34
MT MT IL-KUMMISSJONI EWROPEA Brussel 12.7.2010 KUMM(2010)371 finali 2010/0199 (COD) C7-0174/10 Proposta għal DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li temenda d-Direttiva 97/9/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi ta’ kumpens għall-investitur SEG(2010)846 SEG(2010)845

DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL201…MT 2 MT MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI 1. KUNTEST TAL-PROPOSTA Id-Direttiva 97/9/KE dwar l-Iskemi ta’ Kumpens għall-Investitur

  • Upload
    others

  • View
    4

  • Download
    0

Embed Size (px)

Citation preview

Page 1: DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL201…MT 2 MT MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI 1. KUNTEST TAL-PROPOSTA Id-Direttiva 97/9/KE dwar l-Iskemi ta’ Kumpens għall-Investitur

MT MT

IL-KUMMISSJONI EWROPEA

Brussel 12.7.2010 KUMM(2010)371 finali

2010/0199 (COD) C7-0174/10

Proposta għal

DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li temenda d-Direttiva 97/9/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi ta’ kumpens għall-investitur

SEG(2010)846 SEG(2010)845

Page 2: DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL201…MT 2 MT MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI 1. KUNTEST TAL-PROPOSTA Id-Direttiva 97/9/KE dwar l-Iskemi ta’ Kumpens għall-Investitur

MT 2 MT

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1. KUNTEST TAL-PROPOSTA

Id-Direttiva 97/9/KE dwar l-Iskemi ta’ Kumpens għall-Investitur (DSKI1) ġiet adottata fl-1997 biex tikkumplimenta d-Direttiva dwar is-Servizzi ta’ Investiment2 (DSI), id-direttiva li dak iż-żmien kienet tirregola, l-għoti ta’ servizzi ta’ investiment fl-UE. Minn dakinhar id-DSI ġiet issostitwita bid-Direttiva dwar is-Swieq fl-Istrumenti Finanzjarji3 (MiFID). Id-DSKI tipprovdi biex il-klijenti li jirċievu servizzi ta’ investiment minn ditti ta’ investiment (inklużi istituzzjonijiet ta’ kreditu) jiġu kkumpensati f’ċirkostanzi speċifiċi meta d-ditta ma tkunx tista’ trodd lura flus jew strumenti finanzjarji li hija żżomm f’isem il-klijent.

Għaxar snin wara li d-DSKI daħlet fis-seħħ, u immedjatament wara l-kriżi finanzjarja, huwa żmien propizju biex wieħed jirrevedi l-iffunzjonar tad-DSKI. M’hemm l-ebda evidenza konkreta li tissuġġerixxi li l-kriżi finanzjarja kkontribwixxiet għal aktar pretensjonijiet ta’ kumpens minn skemi skont id-DSKI. Madankollu, matul dawn l-aħħar snin, il-Kummissjoni rċeviet diversi ilmenti minn investituri dwar l-applikazzjoni tad-DSKI f’numru ta’ każijiet importanti li jinvolvu telf kbir mill-investituri. L-ilmenti jirrigwardaw prinċiplament il-kopertura u l-finanzjament tal-iskemi u d-dewmien biex wieħed jikseb kumpens. Ir-reviżjoni tad-DSKI hija wkoll element importanti, flimkien mar-reviżjoni tad-Direttiva dwar Skemi ta’ Garanzija tad-Depożiti4 u l-eżami tal-protezzjoni għal detenturi ta’ poloz tal-assigurazzjoni, tal-politika tal-Kummissjoni biex issaħħaħ il-qafas regolatorju tal-UE għas-servizzi finanzjarji kif stabilit fil-Komunikazzjoni "Nixprunaw l-irkupru Ewropew"5. Tikkunsidra wkoll l-għan stabilit fil-livell tal-G-20 li tindirizza kull toqba fis-sistema regolatorja u superviżorja, u l-għan li terġa’ tikseb lura l-fiduċja tal-investitur fis-sistema finanzjarja.

Din l-inizjattiva hija parti minn pakkett usa’ dwar skemi ta’ kumpens u garanziji li sejjer jinkludi żewġ proposti għall-emenda tad-Direttivi dwar Skemi ta’ Kumpens għall-Investitur u dwar Skemi ta’ Garanzija tad-Depożiti u White Paper dwar l-iskemi tal-assigurazzjoni.

2. KONSULTAZZJONI MA’ PARTIJIET INTERESSATI

L-inizjattiva hija r-riżultat ta’ djalogu u konsultazzjoni estensivi u kontinwi ma’ dawk il-partijiet prinċipali kollha li għandhom interess, inklużi r-regolaturi tat-titoli, il-parteċipanti fis-swieq, l-iskemi nazzjonali ta’ kumpens għall-investituri u l-konsumaturi. Ġiet ippreżentata sejħa għal evidenza għal konsultazzjoni pubblika

1 Id-Direttiva 97/9/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ Marzu 1997 dwar skemi ta’

kumpens għall-investitur, (ĠU L 84, 26.3.1997, p. 22) 2 Id-Direttiva tal-Kunsill 93/22/KEE tal-10 ta’ Mejju 1993 dwar servizzi ta’ investment fil-qasam tat-

titoli (ĠU L 141, 11.6.1993, p. 27–46). 3 Id-Direttiva 2004/39/KE (ĠU L 145, 30.4.2004, p. 1–44). 4 Id-Direttiva 94/19/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 1994 dwar skemi ta’

garanzija għal depożiti (ĠU L 135, 31.5.1994, p. 5). 5 Komunikazzjoni tal-Kummissjoni għall-Kunsill Ewropew tar-rebbiegħa "Nixprunaw l-irkupru

Ewropew" - COM(2009) 114, 4.3.2009.

Page 3: DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL201…MT 2 MT MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI 1. KUNTEST TAL-PROPOSTA Id-Direttiva 97/9/KE dwar l-Iskemi ta’ Kumpens għall-Investitur

MT 3 MT

mid-9 ta’ Frar sat-8 ta’ April 20096. Intbagħtu kwestjonarji għal skemi nazzjonali ta’ kumpens għall-investitur u saret laqgħa magħhom fid-9 ta’ Frar 20107. Saret laqgħa mmirata fit-3 ta’ Settembru 2009 biex tiġbor il-fehmiet mill-industrija u l-assoċjazzjonijiet tal-investituri. Dan ix-xogħol huwa mibni wkoll fuq l-osservazzjonijiet u l-kontribuzzjonijiet mill-Grupp ta’ Esperti tas-Swieq Ewropej (AETS) 8 u l-Kumitat tat-Titoli Ewropej (ESC) 9. Barra minn hekk, jagħmel użu mis-sejbiet ta’ studju minn OXERA, imsejjaħ "Description and assessment of the national investor compensation schemes established in accordance with Directive 1997/9/EC" (Deskrizzjoni u valutazzjoni tal-iskemi nazzjonali ta’ kumpens għall-investitur stabiliti skont id-Direttiva 1997/9/KE) (Frar 2005)10.

3. VALUTAZZJONI TAL-IMPATT

B’mod konformi mal-politika tagħha "Regolamentazzjoni Aħjar", il-Kummissjoni wettqet valutazzjoni tal-impatt ta’ alternattivi politiċi. L-alternattivi tal-politika kellhom x’jaqsmu prinċipalment mal-finanzjament tal-iskemi, id-dewmien fl-iżborż, il-kopertura tal-kumpens u l-livell tal-kumpens.

Kull alternattiva tal-politika ġiet ivvalutata kontra l-kriterji li ġejjin: il-protezzjoni u l-fiduċja tal-investitur, kuntest ekwu fil-protezzjoni mogħtija għal tipi differenti ta’ investimenti jew servizzi fl-UE, u l-benefiċċju riżultanti f’termini finanzjarji, jiġifieri kemm l-alternattiva tilħaq l-għanijiet imfittxija u tiffaċilita l-operat tas-swieq tat-titoli b’mod effiċjenti u effikaċi mil-lat finanzjarju11.

6 Is-servizzi tal-Kummissjoni rċevew 70 kontribuzzjoni. Il-kontribuzzjonijiet mhux kunfidenzjali jistgħu

jiġu kkonsultati fuq is-sit elettroniku tal-Kummissjoni: http://ec.europa.eu/internal_market/consultations/2009/investor_compensation_en.htm

7 F’Ġunju 2009 u Novembru 2009, intbagħtu żewġ kwestjonarji relatati mal-operazzjonijiet tal-iskemi nazzjonali ta’ kumpens għall-investituri.

8 L-AETS kien korp konsultattiv għall-Kummissjoni, magħmul minn prattikanti u esperti tas-swieq tat-titoli. Kien stabilit mill-Kummissjoni f’April 2006 u opera sal-aħħar tal-2009 abbażi tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/288/KE tat-30 ta’ Marzu 2006 li tistabilixxi Grupp ta’ Esperti tas-Swieq Ewropej tat-Titoli biex jagħti pariri legali u ekonomiċi dwar l-applikazzjoni tad-Direttivi tal-UE (ĠU L 106, 19.4.2006, p. 14-17).

9 Il-Kumitat Ewropew għat-Titoli (KET) imwaqqaf bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/528/KE (ĠU L 191, 13.7.2001, p. 45) jissodisfa kemm il-komitoloġija (Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-Komitoloġija 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 (ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23) li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat tal-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni, kif emendata bid-Deċiżjoni 2006/51/KE (ĠU L 200, 22.7.2006, p.11) u l-funzjonijiet tal-konsulent tal-politika fil-qasam tat-titoli. Huwa kompost minn rappreżentant ta’ livell għoli mill-Istati Membri u huwa ppresedut minn rappreżentant tal-Kummissjoni. Id-diskussjonijiet saru f’laqgħat tal-KET fl-14 ta’ Novembru 2008, fil-11 ta’ Frar 2009 u fil-15 ta’ Lulju 2009.

