8
GAZZETTA MAĦRUĠA MIS-SOĊJETÀ MUŻIKALI SANTA KATARINA V.M., PALAZZ ALEXANDRIA, 37, MISRAĦ REPUBBLIKA, ŻURRIEQ. TEL. 21647826 - 21640354 - www.stcatherineband.org.mt Edizzjoni Nru. 25 Awwissu, Settembru, Ottubru 2010 IL-KELMA TAL-PRESIDENT - Is-Sur Philip Schembri NEWSPAPER POST Għeżież membri Bħalissa l-istaġun tal-festi qiegħed fil-qofol tiegħu u kważi għadda. Aħna d-devoti tal-Patruna tagħna Santa Katarina Verġni u Martri, ninsabu fuq l-għatba tal-aktar festa għażiża għalina. Ilna kważi sena sħiħa naħdmu flimkien biex inkunu nistgħu niċċelebraw bil-kbir il-festa dedikata lill-Patruna tagħna ż-Żrieraq. Matul din is-sena, s-sotto kumitati u sezzjonijiet ħadmu bla heda biex itellgħu attivitajiet waħda wara l-oħra. Huwa ta’ unur kbir għas-Soċjeta’ li konna kapaċi ntellgħu dawn l-attivitajiet interessanti u varji li dejjem attiraw numru sabiħ t’attendenza. Dawn l-attivitajiet ma qatgħu xejn u għadna sal-lum, li l-festa qegħda magħna, norganizzaw attivitajiet sbieħ u interressanti. Kellna okkażjoni oħra li niltaqgħu magħkom is-soċi waqt il-ġabra. Nixtieq ngħidilkom grazzi talli lqajtuna ġo djarkom u tal-għajnuna li tajtuna. Aħna napprezzaw l-għotjiet tagħkom u nerġa’ ntenni li huwa bis-saħħa tad-donazzjonijet tagħkom li aħna nkunu nistgħu niċċelebraw festa hekk kbira. L-għotjiet tagħkom apparti l-għajnuna finanzjarja, jimlewna b’kuraġġ biex inħarsu ‘l quddiem u nkomplu naħdmu b’risq il-festa tant għażiża għalina. It-tħejjijiet għall-festa ilhom li bdew. Issa beda wkoll l-armar fit-toroq biex iż-Żurrieq jiżżejjen għal din l-okkażżjoni importanti għalina ż-Żrieraq. Dan l-armar isir bis-sagrifiċċju ta’ ħafna membri li waqt il-ħin liberu tagħhom iqattgħu ġranet sħaħ fix- xemx qalila jsebbħu t-toroq tagħna bl-armar hekk sabiħ. Minn hawn nappella lil kullħadd biex kull min jista’, jagħti daqqa t’id fl-armar. Din is-sena s-Sezzjoni Nisa tagħlaq 30 sena minn meta ġiet iffurmata. Kienu 30 sena ta’ xogħol kontinwu u għalhekk huwa bix-xieraq li din is-sena ħa jkollhom sehem importanti ħafna fil-festa. Bis-saħħa tal-ħidma tagħhom u bl- għajnuna finanzjarja kbira tagħhom is-Sotto Kumitat tal-armar seta’ jwettaq ħolma li s-soċi ilhom ħafna jistennew. Fl-aħħar wasal iż-żmien li din il-ħolma ssir realta’ u ħa ssir fis-sena li huma jagħlqu 30 sena. Ghal darb’oħra is-Sezzjoni Żagħżagħ taw il-kontribut siewi tagħhom biex il-festa terġa’ tkun waħda kbira. Il-preparamenti ilhom isiru; issa wasal il-mument li naraw b’għajnejna il-frott ta’ dawn il-preparamenti. Il-passat jurina li ż-żgħażagħ dejjem kienu kapaċi jissorprenduna u din is-sena m’għandhiex tkun eċċezzjoni. Bħalma għamilna matul dawn l-aħħar snin, s-Sotto Kumitat Kultura organizza l-Lejla Katrinjana. Dawn il-preparamenti qegħdin isiru wara sena t’ attivitajiet u ħarġiet f’postijiet interessanti f’Malta. Il-Lejla Katrinjana hija attivita’ importanti fil-kalendarju tas-soċjeta’ u ħafna soċi jkunu qed jistennewha b’ħerqa kbira. Din l-attivita’ tirrikjedi ħafna preparamenti u xogħol. Nappella lis-soċi biex jattendu bi ħġarhom. Nixtieq insellem lill-preżentaturi tar-radju li għal darb’oħra xandru matul is-sena kollha. Bis-saħħa tar-radju, l-festa tasal fid- dar ta’ dawk is-soċi u ħbieb tagħna li ma jkunux jistgħu jingħaqdu magħna għall-festa. Niftakru wkoll fi sħabna d-dilettanti tan-nar li ilhom sena sħiħa jaħdmu bla nifs biex jippreparaw il-programm tan-nar għall-festa. Dan huwa xogħol perikoluż li jitlob ħafna sagrifiċċji personali. Il-Banda hija element importanti ħafna fis-Soċjeta’ tagħna. Għandna numru sabiħ ta’ bandisti tal-post u numru sabiħ t’allievi. Għandna x-xorti li numru ta’ bandisti li jiffurmaw parti mill-banda tagħna għadhom żgħar u b’hekk għandna banda żagħżugħa. Matul s-sena rajna l-Banda tagħna impenjata f’ħafna attivitajiet li jagħmlu ġieh lis-Soċjeta’ tagħna. Il-Kumitat Ċentrali jwiegħed li ħa jkompli jgħin lill-Banda Santa Katarina Verġni u Martri biex tibqa’ tkun waħda mill-ikbar baned ta’ Malta. Din is-sena il-Kumitat Ċentrali daħal għal proġett kbir. Il-kċina tal-każin, reġgħet saret mill-ġdid. Kien proġett kbir li nvolva ħafna nies, kemm mis-soċjeta’ kif ukoll minn barra s-soċjeta’. Minn hawn nixtieq f’isem il-Kumitat nirringrazzja lilkom is-Soci tal- koperazzjoni li dejjem sibna mingħandkom. Nixtieq ukoll f’isem il-kumitat nirringrazzja lilkom il-benefatturi li pprovdejtu materjal jew xogħol volontarju. Bis-saħħa tagħkom il-każin għandu kċina tal-ogħla livell. B’hekk issa għandna kċina li taqdi l-bżonnijiet tas-soċi f’ambjent isbaħ u ta’ livell għoli ħafna. Kieku ma kienx ghall-kontribut ta’ kulħadd kieku il-festa ma tistax tilħaq il-kobor tagħha. Inħeġġeġ lil kulħadd biex apparti li jingħaqad magħna għall-festi esterni nattendu wkoll għall- funzjonijiet tal-Knisja. Il-festa ma tilħaqx l-għan tagħha jekk aħna nittraskuraw id-doveri nsara tagħna. Irridu niftakru li l-festa hija festa reliġjuża u hija x-xewqa tal- Patruna tagħna Santa Katarina li nieħdu ħsieb ruħna u naqdu d-doveri nsara tagħna. Għalhekk inħeġġeġ lil kulħadd biex jattendi għall-funzjonijiet tal-knisja. F’isem il-Kumitat Ċentrali nixtieq nirringrazzja lis-sezzjonijiet u sotto kumitati kollha tax-xogħol kbir li għamlu, xogħol li il-frott tiegħu ħa jitgawda matul il-ġimgħa tal-festa. Minn hawn nappella lil kulħadd biex jingħaqad magħna fiċ-ċelebrazzjonijet iddedikati lill-Patruna tagħna Santa Katarina Verġni u Martri. F’ismi bħala President u f’isem sħabi tal-Kumitat Ċentrali nawguraw il-festa t-tajba lil kull min għandu għal qalbu il-Patruna tagħna Santa Katarina Verġni u Martri. J’Alla Santa Katarina Verġni u Martri tkompli tipproteġi lir-raħal tant għażiż taż-Żurrieq u liż- Żrieraq kollha li tagħhom hija Patruna. Santa Katarina nitolbuk ibqa’ żomm idejk fuqna, ħarisna mill-inkwiet u eħlisna minn dak kollu li jista’ jkun ta’ deni għalina.

