14

L-iSports December 2010

Embed Size (px)

DESCRIPTION

An insight on the happenings of the Mellieha Sports Club

Citation preview

Page 1: L-iSports December 2010
Page 2: L-iSports December 2010

Meta fil-bidu tal-istagun ghamilna l-preparamenti ghal stagun gdid, wahda mill-prijoritajiet l-aktar importanti kienet li ghamilna dak kollu possibbli biex insahhu l-iskwadra wara li konna tlifna xi elementi importanti mill-istagun ta’ qabel.

Wara li l-MFA introduciet il-players barranin, ahna konna minn ta’ l-ewwel li hsibna biex ningaggaw xi player strangier maghna. Konna nafu li dawn ha jiswewlna hafna, imma konna determinati li naghmlu s-sagrificcji, u dak kollu possibbli biex l-iskwadra tibqa kompetittiva.

Bdejna nibnu din l-iskwadra madwar l-esperjenza tal-players li kien baqaghlna fosthom Kevin Gauci, Hubert Vella, Luke Cauchi u Simon Gauci, flimkien maz-zghazagh Matthew Vella u James Abela.

Ergajna gibna ‘on loan’ lil Philip Camilleri, Alex Portelli u Daniel Cremona, flimkien mat-tliet barranin l-ahwa Filipov u Fabiano Bassi, u hekk kellna bazi biex nibnu tim tajjeb, specjalment meta mit-tim tal-Minors tas-sena l-ohra introducejna lil Philip Taylor, Connor Muchmore, Mark Vella, Isaac Sammut u Kyle Simiana. Ma dawn kellna ohrajn validi bhal Joseph Vella, Matthew Borg, David Vella, Marlon Borg u Danny Calleja.

Qeghdin fit-triq it-tajba

“Bdejna nibnu din l-iskwadra

madwar l-esperjenza tal-

players li kien baqaghlna.”

Page 2L-iSports

Skwadra zaghzugha u fl-istess hin imzewqa bi players ta’ esperjenza li ghamlitna konvinti li kellna skwadra kompetittiva bizzejjed biex taffronta kull oppozizzjoni.

Iz-zmien taghna ragun, ghaliex wara bidu ncert b’rebha ma Zurrieq, u telfa ma Naxxar, irnexxielna nirbhu l-erba’ loghbiet ta’ wara kontra Gzira, Senglea, St. Patrick’s u Zebbug. Wara giet telfa minima ma’ Zejtun, u rebha kontra Mgarr li poggietna f’ras il-klassifika, ghalkemm loghba aktar minn Zejtun.

Issa jmissna tliet loghbiet ohra ghal tmiem l-ewwel rawnd, u nistennew li t-tim jibqa iffokat, u ma jitlifx il-koncentrazzjoni f’mumenti decizivi, bhal ma gralna kontra Naxxar u Zejtun, fejn bi ftit aktar attenzjoni ma konniex nitilfu daqshekk punti prezzjuzi.

Issa ninsabu fit-triq it-tajba ghall-promozzjoni. Ejjew mela naghmlu ftit kuragg u nibdew nemmnu lkoll li t-tim taghna din is-sena jista’ jaghmilha. Ma nhallux okkazjoni bhal din tahrabilna biex imbaghad wara noqoghdu nishtu xortina, wara li ma nkunux tajna l- massimu li stajna naghtu.

Dan jghodd ukoll ghas-supporters. Fl-ahhar harga ta’ din in-newsletter kont ghamilt appell biex ninghaqdu u naghtu l-appogg taghna lit-tim. Jidher li dan l-appell waqa fuq widnejn torox, ghax hlief fil-loghba ma Zejtun, l-attendenza kienet pjutost fqira. Dawk il-ftit supporters li gew, setghu jaraw li t-timijiet li jiccalingjaw maghna fl-ewwel postijiet, ilkoll qed ikollhom attendenzi hafna ahjar minn taghna, u nhoss li dawn qed iservu biex jaghtuhom vantagg tajjeb f’kull loghba li jilaghbu.

Il-Kumitat, coaches u players qed jaghmlu l-parti taghhom. Issa jmiss li s-supporters Mellehin ukoll iqumu u jiftakru fiz-zminijiet sbieh tal-passat.

Niehu l-okkazjoni biex nawgura l-Festi t-tajba lil kulhadd, lil shabi tal-Kumitat, lill-membri tas-sotto kumitati, l-coaches, players, sponsors u benefatturi.

Lil dawn kollha u l-familja taghhom, il-Milied it-Tajjeb, u s-Sena l-Gdida mimlija ferh, risq u successi mehtiega.

Alfred Vella Borg - President

“Issa jmiss li s-supporters Mellehin

ukoll iqumu u jiftakru fiz-zminijiet

sbieh tal-passat.”

Page 3: L-iSports December 2010

Fabiano Bassi

Alex Portelli

Connor Muchmore

Centenary Stadium 24 ta’ Ottubru 2010

MELLIEHA.....1 SENGLEA.......0 [h.t. 0 - 0]

Sko: Alex Portelli.