10 L-istudju huwa disponibbli f’http://ec.europa.eu/dgs/internal_market/docs/evaluation/national-investor-rep2005.pdf.

L-opinjonijiet imfissra fl-Istudju minn OXERA mhux neċessarjament jirriflettu l-pożizzjoni tal-Kummissjoni Ewropea. OXERA hija ditta privata li kienet ġiet ikkuntratta mill-Kummissjoni Ewropea biex twettaq l-istudju. L-istqarrijiet u l-opinjonijiet imfissra fl-istudju huma r-responsabbiltà tad-ditta. Il-Kummissjoni Ewropea ma tapprovax ir-rapport ta’ OXERA, imma tużah bħala sors ta’ informazzjoni għar-reviżjoni tad-Direttiva dwar l-Iskemi ta’ Kumpens tal-Investituri.

11 Id-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni li jakkumpanja l-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda d-Direttiva 1997/9/KE dwar l-iskemi ta’ kumpens għall-investitur - SEC (2010) 845.

Page 4: DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL201…MT 2 MT MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI 1. KUNTEST TAL-PROPOSTA Id-Direttiva 97/9/KE dwar l-Iskemi ta’ Kumpens għall-Investitur

MT 4 MT

4. ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA

4.1. Bażi Legali

Il-proposta hija bbażata fuq l-Artikolu 53(1) tal-TFUE.

4.2. Sussidjarjetà u proporzjonalità

L-għanijiet tal-proposta ma jistgħux jiġu ssodisfati b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri. Il-qafas ta’ bħalissa tal-UE jipprovdi għal xi prinċipji ta’ armonizzazzjoni minima u jħalli f’idejn l-Istati Membri biex jiżviluppawhom aktar. Madankollu, il-problemi li kellhom iħabbtu wiċċhom magħhom xi Stati Membri juru li hemm bżonn ta’ aktar armonizzazzjoni, u armonizzazzjoni partikolarment aktar estensiva fuq livell tal-UE sabiex jiġi żgurat li l-għanijiet tad-Direttiva jiġu ssodisfati fi ħdan l-UE.

Tabilħaqq, il-problemi prinċipali mal-applikazzjoni tad-Direttiva huma l-marġinu kbir fid- diskrezzjoni li hija tagħti lill-Istati Membri. Il-proposta tara li ttejjeb il-funzjoni proprja ta’ suq uniku għal servizzi ta’ investiment, iżżid il-protezzjoni tal-investitur u l-fiduċja tal- investitur fl-UE. B’mod partikolari, tara li ttejjeb il-funzjoni prattika tad-DSKI, u tikkjarifika l-ambitu tad-DSKI filwaqt li tqis il-kriżi finanzjarja u l-bidliet riċenti fix-xenarju regolatorju tal-UE, li tnaqqas id-diskrepanzi fis-sistema regolatorja u l-inugwaljanza bejn il-protezzjoni tal-klijenti ta’ ditti ta’ investiment u ta’ depożitarji bankarji. Fid-dawl tad-differenzi li jeżistu fl-iffunzjonar tal-iskemi fuq livell nazzjonali, il-proposta tintroduċi regoli komuni biex jiżguraw grad ta’ armonizzazzjoni fl-iffunzjonar tal-iskemi u fil-prattika ta’ kuljum; dan huwa wkoll il-bażi għall-provvediment ta’ mekkaniżmu ta’ self fost skemi nazzjonali bħala għodda aħħarija biex jiġu kkumpensati bżonnijiet temporanji mill-iskemi, soġġett li ssir valutazzjoni rigoruża mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq u l-obbligu biex jitħallas lura kwalunkwe self fi żmien perjodu massimu ta’ ħames snin.

Barra minn hekk, hemm kwistjonijiet bħan-nuqqas ta’ kumpens ta’ bħalissa lill-investituri, li minħabba l-inadempjenza ta’ depożitarju jew parti terza, ma jistgħux jirkupraw l-assi tagħhom jew inkella jsofru telf fil-valur tal-unitajiet jew ishma tagħhom f’UCITS, li għandhom jiġu indirizzati fuq livell tal-UE, billi soluzzjonijiet oħra jistgħu jifframmentaw il-protezzjoni tal-investituri fis-swieq tal-UE. Meta wieħed iqis li l-għoti ta’ servizzi ta’ investiment hija attività transkonfinali, id-ditti ta’ investiment għandhom jiġu ttrattati bl-istess mod fi Stati Membri differenti meta dawn jonqsu milli jirritornaw l-assi tal-klijenti; l-investituri tul l-Istati Membri għandhom jibbenefikaw mill-istess livell ta’ protezzjoni. Dan l-approċċ konsistenti huwa neċessarju sabiex jiġu evitati problemi ta’ nuqqas ta’ kuntest ekwu għad-ditti ta’ investiment minn Stati Membri differenti u d-distorsjoni fil-kompetizzjoni bejn il-banek u ditti ta’ investiment.

Element addizzjonali jirrigwarda l-fatt li permezz tal-emenda tad-Direttiva dwar Skemi ta’ Garanzija tad-Depożiti (id-Direttiva 94/19/KE12 - DSGD), il-livell ta’ protezzjoni għad-depożitanti tal-banek żdied. Madankollu, l-iffunzjonar tal-Iskemi tal-Garanzija tad-Depożiti qed jinbidel sabiex jiġu armonizzati l-ambitu tal-kopertura, il-modalitajiet u l-għażla taż-żmien għall-iżborż, il-mekkaniżmi tal-finanzjament u l-għoti ta’ solidarjetà reċiproka bejn l-iskemi. Id-ditti tal-investiment m’għandhomx jintlaqtu minħabba ż-żieda fil-protezzjoni fis-settur tad-depożiti tal-banek. Għalhekk jeħtieġ li jiġi vvalutat il-livell ta’ protezzjoni lill-

12 ĠU L 135, 31.5.1994, p. 5-14.

Page 5: DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL201…MT 2 MT MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI 1. KUNTEST TAL-PROPOSTA Id-Direttiva 97/9/KE dwar l-Iskemi ta’ Kumpens għall-Investitur

MT 5 MT

investituri fuq livell tal-UE, sabiex titqies is-sitwazzjoni tas-swieq fl-UE u kull bidla regolatorja fuq livell tal-UE li jista’ jkollha konsegwenzi fil-qasam tal-investimenti.

Sadanittant, il-proposta tqis l-għanijiet sottostanti differenti bejn iż-żewġ direttivi. Id-DSGD għandha l-għan prevalenti tal-istabbiltà bankarja minħabba li l-banek huma suxxettibbli għar-riskju ta’ assalt jekk id-depożitanti jemmnu li d-depożiti tagħhom mhumiex fis-sod, u allura jippruvaw jiġbduhom fl-istess waqt. Id-DSKI tipproteġi lill-investituri kontra r-riskju tal-frodi jew prattiki amministrattivi ħżiena jew żbalji operazzjonali li jġibu lid-ditta tal-investiment f'pożizzjoni ma tistax trodd lura l-assi lill-klijenti. Il-proposta tippreserva speċifiċitajiet tal-leġiżlazzjoni settorali.

Il-proposta tirrispetta l-prinċipju tal-proporzjonalità billi s-soluzzjonijiet kollha ġew ivvalutati skont il-benefiċċju finanzjarju tagħhom, u skont kemm jirrispettaw il-partikolaritajiet tas-swieq fi Stati Membri. Il-proposta ma tmurx lil hinn dak li huwa neċessarju biex jintlaħqu l-għanijiet segwiti, b’mod partikolari, hija tħaddan prinċipji ta’ armonizzazzjoni minima fejn rilevanti, pereżempju rigward il-modalitajiet skont liema l-membri tal-iskemi tal-kumpens għandhom jikkontribwixxu għall-iskema. L-introduzzjoni ta’ sistema ta’ self bejn l-iskemi nazzjonali hija konsistenti mal-prinċipju tal-proporzjonalità, fis-sens li hija ma tmiss l-ebda responsabbiltà fiskali tal-Istati Membri, hija miżura tal-aħħar rimedju soġġetta għall-użu preċedenti ta’ mekkaniżmi oħrajn ta’ finanzjament (kontribuzzjonijiet ordinarji u addizzjonali mill-membri), tintroduċi biss possibbiltà ta’ self soġġett għall-ħlas tal-imgħaxijiet u għall-obbligu ta' ripagament mill-iskema ta’ self, u hija limitata fiż-żmien u fid-daqs.

4.3. Spjegazzjoni dettaljata tal-proposta

4.3.1. Allinjament mad-MiFID – Servizzi koperti u klassifikazzjoni tal-klijenti – l-Artikolu 1 (2) u l-Anness I

Bħalissa l-ambitu tad-DSKI huwa ddefinit b'kontroreferenza għal servizzi ta’ investiment kif iddefinit fid-Direttiva dwar is-Servizzi tal-Investiment13. Id-DSKI tipproteġi lill-investituri meta ditta ma tkunx f’qagħda li tirritorna l-istrumenti finanzjarji jew il-flus miżmuma f’isem klijent b’konnessjoni ma’ servizzi ta’ investiment.

L-MiFID irrevokat id-DSI u wessgħet l-ambitu tas-servizzi koperti bil-leġiżlazzjoni settorali (pereżempju bħalissa l-operat ta’ Faċilitajiet Multilaterali tan-Negozjar (Multilateral Trading Facilities) jew MTF huwa nkluż fl-iskop tal-MiFID). Qamu wkoll għadd ta’ kwistjonijiet tekniċi, bħall-kopertura tad-ditti skont l-ambitu tal-awtorizzazzjoni tagħhhom (jiġifieri jekk id-ditta hijiex awtorizzata żżomm assi tal-klijenti jew le).