Edizzjoni Nru. 25 Awwissu, Settembru, Ottubru 2010 GAZZETTA … · fit-toroq biex iż-Żurrieq jiżżejjen għal din l-okkażżjoni importanti għalina ż-Żrieraq. Dan l-armar isir

  • Upload
    others

  • View
    6

  • Download
    0

Embed Size (px)

Citation preview

Page 1: Edizzjoni Nru. 25 Awwissu, Settembru, Ottubru 2010 GAZZETTA … · fit-toroq biex iż-Żurrieq jiżżejjen għal din l-okkażżjoni importanti għalina ż-Żrieraq. Dan l-armar isir

GAZZETTA MAĦRUĠA MIS-SOĊJETÀ MUŻIKALI SANTA KATARINA V.M., PALAZZ ALEXANDRIA, 37, MISRAĦ REPUBBLIKA, ŻURRIEQ.

TEL. 21647826 - 21640354 - www.stcatherineband.org.mt

Edizzjoni Nru. 25Awwissu, Settembru, Ottubru 2010

IL-KELMA TAL-PRESIDENT - Is-Sur Philip Schembri

NEWSPAPER POST

Għeżież membri

Bħalissa l-istaġun tal-festi qiegħed fil-qofol tiegħu u kważi għadda. Aħna d-devoti tal-Patruna tagħna Santa Katarina Verġni u Martri, ninsabu fuq l-għatba tal-aktar festa għażiża għalina.

Ilna kważi sena sħiħa naħdmu fl imkien biex inkunu nistgħu niċċelebraw bil-kbir il-festa dedikata

lill-Patruna tagħna ż-Żrieraq. Matul din is-sena, s-sotto kumitati u sezzjonijiet ħadmu bla heda biex itellgħu attivitajiet waħda wara l-oħra. Huwa ta’ unur kbir għas-Soċjeta’ li konna kapaċi ntellgħu dawn l-attivitajiet interessanti u varji li dejjem attiraw numru sabiħ t’attendenza. Dawn l-attivitajiet ma qatgħu xejn u għadna sal-lum, li l-festa qegħda magħna, norganizzaw attivitajiet sbieħ u interressanti.

Kellna okkażjoni oħra li niltaqgħu magħkom is-soċi waqt il-ġabra. Nixtieq ngħidilkom grazzi talli lqajtuna ġo djarkom u tal-għajnuna li tajtuna. Aħna napprezzaw l-għotjiet tagħkom u nerġa’ ntenni li huwa bis-saħħa tad-donazzjonijet tagħkom li aħna nkunu nistgħu niċċelebraw festa hekk kbira. L-għotjiet tagħkom apparti l-għajnuna finanzjarja, jimlewna b’kuraġġ biex inħarsu ‘l quddiem u nkomplu naħdmu b’risq il-festa tant għażiża għalina.

It-tħejjijiet għall-festa ilhom li bdew. Issa beda wkoll l-armar fit-toroq biex iż-Żurrieq jiżżejjen għal din l-okkażżjoni importanti għalina ż-Żrieraq. Dan l-armar isir bis-sagrifiċċju ta’ ħafna membri li waqt il-ħin liberu tagħhom iqattgħu ġranet sħaħ fix-xemx qalila jsebbħu t-toroq tagħna bl-armar hekk sabiħ. Minn hawn nappella lil kullħadd biex kull min jista’, jagħti daqqa t’id fl-armar.

Din is-sena s-Sezzjoni Nisa tagħlaq 30 sena minn meta ġiet iffurmata. Kienu 30 sena ta’ xogħol kontinwu u għalhekk huwa bix-xieraq li din is-sena ħa jkollhom sehem importanti ħafna fil-festa. Bis-saħħa tal-ħidma tagħhom u bl-għajnuna finanzjarja kbira tagħhom is-Sotto Kumitat tal-armar seta’ jwettaq ħolma li s-soċi ilhom ħafna jistennew. Fl-aħħar wasal iż-żmien li din il-ħolma ssir realta’ u ħa ssir fis-sena li huma jagħlqu 30 sena.

Ghal darb’oħra is-Sezzjoni Żagħżagħ taw il-kontribut siewi tagħhom biex il-festa terġa’ tkun waħda kbira. Il-preparamenti ilhom isiru; issa wasal il-mument li naraw b’għajnejna il-frott ta’ dawn il-preparamenti. Il-passat jurina li ż-żgħażagħ dejjem kienu kapaċi jissorprenduna u din is-sena m’għandhiex tkun eċċezzjoni.

Bħalma għamilna matul dawn l-aħħar snin, s-Sotto Kumitat Kultura organizza l-Lejla Katrinjana. Dawn il-preparamenti qegħdin isiru wara sena t’ attivitajiet u ħarġiet f’postijiet interessanti f’Malta. Il-Lejla

Katrinjana hija attivita’ importanti fil-kalendarju tas-soċjeta’ u ħafna soċi jkunu qed jistennewha b’ħerqa kbira. Din l-attivita’ tirrikjedi ħafna preparamenti u xogħol. Nappella lis-soċi biex jattendu bi ħġarhom.