Formazzjoni: S. Gauci, I Sammut, A. Portelli, L. Cauchi (capt.), Matt. Vella, Ph. Taylor, N. Filipov, Ph. Camilleri (89min.K. Simiana), Ros. Filipov, D. Cremona, F. Bassi.

Karta Safra: Luke Cauchi.

Statistika: Kontra Senglea lghabna 15-il darba. Rbahna 5, draw 6, u tlifna 4. Goals favur 22, kontra 21.

Page 3L-iSports

Centenary Stadium 6 ta’ Novembru 2010

MELLIEHA.......3 ST. PATRICK’S..1 [h.t. 1 - 0]

Sko: Daniel Cremona, Connor Muchmore 2.

Formazzjoni: J. Abela, I Sammut, A. Portelli, L. Cauchi (capt.), Matt. Vella, Ph. Taylor, N. Filipov, Ph. Camilleri (90min. K. Simiana), J. Vella (63min. K. Gauci), D. Cremona, F. Bassi (75min. C. Muchmore).

Karti Sofor: Joseph Vella, Nikolay Filipov, Isaac Sammut.

Karta Hamra: Daniel Cremona.

Statistika: Kontra St.Patrick’s lghabna 26 darba. Rbahna 5, draw 11, u tlifna 10. Goals favur 25, kontra 35. Kien ilna ma nirbhulhom 16-il sena:- (2 – 1) Dic. 1994, fil-First Division. Iddebutta bil-kbir il-player Ingliz Connor Muchmore (20 sena), li skorja doppjetta fil-kwarta li laghab bhala sostitut.

Centenary Stadium 15 ta’ Ottubru 2010

MELLIEHA.....2 GZIRA UTD......0 [h.t. 0 - 0]

Sko: Daniel Cremona, Fabiano Bassi (pen.)

Formazzjoni: S. Gauci, I. Sammut, A. Portelli, L. Cauchi (capt.), Matt. Vella, Ph. Camilleri, Ph.Taylor, Mk.Vella (27min.F.Bassi), J.Vella (78min.K.Simiana), Ros. Filipov, D. Cremona (90min. D.Vella).

Karti Sofor: Rosen Filipov, Philip Taylor, Fabiano Bassi.

Statistika: Kienet it-24 loghba kontra Gzira United. Rbahna 10, draw 8, u tlifna 6. Goals favur 41, kontra 22.

Kellna l-ewwel penalty favur taghna dan l-istagun.

Page 4: L-iSports December 2010

Centenary Stadium 20 ta’ Novembru 2010

MELLIEHA.....1 ZEBBUG R.....0 [h.t. 0 - 0]

Sko: Fabiano Bassi.

Formazzjoni: S. Gauci, I Sammut, A. Portelli, L. Cauchi, Matt. Vella, Ph. Taylor, N. Filipov, K. Gauci (capt.), J. Vella(70min. K. Simiana), Matt. Borg(89min. Mar. Borg), F. Bassi (76min. R. Filipov).

Karti Sofor: Kevin Gauci, Fabiano Bassi, Simon Gauci.

Statistika: Kontra Zebbug iltqajna 28 darba. Rbahna 7, draw 8, u tlifna 13. Goals favur 27, kontra 36. F’din il-loghba ddebutta Marlon Borg (25 sena).

L-iSports Page4

Centenary Stadium 28 ta’ Novembru 2010

MELLIEHA.....0 ZEJTUN C.....1 [h.t. 0 - 1]

Formazzjoni: S. Gauci, I. Sammut, A. Portelli, L. Cauchi, Matt. Vella, Ph. Taylor, N. Filipov, K. Gauci (capt.), D.Cremona, Ph.Camilleri (62min. K.Simiana), F. Bassi (74min. C. Muchmore).

Karti Sofor: Philip Taylor, Alex Portelli, Nikolay Filipov.

Statistika: Kontra Zejtun lghabna10 darbiet. Rbahna 5, draw 1, tlifna 4. Goals favur 8, kontra 8.

Ghal Philip Camilleri, kienet il-50 loghba tieghu mal-Mellieha.

Philip Camilleri

Luke Cauchi

Centenary Stadium 3 ta’ Dicembru 2010

MELLIEHA.....2 MGARR UTD....1 [h.t. 2 - 1]

Formazzjoni: S. Gauci, I. Sammut, A. Portelli, L. Cauchi, Matt. Vella, N. Filipov, D. Cremona, K. Gauci (capt.),

R. Filipov (85min. C. Muchmore), Ph.Camilleri (46min. J. Vella), F. Bassi (65min. Ph. Taylor).

Karta Safra: Alex Portelli.

Statistika: Kontra Mgarr Utd. lghabna biss 7 darbiet. Rbahna 6, u draw 1. Goals favur 17, kontra 2. Mgarr huma wiehed mit-tliet timijiet li qatt ma rebhulna. L-ohrajn huma Pembroke u Mdina K., ghalkemm ma dawn, lghabna biss zewg loghbiet. L-uniku draw, kien dak ta’ 28 sena ilu, fit-Tielet Divizjoni b-iskor ta’ 1 – 1.

Ghal Luke Cauchi kienet il-110 loghba, Alex Portelli l-40 wahda, u Joseph Vella 30.

