar u onorah, fuq l-eżempju li tawna l-maġi, għaliex f’għajnejk il-faqar għandu jkun ħlejju, la inti ġejt inkarigat li teduka lill-fqar. Il-fidi trid tmexxik biex twettaq din il-missjoni b’żelu u bi mħabba, għaliex il-fqar huma l-membri ta’ Kristu ... u Ġesù kien iħobb il-faqar u lill-fqir. San Ġwann Battista De La Salle

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 201, silta mill-1 punt

Reflect on what Saint Paul says, that it is God who has established in the Church Apostles, Prophets, and teachers, and you will be convinced that he has also established you in your work. The same saint gives you another expression of this when he says that there are diverse ministries, but there are different operations, and the Holy Spirit manifests himself in each of these gifts for the common good, that is to say, for the good of the Church. One receives by the Spirit the gift to speak with wisdom; another, the gift of faith by the same Spirit. You must not doubt that it is a great gift of God, this grace he has given you to be entrusted with the instruction of children, to announce the Gospel to them and to bring them up in the spirit of religion. But in calling you to this holy ministry, God demands that you fulfill it with ardent zeal for their salvation, because this is the work of God, and he curses the one who does his work carelessly. Let it be clear, then, in all your conduct toward the children who are entrusted to you, that you regard yourselves as the ministers of God, carrying out your ministry with love and a sincere and true zeal, accepting with much patience the difficulties you have to suffer, willing to be despised by men and to be persecuted, even to give your life for Jesus in the fulfillment of your ministry.

Talba ta’ San Ġwann Battista de La Salle lill-Imqaddsa Verġni Marija

li kien jgħid ta’ spiss O Wisq Qaddisa u Safja Xebba Marija, Omm tal-Ħniena, Sultana tiegħi,

Protetriċi tiegħi, Ħajti, l-Għaxqa u t-Tama tiegħi, fit-tjieba Tiegħek agħmel li jkolli qalb ta’ iben veru tiegħek; qalb li malajr tobdi u twieġeb lill-Iben Divin Tiegħek,

is-Salvatur Tiegħek u tiegħi; ikolli fiduċja ta’ iben fit-tjubija tiegħek ta’ Omm u fil-kwalitajiet kollha li għandu jkollu kull iben tiegħek.

Indenja ruħek ukoll li jkollok l-aktar għal qalbek il-ħidma kbira tas-salvazzjoni tiegħi u kull ma jgħin biex din tinkiseb matul ħajti u fil-waqt ta’ mewti;

u meta jasal dak il-mument ta’ l-aħħar, Omm fidila u Ħanina, nitolbok b’ħerqa li ma tabbandunanix.

Għinni Inti, biex negħleb l-egħedewwa kollha tas-salvazzjoni tiegħi u ħu f’idejk qaddisa lil ruħi, biex hekk tikseb ġudizzju tajjeb

bl-interċessjoni tiegħek u inkun nista’ nidħol fis-Saltna tas-Sema u hemm nitgħjaxxaq b’Hena li ma titfissirx,

li nara u nħobb lil Alla u lilek l-iżjed Imbierka għal dejjem ta’ dejjem. Ammen

Missierna ...

Page 33: MEJJU 2020...2020/05/05  · F’ħajja ta’ qadi fidila tad-dmirijiet ta’ kuljum, hu ħalla eżempju għal dawk kollha li jaqalgħu ħobżhom bit-tħabrik ta’ jdejhom”. Din

32 SIGNUM FIDEI

Is-Sibt, is-16 ta’ Mejju San Alipju u San Possidju - isqfijiet

Santa Margerita minn Cortona - penitenta San Andrija Bobola - presbiteru u martri

San Xmun Stock - reliġjuż San Alwiġ Orione - presbiteru

San Ġwann Nepomiċenu – saċerdot, martri

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Atti 16: 1-10 Ejja l-Maċedonja u għinna! 2. Salm 99: 1-2.3.5 Għajtu bil-ferħ lill-Mulej, nies kollha tal-art. 3. Ġwanni 15: 18-21 M’intomx tad-dinja, għax jien ħriġtkom mid-dinja. SAN ĠWANN NEPOMIĊENU (ċ. 1345-1393) – qassis u martri Jissejjaħ ‘Nepomeċenu’ għax twieled fil-belt ta’ Nepomuk, fil-Boemja, ċ. 1345.

Meta kien għadu żgħir, kien imfejjaq minn marda bit-talb tal-ġenituri tiegħu. B’ringrazzjament, huma kkonsagrawh għas-servizz ta’ Alla.

Ftit wara li sar saċerdot, hu kien mibgħut bħala kappillan f’parroċċa fi Praga. Sar predikatur famuż u eluf kienu jmorru jisimgħuh b’effett kbir għal ruħhom.

Dun Ġwann kien mistieden fil-qorti tar-Re Winċeslaw IV. Hu kien mezz biex jirranġa diversi kwistjonijiet li kienu jinqalgħu u biex jiġu megħjuna l-fqar tal-belt. Ir-reġina għażlitu bħala l-konfessur tagħha. Meta r-re kien iġib ruħu ħażin magħha, Dun Ġwann għallimha biex terfa’ s-salib tagħha bis-sabar.

Jingħad li r-re ried jaf mingħand il-qaddis xi ħaġa li dwarha kienet qaltlu fil-qrar. Billi dan ma riedx jitkellem, ir-re tefgħu fil-ħabs. Billi mitlub mill-ġdid, assolutament ma riedx jaċċetta, allura r-re ordna li jkun maħqur u mixħut fix-xmara fejn miet mgħarraq.

San Ġwann Nepomeċenu miet fis-sena 1393. Kien iddikjarat qaddis fl-1729. Hu magħruf bħala l-martri tas-sagrament tal-qrar. F’Malta, statwa tiegħu kienet tinsab f’waħda mit-toroq tal-Furjana b’tifkira tas-

saċerdot Dun Ġwann Gatt li jingħad ġie maqtul biex ma jikxifx is-siġill tal-qrar. Riflessjoni mill-Imitazzjoni ta’ Kristu, it-Tielet Ktieb, kap. 20:

Imma, jaħasra, x’għama hu dan tagħna! Dal-ftit ta’ pjaċir qarrieq ikaxkar lil dik ir-ruħ li

ma tkunx ħasset il-ferħ t’Alla, u anqas ma tkun rat il-ġmiel li l-virtù tnissel ġewwa l-

qalb; u la tkun marbuta mad-dinja, jidhrilha li l-veru hena tinsab filli tikkuntenta

xewqitha. Imma dawk li jobogħdu l-ħażen tad-dinja minn qalbhom u jfittxu biss li jservu

’l Alla, dawn jafu x’jiġifieri l-ħlewwa divina li Alla wiegħed lil min jiċħad id-dinja. Dawn

jaraw ukoll aħjar minn ħaddieħor kif id-dinja hi miexja fl-imgħawweġ, u kemm hi

mqarrqa.

Page 34: MEJJU 2020...2020/05/05  · F’ħajja ta’ qadi fidila tad-dmirijiet ta’ kuljum, hu ħalla eżempju għal dawk kollha li jaqalgħu ħobżhom bit-tħabrik ta’ jdejhom”. Din

SIGNUM FIDEI 33

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 41, it-2 punt

Jesus Christ foretold to his Apostles not only that they would be driven away and insulted by the Jews but also that those who would put them to death would think they were doing a great service to God. Although today those who belong to God and who work for his glory are not put to death, people do almost anything to rob them of their honor by the most atrocious calumnies, treating them as though they were unworthy to live. You ought to be glad to be treated this way, for you must be dead to the world and have no dealings with it. If you truly belong to God, you are the world’s enemy, and the world is your enemy, because it is God’s enemy. Therefore, behave toward it as such, and hold in horror all dealings with the world. Do not allow it to have the least opening to you, for fear that by dealing with it, you will share its spirit.

TALBA

O Kristu, int meħtieġ għalina, l-uniku veru mgħallem tal-veritajiet

mistura iżda meħtieġa tal-ħajja, biex nagħarfu d-destin tagħna u t-triq biex nimxu lejh.

Inti meħtieġ għalina O Redentur li fdejtna, biex nikxfu l-miżerja tagħna u nfejquha; biex insawru l-kunċett tat-tajjeb u l-ħażin

u t-tama u l-qdusija; biex nistqarru dnubietna u naqilgħu l-maħfra.

Int meħtieġ għalina biex nitgħallmu l-vera mħabba, nimxu fil-qawwa ta’ mħabbtek tul il-mixja mwiegħra,

sakemm niltaqgħu miegħek, O maħbub tagħna,

il-mistenni u l-imbierek għal dejjem. Ammen.

Pawlu VI

Missierna ...

Page 35: MEJJU 2020...2020/05/05  · F’ħajja ta’ qadi fidila tad-dmirijiet ta’ kuljum, hu ħalla eżempju għal dawk kollha li jaqalgħu ħobżhom bit-tħabrik ta’ jdejhom”. Din

34 SIGNUM FIDEI

Il-Ħadd, is-17 ta’ Mejju Is-Sitt Ħadd tal-Għid

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Atti 8: 5-8,14-17 Qiegħdu jdejhom fuqhom, u rċevew l-Ispirtu s-Santu. 2. Salm 65: 1-7a,16,20 Għajtu bil-ferħ lil Alla, bnedmin tad-dinja kollha. 3. 1 Pietru 3: 15-18 Ġie mogħti għall-mewt fil-ġisem, imma ħa l-ħajja fir-ruħ. 4. Ġwanni 14: 15-21 Jien nitlob ’il-Missier, u hu jagħtikom difensur ieħor.

Riflessjoni fuq il-Vanġelu:

“Jekk tħobbuni, ħarsu l-kmandamenti tiegħi” (Ġw. 14:15). Kieku nitollbu xi ħaġa bħal din lil xi persuna li nħobbu nkunu prużuntużi u noħolqu reazzjoni f’min inkunu qegħdin nindirizzaw. Madankollu Ġesù jitlob din il-ħaġa mingħand sħabu diġà kkonfonduti minħabba l-mod kif spiċċa.

Dawk li kienu josservaw il-liġi ma kinux isibu diffikultà biex jaċċettaw is-sottomissjoni lejn ir-rieda t’Alla bħala prova tal-imħabba tagħhom lejn Alla. Imma ħaġa bħal din mhijiex aċċettata min-nies tal-lum li tant jiddefendu l-libertà tagħhom li jkunu lesti saħansitra jissagrifikaw l-imħabba tagħhom lejn l-egħżeż persuna li jkollhom jekk din tkun qiegħda titlob wisq minnhom. Imma dik li tidher bħala affermazzjoni ta’ prużunzjoni, issir ħaġa loġika minħabba l-persuna li qiegħda tagħmilha, Ġesù, li bi kliemu, b’ħajtu u b’għemilu, jagħti kredibbiltà anki għall-mistoqsijiet l-iktar eżiġenti u lill-wegħdiet li jidhru impossibbli.

Fil-fatt, Ġesù ma jistenna xejn minna jekk mhux dak li hu stess diġà għamel, u jekk jistaqsi lid-dixxipli biex jagħmlu r-rieda tiegħu hu għaliex matul ħajtu kollha hu għamel ir-rieda ta’ Missieru. B’dan il-mod jista’ jixhed li Alla ma jixtiqilna xejn iktar ħlief il-ġid sal-punt li jissagrifika lil dak li hu l-egħżeż għalih, Ibnu stess, biex iwettaq dan. Allura jfisser li biex inwettqu dak li hu tassew tajjeb għalina, irridu noqogħdu għar-rieda divina u nobdu l-kmandamenti tiegħu li Ġesù jiġbor fl-istedina waħda; li tħobb lil Alla b’ruħek kollha u lill-proxxmu bħalek innifsek.

Hawn hi l-problema għalina; li lanqas nafu nixtiequ l-ġid lilna nfusna, tant aħna mdawrin bil-konflitti, li naslu biex naħsbu li l-aħjar mod kif inħobbu ’l-proxxmu hu li noqogħdu ’l bogħod minnu, ’l bogħod minn Alla għax aħna f’kundizzjoni ta’ dnub... kif se nagħmlu biex inħobbu tassew? “Imma d-Difensur, l-Ispirtu s-Santu, li l-Missier jibgħat f’ismi... jgħallimkom kollox” (Ġw. 14:26). Ir-risposta ta’ Ġesù għad-dubji tagħna. Fil-fatt il-Missier etern ma jistenna xejn mingħandna ħlief dak li diġà tana; l-Ispirtu s-Santu, il-milja tal-imħabba tiegħu – li mitfugħ fi qlubna jeħlisna mis-solitudni tad-dnub li tagħmilna orfni, u bil-privileġġ tal-paternità divina, jagħtina d-dinjità ta’ wlied kapaċi nħobbu tassew lilna nfusna, lill-proxxmu u lil Alla.

Hu l-Ispirtu fil-fatt l-Imgħallem ġewwa fina li jgħarrafna l-għerf divin li kien ilu moħbi fiż-żmien u li ġie rrivelat f’Ġesù. Hu l-id ta’ Alla li b’paċenzja kbira jaħdem biex jaqla’ minn ġo fina s-suppervja, li teqirdilna ħajjitna, u jgħinna nħobbu b’umiltà lilna nfusna bħala membri dgħajfa tal-Ġisem ta’ Ġesù. Kif tgħidilna l-espressjoni sabiħa ta’ Bernanos; “Hu r-rigal tal-Irxoxt, li jwaqqa’ l-ħitan tal-firda

Page 36: MEJJU 2020...2020/05/05  · F’ħajja ta’ qadi fidila tad-dmirijiet ta’ kuljum, hu ħalla eżempju għal dawk kollha li jaqalgħu ħobżhom bit-tħabrik ta’ jdejhom”. Din

SIGNUM FIDEI 35

li l-umanità tibni l-ħin kollu; jimla l-ħofor tal-firdiet li bnedmin u popli sħaħ jibqgħu iwebbsu rashom biex iħaffru, u jagħmel possibbli l-paċi u l-ħajja fil-karità u fil-maħfra”. Hu l-Paraklitu li jiddefendina, nies imsejkna midinbin, quddiem Alla u jidħol għalina bi tnehid kif ifakkarna San Pawl.