L-emenda proposta tiċċara li s-servizzi kollha ta’ investiment u l-attivitajiet koperti mid-MiFID għandhom ikunu soġġetti għad-DSKI u li jekk id-ditti jżommu de facto assi tal-klijenti (irrispettivament mir-restrizzjonijiet fuq l-awtorizzazzjoni jew in- natura tas-servizz ta’ investiment tagħhom) allura l-klijenti għandhom ikunu intitolati kumpens skont id-DSKI. Dan ikun irrispettivament minn jekk id-ditta tkunx qed tagħmel dan b’kontravenzjoni ta’ kull limitazzjoni fuq l-awtorizzazzjoni tagħha (eż. tippreveniha milli żżomm assi tal-klijenti jew milli tinnegozja ma’ klijent

13 L-Artikolu 1, n. 2 jirreferi għal servizzi ta’ investiment kif iddefiniti fl-Artikolu 1(1) tad-Direttiva

93/22/KEE (DSI) u s-servizz imsemmi fil-punt 1 ta’ Sezzjoni Ċ tal-Anness ma’ dik id-Direttiva.

Page 6: DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL201…MT 2 MT MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI 1. KUNTEST TAL-PROPOSTA Id-Direttiva 97/9/KE dwar l-Iskemi ta’ Kumpens għall-Investitur

MT 6 MT

konsumaturi) u irrispettivament min-natura tas-servizz ta’ investiment li hija tipprovdi (e.ż. jekk hija tkun qed topera MTF). Din il-miżura tippermetti li investituri konsumaturi jassumu li huma koperti bid-DSKI mingħajr ma’ jiċċekkjaw il-kundizzjonijiet dettaljati dwar l-awtorizzazzjoni tad-ditta. Sejra twassal ukoll għal aktar konsistenza tul l-Istati Membri fl-applikazzjoni tad-DSKI li sejra tassisti l-iffunzjonar xieraq tad-DSKI.

Emenda oħra li toħroġ minn dispożizzjonijiet tal-MiFID tittratta l-klassifikazzjoni tal-klijenti. Tabilħaqq, id-DSKI tapplika potenzjalment għall-kategoriji kollha ta’ investituri. Madankollu, klijenti aktar sofistikati huma normalment kapaċi jagħżlu u jissorveljaw l-attività ta’ intermedjarji li magħhom huma jafdaw l-assi tagħhom. Barra minn dan, il-limitazzjoni tal-kumpens għal ċertu ammont (bħalissa €20 000) tagħmel id-direttiva indirizzata tipikament lejn "investituri żgħar"14. Għal din ir- raġuni, il-leġiżlazzjoni nazzjonali fl-Istati Membri tista’ bħalissa tipprovdi li investituri professjonali u istituzzjonali15 jistgħu jiġu esklużi mill-kopertura skont l-Anness I16 tad-DSKI.

Madankollu, billi d-DSKI tippreċedi l-MiFID, il-lista ta’ investituri professjonali u istituzzjonali skont id-DSKI ma tikkoinċidix mal-lista korrispondenti skont l- MiFID17. Dan jista’ joħloq kumplessitajiet fil-fażi tal-kumpens, fejn il-klijenti kklassifikati bħala professjonali għall-għoti ta’ servizzi jistgħu ma jikkorrispondux mal-klijenti li jistgħu jiġu esklużi mill-kopertura skont id-DSKI.

Il-proposta tallinja l-klassifika tal-klijenti fid-DSKI mad-definizzjonijiet ta’ klijenti tal-MiFID li għandhom jitqiesu professjonali. Dan sejjer jipprovdi konsistenza u ċarezza akbar u sejjer jissimplifika l-pożizzjoni għall-iskemi ta’ kumpens u l-investituri, billi jkun hemm konsistenza bejn iż-żewġ Direttivi. L-allinjament mal-klijenti li għandhom jitqiesu professjonali sejjer jiżgura ċertezza u sejjer jirriżulta wkoll fi protezzjoni aħjar għal intrapriżi ta’ daqs medju li bħalissa jistgħu jkunu esklużi mill-protezzjoni mogħtija bid-DSKI, u minflok qed jiġu normalment ikklassifikati bħala klijenti konsumaturi (fil-MiFID bħala klijent tax-xiri bl-imnut) skont il-MiFID18. Kontroreferenza għad-definizzjoni ta’ klijent tal-MiFID sabiex jitqies bħala professjonali sejra tippermetti l-adattament awtomatika tad-DSKI għal kull bidla futura tal-MiFID.

4.3.2. Nuqqas ta’ kustodju parti terza – l-Artikolu 2(2), l-Artikolu 12

Id-DSKI tipproteġi investituri meta ditta ma tkunx f’qagħda li tirritorna strumenti finanzjarji jew flus miżmuma f’isem il-klijent b’konnessjoni ma’ servizzi ta’ investiment. Skont l-MiFID, strumenti finanzjarji jistgħu jinżammu b’żewġ modi differenti: (i) mid-ditta tal-investiment innifisha li żżomm strumenti finanzjarji għal

14 Ara pereżempju r-referenza għal investituri żgħar fil-preambolu 4 tad-DSKI. 15 Lista ta’ dawn l-investituri hija stabilita fl-Anness 1 tad-DSKI. 16 L-Artikolu 4 (2) u l-Anness 1 tad-DSKI 17 MiFID – l-Anness II. 18 Fil-preżent, id-ditti li jissodisfaw ta’ lanqas żewġ kriterji minn dawn li ġejjin ikunu dejjem jistgħu

jitolbu kumpens taħt id-DSKI: Totali tal-karta tal-bilanċ ≤ €4 400 000, fatturat nett ≤ €8 800 000, għadd medju ta’ impjegati ≤ €50. Skont l-MiFID, huma biss id-ditti l-kbar li jissodisfaw ta’ lanqas żewġ kriterji minn dawn li ġejjin li jistgħu jiġu kklassifikati bħala klijenti professjonali per se: Totali tal-karta tal-bilanċ < €20 000 000, fatturat nett < €40 000 000, fondi proprji < €2 000 000. B’riżultat ta’ dan, l-adozzjoni tad-definizzjonijiet tad-MiFID jdejjaq l-ambitu ta’ ditti li jistgħu jiġu esklużi taħt id-DSKI.

Page 7: DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL201…MT 2 MT MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI 1. KUNTEST TAL-PROPOSTA Id-Direttiva 97/9/KE dwar l-Iskemi ta’ Kumpens għall-Investitur

MT 7 MT

klijenti, jew (ii) minn kustodju ("kustodju parti terza") normalment magħżul mid-ditta19. L-investituri jistgħu mhux biss ikunu esposti għall-inadempjenza tad-ditta, imma wkoll għall-inadempjenza potenzjali tal-kustodju. F’każ fejn kustodju parti terza ma jkunx f’qagħda li jirritorna l-istrumenti finanzjarji lill-klijent tiegħu, il-klijent mhuwiex sejjer jkun f’qagħda li jibbenefika minn xi ħlasijiet ta’ kumpens mill-iskema ta’ kumpens stabilita skont id-DSKI. Dan għaliex taħt l-iskop ta’ bħalissa tad-DSKI, l-iskemi ta’ kumpens huma disponibbli biss għal strumenti finanzjarji ta’ investituri li jkunu ntilfu mid-ditta tal-investiment "għal raġunijiet relatati direttament maċ-ċirkostanzi finanzjarji ta’ ditta tal-investiment". B’riżultat ta’ dan, skont id-DSKI hemm differenza fil-livell tal-protezzjoni mogħtija lill-investituri li jkunu xtraw strument finanzjarju, li tiddependi fuq jekk hijiex id-ditta nnifisha jew il-kustodju parti terza li jkun qed iżomm l-assi tagħhom.

Il-proposta temenda l-Artikolu 2(2) biex jestendi l-kumpens lill-investituri għal pretensjonijiet relatati mal-inadempjenza ta’ xi ditta biex tirritorna strumenti finanzjarji minħabba l-inadempjenza ta’ xi kustodju parti terza. Din il-miżura sejra tindirizza d-diskrepanza potenzjali li tqum jekk kustodju kellu jispiċċa inadempjenti. Id-ditti ta’ investiment jibqgħu responsabbli li jieħdu l-passi kollha raġonevoli biex jirkupraw l-assi minn kustodju.

Il-proposta ma temendax l-Artikolu biex jinkludi l-inadempjenza ta’ xi istituzzjoni li magħha jiġu ddepożitati flejjes minn ditta tal-investiment. Ir-raġuni għal din id-differenza hija dik li d-Direttiva 2006/73/KE li timplimenta l-MiFID tipprovdi lista stretta ħafna ta’ istituzzjonijiet fejn il-fondi ta’ klijenti jistgħu jiġu depożitati (bank ċentrali, istituzzjoni ta’ kreditu, bank awtorizzat f’pajjiż terz jew fond tas-suq tal-flus kwalifikanti)20. Dan jagħmel distinzjoni bejn it-trattament ta’ fondi meta mqabbla ma’ strumenti finanzjarji, li għalihom, bla ħsara għall-kriterji ta’ diliġenza dovuta mid-ditta tal-investiment rispettiva, l-entitajiet li mhumiex regolati jistgħu jinħatru għad-depożitu ta’ strument finanzjarju ta’ klijent. Dan ir-reġim differenti jiġġustifika trattament differenti skont id-DSKI.