Page 5: L-iSports December 2010

RizULTATI

Friendlies

07/10/10 MELLIEHA - VICTORIA HOTSPURS 3 - 2 Daniel Cremona 2, Mark Vella.

11/11/10 MELLIEHA - SIRENS 6 - 2 Kyle Simiana, Matthew Borg, Connor Muchmore, Marlon Borg, Nikolay Filipov, Fabiano Bassi

10/12/10 MELLIEHA - MELITA 4 - 2 Fabiano Bassi, Connor Muchmore 2, own-goal.

U/19 MELLIEHA - KIRKOP 2 - 2

U/19 MELLIEHA - DINGLI S. 6 - 1

Leagues

Under 19 SECTION 'B'

MELLIEHA - ATTARD 0 - 4

MELLIEHA - TARXIEN 3 - 1 Joseph Borg, Stephen Bartolo, Kyle Simiana.

MELLIEHA - NAXXAR 1 - 0 Fabian Axisa.

MELLIEHA - MGARR 0 - 1

MELLIEHA - BALZAN Y. 1 - 1 Fabian Axisa

UNDER 17 SECTION 'B'

MELLIEHA - NAXXAR 2 - 2 Lee Robertson, Derek Bonanno.

MELLIEHA - MARSA 1 - 4 Damian Vella.

MELLIEHA - MARSAXLOKK 3 - 0 Fabian Axisa, Mark Farrugia, Lee Robertson.

MELLIEHA - PEMBROKE 0 - 3

MELLIEHA - ATTARD 2 - 0 Fabian Axisa 2.

MELLIEHA - LIJA/IKLIN 3 - 0 Lee Robertson, Derek Bonanno, N. Camilleri.

UNDER 15 SECTION 'B'

MELLIEHA - ATTARD 4 - 3 Julian Agius, Ryan Cutajar 2, Jack Vella.

MELLIEHA - GOZO F.C. 2 - 3 (2 - 0 after winning protest.)

MELLIEHA - TARXIEN 0 - 0

MELLIEHA - MSIDA 3 - 1 Ryan Cutajar 2, Luke Camilleri

MELLIEHA - ZEJTUN C. 3 - 1 Jonathan Cutajar, William Vella, Ryan Cutajar.

MELLIEHA - SAN GWANN 0 - 1

MELLIEHA - MARSA 12 - 1

Jack Vella 4, Mark. Vella, J. Vella 2, J.Farrugia 2,

D. Zammit,William Vella, own-goal.

MELLIEHA - RABAT 5 - 0 Ryan Cutajar 3, Jonathan Cutajar, William Vella.

L-iSports Page5

Page 6: L-iSports December 2010

Page6L-iSports

Minn dan l-istagun, fuq suggeriment tal-President Alfred Vella Borg, ser jibda jigi ppremjat dak il-player li jkun l-aktar li spikka mal-Mellieha fil-loghob tat-Tieni Divizjoni, matul l-ahhar xahar. Dan il-premju qed jiehu hsiebu l-Football Management Board, u jinghata bl-istess sistema ta’ kif jinghata l-Footballer of the Year fl-ahhar ta’ l-istagun. L-ewwel player li nghata dan il-premju kien Philip Taylor, debuttant mat-tim, li ddistingwa ruhu fl-ewwel erba’ loghbiet tal-league. Huwa gie ipprezenatat b’voucher ghal ikla ghal zewg persuni, gentilment offruta mill-management tal-Great Dane Restaurant, li jinsab fil-Mellieha Holiday Centre, l-Ghadira.

Fl-ahhar ta’ Dicembru, wara l-loghba kontra San Gwann, jerga’ jkun premjat player iehor. Dan l-unur ser jinghata hames darbiet matul l-istagun.

Page 7: L-iSports December 2010

Page 7L-iSports

It tim XL rebah din l-edizzjoni ta l-Inter League wara li kiseb punt fl-ahhar loghba decisiva kontra Square Bar. Fit-tieni post gew it-tim ta` Dainty wara li rebhu l-ahhar loghba taghhom kontra Boosts.

Fabrizio Cutajar ta` Square Bar rebah l-ahjar skorer b`hames gowls, segwit minn Mitchell Buhagiar ta` Boosts b`erba ̀gowls.

Is-seba` timijiet li hadu sehem f`din il-kompetizzjoni, issa jilaghbu ghat-tazza `Milied Melliehi ̀li ser tintlaghab fil-jiem tal-Milied bhala parti mill-attivitajiet tal-Kunsill Lokali ghal dawn iz-zminijiet.

Nirringrazjaw lil kull min ta sehmu biex din il-kompetizzjoni kienet wahda ta success.

14 -22 -27 ta` Dicembru

GEORGE FENECH

Nifirhu lill-George Fenech ( il-Pittur ) li huwa wieħed mill-fundaturi tal-każin taghna, għadu kif inghata l-unur prestiġuż tal-MIDALJA GĦALL-QADI TAR-REPUBBLIKA .