Nixtieq insellem lill-preżentaturi tar-radju li għal darb’oħra xandru matul is-sena kollha. Bis-saħħa tar-radju, l-festa tasal fid-dar ta’ dawk is-soċi u ħbieb tagħna li ma jkunux jistgħu jingħaqdu magħna għall-festa.

Niftakru wkoll fi sħabna d-dilettanti tan-nar li ilhom sena sħiħa jaħdmu bla nifs biex jippreparaw il-programm tan-nar għall-festa. Dan huwa xogħol perikoluż li jitlob ħafna sagrifiċċji personali.

Il-Banda hija element importanti ħafna fis-Soċjeta’ tagħna. Għandna numru sabiħ ta’ bandisti tal-post u numru sabiħ t’allievi. Għandna x-xorti li numru ta’ bandisti li jiffurmaw parti mill-banda tagħna għadhom żgħar u b’hekk għandna banda żagħżugħa. Matul s-sena rajna l-Banda tagħna impenjata f’ħafna attivitajiet li jagħmlu ġieh lis-Soċjeta’ tagħna. Il-Kumitat Ċentrali jwiegħed li ħa jkompli jgħin lill-Banda Santa Katarina Verġni u Martri biex tibqa’ tkun waħda mill-ikbar baned ta’ Malta.

Din is-sena il-Kumitat Ċentrali daħal għal proġett kbir. Il-kċina tal-każin, reġgħet saret mill-ġdid. Kien proġett kbir li nvolva ħafna nies, kemm mis-soċjeta’ kif ukoll minn barra s-soċjeta’. Minn hawn nixtieq f’isem il-Kumitat nirringrazzja lilkom is-Soci tal-koperazzjoni li dejjem sibna mingħandkom. Nixtieq ukoll f’isem il-kumitat nirringrazzja lilkom il-benefatturi li pprovdejtu materjal jew xogħol volontarju. Bis-saħħa tagħkom il-każin għandu kċina tal-ogħla livell. B’hekk issa għandna kċina li taqdi l-bżonnijiet tas-soċi f’ambjent isbaħ u ta’ livell għoli ħafna.

Kieku ma kienx ghall-kontribut ta’ kulħadd kieku il-festa ma tistax tilħaq il-kobor tagħha. Inħeġġeġ lil kulħadd biex apparti li jingħaqad magħna għall-festi esterni nattendu wkoll għall-funzjonijiet tal-Knisja. Il-festa ma tilħaqx l-għan tagħha jekk aħna nittraskuraw id-doveri nsara tagħna. Irridu niftakru li l-festa hija festa reliġjuża u hija x-xewqa tal- Patruna tagħna Santa Katarina li nieħdu ħsieb ruħna u naqdu d-doveri nsara tagħna. Għalhekk

inħeġġeġ lil kulħadd biex jattendi għall-funzjonijiet tal-knisja.

F’isem il-Kumitat Ċentrali nixtieq nirringrazzja lis-sezzjonijiet u sotto kumitati kollha tax-xogħol kbir li għamlu, xogħol li il-frott tiegħu ħa jitgawda matul il-ġimgħa tal-festa. Minn hawn nappella lil kulħadd biex jingħaqad magħna fiċ-ċelebrazzjonijet iddedikati lill-Patruna tagħna Santa Katarina Verġni u Martri. F’ismi bħala President u f’isem sħabi tal-Kumitat Ċentrali nawguraw il-festa t-tajba lil kull min għandu għal qalbu il-Patruna tagħna Santa Katarina Verġni u Martri.

J’Alla Santa Katarina Verġni u Martri tkompli tipproteġi lir-raħal tant għażiż taż-Żurrieq u liż-Żrieraq kollha li tagħhom hija Patruna. Santa Katarina nitolbuk ibqa’ żomm idejk fuqna, ħarisna mill-inkwiet u eħlisna minn dak kollu li jista’ jkun ta’ deni għalina.

Page 2: Edizzjoni Nru. 25 Awwissu, Settembru, Ottubru 2010 GAZZETTA … · fit-toroq biex iż-Żurrieq jiżżejjen għal din l-okkażżjoni importanti għalina ż-Żrieraq. Dan l-armar isir

EDITORJAL

Paġna 2 - Edizzjoni Nru. 25 Awwissu, Settembru, Ottubru 2010

Is-Soċjeta' Mużikali Santa Katarina V.M. tifraħ u tawgura lis-Sur Michael Calleja li rebaħ il-premju tal-isportiv tas-sena fil-Kategorija Atleta b'Diżabilita (Special Olympics) tal-edizzjoni 2009 organizzata mill-Kunsill Malti għall-Isports.

SANCTA CATHARINA - Zurricanorum Patrona

Għeżieżqarrejja,

Fl-aħħar iż-żmien biex niċċelebraw il-Festa tagħna wasal u dan huwa ż-żmien li sejrin naħsdu l-frott tal-ħidma li wettaqna flimkien matul dawn ix-xhur kollha. Bħalma qed jagħmel kull sotto kumitat kif ukoll il-Kumitat Ċentrali, anke l-gazzetta Sancta Catharina Zurricanorum Patrona, qegħda tilbes il-libsa sabiħa tal-festa billi se taġġornakom f’dak kollu li hemm imħejji għal dawn iż-żminijiet hekk sbieħ. Ta’ min jinnota li f’din il-ħarġa qed tiġi mfakkra wkoll is-sitt safra li l-Banda Santa Katarina V.M. wettqet ġewwa l-Ungerija matul is-sena 2009 biex b’hekk saret l-Unika Banda Żurriqija li esegwiet is-servizzi barra minn xtut il-gżejjer Maltin għal Sitt Darbiet.

Kif nagħmel f’kull ħarġa, jien nerġa’ nfakkarkom sabiex min għandu xi materjal jew inkella xi ritratti x’jistgħu jiġu

ppublikati nitlobkom biex tgħadduhom lili fuq l-indirizz:- L-Editur, Sancta Catharina Zurricanorum Patrona, Palazz Alexandria, Misraħ Repubblika, Żurrieq. Tistgħu ukoll tikkuntatjawna permezz tal-email fuq [email protected].

Filwaqt li nirringrazzjakom, nistedinkom sabiex tipparteċipaw f’dak kollu li hemm ippreparat sabiex jerġa’ jkollna festa kbira u li tpaxxi lil kulħadd kif dejjem kellna. Nawguralkom il-Festa t-Tajba.