Din tal-Ispirtu s-Santu hi preżenza u azzjoni misterjuża imma ħajja, konkreta u reali. Jekk tibqa’ moħbija għad-dinja hu għaliex tibdel il-liġijiet tagħha ma’ dawk ta’ Ġesù, bir-riżultat li tikxef iktar dak li hemm ħażin iżjed ma tipprova teqirdu, tispiċċa iktar priġuniera tal-limitazzjonijiet tagħha iżjed ma tipprova tkun ħielsa. Il-liġi tal-Ispirtu hi l-libertà, dik li Ġesù rebħilna u biha ma nibqgħux iktar orfni imma bnedmin ġodda fejn il-Missier, l-Iben u l-Ispirtu s-Santu jagħżlu li jgħammru. Minn La Realtà é Cristo, Don Davide Rota

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 38, l-1 punt

To induce us powerfully to pray, Jesus Christ assures us explicitly that we will receive everything that we ask for. Whoever asks, he says, will receive. Prayer has this efficacy in itself; this is precisely what God promises us. The more we ask of God, the more he gives, because he takes great delight in granting our prayers. God would not urge us so strongly to make requests of him, says Saint Augustine, if he were not disposed to give us what we ask and if he did not will this effectively. Be ashamed, then, to be so slothful and negligent in praying to God, who has a greater desire to give than you desire to ask. He has more compassion on your wretchedness than you have the desire to be delivered. Have the courage, therefore, to believe the One who so strongly addresses you. Be worthy of his promises, and take pleasure in having recourse to him. Is there anyone,” asks Saint Augustine, who has been confident of obtaining something from God and has been disappointed?

TALBA

Alla tad-dinja kollha, inti bgħatt lill-ibnek waħdieni

biex jifdi lill-poplu kollu mid-dnub u l-mewt u jgħaqqad lil kulħadd fl-imħabba. Agħmel li l-preżenza ħielsa tiegħek

tħott il-ħitan li aħna bnejna bejnek u bejnna, biex id-dinja kollha tgħix fil-paċi,

Int li tgħix u ssaltan flimkien mal-Ispirtu s-Santu, Alla wieħed, għal dejjem ta’ dejjem, Ammen. Magnificat

Missierna ...

Page 37: MEJJU 2020...2020/05/05  · F’ħajja ta’ qadi fidila tad-dmirijiet ta’ kuljum, hu ħalla eżempju għal dawk kollha li jaqalgħu ħobżhom bit-tħabrik ta’ jdejhom”. Din

36 SIGNUM FIDEI

It-Tnejn, it-18 ta’ Mejju San Ġwann I - Papa u martri

San Feliċ minn Cantalice - reliġjuż San Leonardu Murialdo - presbiteru

Il-Beatu Ġerardu Meccati ta’ Villamagna - reliġuż Il-Beatu Guliermu minn Toulouse - presbiteru

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Atti 16: 11-15 Il-Mulej fetaħ qalb Lidja biex tifhem dak li kien jgħid Pawlu. 2. Salm 149 :1-6a,9b Il-Mulej jitgħaxxaq bil-poplu tiegħu. 3. Ġwanni 15: 26– ;16:4 L-ispirtu tal-verità jixhed għalija.

SAN LEONARDU MURIALDO (1828 – 1900) – presbiteru Leonardu Murialdo twieled f’Turin, l-Italja, fl-1828, it-tmien wild ta’ familja sinjura.

Tilef lil missieru meta kien għad kellu biss erba’ snin. Irċieva edukazzjoni reliġjuża tajba ħafna fil-kulleġġ ta’ Savona.

Meta kien żagħżugħ għadda minn kriżi reliġjuża profonda, li kkonvertietu u għenitu jagħraf il-vokazzjoni saċerdotali tiegħu. F’Turin studja l-Filosofija u t-Teoloġija.

F’dan l-istess perjodu beda jgħin fl-Oratorju tal-Anġli Kustodji li kien immexxi minn kuġinuh Dun Robertu Murialdo. Hawnhekk hu ġie f’kuntatt dirett mal-problemi taż-żgħażagħ ta’ Turin, it-tfal tat-triq, il-ħabsin, il-lavranti u dawk li jnaddfu ċ-ċmieni.

Fl-1851 ġie ordnat saċerdot u beda jaħdem b’ruħu u ġismu ma’ Dun Cafasso u Don Bosco, Don Bosco talbu jibda’ jmexxi l-Kulleġġ ta’ San Alwiġi. Leonardu kien jemmen fis-sistema ta’ prevenzjoni u f’kull tmexxija edukattiva li kellu minn dakinhar ’il quddiem dejjem applikaha.

Fl-1866, aċċetta li jieħu fi jdejh it-tmexxija tal-Kulleġġ Artigianelli ta’ Turin. L-iskop ta’ dan il-Kulleġġ kien li jiġbor is-subien abbandunati, li jgħixu fit-toroq u jagħtihom edukazzjoni reliġjuża u teknika.

Hu għamel diversi vjaġġi madwar l-Italja kollha, Franza u l-Ingilterra, sabiex iżur istituzzjonijiet tal-edukazzjoni u tal-għajnuna soċjali, u jitgħallem kif għandu jindirizza u jtejjeb is-sistema edukattiva.

Huwa kien wieħed minn dawk li inkuraġġew il-bidu ta’ libreriji kattoliċi u kif ukoll l-‘Union’ tal-Ħaddiema Kattoliċi, u kien l-assistent ekkleżjastiku tagħhom għal ħafna snin.

Fl-1873, bil-għajnuna ta’ xi wħud, waqqaf il-Kongregazzjoni ta’ San Ġużepp (il-Ġużeppini ta’ Murialdo). L-għan tagħhom kien l-edukazzjoni taż-żgħażagħ foqra u abbandunati. Huwa fetaħ oratorji, skejjel tas-snajja’, djar għall-ħaddiema żgħażagħ, fosthom bdiewa, u anke għen żgħażagħ biex jitgħallmu s-sengħa tal-ipprintjar.

Huwa kien bniedem spiritwali ħafna, ta’ talb u kontemplazzjoni, fuq l-eżempju ta’ Don Bosco.

Page 38: MEJJU 2020...2020/05/05  · F’ħajja ta’ qadi fidila tad-dmirijiet ta’ kuljum, hu ħalla eżempju għal dawk kollha li jaqalgħu ħobżhom bit-tħabrik ta’ jdejhom”. Din

SIGNUM FIDEI 37

Fl-1884, Dun Leonardu kellu ħafna attakki ta’ pnewmonja u baqa’ sejjer lura. Don Bosco mar jagħtih il-barka tiegħu.

Dun Leonardu Murialdo miet fl-1900. Fl-1963, il-Papa Pawlu VI, ibbeatifikah u l-istess Papa kkanonizzah fit-3 ta’ Mejju

1970. Riflessjoni: Ġesù talab mhux biss meta tbiegħed mill-folla, iżda wkoll meta sab ruħu qalb in-nies. Madanakollu darba biss huwa ħalliena nħarsu fit-tul u fil-fond lejn il-mistur tat-taħditiet mal-Missier. Dan ġara wara li ntemmet l-aħħar ċena. Meta nistgħu nagħrfu l-bidu veru tat-twelid tal-Knisja. “Hu, li kien ħabb lil tiegħu li kienu fid-dinja, ħabbhom għall-aħħar” (Ġw. 13, 1). Ġesù kien jaf li din il-laqgħa magħhom kellha tkun l-aħħar waħda u għalhekk ried li jagħtihom lilu nnifsu f'qies hekk kbir! Ħtieġlu jrażżan lilu nnifsu biex ma jgħidx wisq, għax kien jaf li qajla setgħu jifhmu l-ftit li qal, sakemm il-miġja tal-Ispirtu tal-Verità kellha tiftħilhom għajnejhom. U wara li qal u għamel dak li kellu jsir, refa' għajnejh lejn is-sema u tkellem mal-Missier fil-preżenza tagħhom (Ġw. 17). Aħna nsejħu din it-talba t-talba saċerdotali ta' Ġesù.

Santa Tereża Beneditta tas-Salib (Edith Stein)

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 41, silta mill-1 punt

In today’s Gospel Jesus Christ predicts to his Apostles the persecutions they will have to suffer from the Jews, who will drive them out of their synagogues and assemblies and consider them as excommunicated, unworthy to associate with them. This is how worldly people regard those who belong to God, especially those who have withdrawn from the world. They harass and insult them, outrage them, and maltreat them as though they were evildoers, all because they do not belong to the world, as our Lord says.

TALBA “Inroddlok ħajr Mulej b’qalbi kollha.

Iva Mulej. Alla tiegħi irrid ngħannilek b’qalbi kollha.

Inti l-blata tiegħi, inti l-kenn tiegħi, inti l-post tal-mistrieħ tiegħi,

inti t-tama tiegħi li qatt ma tqarraq bija. Meta jiena nħares lejn l-imgħoddi tiegħi

nintebaħ kemm dejjem bqajt: Alla veru, Alla ta’ mħabba u nintebaħ kemm-il darba nsejtek, m’għażiltx lilek,

issuppervjajt quddiem l-imġiba tiegħek meta wrejtni, u qanqaltni biex nagħraf lilek

u mhux il-ġibdiet ħżiena tiegħi. Safrattant int dejjem qiegħed hemm fil-qalba ta’ ħajti,

lil hinn mid-dubji tiegħi lejk. Dawk id-dubji li jwassluni biex ma nagħarfekx. Għalhekk illum ngħannilek il-fedeltà tiegħek

għax int missier twajjeb u ħanin. Imma O Alla Misterjuż, għidli min int biex tħobbni daqshekk?

Bro. Louis Camilleri

Missierna ...

Page 39: MEJJU 2020...2020/05/05  · F’ħajja ta’ qadi fidila tad-dmirijiet ta’ kuljum, hu ħalla eżempju għal dawk kollha li jaqalgħu ħobżhom bit-tħabrik ta’ jdejhom”. Din

38 SIGNUM FIDEI

It-Tlieta, id-19 ta’ Mejju San Pietru Ċelestinu - Papa u eremit

San Krispin minn Viterbo - reliġjuż San Franġisk Coll Guitart - presbiteru

Sant Ivo Helory - avukat San Teofilu minn Corte - presbiteru

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Atti 16: 22-34 Emmen fil-Mulej Ġesù, u ssalva int u l-familja tiegħek. 2. Salm 137: 1-3.7ċ-8 Mulej, il-leminija tiegħek issalvani. 3. Ġwanni 16: 5-11 Jekk ma mmurx, id-difensur ma jiġix għandkom. SANT’IVO HELORY (ċ. 1253-1303) - avukat Twieled f’Kermartin, qrib il-belt ta’ Treguier fi Franza, madwar is-sena 1253.

Studja Pariġi u Orleans, fejn iddistingwa ruħu fil-filosofija, fit-teoloġija, kif ukoll fil-liġi kononika u ċivili.

Meta laħaq avukat, kien tant twajjeb li kienu jsejħulu “l-Avukat tal-Fqar”. Kien imħallef Djoċesan, mal-isfqijiet ta’ Rennes u ta’ Treguier. Sar qassis fl-1284, u minn dakinhar ’l quddiem ta ruħu kompletament għax-xogħol pastorali, u sar ukoll Terzjarju Franġiskan.

Ħadem għal ħmistax-il sena fil-paroċċi ta’ Tredrez u Lovannec. Waqqaf sptar fejn kien jaqdi ’l-morda huwa stess, kien jagħti mill-istess ilbies tiegħu lill-fqar, u kien bniedem ta’ penitenzi ħorox.

Difatti mhux biss, ma kien qatt jiekol laħam jew jixrob inbid, iżda wkoll kien isum ir-Randan u l-Avvent kollu, ħobż u ilma, u kien jorqod mill-inqas.

Mal-fidili tiegħu kien jieħu ħsieb mhux biss tal-bżonnijiet spiritwali, imma wkoll dawk temporali. Kien predikatur imfittex, anki f’ħafna knejjes tal-qrib.

Għad li fir-Randan tas-sena 1303, kien bla saħħa, baqa’ jsum bħas-soltu. U lejlet Lapsi, minkejja li ma kien jiflaħ xejn, qaddes u pprietka. Miet din il-lejla, fid-19 ta’ Mejju, 1303, ta’ madwar 50 sena, f’Lovannec, u ġie kkanonizzat mill-Papa Klement VI fl-1347.

Hu l-patrun tal-avukati, kif ukoll tal-Brettanja. Riflessjoni: Sabiex ir-ruħ bilgħatx tasal li ssib l-Għarus tagħha u tingħaqad miegħu f’din il-ħajja sakemm tista’ sabiex itaffilha l-għatx b’dik il-qatra li tista’ dduq mingħandu f’din id-dinja, ikun tajjeb – għax hekk qed titlob lill-Għarus tagħha – li nweġbuha u nuruha l-post l-aktar ċert fejn jinsab moħbi, sabiex issibu hemm bla ebda dubju u bil-perfezzjoni u l-gost li jista’ jkollha f’din il-ħajja. Għal dan l-għan hemm bżonn ngħidu li l-Verb Iben Alla, flimkien mal-Missier u mal-Ispirtu s-Santu, jinsab preżenti bl-essenza tiegħu moħbi fil-qalba l-iżjed ġewwinija tar-ruħ. Għalhekk, ir-ruħ, li trid issibu, għandha toħroġ u tinħeba minn kull ħaġa maħluqa fil-ġibda u fir-rieda, u tidħol fiha nnifisha bl-akbar ġabra, waqt li tqis dak kollu li hawn fid-dinja qisu ma jeżistix. Għalhekk Santu Wistin, huwa u jitkellem fis-Solilokwi ma’

Page 40: MEJJU 2020...2020/05/05  · F’ħajja ta’ qadi fidila tad-dmirijiet ta’ kuljum, hu ħalla eżempju għal dawk kollha li jaqalgħu ħobżhom bit-tħabrik ta’ jdejhom”. Din

SIGNUM FIDEI 39

Alla, qal: “Mulej, barra jiena ma sibtikx, għax fittixt ħażin, meta fittixtek barra u Int kont ġewwa”. Għax, tassew, Alla jinsab moħbi fir-ruħ, u hemm għandu jfittxu l-veru kontemplattiv u jgħidlu: “Għidli fejn mort inħbejt?!” San Ġwann tas-Salib

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 35, silta mill-1 punt

When Jesus Christ told his Apostles that he was going back to the One who had sent him, their hearts were at once filled with sadness. Because the presence of their Master was their entire consolation and support, they felt great sorrow on learning that they would soon be parted from him, because they were sure that when Jesus Christ no longer walked visibly among them, they would be deprived of a help without which, they believed, they could not survive. Because they had not yet received the Holy Spirit, they were attached to what impressed their senses without rising any higher. When we turn our backs on the world and when by this separation we renounce the pleasures of the senses, it sometimes happens that we only make this renunciation out of a mere feeling and sensible attraction for God and the things of God, which gives us a satisfaction incomparably superior to those of the senses. To enjoy this greater satisfaction, we deprive ourselves willingly of another satisfaction that is far less; this shows that we have not yet attained complete detachment.