Huwa magħruf l-aktar għax-xogħol tiegħu li jinkludi portraits, natura morta u pajsaġġi lokali li bosta minnhom huma ispirati mill-widien u l-irziezet madwar il-villaġġ tal- Mellieħa. Il-viżjoni personali u poetika tiegħu hi ta’ kontribut kbir għall-pajsaġġ Malti u ta kontribut kbir fix-xena artistika lokali kemm permezz tal-produzzjoni prolifika tiegħu, u anke permezz tal-karriera twila tiegħu fil-qasam edukattiv, fejn ferrex bis-sħiħ l-imħabba profonda lejn l-arti fost l-istudenti tiegħu. Bil-ġenerozità u s-sinċerità tiegħu, kien il-moħħ wara l-edukazzjoni artistika ta’ numru ta’ artisti.

Huwa tella’ diversi wirjiet personali lokalment u ħa sehem ukoll f’diversi wirjiet kollettivi f’Malta, f’Londra, f’Edinburgh u fl-Istati Uniti tal-Amerika. Filwaqt li kien ikkummisjonat għal diversi xogħlijiet tal-arti f’lukandi lokali.

Bosta pitturi ta’ Fenech jinsabu f’diversi kollezzjonijiet kemm f’Malta, fl-Italja, fil-Ġermanja, fil-Kanada, fl-Ingilterra u anke fl-Istati Uniti tal-Amerika.

Page 8: L-iSports December 2010

MELLIEHA SPORTS CLUB FOOTBALL NURSERY

Rapport ta’ hidma tan-Nursery.

Ilna kwazi tliet xhur li bdejna l-hidma taghna ta’ l-istagun 2010/11 u issa il-gruppi kollha huma ssetiljati bi skeda ta’ tahrig b’mod regolari. Barra it-tahrig, il-gruppi kollha hadu sehem f’diversi Region Festivals jew turnaments, kemm fil-Mellieha, kif ukoll barra mill-Mellieha. Il-gruppi tal-Under 17 u l-Under 15 kienu impenjati, ftit aktar minn snin ohra, b’diversi loghbiet fil-kompetizzjoni organizzata mill-Youth Football Association.

APS Bank League Under 17 Section B.

Il-grupp ta’ l-Under 17, immexxija mill-kowc is-sur Brian Bartolo, laghbu s’issa 8 loghbiet, fejn rebhu 3, tilfu 3 u gew draw f’2 loghbiet. Jinsabu fil-5 post ta’ Sezzjoni B.Ta’ min isemmi li l-kowc is-sur Brian Bartolo qieghed jaghmel ir-ritorn tieghu bhala kowc man-Nursery taghna, wara assenza ta’ numru ta’ snin.Brian integra sew mal-grupp, u ghalkemm nieqes minn xi plejers ta’ talenti kbar, il-grupp huwa wiehed kumpatt u tirrenja fih atmosfera amikevoli hafna. Dan il-grupp qieghed jaghti sfida lil kull tim tas-sezzjoni.

APS Bank League Under 15 Section B.

Il-grupp ta’ l-Under 15, immexxija mill-kowc is-sur Michael Buttigieg u l-assistent tieghu, s-sur Glenn Buttigieg, laghbu 10 loghbiet, fejn rebhu 7, tilfu 1 u gew 2 draws. Bhalissa t-tim jinsab fit-tielet post ta’ Sezzjoni B, u se jkun wiehed mill-isfidanti ghall-promozzjoni. L-assistent kowc Glenn Buttigieg, qieghed jaghmel id-debutt tieghu bhala kowc man-Nursery taghna, wara li kien ghamel zmien jghin bhala ‘helper’, u ghamel diversi snin jilghab mal-Mellieha S.C. Nawgurawlu kull success fil-hidma tieghu bhala assistent kowc.

Il-grupp huwa wiehed kbir, fejn insibu fih 30 plejer, li kollha jitrenjaw b’mod regolari, u l-kowc ghandu bicca ugiegh ta’ ras lil min jaghzel. Il-grupp fih elementi tajbin hafna, u zgur li hemm plejers li ‘l quddiem se jkunu jiffurmaw parti mill-iskwadra tat-tim tal-Mellieha.

Kemm lill-grupp ta’ l-Under 17, kif ukoll lill-grupp ta’ l-Under 15, nawgurawlhom kull success.

L-iSports Page8

Mellieha SC Football Nursery Under 15

Page 9: L-iSports December 2010

Page9L-iSports

Website Gdida.

B’mod amministrattiv, il-kumitat kien impenjat mhux hazin. Matul dawn ix-xahrejn li ghaddew, konna impenjati biex naraw kif naghmlu Website gdida tan-Nursery. Bl-ghajnuna tas-sinjuri Conrad Fenech u Joseph Agius, in-Nursery issa ghandha Website gdida u ta’ certu livell.Is-sur Joseph Agius, b’mod volontarju u b’impenn kbir qieghed jiehu hsieb l-aggornament li jkun hemm bzonn li jsir, biex il-Website tinzamm aggornata u wahda informattiva. Wiehed jista’ jidhol fil-Website tan-Nursery fuq www.melliehascfootballnursery.org jew www.melliehascfn.org.

Tibdil fl-Istatut tan-Nursery.