4.3.3. Falliment ta’ depożitarju tal-UCITS – l-Artikolu 1(4), l-Artikolu 2(1), l-Artikolu 2 (2b), l-Artikolu 4a, l-Artikolu 5, l-Artikolu 10(1), l-Artikolu 12

L-immaniġjar tal-Impriżi għall-Investiment Kollettiv f’Titoli Trasferibbli (UCITS)21 mhuwiex servizz ta’ investiment tal-MiFID. B’riżultat ta’ dan id-DSKI ma tkoprix l-UCITS u d-detenturi tal-unitajiet tagħhom f’każijiet fejn jiġġarrab telf minħabba l-inadempjenza ta’ xi depożitarju jew sottokustodju tal-UCITS. Madankollu din is-sitwazzjoni titqabbel, fis-sustanza, ma’ dik deskritta skont il-paragrafu 4.3.2, fejn it-telf jiġġarrab minħabba l-inadempjenza ta’ xi kustodju jew sottokustodju ta’ ditta tal-investiment.

19 L-Artikolu 16 u 17 tad-Direttiva 2006/73/KE li timplimenta d-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament

Ewropew u tal-Kunsill rigward ir-rekwiżiti organizzattivi u l-kundizzjonijiet ta' ħidma tal-kumpaniji tal-investiment u t-termini definiti għall-għanjiet ta' dik id-Direttiva.

20 L-Artikolu 18 tad-Direttiva 2006/73/KE. 21 Id-Direttiva 2009/65/KE dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet

amministrattivi fir-rigward tal- impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (ĠU L 302, 17.11.2009, p. 32–96).

Page 8: DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL201…MT 2 MT MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI 1. KUNTEST TAL-PROPOSTA Id-Direttiva 97/9/KE dwar l-Iskemi ta’ Kumpens għall-Investitur

MT 8 MT

B’konsegwenza, il-miżura proposta sejra tagħti d-dritt lid-detenturi tal-UCITS li jkunu kkumpensati mill-iskema ta’ kumpens għall-investitur jekk l-assi ma jkunux jistgħu jintraddu lura lill-UCITS, minħabba l-inadempjenza ta’ xi depożitarju jew sottokustodju tal-UCITS. Id-definizzjoni ta’ "investitur" skont l-Artikolu 1(4) tkopri detentur ta’ unità f’UCITS, u qegħdin jiġu mmodifikati serje ta’ artikoli sabiex tinqabad l-inadempjenza ta’ xi depożitarju jew sottokustodju tal-UCITS (l-Artikoli 2, 4, 5, 10, 12). Billi l-proposta sejra tipproteġi l-UCITS jew id-depożitarji jew is-sottokustodji tal-UCITS, l-ispiża ta’ din l-estenzjoni għandha tiġġarrab minn dawn l-entitajiet aktar milli d-ditti ta’ investiment. Barra minn hekk, fid-dawl tal-għażla magħmula biex il-kopertura tad-DSKI tiġi estiża fil-każ tal-inadempjenza ta’ kustodju parti terza, użat b’konnessjoni man-negozju ta’ investiment, jagħmel sens li r-riskju jiġi indirizzat f’termini simili fil-każ ta’ problemi mad-depożitarji jew sottokustodji tal-UCITS.

Din il-miżura sejra tintroduċi ftit protezzjoni għall-investituri tal-UCITS. Fl-istess ħin għandha tkun ikkumplimentata b’tibdil tal-leġiżlazzjoni applikabbli għall-funzjoni tad-depożitarji tal-UCITS skont id-Direttiva tal-UCITS22, sabiex id-dmirijiet tad-depożitarji u r-reġim ta’ responsabbiltà tagħhom ikunu aktar armonizzati. Il-Kummissjoni qiegħda taħdem fuq tibdil possibbli għal dik il-leġiżlazzjoni23.

4.3.4. Esklużjoni ta’ pretensjonijiet li jinvolvu l-abbuż mis-suq – l-Artikolu 3 u l-Artikolu 9(3)

L-Artikolu 3 tad-DSKI jeskludi pretensjonijiet fejn ikun hemm kundanna ta’ ħtija kriminali fuq ħasil tal-flus24 imma mhux pretensjonijiet minn investituri li jkunu involvew ruħhom f’abbuż mis-suq. Billi timmodifika l-Artikolu 3, id-DSKI sejra teskludi b’mod ċar kull pretensjoni għal kumpens fejn l-investitur ikun involva ruħu f’azzjonijiet li huma pprojbiti skont id-Direttiva 2003/6/KE dwar l-insider dealing u l-manipulazzjoni tas-swieq25. L-investituri li jkunu wettqu dawn l-atti għandhom ikunu esklużi mill-kumpens, billi dawn ma għandhomx jibbenefikaw mill-protezzjoni ġenerali mogħtija bid-Direttiva.

4.3.5. Livell ta’ kumpens – l-Artikolu 4(1) u l-Artikolu 2(3)

L-Artikolu 4(1) tad-DSKI jarmonizza l-livell minimum ta’ kumpens (€20 000) għal kull investitur. Meta d-DSKI ġiet introdotta, kien meqjus li jkun suffiċjenti li wieħed jallinja dan il-livell ma’ dak stabilit taħt id-Direttiva dwar l-Iskema ta’ Garanzija tad-Depożiti (€20 000 f’dak iż-żmien)26. Iżda l-limitu ta’ kumpens ta’ €20 000 ma kien aġġustat qatt biex jirrifletti l-inflazzjoni u ż-żieda fl-espożizzjoni ta’ investituri Ewropej għal strumenti finanzjarji sa minn meta d-DSKI daħlet fis-seħħ. Barra minn hekk, id-Direttiva dwar l-Iskemi ta’ Garanzija għal Depożiti (DSGD) ġiet emendata

22 L-Artikoli 22 sa 26 u 32 sa 36 tad-Direttiva 2009/65/KE. 23 Il-proposta leġiżlattiva relevanti, ippreċeduta bil-konsultazzjoni, għandha tiġi adottata sar-rebbiegħa

2011. 24 Il-ħasil tal-flus ġie ddefinit fl-Artikolu 1 tad-Direttiva tal-Kunsill 91/308/KEE tal-10 ta’ Ġunju 1991

dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskop tal-ħasil tal-flus. Id-Direttiva ġiet irrevokata bid-Direttiva 2005/60/KE dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskop tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu (ĠU L 309, 25.11.2005, p. 15–36).

25 Id-Direttiva 2003/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2003 dwar insider dealing u manipulazzjoni tas-suq (abbuż tas-suq) (ĠU L 96, 12.4.2003, p. 16–25).

26 L-Artikolu 7 tad-Direttiva 94/19/KE dwar skemi ta’ garanzija għal depożiti.

Page 9: DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL201…MT 2 MT MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI 1. KUNTEST TAL-PROPOSTA Id-Direttiva 97/9/KE dwar l-Iskemi ta’ Kumpens għall-Investitur

MT 9 MT

biex tipprovdi għal ta’ lanqas €50 000 kull depożitant għal kull istituzzjoni ta’ kreditu, u liema ċifra biex tiżdied għal livell fiss ta’ €100 000.27

Il-Kummissjoni tipproponi l-modifika tal-Artikolu 4(1) sabiex iżid il-livell ta’ kumpens għal ammont fiss ta’ €50 000. Il-livell ġie ffissat biex iqis l-effetti tal-inflazzjoni fl-UE u biex jallinja aħjar il-livell ta’ kumpens mal-valur medju tal-investimenti miżmuma minn klijenti komuni fl-UE. Il-livell ta’ kumpens għandu jiġi stabilit bħala ammont, sabiex jiġi evitat arbitraġġ u li l-għażla tal-investituri tiġi influwenzata minn xi kopertura differenti mogħtija fi Stati Membri differenti. Billi xi Stati Membri bħalissa għandhom livell ogħla ta’ kumpens, qiegħda tiġi prevista klawsola tal-preċedent (grandfathering) ta’ tliet snin biex tagħtihom ċans jaddattaw għal-livell ta’ kopertura ta’ €50 000.

Fil-każ tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu, jistgħu jitqajmu dubji rigward il-kopertura skont id-DSKI aktar milli d-DSGD ta’ flejjes iddepożitati f’bank fil-kuntest tal-għoti ta’ servizzi ta’ investiment. Biex jiġu indirizzati sitwazzjonijiet ta’ inċertezza possibbli minħabba n-natura speċifika tal-banek li jistgħu jipprovdu kemm attività bankarja kif ukoll servizzi ta’ investiment, l-Artikolu 2(3) tad-DSKI qiegħed jiġi emendat biex jispeċifika li f’każijiet ta’ dubju l-investitur għandu jiġi kkumpensat skont id-DSGD (li pprovdiet livell ogħla ta’ kopertura). Dan jipproteġi lill-investituri b’mod effiċjenti u jnaqqsu l-preokkupazzjonijiet dwar kuntest ekwu.

4.3.6. Prinċipji ta’ finanzjament – l-Artikolu 4a

Id-diskrezzjoni wiesgħa taħt id-DSKI dwar kif l-iskemi għandhom jiġu ffinanzjati (e.ż. ex ante jew ex post, fir-rigward ta’ meta jseħħ xi telf) u d-differenzi kbar fil-mod li l-finanzjament huwa organizzat minn Stati Membri individwali, joħloq numru ta’ problemi. Hija timmina l-protezzjoni tal-investitur u l-fiduċja tal-investitur fl-użu ta’ ditti ta’ investiment (jekk l-investituri ma jkunux fiduċjużi li se jkun hemm fondi adegwati biex iħallsu l-pretensjonijiet tagħhom fil-każ ta’ inadempjenza). Hija taffettwa wkoll l-iffunzjonar propjru tas-suq intern jekk il-probabbiltà tal-protezzjoni tal-investitur, u l-kontribuzzjonijiet mitluba mid-ditti, tvarja b’mod sinifikanti fost l-Istati Membri skont l-adegwatezza ta’ arranġamenti individwali ta’ finanzjament.