Kevin Schembri - EDITUR

BordEditorjaliSchembri Kevin EditurGatt Anna Maria Assistenta EditriċiCamilleri Moses TeżorierCassar Mark Website DesignerCassar Karl Website DeisgnerCamilleri Marvin Rappreżentant Sezzjoni ZgħażagħCamilleri Moses Rappreżentant Sezzjoni ArmarFarrugia Catherine Rappreżentanta Sezzjoni NisaFarrugia Richard Rappreżentant Kum. BandaSammut Fawstina Rappreżentanta Sotto Kumitat KulturaSchembri Kevin Rappreżentant Kumitat ĊentraliSchembri Kevin Rappreżentant Sotto Kumitat RSK 90.6FMZammit Oliver Rappreżentant Sotto Kumitat Nar

Is-Soċjeta' Mużikali Santa Katarina V.M. tifraħ u tawgura lis-Surmast Mario Testa, Surmast Direttur tal-Banda Santa Katarina V.M. għall-kisba tad-Diploma fl-Associate Performer's tat-Trinity College of London b'marka ta' Distinction biex issa s-Surmast Mario Testa jista' juża wkoll l-ittri A.T.C.L. wara ismu. Is-Soċjeta' Mużikali Santa Katarina tifraħ ukoll lill-Assistent Surmast Josef Grech għall-kisba tad-Diploma of the Associated Board of the Royal Schools of Music biex b'hekk l-Assistent Surmast Josef Grech issa wara ismu jista' juża wkoll l-ittri Dip.ABRSM

Page 3: Edizzjoni Nru. 25 Awwissu, Settembru, Ottubru 2010 GAZZETTA … · fit-toroq biex iż-Żurrieq jiżżejjen għal din l-okkażżjoni importanti għalina ż-Żrieraq. Dan l-armar isir

Paġna 3 - Edizzjoni Nru. 25 Awwissu, Settembru, Ottubru 2010

Għeżież soċi u partitarji tas-Soċjeta’ Mużikali Santa Katarina V.M., qiegħdin fix-xahar t’Awwissu. Għalina lkoll dan ix-xahar ifisser l-aħħar kedda ta’ preparazzjoni għall-festa tal-Patruna tagħna Santa Katarina V.M. Bla dubju ta’ xejn, minna tas-Sotto Kumitat Kultura intom tistennew bil-ħerqa dik ix-xi ħaġa speċjali għal-Lejla Katarinjana. Din is-serata dejjem serviet biex lilna timliena b’aktar ħeġġa għall-festa tagħna. Xejn inqas mis-snin ta’ qabel, din is-sena għandna serata li fiha se nfakkru ġrajja importanti li seħħet fir-raħal tagħna u li laqtet mill-qrib lil ħafna familji Żrieraq. Għalhekk qed inħeġġu lil ħafna minnkom biex tieħdu sehem f’din is-serata bħala re-enactors biex nieħdu gost, nitgħallmu u nagħtu gost lil kull min jattendi. Filwaqt li nawgurawlkom il-festa t-tajba, inħeġġukom biex tattendu għall-funzjonijiet tal-Knisja li jsiru fit-tempju maestuż tagħna, kif ukoll għall-festeġġjamenti esterni. Grazzi tal-kuraġġ li tagħmlulna bil-koperazzjoni tagħkom f’kull attivita’ li norganizzaw għalikom.

Sotto Kumitat Kultura Fawstina Sammut

Page 4: Edizzjoni Nru. 25 Awwissu, Settembru, Ottubru 2010 GAZZETTA … · fit-toroq biex iż-Żurrieq jiżżejjen għal din l-okkażżjoni importanti għalina ż-Żrieraq. Dan l-armar isir

SANCTA CATHARINA - Zurricanorum Patrona

Paġna 4 - Edizzjoni Nru. 25 Awwissu, Settembru, Ottubru 2010

APPELL LILL-FRATELLI TAS-S.S.MU SAGRAMENT U L-QALB TA’ĠESU.

Inħeġġu lill-Fratelli tas-S.S.mu Sagrament u l-Qalb ta’ Ġesu, biex jattendu għat-Tranżlazzjoni ta’ Lejlet il-Festa li se ssir nhar is-Sibt 4 ta’ Settembru u għall-Purċissjoni bl-istatwa Titulari ta’ Santa Katarina V.M. li se ssir nhar il-Ħadd 5 ta’ Settembru.

It-Tnejn: 07:35 – 08:00:- Rużarju u Ħsieb tal-Jum; 08:00:- Angelus; 08:05:- Repertorju Malti; 08:35 – 09:00:- Rumanz; 09:00 – 12:00:- Sbieħ il-Jum; 12:00:- Angelus; 12:05:- Rumanz; 12:20 – 15:00:- Baned u Surmastrijiet(R) ; 15:30 – 18:00:- Tiżwieqa ; 18:00 – 18:50 – Rużarju u Quddiesa; 18:50 – 20:00:- RSK Rock; 20:00 – 22:30:- Dance Music

It-Tlieta: 07:35 – 08:00:- Rużarju u Ħsieb tal-Jum; 08:00:- Angelus; 08:05:- Repertorju Malti; 08:35 – 09:00:- Rumanz; 09:00 – 12:00:- Sbieħ il-Jum; 12:00:- Angelus; 12:05:- Rumanz; 12:20 – 14:00:- Italo RSK(R) ; 14:30 – 15:15:- Kollox dwar l-Imħabba(R) ; 15:30 – 18:00:- Inġeddu l-Memorji; 18:00 – 18:50 – Rużarju u Quddiesa; 18:50 – 20:15:- Storja RSK ; 20:30 – 22:30:- Dance Music

L-Erbgħa: 07:35 – 08:00:- Rużarju u Ħsieb tal-Jum; 08:00:- Angelus; 08:05:- Repertorju Malti; 08:35 – 09:00:- Rumanz; 09:00 – 12:00:- Sbieħ il-Jum; 12:00:- Angelus; 12:05:- Rumanz; 12:20 – 14:00:- Topic Music(R; 14:15 – 15:30:- Musicals(R ; 15:30 – 18:00:- Tiżwieqa; 18:00 – 18:50 – Rużarju u Quddiesa; 18:50 – 20:150:- Topic Music; 20:30 – 22:30:- Dance Music

Il-Ħamis: 07:35 – 08:00:- Rużarju u Ħsieb tal-Jum; 08:00:- Angelus; 08:05:- Repertorju Malti; 08:35 – 09:00:- Rumanz; 09:00 – 12:00:- Sbieħ il-Jum; 12:00:- Angelus; 12:05:- Rumanz; 12:20 – 13:30:- RSK Rock(R) ; 13:30 – 15:30 Storja RSK(R); 15:30 – 18:00:- Tiżwieqa ; 18:00 – 18:50 – Rużarju u Quddiesa; 18:50 – 20:30:- Topic Music; 20:30 – 22:30:- Global Zone