F’dawn l-ahhar gimghat fil-Kumitat Amministrattiv tan-Nursery saret diskussjoni biex naghmlu t-tibdil mehtieg fl-istatut tan-Nursery, bil-ghan li dan ikun aktar demokratiku u rapprezentattiv. Ta’ min isemmi li minn meta twaqqfet in-Nursery (20 sena ilu), l-istatut tan-Nursery qatt ma gie aggornat. Sar tibdil sinifikanti, l-akbar fosthom huwa lin-Nursery se tibda torganizza laqgha generali u li l-genituri se jkollhom id-dritt li jaghzlu huma stess tliet membri sabiex jiffurmaw parti mill-Kumitat Amministrattiv. Kif kien l-istatut qabel, ic-Chairman kien jaghzel il-membri kollha tal-Kumitat Amministrattiv, b’membru iehor jaghzlu il-Parent Club. Nemmen lit-tibdil li sar se jghin biex il-Kumitat Amministrattiv ikun wiehed aktar attiv u partecipattiv, u jkun ta’ stimulu biex in-nursery taghna tkompli tiggedded.

Partecipazzjoni f’Turnament barra minn Malta.

Ghaddejjin b’hidma biex ghat-tieni sena konsekuttiva in-Nursery taghna tiehu sehem fl-Intersport Youth Festival, gewwa Kaposvar, geww l-Ungerija. Huwa l-hsieb taghna li fl-Lulju li gej nibaghtu zewg gruppi, dak ta’ l-Under 11 u l-Under 12. Qeghdin ukoll nistiednu lill-genituri tat-tfal, biex anke huma, jekk iridu jistghu jakkumpanjaw l-itfal taghhom.

Magazin Annwali.

Wara suggeriment li kellna waqt wahda mil-laqghat mal-genituri, hemm il-hsieb li fl-ahhar ta’ dan l-istagun jigi ppubblikat Magazin Annwali. Ghal dan il-ghan twaqqaf Bord, immexxi mis-Sur Anthony Borg, (maghzul mill-Kumitat) u s-sinjuri Anthony Vella, Andrew Farrugia, Michelle Ciantar, Joanne Sciberras u Brendan Zammit. Is-sinjura Odette Zammit hija s-segretarja tal-Bord.

Kif wiehed jista’ jara l-hidma taghna fin-Nursery ma tieqaf qatt, u grazzi ghall-ghajnuna ta’ diversi persuni, flimkien mal-Head Coach, kowcis u l-assistenti taghhom, stajna nwettqu dak kollu possibbli b’risq it-tfal li jattendu n-Nursery taghna.

John Buttigieg – Chairman

bottles & bottles www.bottlesandbottles.com

Joe Vella mob. 9947 4524

email. [email protected]

Page 10: L-iSports December 2010

Page10L-iSports

16 ta’ Ottubru – Laqgha qabel il-bidu tat-training tat-tim tat-tfajliet, immexxija mill-kowc David Fenech, u l-assistent tieghu Kurt Buttigieg.

27 ta’ Ottubru – Tombola / Coffee morning fil-kazin.

28 ta’ Ottubru – Netball training – wara l-problema li kellhom sabiex juzaw il-bitha ta’ l-iSkola Primarja, t-tfajliet tan-Netball bdew jittrenjaw fil-5-a-side pitch tal-klabb.

23 ta’ Novembru – Pizza/ Bowling Night organizzat mill-Ladies Circle tal-klabb.

23 ta’ Novembru – L-ewwel laqgha tas-Sotto Kumitat li ser imexxi l-istand taghna fil-Pjazza, matul il-jiem tal-Milied Melliehi organizzat mill-Kunsill Lokali Melliehi.

24 ta’ Novembru – Tombola / Coffe morning fil-kazin.

Inheggukom tattendu ghal dik li ser issir nhar l-Erbgha 22 ta’ Dicembru, li ser tkun wahda specjali tal-Milied.

25 ta’ Novembru – Jintemm l-8-a-side Interleague, li ntrebah mit-tim tal- XL.

26 ta’ Novembru – Bixkla / Fenkata fil-kazin.

28 ta’ Novembru – Il-players tal-Mellieha jiltaqghu ghal breakfast fil-Mithna Restaurant, qabel il-loghba importanti kontra Zejtun. Nirringrazzjaw lis-Sur Sandro Vella talli gentilment offra dan il-‘breakfast’.

2 ta’ Dicembru – Jibdew jinbieghu l-biljetti ghal-Lotterija Specjali tal-Milied li titla fit-22 ta’ Dicembru. Din il-Lotterija qieghed jiehu hsieba Joe Cutajar u l-biljetti jinkisbu minghand membri tal-Kumitat.

4 ta’ Dicembru – It-tim tat-tfajliet jilghab l-ewwel loghba friendly dan l-istagun, ( kontra Pieta H. 1 – 4).

7 ta’ Dicembru – Jinbidel il-pannu tal-biljard il-kbir tal-Kazin, mis-Sur Joe Bartolo.

14 ta’ Dicembru – Tibda l-‘Milied Melliehi Challenge Cup’ bejn 7 timijiet (8-a-side)

SNOOKER COMPETITION 2011

F’Jannar ser tibda l-kompetizzjoni ‘Open’ tas-Snooker organizzata mill-Mellieha Sports Club. Il-loghob ser isir fuq il-mejda tal-biljard tal-Klabb, fejn ghadu kif gie installat pannu gdid.