Qed jiġi introdott artikolu ġdid li jispeċifika l-prinċipji bażiċi dwar il-finanzjament tal-iskemi ta’ kumpens għall-investituri. B’mod partikolari, skont din id-dispożizzjoni:

– fil-prinċipju, l-ispiża tal-finanzjament tal-iskemi għandha tibqa’ tiġġarrab mill-parteċipanti tas-suq;

– l-iskemi għandhom ikunu ffinanzjati b’mod adegwat b’mod proporzjonali mal-obbligazzjonijiet potenzjali tagħhom;

– sabiex ikun hemm livell suffiċjenti ta’ finanzjament, sejjer jiġi stabilit livell minimu indikat ta’ fondi għall-iskemi kollha. Dan il-livell indikat tal-fondi sejjer

27 Ara d-Direttiva 2009/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2009 li temenda d-

Direttiva 94/19/KE dwar skemi ta’ garanzija għal depożiti fir-rigward tal-livell ta’ kopertura u taż-żmien għar-rimborż (OJ L 68, 13.3.2009, p. 3–7).

Page 10: DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL201…MT 2 MT MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI 1. KUNTEST TAL-PROPOSTA Id-Direttiva 97/9/KE dwar l-Iskemi ta’ Kumpens għall-Investitur

MT 10 MT

ikun iffinanzjat kollu ex ante. Meta wieħed iqis id-differenzi ta’ bħalissa fuq livell nazzjonali, il-livell indikat tal-fond għandu inizjalment jintlaħaq fi żmien 10 snin;

– meta, f’każijiet konkreti, il-fondi ex ante ma jkunux biżżejjed biex ikopru l-obbligazzjonijiet ta’ skema, għandhom jiġu żgurati sejħiet addizzjonali għal kontribuzzjonijiet minn entitajiet koperti taħt l-iskema. Madankollu, huma m’għandhomx jippreġudikaw l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja tal-Istat Membru;

– ladarba dawn is-sorsi ta’ finanzjament ikunu ġew eżawriti, l-iskema tista’ ddur għal self minn skemi oħra ta’ kumpens hekk kif inhu ddettaljat fil-punt 4.3.7 li ġej;

– għandu jiġi żgurat aċċess għal numru ta’ sorsi ta’ finanzjament ieħor, inklużi l-faċilitajiet ta’ self;

– l-iskemi għandhom jippubblikaw dettalji dwar il-livell ta' finanzjament tagħhom.

L-implimentazzjoni dettaljata ta’ xi punti sejra tkun speċifikata permezz ta’ atti delegati li għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 290 tat-Trattat. Id-dettalji li għandhom ikunu magħmulin pubbliċi mill-iskemi sejrin jiġu speċifikati permezz ta’ standards tekniċi mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq futura (AETS)28.

Din il-miżura hija proporzjonata minħabba li twassal għal aktar armonizzazzjoni fil-finanzjament ta’ skemi mingħajr ma tkun preskrittiva żżejjed u mingħajr ma tkun iddettaljata żżejjed, u xorta tħalli xi flessibbilta lill-Istati Membri rigward l-implimentazzjoni prattika tal-prinċipji. Aktar armonizzazzjoni ttejjeb l-iffunzjonar proprju tas-suq uniku għal servizzi ta’ investiment, billi tnaqqas id-diskrepanzi li jaffettwaw it-trattament ta’ ditti ta’ investiment u investituri fi Stati Membri differenti. Tnaqqas ukoll ir-riskju li skema jkollha nuqqas ta’ fondi biex tissodisfa l-obbligi tagħha, u għalhekk dan jirriżulta fi protezzjoni akbar tal-konsumatur u f’fiduċja akbar tal-investitur fl-użu tas-servizzi ta’ investiment.

4.3.7. Mekkaniżmu ta’ self bħala miżura tal-aħħar rikors bejn skemi nazzjonali – l-Artikolu 4b

Flimkien mal-istabiliment ta’ regoli konsistenti ta’ finanzjament bejn l-Istati Membri, l-introduzzjoni ta’ arranġamenti ta’ kooperazzjoni bejn skemi nazzjonali tipprovdi protezzjoni akbar lill-investituri u tippromovi l-fiduċja min-naħa tal-investitur f’servizzi ta’ investiment.

28 F’Ottubru 2009, il-Kummissjoni Ewropea adottat pakkett ta’ abbozz ta’ leġiżlazzjoni biex issaħħaħ is-

superviżjoni tas-settur finanzjarju fl-Ewropa. Il-leġiżlazzjoni sejra toħloq ukoll Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (BERS) ġdid biex jintebaħ b’riskji għas-sistema finanzjarja sħiħa. Sejra twaqqaf ukoll Sistema Ewropea tas-Superviżuri Finanzjarji (SESF), magħmula minn superviżuri nazzjonali u tliet Awtoritajiet Superviżorji Ewropej ġodda għas-settur bankarju, dak tat-titoli u dak tal-assigurazzjoni u tal-pensjonijiet tax-xogħol. L-AETS hija waħda mit-tliet Awtoritajiet Superviżorji Ewropej inklużi fil-pakkett leġiżlattiv. Il-proposta leġiżlattiva relevanti tista’ tinkiseb minn: http://ec.europa.eu/internal_market/finances/docs/committees/supervision/20090923/com2009_503_en.pdf

Page 11: DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL201…MT 2 MT MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI 1. KUNTEST TAL-PROPOSTA Id-Direttiva 97/9/KE dwar l-Iskemi ta’ Kumpens għall-Investitur

MT 11 MT

Is-sistema hija bbażata fuq il-prinċipju ta’ solidarjetà bejn l-iskemi nazzjonali. Skont l-Artikolu propost, qiegħed jiġi introdott mekkaniżmu ta’ self fost l-iskemi bħala għodda tal-aħħar rikors.

Dawn il-miżuri għandhom jipprovdu lill-iskemi b’sors ta’ finanzjament alternattiv, skont kundizzjonijiet speċifiċi u fuq bażi temporanja. Huma jiffaċilitaw relazzjoni aktar mill-qrib u koordinazzjoni dejjiema aħjar bejn skemi nazzjonali, u jservu ta’ inċentiv biex jiġu żviluppati prattiċi aktar armonizzati u proċeduri ta’ ħidma. Prinċipji ta’ finanzjament dettaljati u l-obbligu ta’ ħlas lura (nofs it-terminu) fuq l-iskema ta’ self jillimitaw ir-riskju ta’ periklu morali bejn skemi żgħar iżżejjed u dawk iffinanzjati aħjar. Aktar fid-dettall:

– l-iskemi għandu jkollhom id-dritt li jisselfu minn skemi oħrajn jekk il-fondi tagħhom ma jkunux biżżejjed biex ikopru l-bżonnijiet immedjati tagħhom;

– porzjon ta’ finanzjament ex ante f’kull skema ta’ kumpens għandu jkun disponibbli għal self lil skemi oħra;

– l-AETS għandha tirċievi kull talba għal self, tivvaluta jekk r-rekwiżiti relevanti humiex issodisfati u, jekk dan ikun il-każ, tittrażmettiha lill-iskemi l-oħra;

– is-self għandu jitħallas lura lill-iskemi tas-self sa mhux aktar tard minn 5 snin minn meta ssir it-talba. Għandhom jiddekorru imgħaxijiet fuq is-self; ir-rata tal-imgħax għandha tkun ekwivalenti għar-rata tal-faċilità ta’ self marġinali tal-BĊE;

– il-mekkaniżmu tas-self għandu jkun limitat għall-pretensjonijiet koperti taħt id-Direttiva. Pereżempju, l-iskemi ma jkunux jistgħu jisselfu għal kwalunkwe bżonn li joħroġ mill-inadempjenza tal-entitajiet mhux inklużi fl-ambitu tad-direttiva;

– sabiex jiġi evitat li l-fondi disponibbli għas-self fuq livell tal-UE jiġu eżawriti malajr, għal kull każ jista’ jintuża limitu ta’ 20% tal-porzjon imwarrab għas-self.

4.3.8. Limitu ta’ kumpens ("prinċipju ta’ koassigurazzjoni") – l-Artikolu 4(4), l-Artikolu 8(1)

L-Artikolu 4(4) tad-DSKI jippermetti lill-Istati Membri biex jillimitaw il-kopertura tal-kumpens għal perċentwali speċifikat (daqs jew jeċċedi 90%) tal-pretensjoni tal- investitur. Dan ifisser li klijent jista’ jkollu jġarrab proporzjoni tat-telf (fi ħdan il-limitu tal-kumpens). Ir-raġuni għal din l-alternattiva fid-DSKI kienet biex tinkoraġġixxi lill-investituri sabiex joqogħdu attenti meta jiġu biex jagħżlu d-ditti ta’ investiment29. Imma jista' jingħad li mhuwiex realistiku li wieħed jistenna li investituri konsumaturi jkunu kapaċi jidentifikaw liema ditti jkunu l-aktar jew l-inqas suxxettibbli li jintlaqtu minn frodi jew kollass tas-sistemi.

Jekk din l-alternattiva tiġi eliminata, l-Artikolu 4(4) sejjer jagħti żieda fil-protezzjoni lill-investitur skont id-DSKI, billi l-klijenti ma jkollhomx iġarrbu parti mit-telf jekk ikun hemm frodi f’xi ditta jew problemi oħrajn mas-sistemi jew kontrolli tad-ditta.