Il-Ġimgħa: 07:35 – 08:00:- Rużarju u Ħsieb tal-Jum; 08:00:- Angelus; 08:05:- Repertorju Malti; 08:35 – 09:00:- Rumanz; 09:00 – 12:00:- Sbieħ il-Jum; 12:00:- Angelus; 12:05:- Rumanz; 12:20 – 13:45:- Musicals(R; 13:45 – 15:15:- Topic Music(R) ; 15:30 – 18:00:- Inġeddu l-Memorji (R); 18:00 – 18:50 – Rużarju u Quddiesa; 18:50 – 20:30:- Italo RSK; 20:30 – 22:30:- Twin Brothers

Is-Sibt: 07:35 – 08:00:- Rużarju u Ħsieb tal-Jum; 08:00:- Angelus; 08:05 – 12:00:- Sbieħ il-Jum; 12:00:- Angelus; 12:05 – 13:15:- Kollox Dwar l-Imħabba; 13:30 – 15:30:- Country & Western Free Zone; 15:30 – 18:00:- Tiżwieqa; 18:00 – 19:15:– Rużarju u Quddiesa; 20:30 – 22:30:- Global Zone(R)

Il-Ħadd: 07:35 – 08:00:- Rużarju u Ħsieb tal-Jum; 08:00:- Angelus; 08:15 – 09:00:- Quddiesa tal-Ħadd; 09:00 – 12:00:- Sbieħ il-Jum; 12:00:- Angelus; 12:05 – 14:30:- Baned u Surmastrijiet Maltin; 14:30 – 17:00:- Tiżwieqa; 20:30 – 22:30:- Twin Brothers(R)

Is-Sotto Kumitat Radju Santa Katarina jixtieq ifakkar li matul il-Jiem tal-Festa Titulari ta’ Santa Katarina V.M., se tkun qed tiġi mxandra Skeda Speċjali b’kollegamenti mill-Misraħ u programmi speċjali dwar il-Festa Titulari ta’ Santa Katarina V.M. ta’ Lixandra.

Skeda Tipika Radju Santa Katarina 90.6FM – Sajf 2010

Is-Sezzjoni Nisa fi ħdan is-Soċjeta’ Mużikali Santa Katarina V.M.

BREAKFAST BUFFET bit-TomblaNhar l-Erbgħa 25 t’Awwissu 2010 ġewwa l-Plaza Hotel f’Tas Sliema

għall-prezz speċjali ta’ €8.50.Tluqmiż-Żurrieqfid-8.45a.m.Aħsbukmienigħall-biljetti.

sejorganizzaw

Page 5: Edizzjoni Nru. 25 Awwissu, Settembru, Ottubru 2010 GAZZETTA … · fit-toroq biex iż-Żurrieq jiżżejjen għal din l-okkażżjoni importanti għalina ż-Żrieraq. Dan l-armar isir

Is-Soċjeta’ Mużikali Santa Katarina V.M. tixtieq tavżali nhar it-Tnejn 23 t’Awwissu 2010 se tkun qed tagħmel ir-riċeviment għall-

okkażjoni tal-Festa tal-Patruna tagħna Santa Katarina V.M. fis-Sala Espedito Deguaran tal-Każin tal-Banda Santa Katarina V.M.

Din is-sena is-Sezzjoni Żgħażagħ Palmisti ħarġet ukoll CD ta’ marċi brijużi bil-kant bl-isem PALMISTI 2010 kantati minn Stephen Mizzi

SANCTA CATHARINA - Zurricanorum Patrona

Paġna 5 - Edizzjoni Nru. 25 Awwissu, Settembru, Ottubru 2010

Sotto Kumitat Armar Moses Camilleri

SOUVENIRS GĦALL-BEJGĦMingħand is-Sezzjoni Żgħażagħ Palmisti

Li jinkludu

• CD - Fir-raħal Fejn Ġejt Mgħammed Jien flimkien ma' DVD - Int Patruna

• CD u DVD - Għal Dejjem Żagħżugħ• CD taċ-Ċentinarju - Insellmulek Katarina

• Flokkijiet tal-festa bi prezz ridott

Is-Sezzjoni Nisa fi ħdan is-Soċjeta’ Mużikali Santa Katarina V.M.

se jorganizzaw COFFEE MORNINGl-Erbgħa 20 ta’ Ottubru 2010

Aktar dettalji jinghataw ‘il-quddiem mis-Sezzjoni Nisa

Għeżież membri,

Sena għaddiet malajr qisa holma. Wasal iż-żmien tal-festa tant għażiża dik tal-Patruna taż-Żrieraq Santa Katarina Verġni u Martri.

Aħna tal-Armar ilna sena nippreparaw bla waqfien sabiex issa nlibbsu lir-raħal tagħna b’dak kollu li hemm bżonn u xieraq għall-festa Titulari. Din is-sena biddilna l-armar ta’ Blue Grotto Avenue fejn issa ser taraw sistema ġdida li żgur ser tpaxxi lill kull min ser ikun dieħel iż-Żurrieq. Hawnhekk nirringrazzja lis-Sezzjoni Nisa għall-finanzjament ta’ dan il-proġett. It-Trofej il-ġdid miexi skont il-programm li kien imfassal. Fl-imħażen sar xogħol ta’ karpenterija, żebgħa u rħamar fuq diversi pedestalli.

Hawnhekk nappella għal aktar għajnuna sabiex jintrama u jiżżarma l-armar għax b’aktar nies tonqos it-tbatija u jitħaffef ix-xogħol. Għodda u nġenji sabiex narmaw qegħdin dejjem nżidu u qegħdin inkunu dejjem attrezzati aħjar. Programm tal-armar li juri kull ġurnata qed jintrama l-armar hu mwaħħal man-notice board fil-bar tal-każin.

Bħala fund raising għandna skema li b’50 Euro timla kaxxa u tkun qed tikkontribwixxi għall-proġett tat-trofej il-ġdid ta’ quddiem il-knisja. Għandna bandieri ħomor twal u oħrajn b’Santa Katarina għall-bejgħ sabiex jittellgħu mal-arbli fix-xahar ta’ qabel il-festa.

Qabel nagħlaq nixtieq nfakkar sabiex nibżgħu għall-armar u ma nħallux li ssir ħsara u nkunu aħna l-ewwel li nagħtu eżempju.