TALBA

Ħa trodd ħajr, kull ħlieqa fis-sema, fuq l-art, fil-baħar u fil-qigħan tal-art, tifħir, glorja, ġieħ u barka

lil Dak li bata daqstant għalina, u li tana u li ser jibqa' jagħtina

ġid daqshekk kotran għal li ġej. Għax il-Mulej hu l-qawwa u s-saħħa tagħna,

Hu li waħdu hu tajjeb, l-aktar għoli,

li jista' kollox, tal-għaġeb u glorjuż, li hu qaddis, jistħoqqlu t-tifħir u mbierek

tul kemm idumu ż-żminijiet. Ammen.

San Franġisk t’Assisi

Missierna ...

Page 41: MEJJU 2020...2020/05/05  · F’ħajja ta’ qadi fidila tad-dmirijiet ta’ kuljum, hu ħalla eżempju għal dawk kollha li jaqalgħu ħobżhom bit-tħabrik ta’ jdejhom”. Din

40 SIGNUM FIDEI

L-Erbgħa, l-20 ta’ Mejju San Bernardinu ta’ Siena - presbiteru

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Atti 17: 15.22 – 18: 1 Dak li intom tqimuh bla ma tagħarfuh, inħabbarhulkom

jien. 2. Salm 148: 1-2.11-14 Is-smewwiet u l-art mimlija bil-glorja tiegħek. 3. Ġwanni 16, 12-15 L-Ispirtu tal-verità, iwassalkom għall-verità kollha. SAN BERNARDINU TA’ SIENA (1380-1444) - saċerdot San Bernardinu twieled f’familja nobbli u sinjura fit-8 ta’ Settembru 1380,

f’Massa Marittima f’dik li kienet repubblika ta’ Siena, l-Italja, fejn missieru kien gvernatur.

Meta kellu tliet snin tilef ’l ommu u ta’ sitt snin lil missieru, u rabbietu zitu li bagħtitu l-iskola u kellu edukazzjoni tajba.

Sar ġuvni ferrieħi u ħabrieki. Ma kienx jiflaħ għall-kliem ħażin u mġiba indiċenti. Fl-1400, meta kellu għoxrin sena, faqqgħet l-epidemija tal-pesta fi Siena, u

flimkien ma’ żgħażagħ oħra mar jgħin fl-isptar ta’ Santa Maria della Scala li kien ikun tant mimli bil-morda u li ġieli mietu aktar minn għoxrin ruħ f’ġurnata waħda. Uħud minn sħabu mardu u mietu, iżda hu ħelisha, għalkemm marad għal bosta xhur.

Fit-8 ta’ Settembru 1402, meta kellu 22 sena, daħal mal-Franġiskani, illum magħrufa bħala “Konventwali”, u fit-8 ta’ Settembru 1404 qaddes l-ewwel quddiesa sollenni tiegħu.

Wara li qaddes, qala’ l-permess li jmur f’ermitaġġ fuq l-għolja ta’ Capriola, biex jgħix flimkien ma’ dawk li ħaddnu r-Riforma Franġiskana, tal-Osservanti (illum Frati Minuri). Dawk is-snin fis-skiet (1404-1417), swewlu ħafna għall-prietki li wara ntefa’ għalihom. L-ewwel prietka tiegħu kienet ukoll fit-8 ta’ Settembru.

Il-Papa Martin V, fl-1427, ried jagħmlu isqof ta’ Siena, iżda m’aċċettax, għax ma riedx ikun marbut ma’ djoċesi waħda. Hekk ukoll m’aċċettax it-talba li jsir isqof ta’ Ferrera u wara ta’ Urbino li kien għamillu l-Papa Ewġenju IV. Imbagħad fl-1438, aċċetta li jkun il-vigarju ġenerali tal-ordni, fejn dam sal-1443, meta rriżenja biex ikun jista’ jkompli l-missjoni tiegħu jipprietka.

Riflessjoni: Il-qari tal-Vanġelu tal-lum ikompli jelabora fuq il-ħidma tal-Ispirtu. Il-Parakletu se jiġi bħala l-għalliem biex idawwal it-tagħlim kollu ta’ Ġesù. Meta l-Parakletu jiġi, l- “Ispirtu tal-verità” (Ġw. 14: 17) hu jwassalhom għall-verità kollha. "It-tmexxija fil-verità kollha" tinvolvi l-verità li tikkonċerna lil Ġesù: "Hu jurikom il-verità li tikkonċerna lili." Hekk kif l-Iben ta glorja lill-Missier, hekk ukoll l-Ispirtu jagħti glorja lill-Iben. Għalhekk naraw mill-ġdid il-kontinwità tal-missjoni Trinitarja fl-għarfien tal-verità tas-salvazzjoni. Il-Parakletu jiġi għal kull dixxiplu umli u ħerqan li jfittex biex jgħallem dak kollu li hu fi Kristu. Nemmnu fl-"Ispirtu tal-verità" u fil-movimenti tiegħu f'qalbna?

My Daily Gospel 2020

Page 42: MEJJU 2020...2020/05/05  · F’ħajja ta’ qadi fidila tad-dmirijiet ta’ kuljum, hu ħalla eżempju għal dawk kollha li jaqalgħu ħobżhom bit-tħabrik ta’ jdejhom”. Din

SIGNUM FIDEI 41

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 128, it-2 punt

This saint (St. Bernardin) wished to become a religious, but he did not know which order to join. He thought that he could not take any better means to find out than to have recourse to prayer, which is what he did. Kneeling before a crucifix, he earnestly begged God for the grace to learn what his vocation was. At once he heard a voice, which said to him, “You see me entirely naked on this cross. If you love me and seek me, you will find me here, but strive to be empty and crucified.” This convinced him to join the Order of Saint Francis. After selling his property and giving the money to the poor, he exercised his zeal by crucifying himself, for he was at first subject to violent temptations. He fasted continually, slept on the floor, spent nights in prayer, and labored without ceasing. When he went begging, little children often threw stones at him, and he suffered disgraceful calumnies. Is prayer the first means you use to know God’s will? When you are in doubt, do you resolve to do what is most likely to crucify you and to make you die to self? These are two sure ways to know God’s will and to do it.

TALBA

Mulej Ġesù! Huma prezzjużi ħafna l-mistoqsijiet

u l-interpellanzi li tagħmilli! Jgħinuni biex innaddaf fija t-triq

li teħodni għand il-Missier. Dawn l-interpellanzi tiegħek qed jistednuni li nikber

f’dak li hu veru u li ngħix dak li hu sewwa. Jalla li l-Ispirtu Qaddis tiegħek

preżenti fija jgħinni biex niskoprihom bħala sinjali mingħajr l-ebda qerq

ta’ dik il-preżenza kalma u ta’ premura. Ħa jgħinni wkoll li niftaħ qalbi

u li tagħmilni permeabbli għall-kelma tal-ħajja tiegħek.

Bro. Louis Camilleri

Missierna ...

Page 43: MEJJU 2020...2020/05/05  · F’ħajja ta’ qadi fidila tad-dmirijiet ta’ kuljum, hu ħalla eżempju għal dawk kollha li jaqalgħu ħobżhom bit-tħabrik ta’ jdejhom”. Din

42 SIGNUM FIDEI

Il-Ħamis, il-21 ta’ Mejju San Kristofru Magallanes- presbiteru, u sħabu - martri

San Karlu Ġużepp de Mazénod - isqof Il-Beatu Ġjaċint Marija Cormier - presbiteru

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Atti 18: 1-8 Pawlu mar għandhom u qagħad jaħdem magħhom u kien imur jiddiskuti fis-sinagoga. 2. Salm 97: 1-4 Il-Mulej għarraf is-salvazzjoni tiegħu lill-ġnus. 3. Ġwanni 16: 16-20 Għad iġġarrbu n-niket, imma n-niket tagħkom għad jitbiddel f’hena. SAN KRISTOFRU MAGALLANES U SĦABU MARTRI (1915-1937) Dawn il-25 kappillan u t-3 lajċi Messikani kienu maqtulin iffuċilati jew mgħallqin

bejn is-snin 1915 u 1937. Huma kienu membri ta’ moviment imsejjaħ Cristero li twaqqaf bħala reazzjoni kontra l-gvern anti-kattoliku tal-Messiku li għamel u inforza liġijiet kontra l-Knisja f’attentat assurd li jeqred mill-għeruq il-fidi Kattolika fil-Messiku.

Dan il-gvern immexxi minn Plutarco Calles sa wasal biex keċċa ’l-membri tal-kleru barranin u pprojbixxa ċ-ċelebrazzjoni tal-quddies f’xi reġjuni. Is-slogan ta’ dan il-moviment tal-“Cristero” kien: “Viva Kristu Re u l-Madonna ta’ Guadalupe!”

San Kristofru Magallanes, 21 qassis ieħor u tliet lajċi sħabhom kienu maqtulin bejn is-snin 1915 u l-1937, billi sparawlhom jew għallquhom, fi tmien stati Messikani, talli kienu membri tal-moviment Cristero. Magallanes kien bena seminarju f’Totatiche u hu u sħabu kienu jipprietkaw u jamminstraw bil-moħbi lill-fidili.

L-aħħar kliem ta’ Magallanes li nstema’ b’leħen għoli miċ-ċella tiegħu kien: “Jiena innoċenti u se mmut innoċenti. Jiena naħfer b’qalbi kollha lil dawk responsabbli għall-mewt tiegħi, u nitlob lil Alla li t-tixrid ta’ demmi jservi għall-paċi tal-Messiku maqsum tagħna.”

Il-Papa Qaddis Ġwanni-Pawlu II fl-1992 bbeatifika lil San Kristoforu Magallenas u sħabu martri u fis-sena 2000 l-istess Papa ddikjarahom qaddisin. Isimhom iddaħħal fil-Kalendarju Liturġiku Universali.

Riflessjoni: Fil-Vanġelu tal-lum, Kristu ovvjament jirreferi għall-miġja tal-mewt tiegħu stess u jirreferi għall-qawmien tiegħu: "in-niket tagħkom isir ferħ". Normalment aħna nillimitaw l-użu tal-verb "tnikket" għal żminijiet ta' telfa, speċjalment waqt il-mewt. Tradizzjonalment dawk li jassistu fil-funerali jissejħu "vistużi". Il-mewt fiha nnfisha toħloq id-dlam... Dak li Kristu qiegħed iħabbar lid-dixxipli tiegħu jsir bħala l-Aħbar it-Tajba; "Intom issewdu qalbkom, imma n-niket tagħkom isir ferħ." Huwa jħabbar xejra ġdida fir-reazzjoni tal-bniedem għall-mewt. Huwa jwiegħed lid-dixxipli tiegħu li dak li se jgħaddi minnu fil-jiem li ġejjin fuq din l-art se jistabbilixxi xejra li tapplika mhux biss għall-Mulej

Page 44: MEJJU 2020...2020/05/05  · F’ħajja ta’ qadi fidila tad-dmirijiet ta’ kuljum, hu ħalla eżempju għal dawk kollha li jaqalgħu ħobżhom bit-tħabrik ta’ jdejhom”. Din

SIGNUM FIDEI 43

imsallab imma għal dawk kollha li huma jwasslu fit-twemmin tal-mewt u l-Qawmien tiegħu. Addattata mill-kitba ta Fr. Romanus Cessario, mill-ktieb “Praying with Saint John’s Gospel” Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 25, silta mit-3 punt

Jesus Christ was not content to have had this yearning to die for us all during his life. When he saw the time of his death approaching, he testified to his joy. This is what made him say to his Apostles, when he celebrated the Last Passover with them, that he had for a long time desired to eat this meal with them and that he had a very strong desire to celebrate this Passover with them, He knew that this was to be the final act of his mortal life and the last meal he would eat with his Apostles before suffering and dying for us, which was what he had most at heart. This is also what made him cry out, shortly before dying, that he was thirsty. The holy Fathers understand this thirst as the longing for our salvation which impelled him. This was also what made him say these words as he was dying: All is consummated, because what he had so longed for—to suffer for our salvation—had finally been accomplished. All that remains on your part, Saint Paul says, is to complete what is lacking in the Passion of Christ, that is, the application that you ought to make of the Passion through your sharing in his sufferings.Become worthy, then, of such a grace.

TALBA

Missier ħanin, agħtini d-don tal-fidi.

Ħalli l-ħajja tiegħi tkun soda fir-reliġjon Kattolika

sabiex wara dan iż-żmien fuq l-art

inkun nista' nara ’l wiċċek għal dejjem.

Ammen. Magnificat

Missierna ...

Page 45: MEJJU 2020...2020/05/05  · F’ħajja ta’ qadi fidila tad-dmirijiet ta’ kuljum, hu ħalla eżempju għal dawk kollha li jaqalgħu ħobżhom bit-tħabrik ta’ jdejhom”. Din

44 SIGNUM FIDEI

Il-Ġimgħa, it-22 ta’ Mejju Santa Rita minn Cascia - reliġjuża

Santa Ġwakkina de Vedruna de Mas – religjuża

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Atti 18: 9-18 Poplu kbir hemm għalija f’din il-belt. 2. Salm 46 : 2-7 Alla s-sultan tal-art kollha. 3. Ġwanni 16: 20-23a Il-ferħ tagħkom ħadd ma jeħodulkom. SANTA RITA MINN CASSIA (1381-1457) - Agostinjana Twieldet Rocca Parreno, fid-djoċesi ta’ Spoleto, minn ġenituri xjuħ u foqra, skont

l-awtur tal-ħajja tagħha, Ġakbu Carelicci, Agostinjan, li kiteb il-“ħajja” tagħha fl-okkażjoni tal-beatifikazzjoni tal-qaddisa fl-1628.