29 Ara l-premessa 13 tad-Direttiva.

Page 12: DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL201…MT 2 MT MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI 1. KUNTEST TAL-PROPOSTA Id-Direttiva 97/9/KE dwar l-Iskemi ta’ Kumpens għall-Investitur

MT 12 MT

Barra minn dan, sabiex l-investituri jiġu protetti aħjar, id-dispożizzjoni li tingħata l-possibbiltà lill-Istati Membri sabiex jeskludu mill-kopertura tal-iskema ta’ kumpens, fondi f’valuti oħrajn minbarra dawk tal-Istati Membri, hija eliminata. Dan jagħti protezzjoni aħjar lill-investituri billi jiġi żgurat li l-fondi tal-klijenti jkunu koperti irrispettivament mill-valuta involuta.

4.3.9. Dewmien fl-iżborż – l-Artikolu 2, l-Artikolu 9(2)

L-Artikolu 9(2) tad-DSKI jistabilixxi skadenza stretta għar-rimborż (malajr kemm jista’ jkun u mhux aktar tard minn tliet xhur). Iżda, din l-iskadenza sseħħ biss ladarba l-"eliġibbiltà u l-ammont tal-pretensjoni" ikunu ġew stabiliti. Jiġifieri, mhijiex marbuta mad-data li fiha jkun iddikkjarat li d-ditta tkun inadempjenti. L-ipproċessar tal-pretesjonijiet jieħu ferm aktar żmien mil-limiti stabiliti, possibbilment diversi snin kif joħroġ minn każijiet riċenti. Allura fil-prattika hemm dewmien konsiderevoli qabel ma l-investitur jirċievi kwalunkwe kumpens. Dan jimmina l-protezzjoni tal-investitur u l-fiduċja tal-investitur.

Il-modifika proposta tal-Artikolu 9(2) tintroduċi l-obbligu biex l-iskemi jħallsu provviżorjament kumpens parzjali bbażat fuq valutazzjoni inizjali tal-pretensjoni jekk id-dewmien fil-ħlas jaqbżu perjodu ta’ żmien speċifikat. Il-livell tal-ħlas parzjali jammonta għal terz tal-valutazzjoni inizjali tal-pretensjoni. Il-bilanċ jitħallas aktar tard ladarba l-pretensjoni tkun ġiet ivverifikata. L-iskemi għandu jkollhom ukoll l-abbiltà li jirkupraw l-ammonti żburżati provviżorjament jekk ikun ġie stabilit sussegwentamernt li l-pretensjoni ma kinitx fil-fatt valida.

L-Artikolu 2 qiegħed jiġi emendat ukoll biex jiċċara li awtorità kompetenti għandha tiddetermina jekk ditta tkunx kapaċi tissodisfa l-obbligi tagħha jew le lejn l-investituri fi żmien tliet xhur. Dan biex itaffi l-preokkupazzjonijiet dwar il-każijiet individwali fejn l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jieħdu fit-tul biex jiddeterminaw kif imsemmi hawn fuq.

Id-dewmiet introdotti bil-proposta jqisi d-differenza bejn sitwazzjonijiet koperti bid-DSKI u d-DSGD, fejn id-depożitanti għandhom jitħallsu fi żmien 20 jum lavorattiv mid-data li fiha l-awtoritajiet jiddeterminaw li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu mhumiex f’qagħda li jħallsu lura d-depożiti. Fil-każ ta’ skemi ta’ kumpens, is-sitwazzjonijiet sottostanti ta’ frodi, prattiċi ħżiena jew problemi operazzjonali koperti bid-direttiva jtawwlu neċessarjament iż-żmien sabiex il-qagħda ta’ investituri individwali tinbena mill-ġdid.

4.3.10. Informazzjoni lill-investitur - l-Artikolu 10(1)

L-Artikolu 10(1) tad-DSKI jitlob lill-Istati Membri jiżguraw li d-ditti ta’ investiment jagħtu lill-investituri fattwali u potenzjali informazzjoni dwar l-iskema relevanti ta’ kumpens għall-investitur, inkluż l-ammont u l-ambitu ta’ kopertura. L-informazzjoni għandha tingħata b’mod li tinftiehem. Madankollu, tqajjem preokkupazzjonijiet dwar kif din id-dispożizzjoni ġiet applikata fil-prattika fl-Istati Membri.

L-Artikolu 10(1) huwa emendat biex jeżiġi wkoll biex maniġers tal-UCITS, bħala konsegwenza tat-twessigħ tal-kopertura tad-Direttiva, jispjegaw lill-investituri f’termini ċari u sempliċi dak li huwa effettivament kopert bl-iskemi (eż. ir-riskju tal-investiment, normalment mhuwiex kopert). Skont din il-proposta, l-obbligu eżistenti fuq ditti ta’ investiment biex jipprovdu informazzjoni dwar skemi ta’ kumpens lil

Page 13: DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL201…MT 2 MT MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI 1. KUNTEST TAL-PROPOSTA Id-Direttiva 97/9/KE dwar l-Iskemi ta’ Kumpens għall-Investitur

MT 13 MT

klijenti ġodda, se jkun issupplimentat bit-talba għal aktar dettall dwar x’inhu kkumpensat skont id-DSKI u dwar kif tapplika f’sitwazzjonijiet transkonfinali, anke għall-UCITS. Speċifikament ser tirrikjedi li jispjegaw b’mod ċar li ċertu telf (eż. minħabba riskji ta’ investiment) mhuwiex soġġett għall-ħlas ta’ kumpens skont id-DSKI.

5. IMPLIKAZZJONI BAĠITARJA

Il-proposta m’għandha l-ebda implikazzjoni għall-baġit tal-Unjoni

Page 14: DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL201…MT 2 MT MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI 1. KUNTEST TAL-PROPOSTA Id-Direttiva 97/9/KE dwar l-Iskemi ta’ Kumpens għall-Investitur

MT 14 MT

2010/0199 (COD)

Proposta għal

DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li temenda d-Direttiva 97/9/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi ta’ kumpens għall-investitur

(Test b’relevanza taż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 53(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea30,

Wara tal-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħatlill-Parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ewropew Ekonomiku u Soċjali31,

Jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

(1) Fuq talba tal-Kummissjoni, rapport ippubblikat fil-25 ta’ Frar 2009 minn grupp ta’ esperti ta’ livell għoli ppreseduti minn J. de Larosière kkonkluda li l-qafas superviżorju għandu jissaħħaħ biex inaqqas ir-riskju u s-severità ta’ kriżijiet finanzjarji futuri u rrakkomanda riformi kbar għall-istruttura tas-superviżjoni tas-settur finanzjarju fl-Ewropa, inkluż il-ħolqien ta’ Sistema Ewropea ta’ Superviżuri Finanzjarji, li tkopri tliet Awtoritajiet Superviżorji Ewropej, waħda għas-settur tat-titoli, waħda għas-settur tal-assigurazzjoni u l-pensjonijiet okkupazzjonali u waħda għas-settur bankarju, u l-ħolqien ta’ Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku. Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-4 ta’ Marzu 2009, "Nixprunaw l-irkupru Ewropew", ipproponiet li ssaħħaħ il-qafas regolatorju tal-Unjoni għas-servizzi finanzjarji, b’mod partikolari biex ittejjeb il-protezzjoni tal-investitur. F’Settembru tal-2009, il-Kummissjoni pproponiet il-pakkett leġiżlattiv għall-ħolqien tal-awtoritajiet ġodda, inklużi l-Awtoritajiet Ewropej tat-Titoli u s-Swieq (AETS) biex, b’mod partikolari, jikkontribwixxu għal applikazzjoni konsistenti ta’ leġiżlazzjoni tal-UE u biex jikkontribwixxu għall-istabiliment ta’ standards u prattiċi regolatorji u superviżorji komuni ta’ kwalità għolja.

(2) Jeħtieġ li d-Direttiva 97/9/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ Marzu 1997 dwar skemi ta’ kumpens għall-investitur32 tiġi emendata sabiex

30 ĠU Ċ , , p. . 31 ĠU Ċ , , p. . 32 ĠU L 84, 26.3.1997, p. 22-31.

Page 15: DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL201…MT 2 MT MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI 1. KUNTEST TAL-PROPOSTA Id-Direttiva 97/9/KE dwar l-Iskemi ta’ Kumpens għall-Investitur

MT 15 MT

tinżamm il-fiduċja fis-sistema finanzjarja u biex l-investituri jiġu protetti aħjar minħabba l-iżviluppi fil-qafas legali tal-Unjoni, l-evoluzzjoni fis-swieq finanzjarji u l-problemi esperjenzati fl-applikazzjoni ta’ dik id-Direttiva fl-Istati Membri f’każijiet ta’ inabbiltà ta’ ditti ta’ investiment biex jirritornaw assi miżmuma f’isem il-klijenti.

(3) Fil-waqt tal-adozzjoni tagħha, id-Direttiva 97/9/KE kkumplimentat lid-Direttiva tal-Kunsill 93/22/KEE tal-10 ta’ Mejju 1993 dwar servizzi ta’ investiment fil-qasam tat-titoli33 biex tiżgura li kull Stat Membru jistabilixxi sistema ta’ kumpens għall-investitur li tiggarantixxi livell minimu armonizzat ta’ protezzjoni, ta’ lanqas għal investituri żgħar, fil-każ li xi ditta tal-investiment ma tkunx tista’ tissodisfa l-obbligi tagħha lejn il-klijenti tagħha. Meta d-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 t’April 2004 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/611/KEE u 93/6/KEE u d-Direttiva 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/22/KEE34, irrevokat id-Direttiva 93/22/KEE, hija introduċiet lista ġdida ta’ servizzi ta’ investiment u attivitajiet sabiex tkopri l-firxa sħiħa ta’ attivitajiet orjentati lejn l-investitur, u biex tipprovdi għall-grad ta’ armonizzazzjoni meħtieġ biex tagħti lill-investituri livell għoli ta’ protezzjoni u biex tippermetti lil ditti ta’ investiment sabiex jipprovdu servizzi ġewwa l-Unjoni kollha. Għalhekk, jeħtieġ li d-Direttiva 97/9/KE tiġi allinjata mad-Direttiva 2004/39/KE sabiex jiġi żgurat li l-għoti tas-servizzi u l-attivitajiet kollha ta’ investiment jibqgħu jkunu koperti b’mod adegwat taħt l-iskemi.