Dawk interessati ghandhom jikkuntattjaw lil Sunny Abela – 99464124, jew lil Edward Deguara – 99880239.

Niehdu l-okkazjoni sabiex nirringrazzjaw lis-Sur Joseph Vella, li gentilment ipprovdielna minghajr hlas il-pannu, u lis- Sur Natalino Debono, li hallas it-tqeghid ta’ l-istess pannu.

Page 11: L-iSports December 2010

L-ewwel loghba ta’ dan l-istagun intlaghbet fl-14 ta’ Novembru

fejn kellna loghba akkanita hafna, u ghal tliet kwarti tal-loghba t-tim tal-Mellieha kien dejjem fil-vantagg. Kien fl-ahhar kwarta li l-folja nqalbet biex il-puntegg spicca 23 – 27 kontra l-Mellieha. L-loghba li jmiss se tintlaghab fit-12 ta Dicembru.

Din is-sena t-training tan-netball mhuwiex qed isir fil-bitha tal-iskola bhal fis-snin ta’ qabel, imma qed jintuza l-ground 5-a-side tal-futbol tal-Mellieha Sports Club.

Minhabba l-fatt li l-facilitajiet sportivi prezenti fil-Mellieha, ma jaghtux lok li l-loghba tan-netball tintlaghab skond r-regoli fissi taghha, n-Nursery tat-tfal li kien ilha mwaqqfa ghal xi snin, kellha tigi sospiza sakemm jinstabu facilitajiet alternattivi. Nisperaw li dan jigri f’qasir zmien biex l-loghba tan-netball tibqa tigi ppratikata kif imiss fostna l-Mellehin, u t-tfal taghna jibqghu jigu mharrga f’dan l-isport.

Judith Cilia - Captain

L-iSports Page11

B I X K L A

Nhar il-Gimgha, 26 ta’ Novembru kellna serata ohra tal-Bixkla fil-kazin tal-Mellieha Sports Club. Hadu sehem 17-il tim, fejn il-protagonisti kienu t-timijiet tal-Mellieha S.C., li spiccaw fl-ewwel erba’ postijiet.

Il-loghob kollu kien bhas-soltu akkanit, u l-finali bejn Luke / Joe u Karmenu / Effie spiccat 6 – 5. B’hekk it-turnament intrebah propju bl-ahhar loghba minn hdax. Ghaz-zaghzugh Luke (Deguara) u siehbu Joe (ir-Roma), ma kienitx l-ewwel rebha f’dawn it-turnaments, u kkonfermaw b’rebhiet fuq timijiet ta’ esperjenza bhal Eddie / Grezzju, u l-istess Karmenu/Effie. Issa jmiss li jsir turnament gewwa l-kazin ta’ l-Imperial B.C., u wara terga ssir fil-kazin taghna, f’Jannar.

Qabel intlaghbu s-semi-finali, giet servuta l-fenkata mhejjija minn Joe u Sina, il-‘bartenders’ tal-kazin. Fi tmiem is-serata l-President Alfred Vella Borg, ipprezenta t-tazzi lir-rebbieha.

Ir-rizultati tal-bixkla kienu dawn:

Round Preliminari: Karmenu / Effie – Chris / Fredu 6 – 4,

L-ewwel rawnd : John / Charlie – Ray / Joe 6 - 0, Luke / Joe – Anglu / Reno 6 - 3

Natalino / Charlie – Joe / Joe 6 – 1 Sunny / Fredu - Peter / Ray 6 - 2

Ninu / Joe – Mario / Elio 6 – 0, Joe / Michael – Frans / Fredu 6 - 5

Eddie / Grezzju – Joe / Salvu 6 – 3, Karmenu / Effie – Indri / Indri 6 - 0

Kwarti-finali : Eddie/Grezzju-Joe/Michael 6 - 4, Sunny/Fredu - Ninu / Joe 6 - 4

Luke / Joe - Charlie / John 6 – 3, Karmenu/ Effie - Natalino / Charlie 6 - 3

Semi-finali:Karmenu/ Effie – Sunny/ Fredu 6 – 4, Luke / Joe - Eddie /Grezzju 6 - 3