Għad li kienu fqar, il-ġenituri tagħha kienu magħrufin għall-karità tagħhom, hekk li kienu jsejħulhom, “il-Messaġġiera tal-Paċi ta’ Ġesù”.

Jingħad li meta twieldet il-qaddisa, naħal, li bħalu qatt ma kien deher, beda dieħel u ħiereġ minn fommha.

Rita kellha xewqa kbira li tidħol soru, iżda ta’ tnax-il sena, kellha tobdi lill-ġenituri tagħha u tiżżewweġ.

Ma ltaqgħetx ma’ żagħżugħ tajjeb, u għal tmintax-il sena kellha ssofri bil-paċenzja u bis-sabar, il-ħruxija tal-karattru tiegħu – mudell ta’ omm Nisranija.

Meta qatlulha lil żewġha, ħafritilhom, u meta ndunat li wliedha t-tnejn riedu jivvendikaw il-mewt ta’ missierhom, għamlet li setgħet biex tbiddlilhom il-ħsieb, u talbet ’l Alla biex jeħodhom qabel ma jagħmlu d-dnub.

Il-mewt ħadithom qabel ma setgħu jikkommettu d-dnub, fil-paċi m’Alla. Meħlusa minn kulħadd, talbet lis-superjura tal-kunvent tal-Agostinjani ta’

Cassia, biex taċċetaha bħala soru. Iżda l-liġi ta’ dawk is-sorijiet kienet li ma jidħlux fosthom dawk li ma kinux verġni.

Imma l-qaddisa talbet tant lis-superjura u lil Ġesù li fl-aħħar irnexxielha tidħol, b’miraklu, kif naqraw fil-ħajja tagħha, u libset il-libsa u pprofessat.

Fil-ħajja ġdida dehret xempju għal kulħadd, għall-faqar, il-karità, l-umiltà u l-ubbidjenza, u ġiet magħrufa għall-effikaċja tat-talb tagħha.

Kienet hekk devota lejn il-passjoni ta’ Ġesù li talbet biex tieħu sehem fit-tbatijiet tiegħu.

U Ġesù kkuntentaha: xewka mill-kuruna ta’ Ġesù Kurċifiss, tinqala’ u tolqotha f’moħħha, u daħlet tant ’l ġewwa li Rita ma felħitx aktar, ħassha ħażin u sabet ruħha bejn il-mewt u l-ħajja.

Damet b’din il-ferita ħmistax-il sena. Għalqet biss meta marret Ruma għall-Ġublew tal-1450. Mietet fit-22 ta’ Mejju, 1457.

Riflessjoni fuq Santa Rita: Il-mara eżemplari ta’ kull żmien, ilbieraħ - illum – għada; Xempju ta’ xebba, ta’ mara miżżewġa, ta’ omm, ta’ armla u ta’ reliġjuża

Page 46: MEJJU 2020...2020/05/05  · F’ħajja ta’ qadi fidila tad-dmirijiet ta’ kuljum, hu ħalla eżempju għal dawk kollha li jaqalgħu ħobżhom bit-tħabrik ta’ jdejhom”. Din

SIGNUM FIDEI 45

S. Rita hi wkoll mudell tad-devozzjoni lejn il-passjoni ta’ Ġesù. S. Bernard jgħid hekk fuq din id-devozzjoni: “fost id-devozzjonijiet l-oħrajn kollha, l-aktar fiż-żgur, l-aktar ta’ qligħ, u l-aktar universali għall kull stat tal-bniedem.” Permezz ta’ din id-devozzjoni Santa Rita kisbet il-grazzja u l-qawwa biex issofri u tagħmel it-tajjeb. Bro. Louis Camilleri

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 90, siltiet mill-1 punt

We are in this world only to love God and to please him. This is what we must do throughout all our life, for this is the first thing God commands of us, which includes the whole law, as our Lord says. Our love for God ought to be so great that we love nothing but God or for God. We can prove our love in three ways: the first is when we have a high esteem for God; the second is when we attach ourselves to God alone; the third is when we do all our actions for God. …Have you recalled that God was present with you everywhere? Have you interiorly realized your nothingness with a feeling of adoration at the thought of God’s presence? Because nothing is more pleasing for a soul who loves God than to pay attention to him, have you made this your joy, as David did? Out of respect for the presence of so great a God, have you been careful to maintain an attitude of recollection appropriate and proper to his grandeur? Because God is present everywhere, have you adored him everywhere? Pay attention to all this to show God how great an esteem you have for him.

TALBA

Mulej tiegħi, Ġesù Kristu, inroddlok ħajr għall-imħabba

u l-karità li wrejtni. Huwa tassew sinjal tal-imħabba hekk kbira meta int Mulej twiddeb lill-qaddej tiegħek

għall-għemejjel ħżiena f’din il-ħajja milli tikkastigah fil-ħajja li ġejja.

Minħabba dnubieti jien lest li bil-ferħ inġarrab

kull tiġrib u kull għawġ, li int, O Alla

jogħġbok tippermettili. San Franġisk t’Assisi

Missierna ...

Page 47: MEJJU 2020...2020/05/05  · F’ħajja ta’ qadi fidila tad-dmirijiet ta’ kuljum, hu ħalla eżempju għal dawk kollha li jaqalgħu ħobżhom bit-tħabrik ta’ jdejhom”. Din

46 SIGNUM FIDEI

Il-Sibt, it-23 ta’ Mejju Santa Ġovanna Antida Thouret - verġni

San Ġwann Battist De Rossi

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Atti 18: 23-28 Apollu kien jurihom mill-Iskrittura li Ġesù hu l-Messija. 2. Salm 46: 2,3,8-10 Alla s-sultan tal-art kollha. 3. Ġwanni 16: 23b-28 Il-Missier iħobbkom, billi intom ħabbejtu lili u emmintu. SAN ĠWANN BATTISTA DE ROSSI (1698-1764) Dan il-qaddis twieled ġewwa Voltaggio fid-djoċesi ta’ Ġenova. Kemm missieru

Karlu u anke ommu Franġiska Anfossi, kienu meqjuma għat-tjubija li kienu juru mal-proxxmu tagħhom.

Fost l-erba’ ħutu hu kien l-aktar wieħed twajjeb. Ta’ 10 snin ġie meħud lejn Ġenova minn wieħed nobbli u martu biex ikun jista’ jirċievi l-edukazzjoni. Ftit wara miet missieru. Wara tliet snin, qarib tiegħu li kien kanonku, sejjaħlu Ruma u daħħlu fil-Kulleġġ Ruman li kien taħt id-direzzjoni tal-Ġiżwiti. Hawn Ġwann Battista kien ta’ eżempju għal sħabu kemm fl-istudju u kemm fil-virtujiet Insara.

Kien membru fil-Kongregazzjoni Marjana, u kien ikun minn tal-ewwel fil-laqgħat u fil-funzjonijiet li kienu jsiru; u anke kien iżur il-morda u jagħmel opri tajba oħra. Kienu jsejħulu appostlu.

Għamel il-kors tal-Filosofija u tat-Teoloġija fil-Kulleġġ tad-Dumnikani. Ordna saċerdot fis-sena 1721, u għamel vot li ma jaċċetta ebda benefiċċju ekkleżjastiku jekk mhux b’ordni ta’ ubbidjenza. Ħadem fost il-bdiewa, u kien jipprietka kemm filgħodu u anke filgħaxija. Kien ukoll jgħin lill-morda u lill-foqra fl-isptar ta’ San Galla.

Fl-1731 Ġwanni Battista bena sptar biex iservi ta’ kenn għal dawk li ma kellhomx. Wara l-mewt ta’ qaribu li kien kanonku, fl-1737, b’ubbidjenza kellu jieħu postu bħala kanonku ta’ Santa Marija in Cosmedin f’Ruma. Ir-renta li kien idaħħal kien jonfoqha għall-bżonnijiet tal-isptar.

Aktar tard il-qaddis beda jibża’ jqarar minħabba l-mard li kellu. Hu kien jibgħat lin-nies li xtaqu jqerru għand saċerdoti oħra, u dawk li kkonvertew sabu l-paċi li kienu tilfu sforz il-ħidma tiegħu għalihom. Biex jieħu saħħtu mar f’Cività Castellana, qrib Ruma. L-isqof ta’ hawnhekk ipperswadih biex jerġa’ jibda jqarar. Wera żelu kbir waqt dan is-servizz fejn beda jgħaddi kuljum sigħat fil-konfessjunarju.

Dam f’dan ix-xogħol 25 sena, fejn kien iżur knejjes, kunventi, sptarijiet, ħabsijiet u barrakki tas-suldati, dejjem jipprietka u jqarar, hekk li sar appostlu tal-abbandunati u għassies tal-erwieħ.

Beda jħossu għajjien f’dan ix-xogħol iebes u, mifni mill-mard, saħħtu bdiet tħallih. Fl-1764, wara bosta attakki ta’ paraliżi, miet fit-23 ta’ Mejju, fiċ-ċentru prinċipali tal-ħidma tiegħu, li kienet id-dar tat-“Trinità dei Pellegrini”. Ġie midfun fil-knisja ta’ dan iċ-ċentru, qrib l-altar tal-Madonna.

Wara mewtu wettaq bosta mirakli. Il-Papa Ljun XIII ikkanonizzah fl-1881.

Page 48: MEJJU 2020...2020/05/05  · F’ħajja ta’ qadi fidila tad-dmirijiet ta’ kuljum, hu ħalla eżempju għal dawk kollha li jaqalgħu ħobżhom bit-tħabrik ta’ jdejhom”. Din

SIGNUM FIDEI 47

Riflessjoni mill-Imitazzjoni ta’ Kristu, It-Tielet Ktieb, Kap 5 L-imħabba hi ħafifa, qalbha f’idejha, imseddqa, ferħana, fuq ruħha u qawwija; l-imħabba tissaporti, ma tibdilx lill-maħbub tagħha, taħdem bil-għaqal, tistenna bla ma tgemem, ma tibżax u ma tfittex qatt lilha nfisha. Malli wieħed jibda jfittex lilu nnifsu, tibda titbiel fih l-imħabba. L-imħabba hi dejjem b’għajnejha miftuħa, imma umli; timxi dritt, ma tpaxxix lilha nfisha; moħħha mhux fi ħwejjeġ boloh u fiergħa; bil-qies fix-xewqat tagħha, nadifa f’għemilha, attenta li ma tisfrattax u ma tiġġerriex ’l hawn u ’l hemm, u dejjem għassa fuq is-sensi tagħha kollha. L-imħabba hi kollha umiltà lejn is-superjuri, u l-kelma tagħhom tobdi. Min iħobb xejn ma jqis lilu nnifsu. Mimli bi ħrara lejn Alla, u ferħan bil-ġid li minnu jirċievi, jerħi dejjem ruħu f’idejh u fih jittama, allavolja meta qalbu ma tkunx mimlija bil-ħlewwiet tiegħu: għax bla mrar ma tingħatax imħabba. Min mhux pront ibati kollox jagħmel kollox kif irid il-maħbub tiegħu, ma jixraqlux l-isem ta’ ħabib li jaf iħobb jeħtieġlu jerfa’ kull toqol u jixrob kull imrar għall-maħbub tiegħu, u jiġrilu ma għandux jiċħadlu l-imħabba. Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 42, silta mill-1 punt

The first disposition is to love God and to give yourself entirely to him. For this you must be detached from all creatures and love God alone. Whoever is attached to the world and to its goods is incapable of receiving the Spirit of God, who communicates himself only to those he finds empty of all that is not God. This is why, as Jesus Christ observes, the world cannot receive this divine Spirit, because it loves only the concupiscence of the flesh, the concupiscence of the eyes, and the pride of life.

TALBA

Agħtini Mulej, imħabba kbira għal din il-Knisja tiegħek u tiegħi

li qiegħda fost il-kontradizzjonijiet tad-dinja u li Int tmexxi lejn il-futur

bl-għajnuna tal-Ispirtu tiegħek biex tkun qawwija u soda kontra l-ħażen.

Agħmel minni membru ħaj tagħha u mexxi ’l-poplu tiegħek fit-triq tas-sliem. Ammen.

Kliem ta’ ... mħabba

Missierna ...

Page 49: MEJJU 2020...2020/05/05  · F’ħajja ta’ qadi fidila tad-dmirijiet ta’ kuljum, hu ħalla eżempju għal dawk kollha li jaqalgħu ħobżhom bit-tħabrik ta’ jdejhom”. Din

48 SIGNUM FIDEI

Il-Ħadd, l-24 ta’ Mejju Tlugħ il-Mulej fis-Sema

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Atti 1: 1-11 Kien meħud ’il fuq waqt li huma kienu jħarsu lejh. 2. Salm 46: 2,3,6-9 Tela’ Alla b’għajat ta’ ferħ. 3. Efesin 1:17-23 Alla qiegħed lil Sidna Ġesù fil-lemin tiegħu fis-smewwiet. 4. Mattew 28: 16-20 Lili ngħatat kull setgħa fis-sema u fl-art.

Riflessjoni fuq il-Vanġelu:

Anke jekk dan it-test ta' San Mattew ma jirrakkuntalniex it-Tlugħ tal-Mulej fis-sema xorta jġiegħelna naħsbu fih, fil-fatt mhux biss hu l-għeluq tal-ewwel vanġelu imma jerġa' jwassal il-messaġġ inawgurali tal-ministeru ta' Kristu – il-Beatitudnijiet, li wkoll kien sar fuq muntanja fil-Galilija.