Nirringrazzja lil sħabi tas-Sotto Kumitat Armar u lil ħafna nies oħra li għal sena sħiħa ħadmu bla heda, bil-qalb u volontarjament sabiex inkomplu nkabbru u nsebbħu l-akbar festa u kompluta fiż-Żurrieq.

VIVA SANTA KATARINA VERĠNI U MARTRI. VIVA S-SOĊJETA MUŻIKALI SANTA KATARINA V.M. AD 1864

Page 6: Edizzjoni Nru. 25 Awwissu, Settembru, Ottubru 2010 GAZZETTA … · fit-toroq biex iż-Żurrieq jiżżejjen għal din l-okkażżjoni importanti għalina ż-Żrieraq. Dan l-armar isir

Paġna 6 - Edizzjoni Nru. 25 Awwissu, Settembru, Ottubru 2010

SANCTA CATHARINA - Zurricanorum Patrona

Għalikom it-Tfal - Anna Maria Gatt

Is-Sezzjoni Żgħażagħ Palmisti ser torganizza Lejla Maltija Grandjuża

Nhar is-Sibt 28 t’Awwissu 2010 Fi Triq Don Carlo de Giovanni Nglott – ŻurrieqSejkunhemmprogrammvarjatlijinkludiżfinukantkifukollikeltipikuMalti

Is-Sezzjoni Nisa fi ħdan is-Soċjeta’ Mużikali Santa Katarina V.M. se jorganizzaw

HIGH TEAil-Ġimgħa 24 ta’ Settembru 2010 u l-Ġimgħa 8 t’ Ottubru 2010

fis-7.00p.m. Fis-Sala Espedito Deguara tal-Każin tal-Banda Santa Katarina V.M. taż-Żurrieq

Kif aħna tfal?Wasalna għall-aktar edizzjoni importanti

ta’ din il-gazzetta; l-edizzjoni tal-festa tal-Patruna tagħna Santa Katarina V.M. Għalhekk iddeċidejt li din id-darba ma nkomplix l-istorja ta’ Santa Govanna d’Arco iżda niddedika dan l-artiklu tiegħi għal dan iż-żmien tant mistenni. Illum pero’ minix se nitkellem fuq il-festa tagħna għax dak se nħallih għal sħabi li jaħdmu fil-kumitati. Imma se nwasslilkom naqra informazzjoni dwar kif jiġu iċċelebrati l-festi f’pajjiż ieħor Ewropew, li bħalissa kulħadd qed isemmieh peress li t-tim tiegħu għadu kif rebaħ it-Tazza tad-Dinja. Qed nirreferi għall-festi tal-qaddisin iċċelebrati fi Spanja.

Fi Spanja insibu r-reġjun Bask u hawnhekk fl-ewwel ta’ Jannar jiġi iċċelebrat il-Festival tat-Tnabar ta’ San Bastjan. Fil-lejl ta’ bejn l-ewwel u t-tieni ta’ Jannar ħafna nies jieħdu sehem f’parata jdoqqu t-tnabar u jagħmlu ħafna storbju. L-għada filgħodu l-parata tkompli iżda din id-darba jdoqqu t-tnabar it-tfal biss.

F’Marzu imbagħad fil-belt ta’ Valencia issir il-festa tal-Madonna ta’ l-Imnikktin, li hija l-patruna ta’ din il-belt. Il-purċissjoni bl-istatwa tal-Madonna issir bil-lejl u n-nies jimxu warajha joffrulha l-fjuri.

Ġewwa Toledo, imbagħad jiċċelebraw bil-kbir il-festa ta’ Corpus Christi, il-festa ta’ l-Ewkaristija. Issir purċissjoni kbira ħafna u devota fid-29 ta’ Mejju. Din bdiet issir wara li soru, Guljana minn Liege, kellha ħafna dehriet fejn Ġesu’ stess qalilha li ftit qed tingħata importanza lil din il-festa u kienet hi li insistiet li f’Toledo tibda tkun iċċelebrata bil-kbir.

Bejn l-20 u d-29 ta’ Ġunju tiġi iċċelebrata bil-kbir f’Valencia l-festa ta’ San Ġwann. F’dawn il-jiem isiru ħafna parati, ħafna ċelebrazzjonijiet kif ukoll il-famużi ħġejjeġ ta’ San Ġwann. Dawn, anke f’Malta, kienu jsiru

Baned mistiedna fil-Festa tagħnaIt-Tnejn 30 t’Awwissu – Banda Santa Marija, QrendiIt-Tlieta 31 t’Awwissu – Banda Sant’Elena, B’KaraL-Erbgħa 1 ta’ Settembru – Banda Beland, ŻejtunIs-Sibt 4 ta’ Settembru – Banda King’s Own, Valletta flimkien mal-Banda Ċittadina SliemaIl-Ħadd 5 ta’ Settembru – Banda King’s Own, Valletta flimkien mal-Banda Santa Marija, Qrendi u Banda Unjoni, Luqa.

fil-passat nhar il-festa tal-martirju ta’ San Ġwann.

F’Settembru imbagħad f’Castilla, issir il-festa tal-Madonna tal-Grazzja, l-patruna ta’ dan ir-reġjun. Din hija festa li tixbah ħafna lil tagħna fejn isiru purċissjonijiet, jinħarqu murtali u tindaqq il-banda.

Iżda l-akbar ċelebrazzjonijiet isiru fil-25 ta’ Lulju, nhar il-festa ta’ San Ġakbu ta’ Compostela, l-qaddis padrun ta’ Spanja. Din hija festa nazzjonali fejn l-Ispanjoli jiċċelebraw b’quddiesa u jsiru ukoll ċelebrazzjonijiet kbar fit-toroq tal-bliet ewlenin fi Spanja.

B’hekk rajna kif kull poplu għandu l-metodi tiegħu kif jiċċelebra u kif iqim lill-qaddisin padruni tiegħu. Jien nawguralkom festa mill-aqwa. Inħeġġiġkom tipparteċipaw kemm fil-festi ta’ ġewwa kif ukoll ta’ barra filwaqt li nappella lil kull min jista’ jagħti daqqa t’id fl-armar jew fiż-żarmar ta’ wara l-festa biex ikellem lil min hu ikkonċernat ħalli b’hekk ix-xogħol jitlesta aktar malajr.