FINAL: Luke / Joe - Karmenu / Effie 6 – 5

Page 12: L-iSports December 2010

Page12L-iSports

Il-Milied fil-Mellieha fis-snin hamsin Minn alfred vella

Il-Milied fil-Mellieha ma tantx kien jinhass sas-snin hamsin. It-toroq ma kinux jigu lluminati, u l-pjazza kienet tkun b`dak id-dawl ta ̀kuljum. Fil-Knisja kienet issir dik il-funzjoni f`nofs il-Lejl bil-priedka tat-tifel, li dejjem kienet tigbed attenzjoni. Izda fl-istess hin, il-Milied mhix festa li qatt setghet titwarrab fil-gemb, kemm minn dawk li jemmnu, u kemm minn dawk li mghandhom fidi f`xejn. Fid-djar, dejjem kien jidhol dak il-hsieb tal-Milied, bir-Rediffusion, u bir-Radju, fejn kien ikun hemm x`tisma` biex tidhol fl-ispirtu. Dicembru b`dawk il-granet qosra, il-familja dejjem kienet tingabar, u hsieb il-Milied kien iqawwilek qalbek f`dik il-klima kiesha, xitwija. Kien ikun hemm dak il-hsieb tar-rigali bejn il-hbieb, l-gharajjes, neputijiet, u zijiet. Uhud kienu jarmaw l-presepju jew Bambin f`tieqa. U l-omm kellha dak il-hsieb li tara l-familja migbura b`xi nanna u nannu biex jieklu dak is-serduk, dixx il-forn u l-pudina flimkien. Min kellu dak il-kuntatt mas-servizzi nglizi, ma setax ma jwassalx dak l-entuzjazmu li kien jara, fil-familja tieghu. L-Inglizi, fuq il-bahar, u fil-kwartieri taghhom, kienu jahsbu ghalih, b`mod straordinarju, sew f`dawk li huma dekorazjonijiet, kemm ukoll f`parties ghall-familji taghhom. It-tahwid tal-pudina f`dawk il-borom kbar bir-rum, konna narawh fil-gazzetti minn xhur qabel. Ghajb li x-xorb kien ihassar dak il-ferh li kien ikollhom f`dik il-gurnata.

Bhala tfal lanqas kien ikollhom xi okkazjoni. Is-subien sa nofs il-hamsinijiet ma kien ikollhom xejn. Il-primarja tal-bniet kienet ghadha maqsuma bi klassijet fil-gdida, u bil-bqija ghadhom fl-iskola ta` Triq Il-Kappillan Magri, fejn illum hemm ic-Centru Parrokkjali. Is-subien kienu fi Triq il-Kbira, fejn illum hemm il-kazin tal-Partit Laburista, fejn kien hemm il-klassijiet il-kbar, u l-ohrajn fil-gdida. F`kull klassi kien isir presepju. Swali ma kienx hemm fejn seta` jsir program. Kif kienu l-affarijiet kien hemm hafna diffikulta. Sena minnhom, meta kont ghadni tifel, surmast ghadu gej mill-Ingilterra kien qajjem entuzjazmu kbir billi xtara numru ta` regali biex jittellghu lotterija. U dan ghalina kien ors kbir nistennew it-tlugh ta` dawn ir-rigali.

Ritratt tas-sena 1958 li juri lill Bernard Gauci li ghamel il priedka tal-Milied flimkien ma Anthony Borg ( Father Christmas ), Alfred Vella ( l-awtur ta` dan l-artiklu) u fil-genb fuq il- lemin Joe Muscat ( il-Fatty ).

Page 13: L-iSports December 2010

L-Iskola tal-Bniet, kienet taghmel l-almu taghha biex it-tfal iduqu l-Milied. Kien hemm il-Barrakka tas-Sorijiet li setghet taqdihom, ghalkemm kien irid jintrama palk u jiddendlu x-xeni u s-siparju. Kollox kien limitat bla xi dwal u xi mezzi ohra, li llum narawhom importanti, u jigulna hafna flus. Izda fejn kien hemm il-hegga dejjem sar xi haga. L-ghalliema tant kienu jivvintaw biex joholqu ambjent bil-kostumi li kienu jaghmlulhom, u bl-isketches li kienu joholqu. Hemm it-tfal bniet setghu iduqu xi arja tal-Milied. It-tfal fl-iskola tas-sorijiet kienu ukoll iduqu is-sabih ta` zmien il-Milied. Minn meta gew, fl-1937, is-sorijiet kienu jaghmlulhom qoffini bil-Bambin go fihom. U dan kien iferrah hafna.

Fis-sena 1957, b`numru ta` ghalliema godda, s-subien kellhom l-ewwel party b`tizjin fil-klassijiet, izda konna ghadna minghajr swali. It-tfal ferhu hafna u marru d-dar kuntenti. Dik il-habta fil-Mellieha kellna l-Ghaqdiet religjuzi li kienu qeghdin jigbru numru sabih ta` tfal. L-Azzjoni Kattolika bniet kienet organizzata hafna u kienu jorganizzaw programmi ghall-membri fil-Barrakka. Barra minn hekk kienu jsiru parties minn kull ghaqda. F`dik is-sena Dun Mose kien gie ordnat Sacerdot, u f`dan l-ewwel Milied tieghu fil-Mellieha beda jaghmel il-purcissjoni bil-Bambin, hu jdoqq l-‘accordion’, u min ikun hemm ikanta l-ghanjiet tal-Milied. Kienu jinghaqdu mieghu anke xi adulti li kienu fil-hwienet biex ihossu din l-atmosfera natalizja.