Il-mod maestuż li bih jipproklama lilu nnifsu sid tal-ħolqien kollu, setgħa mogħtija minn Alla bħala rigal għall-fidwa li kiseb għad-dinja, jixhed li Ġesù mar lura għand il-Missier. Tikkonfermah ukoll il-missjoni universali li Ġesù Rxoxt jagħti lid-dixxipli tiegħu u b'mod speċjali meta jgħid “jien magħkom sal-aħħar taż-żmien” (Mt. 28:20). Ħaġa li għalkemm tinstema' stramba, tagħmel sens biss jekk min jgħid dan il-kliem mhux qiegħed fiżikament f'din id-dinja.

It-tlugħ fis-sema jġib separazzjoni minn mad-dixxipli, Ġesù jerġa' jieħu l-istat divin tiegħu li jaħbih mill-għajnejn umani, imma mhuwiex it-tmiem tal-preżenza ta' Ġesù fost sħabu, inqas u inqas l-abbandun tal-umanità għall-misteru tal-ħażen li donnu jaħkem id-dinja: għall-kuntrarju jirrappreżenta dak li hu meħtieġ u inevitabbli biex titwettaq din l-opra, li l-Missier afdalu f'idejh. B'li jgħib minn quddiem għajnejna Ġesù jridna nifhmu kif fl-aħħar nistgħu nikkontemplaw wiċċ Alla u ngawdu l-ħbiberija u l-kumpanija tiegħu, irid jgħidilna biex ma ninħbewx iżjed minn għajnejh bħal Adam għax imbeżżgħin minħabba dnubietna, u l-mistħija ta' ħżunitna, għaliex dawn intrebħu mill-Mulej fuq is-salib.

Imma meta jmur minn din id-dinja għal għand il-Missier, Ġesù jħeġġiġna biex infittxuh għax hu jista' jinstab biss minn dawk li jfittxuh. Jekk b'qalbna maqtugħa nieqfu nfittxuh jew jekk ċerti li sibnih, nilludu ruħna li m'għandniex bżonn infittxuh iżjed imbagħad tassew inkunu tlifnih u minflok Alla ħaj ikollna f'idejna alla falz, trux u mutu, mingħajr ħajja u li propju għalhekk isir perikoluż, anzi letali.

It-tlugħ fis-sema jseħħ ukoll minn att kbir ta' fidi ta' Alla lejna. Meta jgħib mill-istorja Ġesù fil-fatt irid bilfors jafda l-iktar ħaġa prezzjuża tiegħu – il-vanġelu – fl-idejn fqajra tagħna bħal teżor f'ġarar tal-fuħħar, veru, imma li ma jinkisrux minħabba d-don tal-Ispirtu s-Santu.

Il-Bibblista Valentino Vascaneo, jikteb “Hu ta' faraġ għalina naħsbu li Kristu ħalla f'idejn nies li kienu jafu biss it-toroq tal-Palestina; nies li kienu jafu jitkellmu biss b'ilsien pajjiżhom, biex ixandru l-vanġelu lill-bnedmin kollha; nies li kienu ittradewh, u jiddubitaw li setgħu jwettqu l-missjoni li jxandruh u jixhdu għalih.” Minn issa ’l quddiem Ġesù għandu bżonna, anzi ma jistax jgħaddi mingħajrna.

Jekk naħsbu fuq l-isfiduċja u x-xettiċiżmu li ħafna, inklużi qassisin u reliġjużi

Page 50: MEJJU 2020...2020/05/05  · F’ħajja ta’ qadi fidila tad-dmirijiet ta’ kuljum, hu ħalla eżempju għal dawk kollha li jaqalgħu ħobżhom bit-tħabrik ta’ jdejhom”. Din

SIGNUM FIDEI 49

għandhom lejn il-Knisja u l-istituzzjonijiet tagħha, il-pessimiżmu anzi kważi disprezz lejn il-midinbin li jiffurmawha; ma nistgħux ma nistagħġbux li Alla jħobbna daqshekk li xorta jafda lil nies dgħajfa u inkonsistenti bħalna.

Jekk l-affarijiet huma hekk, il-veru periklu għall-ħajja tal-Knisja mhumiex id-dgħufijiet, id-dnubiet, jew saħansitra t-tradimenti tal-membri tagħha, imma s-sens ta' superjorità ta' min jiddisprezza l-ħniena; il-pretensjonijiet ta' min jinsa li kollox hu grazzja; iċ-ċertezza ta' min jaħseb li wasal; it-tgergir, il-kritika u l-attakki li mhumiex ġejjin minn imħabba sinċiera lejn dan id-don kbir ta' Alla li hi kull komunità Kristjana; it-tentazzjoni li nħobbu iktar il-Knisja ideali li tinsab biss f'moħħna u li hi ffurmata fuq il-qies tax-xewqat u l-proġetti, milli dik ta' veru li l-ħajja tlaqqgħana magħha u hi mmudellata fuq ix-xewqa u l-proġett ta' Alla.

Minn La Realtà é Cristo, Don Davide Rota

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 40, silta mit-2 punt

On this day Jesus Christ left the earth and ascended into heaven, where he has fixed his dwelling forever. On this day his sacred humanity received the adoration of all the angels and all the just who entered heaven with him to take possession of their eternal happiness... Look upon the humanity of Jesus as being the One in whom, as Saint Paul says, are all the treasures of God’s wisdom and knowledge. From his humanity our Savior draws, as from their source, all the graces that he pours out on those who by their good works and by their prayers make themselves worthy to share in them.

TALBA

fuq l-Atti 1:9, Meta Ġesù tela’ s-sema.

Għażiż Ġesù, agħmel li jien inkun Nisrani

u xhieda tar-rabta tas-sema u l-art. Agħmel li l-irkejjen mudlama

ta’ qalbi, ta’ ġismi, idubu bħall-inċira fil-kuntatt ma’ dak in-nar tal-Ispirtu s-Santu, ħalli neħles minn dan l-istat tqil u li jgħejjini,

għal dik it-triq ta’ ħajja ħielsa u mimlija bl-arja tiegħek, u nasal f’dak l-istat fejn nintrefa’

fl-għoli sakemm niltaqa’ mal-persuna divina tiegħek.

B’hekk inkun nista’ nasal bla xkiel biex nidħol fl-intimità tat-Trinità.

Bro. Louis Camilleri

Missierna ...

Page 51: MEJJU 2020...2020/05/05  · F’ħajja ta’ qadi fidila tad-dmirijiet ta’ kuljum, hu ħalla eżempju għal dawk kollha li jaqalgħu ħobżhom bit-tħabrik ta’ jdejhom”. Din

50 SIGNUM FIDEI

It-Tnejn, il-25 ta’ Mejju Jum il-Vokazzjonijiet fl-Istitut Lasalljan

San Beda l-Venerabbli - presbiteru u duttur tal-Knisja Santa Marija Maddalen dè Pazzi

Santa Maddalena Sofia Barat - reliġjuża San Girgor VII - Papa

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Atti 19: 1-8 Ħadtu intom l-Ispirtu s-Santu meta emmintu? 2. Salm 67 : 2-7ab Slaten tal-art, għannu lil Alla. 3. Ġwanni 16: 29-33 Agħmlu l-qalb: jiena rbaħt id-dinja!

SANTA MADDALENA-SOFIA BARAT Twieldet fil-belt ta’ Joigny fi Franza fit-2 ta’ Diċembru, 1779, u fil-magħmudija

kellha parrinu lil ħuha Louis li wara sar qassis. Imma fi żmien it-terruri kiefra tar-Rivoluzzjoni Franċiża, Louis qatta’ sentejn il-

ħabs, u dejjem f’periklu tal-mewt. Wara t-tmiem tar-Rivoluzzjoni, Louis ħa lil oħtu Pariġi, fejn kien joqgħod hu. Kien fil-21 ta’ Novembru 1800, li Maddalena bdiet il-ħajja reliġjuża tagħha,

flimkien ma’ tliet xebbiet oħra, u kienet is-sena ta’ wara li fil-belt ta’ Amiens, tat bidu għall-kongregazzjoni tagħha tas-Sorijiet tas-Soċjetà tal-Qalb Imqaddsa, magħrufin fostna bħala tas-Sacred Heart.

Minkejja li kellha biss 23 sena, wara li l-ewwel superjura rriżenjat, intagħżlet superjura hi, kif baqgħet sa mewtha, 63 sena wara.

Malajr bdiet twaqqaf kunventi u skejjel oħra. Minn Amiens għal Grenoble, għal Poitiers, għal Belley, għal Pariġi u għal Gent fil-Belġju.

Fl-1818, bagħtet lid-dixxipla tagħha Santa Filippina Duchesna fl-Istati Uniti, fejn waqqfet kunventi oħra, l-ewwel fosthom dak ta’ Saint Charles, qrib Saint Louis, f’Missouri.

Din il-fundatriċi qaddisa tant ħadmet, li sa mewtha kienet diġà waqqfet 105 kunvent, fl-Ewropa, fl-Amerika u fl-Afrika.

Kien f’Diċembru, 1826, li marret Ruma għand il-Papa Leone XII, u qalgħet mingħandu l-approvazzjoni tal-kongregazzjoni tagħha.

Mietet ta’ 85 sena nhar Lapsi, fil-25 ta’ Mejju, 1865. Ġiet ikkanonizzata mill-Papa Piju XI flimkien ma’ Santa Maddalena Postel, fl-24

ta’ Mejju, tas-Sena Mqaddsa, fl-1925. Il-ġisem tagħha jinsab meqjum fil-knisja tas-sorijiet tagħha ta’ Jette, qrib

Bruxelles, fil-Belġju. Riflessjoni: Fil-Vanġelu tal-lum Ġesù kien qiegħed iħoss is-solitudni. Fl-aħħar tgħawwiġ ta' nuqqas ta' ftehim, id-dixxipli ħasbu li kienu fehmu dak li Ġesù kien qed jgħallimhom - iżda ma kinux. Madanakollu huma affermaw li Ġesù kien qed jitkellem b’mod ċar, bl-ebda lingwaġġ moħbi (v.29). Huma għallinqas fehmu id-dikjarazzjoni tiegħu li kien se jitlaq mid-dinja u jmur għand Missieru tas-sema. Imma kif qalilhom Ġesù, il-fidi

Page 52: MEJJU 2020...2020/05/05  · F’ħajja ta’ qadi fidila tad-dmirijiet ta’ kuljum, hu ħalla eżempju għal dawk kollha li jaqalgħu ħobżhom bit-tħabrik ta’ jdejhom”. Din

SIGNUM FIDEI 51

tagħhom kienet għadha mhix kompluta. Huma ma fehmux verament il-mod li bih kellu jitlaq u jiġi gglorifikat. Huma stqarrew biss l-ewwel parti tax-xejra: li Ġesù kien ġej mill-Missier tas-sema (v.30). L-espressjoni tagħhom ta' fiduċja qawwija tixbaħ l-istqarrija bla bażi ta’ San Pietru li hu kien lest li jmut għal Ġesù, waqt din l-istess tislima li Ġesù kien qiegħed jagħti lid-dixxipli tiegħu fl-aħħar ċena. Harold A. Buetow, Life out of Death Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 24, it-2 punt

The Gospel tells us that the reason for these different dispositions of Jesus Christ is that on the prior occasions his hour had not yet come and that later on he knew that the time and the hour for leaving this world and going back to the Father had indeed arrived. This is why, when Judas went out to do what he had agreed upon with the enemies of Jesus, Jesus told him: Be quick about what you are going to do. This was to give us to understand that he had waited to allow himself to be arrested and to deliver himself up to death until the hour that had been determined by his Eternal Father. This shows us that Jesus Christ followed in detail his orders from heaven and wanted everything he had to do and to suffer as prescribed for him by his Father. Imitate this admirable example given to you by Jesus Christ. Do nothing on your own initiative, but let everything you have to do, down to the slightest detail, be ruled and prescribed by your superiors.

TALBA

GĦALL-VOKAZZJONIJIET O Alla, Int għażilt lil

San Ġwann Battista De La Salle biex jagħti edukazzjoni Nisranija

lit-tfal u liż-żgħażagħ; qajjem fil-knisja tiegħek

Brothers u għalliema, nisa u rġiel li jingħataw b’qalbhom kollha biex

jedukaw lit-tfal u liż-żgħażagħ, sew bħala bnedmin u sew bħala Nsara.

B’ibnek Ġesù Kristu sidna, li hu Alla u miegħek jgħix u jsaltan

flimkien mal-Ispirtu s-Santu, għal dejjem ta’ dejjem,

Ammen. Missierna ...

Page 53: MEJJU 2020...2020/05/05  · F’ħajja ta’ qadi fidila tad-dmirijiet ta’ kuljum, hu ħalla eżempju għal dawk kollha li jaqalgħu ħobżhom bit-tħabrik ta’ jdejhom”. Din

52 SIGNUM FIDEI

It-Tlieta, is-26 ta’ Mejju San Filippu Neri - presbiteru

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Atti 20: 17-27 Intemm il-mixja tiegħi u l-ministeru li ħadt mingħand il-

Mulej Ġesù. 2. Salm 67:10,11,20,21 Slaten tal-art, għannu lil Alla. 3. Ġwanni 17: 1-11a Missier, agħti glorja lil ibnek. SAN FILIPPU NERI (1515-1595) - presbiteru San Filippu Neri twieled f’Firenze l-Italja, fl-1515. Meta kellu ħames snin tilef ’l

ommu. Iżda hu u ż-żewġ ħutu l-oħra ġew imrobbija b’għożża mit-tieni mara ta’ missierhom.

Sa minn meta kien għadu żgħir, kellu dispożizzjonijiet tant ħelwin li kienu jsejħulu t-Twajjeb Pippo (Pippo Buono).

Ta’ tmintax-il sena mar f’San Germano, qrib Ruma, jaħdem ma’ kuġinuh, li kien negozjant sinjur kbir.

Filippu kien tant ħabrieki li kuġinuh xtaqu jieħu n-negozju f’idejh. Iżda hu, imqanqal minn ħerqa li jgħix f’għaqda ma’ Ġesù, ħalla n-negozju u kollox, u mar Ruma. Hemm iltaqa’ ma’ wieħed li tah kamra fejn joqgħod u x’jiekol kuljum, bil-patt li jedukalu liż-żewġ uliedu. Dam f’din il-ħajja għal 17-il sena, imma fl-istess żmien, studja l-Filosofija mad-Dumnikani u t-Teoloġija mal-Agostinjani, u kien ukoll jiġbor xi żgħażagħ miegħu biex flimkien jitolbu, jistudjaw ir-reliġjon, iżuru l-isptarijiet u jagħmlu atti oħra ta’ karità.