(4) Fil-ħin tal-adozzjoni tagħha, id-Direttiva 97/9/KE qieset il-kopertura u l-iffunzjonar ta’ skemi ta’ garanzija tad-depożitu kif irregolati bid-Direttiva 94/19/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 1994 dwar Skemi ta’ Garanzija għal Depożiti35. Konsegwentament, huwa xieraq li titqies kull modifika għad-Direttiva 94/19/KE.

(5) L-investituri jistgħu ma jkunux konxji tal-limiti tal-awtorizzazzjonijiet tad-ditti ta’ investiment, b’hekk huwa neċessarju li dawn jiġu protetti f’sitwazzjonijiet li fihom ditti ta’ investiment jaġixxu bi ksur tal-awtorizzazzjoni tagħhom, b’mod partikolari billi jżommu l-assi tal-klijenti jew billi jipprovdu servizzi lil xi tip partikolari ta’ klijent għall-kuntrarju tal-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni tagħhom. Għalhekk, l-iskemi għandhom ikopru l-assi tal-klijenti li de facto jinżammu minn ditti ta’ investiment b’konnessjoni ma’ kull negozju ta’ investiment.

(6) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/73/KE tal-10 t’Awwissu 2006 li timplimenta d-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward ir-rekwiżiti organizzanizzazzjonali u l-kundizzjonijiet operatorji tal-kumpaniji tal-investiment u l-patti ddefiniti għall-għanjiet ta' dik id-Direttiva36, tippermetti lil ditti ta’ investiment sabiex jiddepożitaw strumenti finanzjarji miżmuma f’isem il-klijenti f’kontijiet miftuħa ma’ parti terza. Il-parti terza mhijiex neċessarjament soġġetta għal regolazzjoni u superviżjoni speċifiċi. Minkejja l-konformità mal-kundizzjonijiet skont id-Direttiva 2006/73/KE, in-nuqqas tal-parti terza jista’ jafettwa d-drittijiet tal-investituri jekk dik il-parti ma tkunx tista’ tirritorna l-istrumenti finanzjarji lid-ditta tal-investiment. Sabiex tissaħħaħ il-fiduċja tal-investitur, jixraq li l-kumpens taħt id-

33 ĠU L 141, 11.6.1993, p. 27–46. 34 ĠU L 145, 30.4.2004, p. 1–44. 35 ĠU L 135, 31.5.1994, p. 5–14. 36 ĠU L 241, 2.9.2006, p. 26–58.

Page 16: DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL201…MT 2 MT MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI 1. KUNTEST TAL-PROPOSTA Id-Direttiva 97/9/KE dwar l-Iskemi ta’ Kumpens għall-Investitur

MT 16 MT

Direttiva 97/9/KE jiġi estiż, mingħajr preġudizzju għar-reġimi nazzjonali ta’ responsabbiltà, għall-inabbiltà ta’ xi ditta tal-investiment biex tirritorna l-istrumenti finanzjarji tal-klijenti minħabba n-nuqqas ta’ parti terza, meta l-istrumenti finanzjarji jkunu ġew iddepożitati mid-ditta tal-investiment jew mill-kustodji tagħha.

(7) Id-Direttiva 2006/73/KE titlob lid-ditti ta’ investiment biex ipoġġu kwalunkwe fond tal-klijenti li huma jirċievu f’kont wieħed jew aktar miftuħin ma’ parti terza. L-entitajiet partijiet terzi huma limitati għal bank ċentrali, istituzzjoni ta’ kreditu jew bank awtorizzat f’pajjiż terz, jew fond tas-suq tal-flus kwalifikanti. Ir-reġim strett żgurat bid-Direttiva 2006/73/KE ma jagħmilhiex neċessarju li jiġu estiżi l-koperturi tal-iskemi biex ikopru n-nuqqas tal-parti terza fejn il-fondi jkunu ġew iddepożitati.

(8) Minħabba li l-kopertura tal-kumpens skont id-Direttiva 94/19/KE llum hija ogħla minn dik skont din id-Direttiva, jeħtieġ li tingħata l-ogħla protezzjoni lill-investituri f’każijiet fejn iż-żewġ Direttivi 94/19/KE u 97/9/KE jistgħu jkopru assi miżmuma minn banek. Għalhekk, f’dawk il-każijiet, l-investitur għandu jkun ikkumpensat skont id-Direttiva 94/19/KE.

(9) Sabiex ikunu jistgħu jirkupraw il-fondi mħallsa bħala kumpens, l-iskemi li jħallsu biex jikkumpensaw lill-investituri għall-inadempjenza ta’ depożitarju jew parti terza, għandu jkollhom id-dritt ta’ surrogazzjoni tad-drittijiet tal-investitur, tad-ditta tal-investiment jew tal-impriżi għall-investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (minn issa ’l quddiem imsejħa "UCITS") fi proċedimenti ta’ likwidazzjoni għal ammonti daqs il-ħlasijiet tagħhom. Din id-Direttiva ma għandhiex tintuża biex tnaqqas ir-responsabbiltà ta’ ditti ta’ investiment jew tal-UCITS biex jirkupraw assi minn depożitarju jew kustodju.

(10) Id-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal- impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS)37 teżiġi biex l-assi tal-UCITS jinżammu protetti minn depożitarju. Jekk id-depożitarju jew xi wieħed mis-sotto kustodji tiegħu jonqos milli jħallas u ma jkunx jista’ jirritorna l-istrumenti finanzjarji miżmuma fil-kustodja, dan jaffettwa l-valur tal-unitajiet jew l-ishma tal-UCITS. Sabiex tiżdied il-protezzjoni f’din is-sitwazzjoni, detenturi ta’ unitajiet u ishma f’UCITS għandhom jibbenefikaw mill-istess livell ta’ protezzjoni bħallikieku kienu qed jinvestu direttament fl-istrumenti finanzjarji rispettivi, fil-każ li l-entità li jkollha fil-pussess tagħha l-istrumenti finanzjarji ma tkunx tista’ tirritornahom. Detenturi ta’ unitajiet u ishma fil-UCITS għandhom jirċievu kumpens għat-telf fil-valur tal-UCITS. Fl-istess ħin, għandhom ikunu jistgħu jibqgħu jżommu l-unitajiet jew l-ishma fil-UCITS sabiex jippreżervaw id-dritt tagħhom li jifduhom meta jqisu li dan ikun adegwat.

(11) Id-Direttiva 97/9/KE teskludi diġà minn kull skema ta’ kumpens għall-investitur, pretensjonijiet li jirriżultaw minn tranżazzjonijiet fejn tkun ingħatat kundanna ta’ ħtija kriminali fuq ħasil tal-flus skont it-tifsira tad-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 t’Ottubru 2005 dwar il-prevenzjoni ta' l-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskop tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu38. Jixraq ukoll li tiġi eskluża kull pretensjoni għal kumpens fejn l-assi rispettivi jirriżultaw minn

37 ĠU L 302, 17.11.2009, p. 32–96. 38 ĠU L 309, 25.11.2005, p. 15.

Page 17: DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL201…MT 2 MT MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI 1. KUNTEST TAL-PROPOSTA Id-Direttiva 97/9/KE dwar l-Iskemi ta’ Kumpens għall-Investitur

MT 17 MT

imġiba pprojbita skont id-Direttiva 2003/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2003 dwar insider dealing u manipulazzjoni tas-suq (abbuż tas-suq)39 li fiha jkun involut l-attur.

(12) Il-livell minimu ta’ kumpens kien stabilit fl-1997 u ma nbidilx minn dak iż-żmien ’l hawn. Dan il-livell għandu jiżdied għal EUR 50 000 sabiex jitqiesu l-iżviluppi fis-swieq finanzjarji u fil-qafas leġiżlattiv tal-Unjoni. Dan l-ammont iqis l-effetti tal- inflazzjoni fl-Unjoni u l-bżonn biex wieħed jallinja aħjar il-livell ta’ kumpens mal-valur medju ta’ investimenti miżmuma minn klijenti komuni fl-Istati Membri. Sabiex tiżdied il-protezzjoni mogħtija lill-investituri, jeħtieġ li titneħħa l-għażla eżistenti għall-Istati Membri biex ikunu limitati jew esklużi fondi ta’ kopertura f’valuti oħra minbarra dawk tal-Istati Membri.

(13) Sabiex jiġi żgurat li l-investituri jirċievu l-kumpens mogħti taħt din id-Direttiva u livell imqabbel ta’ protezzjoni tal-investitur mal-Istati Membri kollha, jeħtieġ li jiġu introdotti regoli komuni li jirregolaw il-finanzjament tal-iskemi. L-iskemi għandhom ikunu ffinanzjatji fi proporzjon skont l-obbligazzjonijiet tagħhom. Għandu jiġi żgurat livell xieraq ta’ finanzjament minn qabel, u l-iskemi għandu jkollhom arranġamenti adegwati biex jivvalutaw u jilħqu l-livell indikat ta’ finanzjament qabel ma jseħħ xi każ ta’ telf relevanti skont id-Direttiva 97/9/KE. Għandu jintlaħaq livell minimu indikat tal-fond fi żmien għaxar snin.