U bħas-soltu għandna kompetizzjoni għalikom fejn tridu twieġbu għal din il-mistoqsija ħafifa:

* Liema hi l-belt kapitali ta’ Spanja? (Barcellona, Madrid jew Valencia)

Ibgħatu t-tweġibiet tagħkom lil:Zurricanorum Patrona

Kompetizzjoni Għalikom TfalPalazz Alexandria

Misraħ RepubblikaZurrieq

IL-FESTA T-TAJBA LIL KULĦADD – VIVA SANTA KATARINA V.M PADRUNA TAŻ-ŻURRIEQ

Page 7: Edizzjoni Nru. 25 Awwissu, Settembru, Ottubru 2010 GAZZETTA … · fit-toroq biex iż-Żurrieq jiżżejjen għal din l-okkażżjoni importanti għalina ż-Żrieraq. Dan l-armar isir

SANCTA CATHARINA - Zurricanorum Patrona

Paġna 7 - Edizzjoni Nru. 25 Awwissu, Settembru, Ottubru 2010

BANDA SANTA KATARINA V.M. - Richard Farrugia

Nhar il-Ħadd 22 t’Awwissu 2010, il-Banda Santa Katarina V.M. se tagħmel marċ ġewwa Bubaqra fl-okkażjoni tal-Festa ta’ Santa Marija. Dan il-marċ jibda fid-9.00p.m. u jispiċċa fil-11.30p.m.Nhar il-Ħadd 29 t’ Awwissu 2010, il-Banda Santa Katarina V.M. fis-7.00p.m. se tieħu sehem waqt il-Ħruġ il-Vara min-Niċċa. Wara, fit-8.30p.m. tibda marċ minn Misraħ Repubblika fejn imbagħad x’ħin tasal fi Vjal il-Blue Grotto jinxtgħel l-armar li sar f’dan il-Vjal. Nhar il-Ħamis 2 ta’ Settembru 2010, il-Banda Santa Katarina V.M. se tagħmel marċ u programm mużikali fil-Festa ta’ Santa Katarina V.M. Il-marċ jibda minn Triq il-Kbira u

jispiċċa f’Misraħ Repubblika fejn wara l-istess Banda tesegwixxi Programm Vokali u Strumentali taħt id-Direzzjoni tas-Surmast Mario Testa.Nhar il-Ġimgħa 3 ta’ Settembru 2010, il-Banda Santa Katarina V.M. se tagħmel marċ b’dimustrazzjoni bl-istatwa ta’ Santa Katarina V.M. xogħol Vincenzo M Cremona.Nhar is-Sibt 4 ta’ Settembru 2010, il-Banda Santa Katarina V.M. tagħmel il-marċ tradizzjonali magħruf bħala l-Marċ tat-Te Deum fl-okkażjoni tal-Festa ta’ Santa Katarina li jibda fil-11.00a.m. u jispiċċa fit-3.00p.m.Nhar il-Ħadd 5 ta’ Settembru 2010, il-Banda Santa Katarina V.M. tibda marċ fit-8.30a.m. minn Triq Dun Ġużepp Żammit fejn tkun qed takkumpanja lill-Prim Konċelebrant għall-Quddiesa Pontifikali.Nhar il-Ħadd 5 ta’ Settembru 2010, il-Banda Santa Katarina V.M. tagħlaq il-Festa Titulari b’daqq ta’ marċi brijużi fejn tilqa’ lid-Dilettanti tan-Nar fejn il-Knisja. Il-marċ jibda fil-11.00p.m. u jispiċċa f’nofs il-lejl.Nhar il-Ħadd 26 ta’ Settembru 2010, il-Banda Santa Katarina V.M. se tagħmel servizz ġewwa d-Daħla tar-Rabat fl-okkażjoni tal-Festa ta’ Santa Katarina V.M. Dan is-servizz jibda fis-6.00p.m. u jispiċċa fid-9.00p.m.Nhar il-Ħadd 3 t’Ottubru 2010, il-Banda Santa Katarina V.M. tagħmel marċ u programm fl-okkażjoni tal-Festa tal-Madonna tar-Rużarju ġewwa ż-Żurrieq. Dan is-servizz jibda fis-7.00p.m. b’marċ minn Triq il-Kbira u wara tesegwixxi programm b’daqq tal-Ave Maria f’M israħ ir-Repubblika taħt id-Direzzjoni tas-Surmast Mario Testa.

Avviżi - Lezzjonijiet tal-BandaSezzjoni Ramm:- Kull nhar ta’ Tlieta mill-5.00p.m. sas-7.00p.m. mas-Surmast Mario Testa.Sezzjoni Injam:- Kull nhar ta’ Sibt mit-8.30a.m. sal-11.30a.m. mal-Assistent Surmast Josef Grech.Kunċerti:- Kull nhar ta’ Tlieta fis-7.00p.m.

Wasalna fl-aħħar ħarġa ta’ din il-gazzetta, qabel ma niċċelebraw il-Festa tant għażiża għalina ta’ Santa Katarina V.M., u s-sotto kumitat tan-nar qed jikteb dawn il-kelmtejn sabiex jinfurmakom rigward is-sena ta’ ħidma li għamilna ad unur il-Festa Titulari li ser niċċelebraw f`Settembru li ġej. Nibdew billi nagħtu l-prosit lid-dilettanti tan-nar, wara r-riżultat miksub fil-Festival tan-Nar tal-Art Mekkanizzat ġewwa l-Furjana. Erġajna ġejna l-ewwel fil-kompetizzjoni tal-opinjoni pubblika u avvanzajna post fuq is-sena l-oħra, meta ġejna t-tielet wara l-għadd tal-punti totali. Dan huwa unur prestiġjuż għalina u jimliena bil-kuraġġ biex inkomplu nieħdu sehem f`kompetizjonijiet bħal dawn biex niksbu l-esperjenza meħtieġa għall-futur. Rigward l-attivitajiet, din is-sena komplejna bil-Country Nights flimkien ma’ Marisa D`Amato and The Red Wheel Dancers u flimkien mal-attendenza tagħkom kien ikollna serati verament mill-aqwa. Ta’ spiss kienu jiġu organizzati ikliet ġewwa l-bar tal-kazin li flimkien mal-Country Nights għenuna mhux ftit biex intaffu ftit mill-ispiża li għandna din is-sena. Għalhekk nixtieq nirringrazzja lil kull min għena sabiex dawn is-serati jkunu ta’ suċċess. Nixtiequ nfakkru li din is-sena ser jerġa’ jiġi organizzat il-bar-be-que ta’ wara l-Festa. Aktar dettalji tarawhom fuq il-posters u tisimgħu r-reklam fuq ir-radju tas-soċjeta’ matul il-ġimgħa tal-Festa.