Fl-1548, bl-għajnuna tal-konfessur tiegħu, Persiano Rossa, waqqaf il-Fratellanza tat-Trinità, li l-membri tagħha kienu lajċi u kienu jieħdu ħsieb il-pellegrini u l-morda.

Fit-23 ta’ Mejju 1551, ta’ 36 sena, ġie ordnat saċerdot, ħalla dik il-kamra li kien joqgħod fiha u mar jgħix fil-presbiterju ta’ San Ġirolmu ma’ Dun Rossa u qassisin oħra li kienu jgħixu bil-karità. Hawn intefa’ għall-appostolat billi filgħodu kien jgħaddih fil-konfessjonarju u filgħaxija kien ilaqqa’ lin-nies biex jitolbu, ikantaw u jitkellmu fuq il-ħwejjeġ tar-ruħ. Kien ukoll jorganizza pellegrinaġġi għal knejjes u katakombi biex isaħħaħ il-fidi ta’ dawk li kienu jmorru miegħu.

Fl-1558 bena oratorju u fih kien ilaqqa’ lin-nies għat-talb u l-konferenzi. Hawnhekk waqqaf il-kongregazzjoni tal-Oratorjani, li x-xogħol prinċipali tal-membri tagħha kien li jsaħħaħ lin-nies fil-fidi tagħhom.

Miet f’Ruma, fis-26 ta’ Mejju, fl-età ta’ 80 sena. Riflessjoni: F’dawn iż-żewġ kelmiet ‘bata u rxoxta’ hemm tista’ tgħid miġbura kollha kemm hija l-ħajja ta’ Kristu. Kristu l-ewwel sofra u sofra bis-sħiħ iżda mbagħad irxoxta, ittrijonfa fuq l-istess sofferenza u għaliex kien sofra, gawda u għadu jgawdi u jibqa’ jgawdi għal dejjem. Dan il-fatt għandu jkun għalina lezzjoni serja. Minn Kristu għandna nitgħallmu li hemm bżonn inbatu jekk irridu nittrijonfaw u ngawdu. Inbatu biss mhix ħaġa ġusta.

Page 54: MEJJU 2020...2020/05/05  · F’ħajja ta’ qadi fidila tad-dmirijiet ta’ kuljum, hu ħalla eżempju għal dawk kollha li jaqalgħu ħobżhom bit-tħabrik ta’ jdejhom”. Din

SIGNUM FIDEI 53

San Pawl stess imnebbaħ mill-Ispirtu s-Santu qalilna: “U min jissara, ma jiħux il-kuruna, jekk ma jissarax skont il-liġi” (2Tim.: 2; 5). Iżda li ngawdu biss lanqas hu sewwa. It-tgawdija u l-mistrieħ huma l-premju tat-tbatija; mela jekk ma nbatux ma għandna ebda dritt nippretendu li ngawdu. Sidna Ġesù Kristu jgħidilna: “Xħin sar filgħaxija, qal sid il-għalqa tad-dwieli lil dawk il-ħaddiema: “Sejjaħ il-ħaddiema u agħtihom il-ħlas, ibda minn tal-aħħar sa tal-ewwel (Mt. 20; 8).

Dun Ġużepp Cauchi Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 129, it-3 punt

This saint (St. Philip Neri) had a very great devotion to the Passion of Jesus Christ and to the Most Blessed Virgin. He could not think or speak of the sufferings of Jesus without weeping, because he considered himself to be the cause. This made him sometimes say that the wound in Christ’s side was very large, but if God did not restrain his hand, he would make it even larger. He also sometimes spent entire nights conversing with the Most Blessed Virgin. These two loves, for Jesus Christ and for the Most Blessed Virgin, have, as a rule, been the principal devotions of the greatest saints. Saint Bernard and Saint Francis found their greatest pleasure meditating on the Passion of Jesus Christ. They had such a very tender devotion to the Most Blessed Virgin that they chose her as the protectress and support of their orders. Consider her in the same way as the protectress of your Institute, and because the Passion and death of Jesus Christ are the means to sanctify all the world, often ask God to apply the merits of Jesus generously both to you and to the children entrusted to you.

TALBA O Alla,

inti tajtna lill-Qaddis San Filippu Neri li bl-imħabba tiegħek

kien mimli bil-ħeġġa biex jaqdi lil għajru. Agħmel li aħna nimitawh

fl-imħabba lejn il-proxxmu, nikbru fil-karità

speċjalment lejn il-morda, u nitħarrġu fit-talb,

bi Kristu sidna, Ammen.

Missierna ...

Page 55: MEJJU 2020...2020/05/05  · F’ħajja ta’ qadi fidila tad-dmirijiet ta’ kuljum, hu ħalla eżempju għal dawk kollha li jaqalgħu ħobżhom bit-tħabrik ta’ jdejhom”. Din

54 SIGNUM FIDEI

L-Erbgħa, is-27 ta’ Mejju

Santu Wistin ta’ Canterbury - isqof

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Atti 20: 28-38 Nitlaqkom f’idejn Alla u l-kelma tal-grazzja tiegħu li

għandha l-qawwa li tibnikom. 2. Salm 67: 29,30,33-36ċ Slaten tal-art, għannu lil Alla. 3. Ġwanni 17: 11b-19 Ħa jkunu ħaġa waħda bħalna. SANTU WISTIN TA’ CANTERBURY (†604-605) - isqof Kien il-prijur tal-monasteru ta’ Sant’Andrija “Al Celio” ġewwa Ruma, imwaqqaf

minn San Girgor u kien San Girgor li bagħtu missjunarju flimkien ma’ 39 patri ieħor fl-Ingilterra, fejn niżlu fuq il-gżira ta’ Thanet li kienet tagħmel parti mis-saltna ta’ Kent fis-sena 597.

Ir-re pagan ta’ Kent, Ethelbert, (li wara sar qaddis) laqagħhom tajjeb ħafna, speċjalment bis-saħħa ta’ martu, Santa Berta li kienet Franċiża u Nisranija, u nhar Għid il-Ħamsin, 597, irċieva l-magħmudija. Ma damux ma kkonvertew eluf ta’ Ingliżi għall-Kristjaneżmu.

F’dik l-istess sena, Santu Wistin ġie kkunsagrat isqof ġewwa Arles fi Franza mill-arċisqof ta’ dik il-belt. Bena ġewwa Canterbury li tagħha kien l-ewwel isqof, l-ewwel knisja katidrali, fejn illum jinsab il-katidral tant sabiħ ta’ Christchurch (illum protestant) mibdi mill-Arċisqof Lanfranc fil-1070, li jħares il-qabar ta’ Sant’Anselmu, u li fih ħa l-martirju San Tumas Becket.

U barra mis-swar ta’ Canterbury, waqqaf il-monasteru ta’ San Pietru u San Pawl, fejn kienu jindifnu r-rejiet ta’ Kent u l-ewwel arċisqfijiet ta’ Canterbury, l-ewwel fosthom Santu Wistin innifsu. Din l-abbazija bdiet tissejjaħ ta’ Santu Wistin wara li ndifen fiha. Wara li kien ħadem bla mistrieħ biex ixerred il-fidi fost dak il-poplu, u wara li ħatar lil San Mellitu isqof ta’ Londra, lil San Ġustu isqof ta’ Rochester u lil San Lawrenz bħala suċċessur tiegħu bħala arċisqof ta’ Canterbury.

Santu Wistin miet fis-26 ta’ Mejju, 604, jew 605, ftit wara l-mewt ta’ San Girgor, u wara ħidma intensa ta’ 7 jew 8 snin fl-Ingilterra.

Ġeneralment Santu Wistin u sħabu huma miżmuma bħala Benedittini bħall- Papa San Girgor li bagħathom missjunarji. U bħal San Girgor, Santu Wistin ta’ Canterbury huwa msejjaħ u bir-raġun l-“Appostlu tal-Ingilterra”.

Riflessjoni: L-iskjavitù li tkeċċina mill-familja ta’ Alla, huwa biss l-Iben li jista’ jeħlisna u Kristu ġie fid-dinja biex joffrilna l-ħelsien mid-dnub u biex idaħħalna mill-ġdid fid-dar ta’ Alla bħala wlied maħbuba mill-Missier. Huwa biss meta naċċettaw din il-grazzja tal-ħelsien li aħna nsiru parti mill-poplu ta’ Alla, mill-familja kbira ta’ Alla. Iżda l-għażla xi rridu nwettqu u nagħmlu hija dejjem f’idejna. Jekk irridu nibqgħu wlied id-dlam ser nibqgħu barra u ’l bogħod mill-familja

Page 56: MEJJU 2020...2020/05/05  · F’ħajja ta’ qadi fidila tad-dmirijiet ta’ kuljum, hu ħalla eżempju għal dawk kollha li jaqalgħu ħobżhom bit-tħabrik ta’ jdejhom”. Din

SIGNUM FIDEI 55

ta’ Alla, bir-riskju li ħajjitna ssir kaos sħiħ u kontinwament nippruvaw noqtlu l-kelma ta’ Alla. Jeħtieġ li nżommu u nifhmu tassew il-kelma ta’ Ġesù u ngħixu bħala dixxipli ta’ Kristu fil-verità. Din hija sfida kbira għalina l-Insara tal-lum imdawlin minn kultura ta’ qerda u ta’ gideb. Il-missjoni tagħna hi li nkunu dixxipli tal-verità li għaliha rridu nħallsu prezz għoli. Fr. Charles Fenech, “Mitt Minuta Mal-Mulej” (Pub. Dumnikana) Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 42, it-3 punt

This is why Jesus Christ assures us that our heavenly Father will give his Spirit, full of love and goodness for us, to all those who ask him. Yet, because he knows that the fullness of this divine Spirit is difficult to obtain and because he desires to give the Spirit to his Apostles, he promises them that he will pray to the Father for them, so that they will receive his Spirit in profusion. If you wish to be disposed as perfectly as God asks of you in order to be filled with the Spirit of God on Pentecost, apply yourself with attention and fervor to interior prayer in order to be filled with God’s grace. For this is the day on which he generously pours out his graces; on this day he gave himself to the holy Apostles and to all those who then made up the Church. Do not fail to pray to him during all these holy days, and often repeat with the Church these holy words: Send forth your Spirit to give us a new life, and you will renew the face of the earth.

TALBA

Marija Omm it-tama, fi ħdanek nintelqu bil-fiduċja.

Flimkien miegħek irridu nimxu wara Kristu, feddej tal-bniedem;

l-għejja ma ttaqqalniex, lanqas ma żżomna lura, u xkiel mhux se jaqtgħalna qalbna

lanqas in-niket ma jitfilna l-ferħ tal-qalb. Int, Marija, omm il-feddej tagħna,

ibqa’ uri li int ommna, għasses fuq mixjitna u għin lilna, uliedek, sabiex fi Kristu nsibu t-triq lejn il-Missier!

Ammen. San Ġwanni Pawlu II, Papa

Missierna ...

Page 57: MEJJU 2020...2020/05/05  · F’ħajja ta’ qadi fidila tad-dmirijiet ta’ kuljum, hu ħalla eżempju għal dawk kollha li jaqalgħu ħobżhom bit-tħabrik ta’ jdejhom”. Din

56 SIGNUM FIDEI

Il-Ħamis, it-28 ta’ Mejju Santa Ubaldeska - verġni

Santa Marija Anna de Paredes - verġni San Ġerman - isqof ta’ Pariġi

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Atti 22: 30- ; 23: 6-11 Jeħtieġ li tagħti xhieda f’Ruma. 2. Salm15: 1,2a, 5,7-11 Ħarisni, o Alla, għax fik jien nistkenn. 3. Ġwanni 17: 20-26 Biex isiru ħaġa waħda għal kollox. SAN ĠERMAN (496?-576) - isqof ta’ Pariġi Twieled f’Autun, Franza, u kien edukat minn kuġinuh ta’ ħajja qaddisa jismu

Skapiljon. Kien ordnat qassis ta’ 34 sena mill-Isqof San Agrippinu ta’ Autun, li ħatru wkoll abbati tal-abbazija qrib il-belt magħrufa bħala ta’ San Sinforjanu.

Kellu mħabba tant kbira lejn il-foqra u tant kien jgħinhom li sħabu l-irħieb minħabba l-biża’ li kien se jagħti kollox irvellaw kontrih.

Fis-sena 555, meta kellu madwar 60 sena, waqt li darba kien għaddej minn Pariġi, miet l-isqof ta’ dik il-belt u r-Re Kildebert żammu. Bil-kunsens tal-kleru u tal-poplu, ġie kkonsagrat isqof.

Ħajtu kienet eżemplari ħafna u din kellha wkoll effett fuq ir-re nnifsu, tant li minn Nisrani biered u laxk, sar wieħed eżemplari u ħadem ħafna biex itaffi t-tbatijiet tal-gwerer.

San Ġerman ħa sehem f’diversi konċilji reġjonali li saru f’Pariġi (557 u 573) u f’Tours (566). L-isqof irnexxielu jipperswadi lir-re biex jipprojbixxi bosta eċċessi u abbużi li kienu jsiru fil-festi tal-qaddisin.

Meta r-Re Kildebert marad serjament fil-palazz tiegħu ta’ Celles, San Ġerman fejqu b’mod mirakoluż. Minħabba f’hekk ir-re kellu jagħti l-artijiet ta’ Celles lill-knisja ta’ Pariġi bħala tpattija tal-fejqan li sar miegħu. Iżda ma damx wisq ħaj, għax ir-re miet f’Diċembru tas-sena 558, il-jum meta l-isqof kien qed jikkonsagra l-Knisja ta’ San Vincenz mibnija mir-re nnifsu.

Wara Kildebert laħaq Klotarju, iżda miet tliet snin wara; imbagħad laħaq Karibertu u dam sas-sena 570. Ħut ir-re bdew jiġgieldu bejniethom għas-suċċcessjoni, u l-Isqof Ġermanu ħadem bis-sħiħ għall-paċi, iżda bi ftit suċċess. Wara gwerra qalila, Siġebert ħareġ rebbieħ, okkupa Pariġi, u minkejja t-twissijiet tal-qaddis, ir-Re Siġebert mar jattakka lil Kilperik f’Tornai, fejn ġie maqtul bl-ordni ta’ mart Kilperik (575).