F`dan iz-zmien l-Youth Association tal-Mellieha Sports Club, bdiet tistabilixxi ruhha. Fl-Isports Club beda jinhass l-bzonn li fil-Milied isiru parties ghat-tfal. Fl-1957, kien sar l-ewwel party ghat-tfal, jew hut il-membri. Il-kazin ma kienx f`qaghda finanzjarja tajba hafna, izda l-istess membri bdew jghinu b`ghotjiet ta` flus, u ta` kejkijiet, u hekk seta` jsir kollox. Kellna lil Zaren Vella (ta’ Znaj) u hutu, li kellhom ix-xoghol tal-‘catering’, li kienu ta` ghajnuna kbira ghalina b`hafna modi. Dan il-party kien johloq atmosfera sabiha hafna ghaliex l-adulti kienu jimlew il-kazin, biex jaraw lit-tfal jiehdu pjacir, u hekk kien ikun hemm arja sabiha hafna. Kull sena kien isir kollox dejjem ahjar bil-kazin armat. Bl-attivitajiet li kienu jsiru il-Kazin beda jgawdi izjed appogg, u dan serva biex joghla l-livell f`hafna aspetti. Gorg Fenech beda jivvinta kif ikun hemm tizjin izjed, u l-Kumitat jara kif jista jkun generuz dejjem izjed ukoll fir-rigali. Dejjem kien ikun mistieden it-tifel biex jaghmel il-priedka tal-Milied.

Minn din beda jsir ukoll l-party ghall-membri. Kollox jibda b`mod umli b`xoghol volontarju minn xi whud, li `l quddiem bil-hegga li jkun hemm, bl-appogg li jibda gej, l-okkazjoni tikber tant, li hadd ma jkun irid jitlifha. Dan il-party tal-Milied ghadu jsir sa llum, ghalkemm illum isir fil-bidu tas-sena. Izda l-aktar haga sabiha li l-Youth Association kienet bdiet kienet il-Velja Tal-Milied, li kienet issir fis-Santwarju. Okkazjoni bhal din kienet issir Mater Admirabilis College, u St Michael’s Training College tal-Ghalliema. Il-Youth Association bdiet taghmel din il-Velja fis-Santwarju, b`dik il-preparazzjoni ta` kant tal-ghanjiet f`xi gurnata qrib il-Milied. Ghaliha kienu jigu ukoll mistednin nies barra mill-parrocca, minhabba l-kuntatti li kienu jikbru permezz ta` attivitajiet. Bil-Liturgija l-gdida ma kienx baqa skop ghaliha.

`L quddiem l-Azzjoni Kattolika Zghazagh bdiet turi l-prezenza taghha ukoll, billi bdiet tohloq programmi fl-istess Barraka li semmejna. Kien hemm min hu kapaci jdahhaq u jferrah, ghalkemm b`dawk il-mezzi fqar li kien hemm. Izda n-nies kienet tigi u turi li kienet qeghda tiehu pjacir. Kien zmien meta konna aktar inhobbu niltaqghu ma xulxin. Il-kazini u socjetajiet, ma setghux jibqghu lura fi zmien il-Milied. L-attivita` ggib hajja fis-socjeta ,̀ iktar u iktar meta sar iktar facli li ssib min iferrah l-atmosfera. L-obligazjoni lejn il-membri tinhass hafna fi zmien il-Milied, u hekk bdew il-parties u okkazjonijiet socjali, li maz-zmien zdiedu hafna. Illum il-Kunsill Lokali ukoll iwaqqaf tinda li taghlaq il-pjazza, ghal okkazjoni ‘Milied Melliehi’, biex zmien il-Milied ikun ghal kulhadd zmien ta` hena, u li joghgob.

It-tfal illum fil-Mellieha sar ghandhom hafna okkazjonijiet, izda l-Milied zgur li ghadu bhal tappa. L-iskola, d-dekorazjonijiet bid-dwal, il-mezzi ta komunikazjoni, il-Knisja b`dawk il-funzjonijiet u kant, ma jistghux ma jdahhluhomx fl-ispirtu. Izda dan kollu jista` jnessi lil dak il-Bambin fuq ftit tiben imrezzah. Ta ̀tarbija ghadu jibki izda jghidilna hafna, ghax hu Iben Alla. Jekk ma naghtux kasu nkunu warrabna dawk ix-xewqat li jaghmluna bnedmin, b`dik il-qalb li taf thobb, tghozz il-hbiberija, taf taghder, tfittex l-onesta ,̀ l-waqfien mal-batut, u r-rispett lejn min ahna obbligati.

Il-Milied it-Tajjeb lil Kulhadd.

Page13L-iSports

Page 14: L-iSports December 2010

Triq Vincenzo Ciappara

Mellieha MLH1760

Tel. 21523583

email

[email protected]

Board Editorjali

Sunny Abela

Charles Fenech

Anton Vella

Proof Reading Alfred Bartolo

Verzjoni Elettronika

Aldo Vella

NEW YEAR’S DRINKS

Sunday 2nd January 2011

Il-President, u l-Kumitat tal-Mellieha Sports Club,

jawguraw il-Milied Hieni u is-Sena t-Tajba, lill-Membri tal-Club, lill-Benefatturi, u volontiera kollha.

Nistiednukhom tinghaqdu maghna, ghal-Bibita tal-bidu tas-Sena l-Gdida, nhar il-Hadd, 2 ta’ Jannar, fis-

sala tal-Kazin, bejn l-10:30 u s-13:00.

L-iSports Page14