Nixtiequ ngħidu wkoll li din is-sena, it-tim dedikat li hemm taħt it- tmexxija tas-Sur Joseph Sammut, ħadmu bi ħġarhom u raw li din is-sena il-Festa ma jkun jonqosha xejn. Kollox hemm ippjanat, mill-musketterija sa l-aħħar salut li jinħaraq f`għeluq il-Festa. Hemm imhejjija kaxxi nfernali bil-logħob, nar tal-art, murtali tal-beraq u tal-kulur varjati ,sfejjer,blalen, forom, kif ukoll il-famuża serata tat-tieni tridwu, dik tan-nar sinkronizzat mal-mużika. J`Alla dak li hemm ippjanat jirnexxi sabiex nerġgħu nikkonfermaw li aħna l-aqwa fost il-kbar. Għalhekk nixtiequ nirringrazzjaw lil dan it-tim ħabrieki li ħadem bi ħġaru matul is-sena kollha biex inkunu nistgħu nitpaxxew f`din il-ġimgħa tal Festa.

Aktar ma jgħaddi ż-żmien il-materjal tan-nar aktar qed jogħla u b`konsegwenza li l-ispiża telgħet naqra mhux ħażin. L-ispiża kompliet togħla meta ħarġu r-regolamenti l-ġodda tan-nar, speċjalment fejn tidħol insurance u skorti tal-pulizija fil-ġimgħa tal-Festa. Għalhekk ser nitlob l-għajnuna tal-partitarji Palmisti sabiex jagħmlu d-dover tagħhom u jkunu ġenerużi magħna. Kull nhar ta Ħadd qiegħed ikun hemm il-kaxxier is-Sur Oliver Zammit jilqa’ d-donazzjonijiet tagħkom fil-bar ġewwa l-każin, kif ukoll ser jingħaqdu miegħu is-Sur Karmenu Camilleri, is-Sur Ninu Sammut u s-Sur Marjan Grixti fil-ġimgħat li ġejjin. Nixtiequ nagħlqu dawn il-kelmtejn billi nirringrazzjaw lil kull min għena matul is sena u nirringrazzjaw bill-quddiem lill dawk li bi ħsiebhom jgħinuna aktar ‘il-quddiem speċjalment fil-ġimgħa tal-Festa meta l-aktar li għandna bżonn. J`Alla il-Mulej u Sta Katarina V.M. iżommu jdejhom fuq dan is-Sotto Kumitat u fuq dawk id-dilettanti tan-nar tas-Soċjeta’ tagħna, l-aktar minħabba n-natura tax-xogħol perikoluż li ghandna u nitolbuhom biex ngħaddu l-Festa b`wiċċ il-ġid.VIVA STA. KATARINA V.M PATRUNA TAZ-ZURRIEQ

Sotto Kumitat Nar - Oliver Zammit

Page 8: Edizzjoni Nru. 25 Awwissu, Settembru, Ottubru 2010 GAZZETTA … · fit-toroq biex iż-Żurrieq jiżżejjen għal din l-okkażżjoni importanti għalina ż-Żrieraq. Dan l-armar isir

Paġna 8 - Edizzjoni Nru. 25 Awwissu, Settembru, Ottubru 2010

De

sign &

Print

ing:

Tel:

2125

0994

/3

- miġbura minn Jeremy CachiaBiex Ma ninsewhom Qatt

Din id-darba nixtiequ nfakkru lil dawk l-antenati tagħna li kienu jieħdu ħsieb jarmaw l-armar tant sabiħ ta’ Triq San Mikiel jew kif kienet magħrufa t-triq ta’ Dun Salv! Fiż-żewġ ħarġiet preċedenti tkellimna fuq il-Familja ta’ Żrott. Din il-familja kienet strumentali fejn jidħol l-armar ta’ dik it-triq armata fil-Festa titulari ta’ Santa Katarina V.M. Qiegħdin nippublikaw ritratt ta’ bandalora antika tas-satin aħmar, bl-arma ta’ Santa Katarina V.M. rrakkmata b’rakkmu tat-tajjar fuqhom. Minn informazzjoni li kont ikkommunikajt mal-mibki Rokku Grixti (tal-Qamħa) (ara l-ktieb PALMISTI 1999 PG.65) dan ir-rakkmu kien sar mill-aħwa Maria u Nona Zammit (ta’ Kangantu). Dawn l-aħwa kienu jiġu kuġini ma’ Dun Ġużepp Żammit Falzon (iż-Żgħajr) – benefattur kbir tat-Tempju Katarinjan fosthom il-linef maestużi tal-kristal tal-Bohemia’ li jintramaw fil-festa titulari. Dun Ġwann Farrugia ta’ Żrott għadda dawn il-bandalori lis-Soċjeta’ biex jinżammu fl-arkivju tal-każin. Dawn

kienu għadhom miżmumin b’għożża kbira fid-dar tal- mibki Dun Salv u ħutu Katarina u Indrin ta’ Żrott. Id-disinn ta’ din il-bandalora flimkien mal-armar l-ieħor ta’ dik it-triq kien ġie ddisinjat mill-magħruf skultur Abram Gatt.

Qegħdin nippublikaw ritratt ieħor biex nagħtu ħjiel ta’ ftit mis-sbuħija kif kienet tiġi armata Triq San Mikiel għall-festa Titulari ta’ Santa Katarina V.M. qabel it-Tieni Gwerra Dinjija!

Il-Banda Santa Katarina V.M. fl-UngerijaF’Lulju 2009, eżattament sena ilu, l-Banda Santa Katarina V.M. qiegħda tfakkar għeluq is-sena minn

meta kellha impenn kbir barra minn Malta –ġewwa Budapest fl-Ungerija. Din is-safra hija s-sitt waħda fl-istorja glorjuża tal-Banda Santa Katarina V.M. Dan l-avveniment tal-

banda kien ta’ suċċess hekk kbir tant li qalgħet tifħir kbir mingħand kulħadd. Il-Banda Santa Katarina V.M. kellha l-unur ukoll li ddoqq mal-Banda Ungeriża- Dorog &Tatwind Band u l-ħbiberija bejn iż-żewġ baned għadha qawwija.

Prosit lill-organizzaturi’ u lil kull min kien involut f’din il-mawra tal-banda tagħna ġewwa Budapest għax barra li servejna bħala ambaxxaturi ta’ Malta, tniżżlet ħolqa oħra tad-deheb fl-istorja tal-popolari banda –Banda Santa Katarina V.M.

Prosit meritat u mistħoqq lill-Banda Santa Katarina V.M., lis-Surmast Direttur tagħna Mario Testa , l-Assistent Surmast Josef Grech u l-Bandisti għall-eżekuzzjoni brillanti tagħhom!