Il-qaddis miet is-sena ta’ wara. Ġie midfun fil-kappella ta’ San Sinforjanu fil-knisja stess ta’ San Vinċenz, u minn dak iż-żmien ħadet l-isem ta’ St. German-des-Près.

San Ġerman hu meqjus bħala wieħed mill-aqwa isqfijiet ta’ żmienu. Riflessjoni: Ifraħ, ruħ tiegħi, li hemm min iħobb lil Alla tiegħek kif jistħoqqlu. Ifraħ li hemm min jagħraf tjubitu u l-kobor tiegħu. Roddlu ħajr talli tana hawn fuq l-art wieħed li jagħrfu

Page 58: MEJJU 2020...2020/05/05  · F’ħajja ta’ qadi fidila tad-dmirijiet ta’ kuljum, hu ħalla eżempju għal dawk kollha li jaqalgħu ħobżhom bit-tħabrik ta’ jdejhom”. Din

SIGNUM FIDEI 57

hekk tajjeb, Ibnu l-waħdieni. Taħt ħarsien bħal dan, int tista' tersaq lejn Alla tiegħek u titolbu, għax il-Maestà Tiegħu jsib l-għaxqa tiegħu fik. Ladarba huwa hekk, la tħalli ebda ħaġa ta' din l-art tkun biżżejjed biex ma tħallikx titgħaxxaq b'Alla u tifraħ bil-kobor tiegħu. La tħalli ebda ħaġa twasslek biex ma tifhimx kif hu jistħoqqlu li jkun maħbub u mfaħħar, u kif hu tista' jgħinek tagħti xi sehem biex ikun imbierek ismu, u li fis-sewwa kollu tkun tista' tgħid: Ruħi tfaħħar il-kobor tal-Mulej (Lq. 1, 46). Santa Tereża ta' Ġesù, Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 131, it-3 punt

When Saint Germain’s great holiness and the great number of miracles he performed led to his being chosen bishop of Paris, he omitted none of his exercises of prayer and mortification. He spent entire nights praying to God in various churches. He wore the same clothes winter and summer, and his biographer says that because there was no one to make him suffer martyrdom, he practiced such great mortifications that he martyred himself. All these practices of piety that he performed gave his instructions a special power to convert people. It was said of him that he was like the Apostles, not only because of the great number of miracles he performed but also because of the amazing effects of his instructions. You have a work that might appear of little consequence, but it has the same purpose as that of this saint. Imitate him by taking the same means he used to be successful. If they are the same means, they will be as effective for you as they were for him.

TALBA

Mulej, inti d-dawl tiegħi; mingħajrek nimxi fid-dlam,

mingħajrek ma nista’ nagħmel lanqas pass wieħed, mingħajrek ma nafx fejn inkun sejjer,

mingħajrek jiena għama li jaħseb li sa jmexxi għama ieħor.

Mulej, jekk inti tiftaħli għajnejja, jiena nara d-dawl tiegħek,

u riġlejja jimxu fit-triq tal-ħajja. Mulej, jekk inti ddawwalni jiena nkun nista’ ndawwal

għax int lilna tagħmilna dawl għad-dinja. Ammen

Il-Kard. Carlo Maria Martini

Missierna ...

Page 59: MEJJU 2020...2020/05/05  · F’ħajja ta’ qadi fidila tad-dmirijiet ta’ kuljum, hu ħalla eżempju għal dawk kollha li jaqalgħu ħobżhom bit-tħabrik ta’ jdejhom”. Din

58 SIGNUM FIDEI

Il-Ħamis, id-29 ta’ Mejju

San Massimo – isqof ta’ Trier Il-Beatu Ġużeppi Kowalski - presbiteru u martri

Il-Beata Elija ta’ San Klement – verġni

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Atti 25: 13b-21 Kwistjonijiet dwar ċertu Ġesù, li hu mejjet, imma

Pawlu jgħid li hu ħaj. 2.Salm 102: 1,2,11,12,19,20ab Il-Mulej waqqaf it-tron tiegħu fis-sema. 3. Ġwanni 21: 15-19 Irgħa l-ħrief tiegħi. Irgħa n-ngħaġ tiegħi. SAN MASSIMO († ċ. 349) - isqof ta’ Trier Massimu twieled f’Poitiers, fi Franza. Kien għadu żagħżugħ meta ħalla pajjiżu u

mar fi Trier (jew Treviri) miġbud mill-fama ta’ qdusija tal-isqof ta’ din il-belt, San Agrizju.

Massimu rċieva l-edukazzjoni tiegħu fi Trier u sar saċerdot. Meta fis-sena 325 miet l-Isqof Agrizju, hu kien maħtur isqof minfloku. Din il-kariga pprovdiet bażi ideali għal Massimu biex b’ħeġġa kbira jkompli l-ġlieda tiegħu kontra t-tagħlim żbaljat ta’ Arju li kien jiċħad li Ġesù hu l-Iben ta’ Alla.

Dak iż-żmien Trier kienet ir-residenza tal-imperatur tal-Punent, u kienet meqjusa bħala l-belt kapitali tal-imperu tal-Punent.

Massimu ħassu ta’ ġieħ għalih jilqa’ għandu u joffri protezzjoni lill-Isqof San Atanasju li kien fl-ewwel eżilju tiegħu bejn is-snin 335-337 minħabba l-ġlied tiegħu kontra l-Arjaniżmu.

Aktar tard Massimu offra l-istess protezzjoni lil San Pawl Patrijarka ta’ Kostantinopli, li kien hu wkoll eżiljat mill-Imperatur Kostanzju, li għal xi żmien kien waqa’ taħt l-influwenza Arjana.

Wara, San Atanasju faħħar in-nobbiltà, il-viġilanza u l-kuraġġ ma jafx biża’ ta’ San Massimu li kien laqgħu għandu.

San Massimu jidher li kiteb ħafna, però ftit nafu fuq ix-xogħlijiet ta’ dan id-difensur qalbieni tal-fidi, li miet fid-29 ta’ Mejju għall-ħabta tas-sena 349.

Riflessjoni fuq il-Vanġelu minn Bro. Louis:

Pietru għall-tliet darbiet, jafferma ma’ Kristu li hu jħobbu. Dawn it-tliet darbiet li għamel dan, ħafru lil dawk it-tliet darbiet meta Pietru ċaħad lil Kristu l-lejl qabel ma Ġesù ġie msallab (Mk. 14: 72).

U t-tliet risposti li Ġesù ta lil Pietru, Ġesù jikkonfermah bħala suċċessur tiegħu, bħala r-Ragħaj tal-Merħla tad-dixxipli tiegħu fuq din l-art.

X’inhi l-attitudni tiegħi lejn r-rgħajja ta’ Kristu tal-merħla t’Alla fuq l-art illum?

Id-disa’ Anniversarju mill-mewt tal-mibki Bro. Louis Agħtih O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem ...

Page 60: MEJJU 2020...2020/05/05  · F’ħajja ta’ qadi fidila tad-dmirijiet ta’ kuljum, hu ħalla eżempju għal dawk kollha li jaqalgħu ħobżhom bit-tħabrik ta’ jdejhom”. Din

SIGNUM FIDEI 59

X’hemm li nara fihom aktar lill hinn mill-fraġilità ta’ bnedmin li huma? Li huma s-suċċessuri ta’ Ġesù Kristu.

Ħsieb: Il-Knisja hija l-unika soċjetà fid-dinja ta’ midinbin fejn m’hemmx bżonn ta’ Membership Card, u biex tikkwalifika, il-persuna ma jkunx jistħoqqilha li tkun membru.

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 106, it-2 punt

The Pope, being the Vicar of Jesus Christ, the visible head of the Church, and the successor of Saint Peter, has wide authority over the entire Church. All the faithful who are members ought to regard him as their father and as the voice God uses to give his orders to them. He possesses the universal power of binding and loosing3 that Jesus Christ gave to Saint Peter; to him Jesus Christ has committed the responsibility first given to this holy Apostle of feeding his flock. Your role, then, is to work to increase and to take care of this sheepfold; therefore, you must honor our Holy Father, the Pope, as the holy shepherd of this flock and the High Priest of the Church. You must respect his every word. It ought to be enough that something comes from him for you to be infinitely attentive. Is this how you have acted up to the present? Adore God’s authority in this sovereign Shepherd of souls, and in the future, look upon him as the great teacher of the Church.

TALBA

O Alla, mimli b’qawwa ta’ mħabba! Imħabbtek hija don li tajtni.

Mingħajr ma qgħadt tqis min jien u minn liema familja ġej, ħallejtni liberu li nilqa’ din l-imħabba jew li nagħlaq il-bieb ta’ qalbi.

Imma mħabbtek tibqa’ dejjem lesta u fidila biex tagħtihieli. Agħmel li nifhem tajjeb, li nitqaddes, ifisser li nimitak.

Għinni mela, missier l-imħabba, li nħobb lil dawk li jwarrbuni, lil dawk li ma jistmgħunix jew li jobogħduni.

Għinni biex nitlob għalihom. Għinni nagħmlilhom it-tajjeb mingħajr ma nistenna ebda grazzi.

Bro. Louis Camilleri

Missierna ...

Page 61: MEJJU 2020...2020/05/05  · F’ħajja ta’ qadi fidila tad-dmirijiet ta’ kuljum, hu ħalla eżempju għal dawk kollha li jaqalgħu ħobżhom bit-tħabrik ta’ jdejhom”. Din

60 SIGNUM FIDEI

Is-Sibt, it-30 ta’ Mejju Santa Battista Varano - verġni

Santa Ġovanna d’Arco – verġni San Ferdinandu III – re ta’ Kastilja

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Atti 28: 16-20,30-31 Pawlu baqa’ Ruma jxandrilhom is-Saltna ta’ Alla. 2. Salm 10: 4,5 7 Il-Mulej idawwar wiċċu lejn min hu sewwa. 3. Ġwanni 21: 20-25 Dan huwa d-dixxiplu li qiegħed jagħti xhieda għal dan

kollu u li kiteb dawn il-ħwejjeġ, u aħna nafu li x-xhieda tiegħu hi minnha.

SANTA GIOVANNA D’ARCO (1412-1431) - verġni Giovanna D’Arco, bil-Franċiż, Jeanne d’Arc, twieldet fir-raħal ta’ Domremy, fi

Franza minn familja ta’ bdiewa fis-6 ta’ Jannar, 1412. Kellha 17-il sena, meta waqt li kienet tirgħa n-nagħaġ ta’ missierha, semgħet

ilħna misterjużi mis-sema. Kienu l-Arkanġlu San Mikiel, Santa Katerina ta’ Lixandra u Santa Margarita ta’ Antjokja. Qalulha biex issalva lil Franza mill-għedewwa, li dak iż-żmien kienu l-Ingliżi u l-Burgundjani. Kellmet lill-prinċep ereditarju u taha li tmexxi l-armata.

Fl-1429, rebħet lill-Ingliżi f’Orleans, u wara rebħet Patay u Troyes. ll-prinċep aċċetta li jkun inkurunat re ta’ Franza bħala Karlu VII fil-katidral ta’

Rheims, b’Giovanna maġenbu bil-bandiera tar-rebħa f’idejha. Imma meta ħabtet għal Pariġi sfat feruta u f’Mejju, 1430, waqt l-attakk biex teħles il-belt ta’ Compiegne, waqgħet priġuniera tal-Burgundjani, li biegħuha lill-Ingliżi, li għax ma setgħux jikkundannawha għall-mewt talli kienet rebħet il-battalji, ippruvaw li tiġi kkundannata bħala saħħara u eretika.

Fil-21 ta’ Frar, 1431, dehret quddiem tribunal taħt il-presidenza ta’ Pierri Cauchon, isqof ta’ Beauvais, li ried jaqdi lill-Ingliżi biex forsi jilħaq arċisqof ta’ Rouen, flimkien ma’ teologi mill-Università ta’ Pariġi, ilkoll favur l-Ingliżi.

Il-qaddisa dehret għall-aħħar darba quddiem it-tribunal fid-29 ta’ Mejju, meta ġiet ikkundannata b’sentenza inikwa, jiġifieri mill-iktar inġusta, jgħidilna anki l-Martiroloġju Ruman, u l-għada stess ġiet maħruqa ħajja fil-“Vieux Marche” (is-Suq il-Qadim) ta’ Rouen.

Kellha biss 19-il sena. Imma wara li l-każ tagħha reġa’ ġie studjat sewwa u bl-ikbar reqqa b’ordni tal-Papa Kallistu III nnifsu, inqatgħet is-sentenza li ddikjarat li Giovanna kienet għal kollox innoċenti.

Fil-fatt kienet mietet martri għal pajjiżha, tlissen l-ismijiet l-iżjed qaddisa ta’ Ġesù u Marija, li dejjem kienu fuq l-istandard tar-rebħiet tagħha.

Mhux biss Napuljun mar jiċċelebra l-jum tat-8 ta’ Mejju, jum ir-rebħa ta’ Orleans fl-1429, bħala jum ta’ festa nazzjonali għal Franza, imma wkoll il-Papa Benedittu XV mar jiddikjaraha qaddisa fis-16 ta’ Mejju, 1920.

Minn dakinhar Jeanne La Pucelle, jew Jeanne D’Arc, imsejħa x-“Xbejba ta’ Orleans”, hija waħda mill-patruni ta’ Franza, fejn il-festa tagħha hi festa nazzjonali.

Page 62: MEJJU 2020...2020/05/05  · F’ħajja ta’ qadi fidila tad-dmirijiet ta’ kuljum, hu ħalla eżempju għal dawk kollha li jaqalgħu ħobżhom bit-tħabrik ta’ jdejhom”. Din

SIGNUM FIDEI 61

Riflessjoni: Il-Vanġelu ta’ Ġwanni jikkonkludi bl-aħħar diskors bejn Ġesù, Pietru u ‘d-dixxiplu l-maħbub’. Din il-kitba tat xhieda lill-Evanġelju kollu billi tidentifika l-Evanġelista ma’ ‘d-dixxiplu l-maħbub’. Pietru huwa konxju tal-imħabba ta' Ġesù lejn 'id-dixxiplu l-maħbub', madankollu, huwa ġie inkarigat biex jieħu ħsieb tan-nagħaġ tiegħu. Għalhekk, Pietru jistaqsi dwar ‘id-dixxiplu l-maħbub’. “U dan, Mulej, x’se jsir minnu?” It-tweġiba ta' Ġesù hija konformi mat-tagħlim tad-dixxipulat tiegħu: “Inti x’inhi affarik jekk jiena rridu jibqa’ sa ma niġi? Int imxi warajja!” Dak li hu mistenni minnu huwa dixxipulat radikali. Fi kliem ieħor, “il-mod ta' servizz ta' Ġwanni se jkun differenti minn tiegħek, imma dik m'għandhiex x'taqsam miegħek!” Min-naħa tiegħek, għandek biss timxi warrajja bi ħrara. Aħna nimxu wara Ġesù mill-qrib u bi ħrara?

My Daily Gospel 2020

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 42, silta mit-3 punt

Nothing disposes us better to receive the Holy Spirit than prayer.This is why Jesus Christ assures us that our heavenly Father will give his Spirit, full of love and goodness for us, to all those who ask him. Yet, because he knows that the fullness of this divine Spirit is difficult to obtain and because he desires to give the Spirit to his Apostles, he promises them that he will pray to the Father for them, so that they will receive his Spirit in profusion. If you wish to be disposed as perfectly as God asks of you in order to be filled with the Spirit of God on Pentecost, apply yourself with attention and fervor to interior prayer in order to be filled with God’s grace. For this is the day on which he generously pours out his graces; on this day he gave himself to the holy Apostles and to all those who then made up the Church. Do not fail to pray to him during all these holy days, and often repeat with the Church these holy words: Send forth your Spirit to give us a new life, and you will renew the face of the earth.

TALBA Imħabba t’Alla, inti tgħammar ġewwa fina,

kemm fin-niket kif ukoll fil-ferħ tagħna. Bil-qawwa tal-ispirtu, imlina bit-tama

biex bl-imħabba kollha naqduk waqt li nistennew u nħabirku għal dak il-jum imwiegħed

meta s-saltna tiegħek tiġi fil-glorja, bi Kristu sidna,Ammen.

Magnificat

Missierna ...

Page 63: MEJJU 2020...2020/05/05  · F’ħajja ta’ qadi fidila tad-dmirijiet ta’ kuljum, hu ħalla eżempju għal dawk kollha li jaqalgħu ħobżhom bit-tħabrik ta’ jdejhom”. Din

62 SIGNUM FIDEI

Il-Ħadd, il-31 ta’ Mejju Għid il-Ħamsin

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Atti 2: 1-11 Imtlew ilkoll bl-Ispirtu s-Santu. 2. Salm 103 :1,24,29-31,34 Ibgħat l-Ispirtu tiegħek, Mulej, u ġedded il-wiċċ tal-art. 3. 1Korintin 12: 3b-7,12,13 Ilkoll tgħammidna fi Spirtu wieħed biex nagħmlu ġisem

wieħed. 4. Ġwanni 20: 19-23 Ħudu l-Ispirtu s-Santu. Riflessjoni fuq il-Vanġelu:

Hemm kuntrast qawwi bejn il-ġrajja li jiddeskrivilna l-ewwel qari “F'daqqa waħda ġie mis-sema ħoss bħal ta' riħ qawwi, u mela d-dar kollha....U dehrulhom ilsna qishom tan-nar”, u dik tal-evanġelju fejn Ġesù jagħti lill-Ispirtu s-Santu b'rigal lid-dixxipli sempliċement billi jonfoħ fuqhom. It-ton kwiet tar-rakkont ta' San Ġwann, l-ambjent ta' ġabra, il-ftit ġesti meqjusa tal-protagonist (Ġesù), jagħmlu din il-ġrajjja xi ħaġa intima, saħansitra mistura. B'differenza għall-verżjoni li jagħtina San Luqa fl-Atti, hawnhekk kollox iseħħ ’il bogħod mill-kurżità tan-nies u jinvolvi numru żgħir ta' persuni.

Madankollu hija din is-silta li b’tant serjetà u bl-ikbar qawwa tissuġġerielna li dak li ġara dakinhar biddel l-istorja tad-dinja. L-evanġelista jfakkarna sempliċement li nefaħ fuqhom u qalilhom: “Ħudu l-Ispirtu s-Santu” (Ġw. 20:22). Ebda riħ qawwi, jew ragħad, l-ebda ilsna tan-nar u għeġubijiet li jsaħħru lill-folol u jqanqlu konverżjonijiet tal-massa. Daqsxejn nifs fuq id-dixxipli miġburin: tfakkarna fiż-żiffa ħelwa li farrġet lil Elija fuq il-Ħoreb meta kien inkwetat dwar dak li kien għadu kif ra, u wrietu l-preżenza t'Alla li ssalva.

Nifs biss, imma biex ifakkarna li aħna neżistu għax imdendlin b'dak in-nifs divin li bih il-Ħallieq fil-bidu, biddel lil Adam minn trab għal bniedem ħaj. Fl-intimità taċ-ċenaklu sseħħ il-meravilja tal-ħolqien il-ġdid. Il-bniedem Ġesù, Bin Alla, dak li l-Missier ħeles mit-tħassir tal-qabar biex jingħaqad miegħu fil-milja tal-ħajja divina, ma jżommhiex għalih imma jagħtiha b'rigal, jixtieq iqassamha lil ħutu kollha u hekk iwettaq il-profezija tal-Battista li kien għarfu bħala dak li kellu jgħammed lill-umanità bl-Ispirtu s-Santu.

Il-Pentekoste fil-vanġelu ta' Ġwanni huwa t-tħabbira ta' Ġesù li miet u qam. Alla beda l-ħolqien ġdid, it-tiġdid radikali tant mixtieq mill-umanità tul iż-żmien imma li l-ebda proposta umana ma setgħet iġġib. Dan kollu issa jitwettaq f'Ġesù, il-kelma ħajja ta' Alla u bl-Ispirtu s-Santu n-nifs divin li jagħti l-ħajja eterna. Hija ġrajja kbira, l-ikbar waħda fl-istorja li donnha ftit għamlet effett soċjali; minbarra d-dixxipli fil-fatt ma nduna ħadd bil-bidla li seħħet fid-dinja ta' dak iż-żmien, it-tixrid tal-Ispirtu. Anke aħna llum insibuha bi tqila biex nintebħu biha f'din id-dinja mmexxija minn qawwiet li ma’ Alla ftit li xejn għandhom x'jaqsmu.

Madanakollu, is-sinjali tat-tiġdid ma jonqsux għal min irid jilqagħhom u huma propju dawk li l-Irxoxt juri lil sħabu: huma l-pjagi miftuħa tal-membri tal-Knisja, ġisem ta' Kristu; tal-fedeltà li biha tixhed għall-Mulej kultant f'kundizzjonijiet

Page 64: MEJJU 2020...2020/05/05  · F’ħajja ta’ qadi fidila tad-dmirijiet ta’ kuljum, hu ħalla eżempju għal dawk kollha li jaqalgħu ħobżhom bit-tħabrik ta’ jdejhom”. Din

SIGNUM FIDEI 63

diffiċli ħafna, u tal-ġenerożità li biha taqdi lill-proxxmu, dak li hu l-iktar umli, fqir u ppersegwitat. Hi l-paċi li tirbaħ il-beżgħat li jagħalqu lill-bniedem fih innifsu u ma jħalluhx jara t-tajjeb u jwettqu. Il-paċi li teħles lil min jemmen mir-rikatt tad-dinja, billi l-ewwel teħilsu mill-attakkament miegħu nnifsu, il-paċi tal-Mulej li l-frott tagħha huma l-ferħ u l-għaqda intima mal-aħwa. Imma wkoll il-paċi bejn il-ġnus tad-dinja li tinkiseb b’ħafna paċenzja, bid-djalogu, bil-ġustizzja u fuq kollox bil-maħfra.

Għaliex dan hu l-ikbar don tal-Ispirtu s-Santu – il-maħfra li saret possibbli minħabba l-fedeltà ta' Ġesù għall-Missier, terġa' tinxteħet lura fuq l-umanità li minħabba l-ħniena t'Alla għadha ħajja. Il-Knisja mibgħuta fid-dinja mill-Irxoxt, għandha quddiemha żewġ għażliet, kif tfakkar Mat' Marija, soru Ortodossa maqtula f'kamp ta' konċentrament Nażist: “nimxu fuq art soda, nagħmlu biss dak li hu tajjeb u rispettabbli, u hekk inqisu, niżnu, nipprevedu.... Jew naċċettaw l-istedina ta' Ġesù li nimxu fuq l-ilma, inħallu lill-Ispirtu jmexxina. Biex nagħmlu dan, hu essenzjali nemmnu l-ħin kollu, għax biżżejjed li niddubitaw għal mument wieħed biex nibdew negħerqu.”

Minn La Realtà é Cristo, Don Davide Rota

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 43, l-1 punt

The holy Apostles remained in seclusion and applied themselves to prayer from the Ascension of Jesus Christ until the day of Pentecost. This was a feast that the Jews celebrated in memory of the giving of the Old Law to Moses on Mount Sinai. On this day the Holy Spirit descended on the Apostles and on all those who were gathered together with them in the large upper room. He came to bring them a new law, the law of grace and love, and he poured himself out upon them like a strong, driving wind. This was to show that just as God in creating man had, as Holy Scripture expresses it, breathed into him the breath of life, so too in communicating a new life to his disciples to live only by grace, he breathed into them his divine Spirit to give them some share in his own divine life. The Spirit of God also ought to come and to rest upon you on this sacred day, to make it possible for you to live and to act only by the Spirit’s action in you. Draw him within you by offering him a well disposed heart.

TALBA LILL-ISPIRTU S-SANTU

Inti li ssolvi l-problemi kollha, dawwal it-toroq kollha tiegħi biex nikseb dak li neħtieġ.

Int li tajtni r-rigal divin biex naħfer u ninsa d-deni kollu li jsir kontra tiegħi,

u li f’kull mument ta’ ħajti wegħdtni li tkun miegħi; f’din it-talba qasira nixtieq nirringrazzjak ta’ dan kollu

waqt li nikkonferma mill-ġdid li ma rrid qatt ninfired minnek bid-dnub,

anke quddiem l-illużjonijiet tad-dinja. Nixtieq li nkun miegħek fil-glorja ta’ dejjem.

Grazzi għall-ħniena tiegħek lejja u lejn dawk li jiġu minni. Ammen Missierna ...

Page 65: MEJJU 2020...2020/05/05  · F’ħajja ta’ qadi fidila tad-dmirijiet ta’ kuljum, hu ħalla eżempju għal dawk kollha li jaqalgħu ħobżhom bit-tħabrik ta’ jdejhom”. Din

64 SIGNUM FIDEI

It-Talba tas-Signum Fidei Missierna li inti fis-smewwiet, fil-providenza tiegħek, Inti għoġbok tagħżilni biex inkun Sinjal ta’ Fidi f’dinja mimlija konfużjoni u inċertezzi. Ixgħel fija u fil-membri kollha tas-Signum Fidei, spirtu qawwi ta’ FIDI u ĠENEROŻITÀ, ħalli meta niġi biex nikkommetti ruħi fl-appostolat, nimxi fuq l-eżempju ta’ San Ġwann Battista De La Salle, u ndawwal oħrajn, biex huma wkoll jikkonsagraw ħajjithom, ħalli jwasslu l-Vanġelu lid-dinja fl-edukazzjoni. Bierek ix-xogħol ta’ ħutna, huma fejn huma, biex flimkien, imdawwla bl-entużjażmu tal-ispirtu tal-imħabba tiegħek, insiru dejjem aktar il-melħ tad-dinja, id-dawl tad-dinja, l-aktar fost il-fqar u , dawk li jinsabu bogħod mis-salvazzjoni li inti toffri. Ilqa’ ġewwa dirgħajk lil ħutna li telqu qabilna bis-sinjal tat-twemmin u li issa jinsabu reqdin fil-paċi tiegħek. Qed nitolbok dan, permezz ta’ Ġesù Kristu, ibnek l-għażiż. Ammen.

Direzzjoni: Min jixtieq tagħrif dwar is-Signum Fidei kkuntatjaw lil:

Signum Fidei, Dar il-Frères, Triq Antonio Sammut, Il-Gżira. GŻR1563

Page 66: MEJJU 2020...2020/05/05  · F’ħajja ta’ qadi fidila tad-dmirijiet ta’ kuljum, hu ħalla eżempju għal dawk kollha li jaqalgħu ħobżhom bit-tħabrik ta’ jdejhom”. Din

SIGNUM FIDEI 65

Talba għall-grazzji u l-glorifikazzjoni ta’ Bro Louis Camilleri Mulej, għajn ta’ kull qdusija, Int wegħedt li teżalta lill-umli u tagħmel lil dawk kollha li jgħallmu l-ġustizzja lill-kotra bħal kwiekeb fl-eternità; kun ġeneruż, jekk jogħġbok, u gglorifika lill-qaddej Tiegħek Bro Louis u agħmel li ismu jibqa’ jiddi qalb l-ismijiet tal-qaddisin Tiegħek. Ftakar f’ħajtu umli, ħabrieka, safja, u bieżla li kienet għal kollox imħeġġa biex twettaq ir-rieda Tiegħek u tħobb Lilek u lill-proxxmu kollu; kun idek miftuħa u sawwab il-grazzji Tiegħek fuq l-erwieħ li qed isejħulek. Jekk jogħġbok agħmel li jum fost l-oħrajn il-Knisja Qaddisa tagħti ġieħ lit-tifkira tiegħu u toffrihulna bħala xempju ta’ ħajja Nisranija; u, ukoll, li tippreżentahulna bħala protettur li jaqbeż għalina u jgħinna ngħixu fil-grazzja Tiegħek u fl-imħabba Tiegħek. Ammen.

Glorja lill-Missier...

Bro. LouisCamilleri

1st Settembru 1923

- 29th Mejju 2011

Id-Disa’ Anniversarju