(14) Fejn ikun hemm bżonn, sejħa eċċezzjonali għall-kontribuzzjonijiet lill-membri tal-iskema jew aċċess għal sorsi ta’ self, bħal minn banek kummerċjali jew istituzzjonijiet pubbliċi għal raġunijiet kummerċjali, għandha tiżgura kopertura propizja ta’ kull bżonn li ma jkunx kopert mill-fondi miġbura minn membri qabel ma jseħħu l-avvenimenti ta’ telf.

(15) Bħalissa l-iffunzjonar tal-iskemi jvarja ħafna bejn l-Istati Membri, u din id-Direttiva timmira biex tintroduċi aktar armonizzazzjoni filwaqt li tħalli ftit flessibbiltà lill-Istati Membri rigward l-organizzazzjoni dettaljati tal-iskemi. Il-Kummissjoni għandu tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati dwar ċerti karatteristiċi essenzjali tal-iffunzjonar tal-iskemi skont l-Artikolu 290 tat-Trattat. B’mod partikolari, l-atti delegati għandhom jiġu adottati fir-rigward tal-metodu sabiex jiġu stabiliti r-responsabbiltajiet potenzjali tal-iskemi, l-arranġamenti alternattivi ta’ finanzjament li l-iskemi għandu jkollhom biex ikunu jistgħu, fejn meħtieġ, jiksbu finanzjament għal żmien qasir, il-kriterji sabiex jiġu stabiliti l-kontribuzzjonijiet mill-entitajiet koperti mill-iskemi u l-fatturi li għandhom jitqiesu fil-valutazzjoni tal-abbiltà tal-kontribuzzjonijiet addizzjonali biex l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja ta’ xi Stati Membru ma tiġix ippreġudikata. Sabiex jiġu stabiliti l-kundizzjonijiet tal-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet rigward il-finanzjament tal-iskemi, l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq stabilita bir-Regolament …/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [AETS]40 għandha tiżviluppa standards tekniċi relattivi għad-dettalji li għandhom jiġu ppubblikati mill-iskemi.

(16) Sabiex jiġi żgurat li l-investituri jirċievu kumpens fil-ħin, għandu jiġi stabilit mekkaniżmu ta’ self fost skemi nazzjonali fl-Unjoni bħala għodda tal-aħħar rikors. Is-sistema għandha tinkludi l-possibbiltà għall-iskemi biex jisselfu fondi minn skemi

39 ĠU L 96, 12.4.2003, p. 16. 40 ĠU L ...

Page 18: DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL201…MT 2 MT MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI 1. KUNTEST TAL-PROPOSTA Id-Direttiva 97/9/KE dwar l-Iskemi ta’ Kumpens għall-Investitur

MT 18 MT

oħrajn fil-każ eċċezzjonali li huma jiffaċċjaw nuqqas temporanju ta’ fondi. Għal dan l-iskop, porzjon ta’ finanzjament ex ante f’kull skema għandu jkun disponibbli għal self lil skemi oħra.

(17) Il-mekkaniżmu tas-self m’għandux imiss xi responsabbiltà fiskali tal-Istati Membri. L-iskemi ta’ self għandhom ikunu jistgħu jirrikorru għall-possibbiltà ta’ self stabilita f’din id-direttiva wara li jeżawrixxu l-fondi miġbura biex jilħqu l-livell indikat tal-fond fil-mira u s-sejħiet addizzjonali għal kontribuzzjonijiet mill-membri tagħhom. Filwaqt li tirrispettais-superviżjoni tal-iskemi ta’ kumpens għall-investitur mill-Istati Membri, l-AETS għandha tikkontribwixxi għall-ilħuq tal-mira li tkun magħmula aktar faċli għad-ditti ta’ investiment u għall-UCITS sabiex ikomplu jwettqu l-attivitajiet tagħhom filwaqt li fl-istess ħin jiżguraw protezzjoni effikaċi għall-investituri. Għal dak il-għan, l-AETS għandha tikkonferma li l-kundizzjonijiet ta’ self bejn skemi ta’ kumpens għall-investitur stabiliti f’din id-Direttiva jiġu ssodisfati u għandha tiddikjara, fi ħdan il-limiti stretti stabiliti minn din id-Direttiva, l-ammonti li għandhom jiġu mislufa minn kull skema, ir-rata ta’ imgħax inizjali kif ukoll it-tul ta’ żmien tas-self. F’dan ir-rigward, l-AETS għandha tiġbor informazzjoni dwar skemi ta’ kumpens għall-investitur, b’mod partikolari fuq l-ammont ta’ flus koperti u l-istrumenti finanzjarji f’kull skema, ikkonfermati mill-awtoritajiet kompetenti. Għandha tinforma lill-iskemi ta’ kumpens għall-investituri oħrajn dwar l-obbligi tagħhom għas-self.

(18) Sabiex jiġi ssimplifikat il-proċess ta’ self, jekk tiġi stabilita aktar minn skema waħda fi Stat Membru, l-Istat Membru għandu jindika skema waħda li taġixxi bħala l-iskema ta’ self ta’ dak l-Istat Membru, u jinforma b'dan lill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq. Is-self għandu jkun limitat għall-kopertura tal-kumpens li joħroġ mid-Direttiva 97/9/KE.

(19) Jeħtieġ li jiġi żgurat li l-fondi globali disponibbli għas-self ikunu jistgħu jintużaw biex jiġu ssodisfati aktar minn talba waħda mill-iskemi ta’ self. Għal dan l-iskop, l-ebda self ma għandu jaqbeż livell minimu determinat minn qabel ta’ fondi disponibbli għas-self.

(20) Sabiex jiġi aċċellerat il-proċess ta’ kumpens, id-determinazzjoni minn awtorità kompetenti dwar il-fatt li xi ditta tal-investiment ma tkunx f’qagħda li tissodisfa l-obbligi tagħha li jirriżultaw mill-pretensjonijiet tal-investituri, għandha ssir kemm jista’ jkun malajr.

(21) Il-proċeduri meħtieġa biex tiġi stabilita l-eliġibbiltà u l-ammont ta’ pretensjoni tal-kumpens, ħafna drabi jiddependu mil-liġijiet nazzjonali amministrattivi u dwar l-insolvenza, jistgħu jikkawżaw dewmien kbir fil-ħlasijiet lill-investituri. Sabiex dan id-dewmien jiqsar, jinħtieġ li jiġi żgurat li, f’sistemi jew sitwazzjonijiet fejn l-eliġibbiltà u l-ammont tal-pretensjoni jiddependu minn proċeduri ta’ insolvenza jew ġudizzjali rigward l-entitajiet li jonqsu milli jissodisfaw l-obbligi tagħhom, l-iskemi għandhom ikunu jistgħu jipparteċipaw f’dawk il-proċeduri. Barra minn hekk, għandu jkun hemm il-possibbiltà tal-obbligu li jingħata żborż provviżorju ta’ kumpens parzjali fil-każ ta’ dewmien itwal minn tnax-il xahar, sabiex l-investituri jitħallew jirċievu porzjon tal-kumpens mitlub. Għandhom jiġu previsti mekkaniżmi biex jintraddu lura l-flejjes lill-iskemi fil-każ li jiġi stabilit li l-pretensjoni ma kinitx eliġibbli.

(22) Id-Direttiva 97/9/KE tippermetti lill-Istati Membri biex jeskludu investituri professjonali u istituzzjonali mill-kopertura iżda l-lista relevanti mhijiex allinjata mal-

Page 19: DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL201…MT 2 MT MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI 1. KUNTEST TAL-PROPOSTA Id-Direttiva 97/9/KE dwar l-Iskemi ta’ Kumpens għall-Investitur

MT 19 MT

klassifikazzjoni ta’ klijenti ta’ ditti ta’ investiment skont id-Direttiva 2004/39/KE. Sabiex tiġi żgurata l-konsistenza bejn id-Direttivi 97/9/KE u 2004/39/KE, biex tiġi ssimplifikata l-valutazzjoni għall-iskemi ta’ kumpens u biex tiġi limitata l-esklużjoni possibbli, fil-każ ta’ intrapriżi, għall-impriżi kbar biss, id-Direttiva 97/9/KE għandha tirreferi għall-investituri li jitqiesu klijenti professjonali skont id-Direttiva 2004/39/KE.

(23) Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 290 tat-Trattat. B’mod partikolari, l-atti delegati għandhom jiġu adottati fir-rigward tad-determinazzjoni tal-metodu dwar il-kalkolu tal-livell tal-fond indikat li għandu jiġi stabilit mill-iskemi, u dwar il-modifika tal-livell tal-fond fil-mira, il-perċentwal tal-livell massimu stabilit tal-fondi disponibbli għas-self, bejn l-iskemi nazzjonali ta’ kumpens, il-proċedura li biha jiġu indirizzati l-pretensjonijiet tal-investituri u l-kriterji tekniċi sabiex jiġi kkalkolat it-telf fil-valur ta’ UCITS fiċ-ċirkostanzi koperti b’din id-Direttiva. Il-Kummissjoni għandu jkollha wkoll is-setgħa li temenda, permezz ta’ atti delegati, il-perċentwali ta’ fondi disponibbli għas-self, filwaqt li tqis l-iżviluppi fis-swieq finanzjarji.

(24) Għalhekk id-Direttiva 97/9/KE għandha tiġi emendata skont dan,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1 Emendi tad-Direttiva 97/9/KE

Id-Direttiva 97/9/KE hija emendata kif ġej:

(1). L-Artikolu 1 huwa emendat kif ġej:

(a) Il-punt 2 huwa sostitwit b’li ġej:

"2. 'negozju ta’ investiment' għandha tfisser servizzi ta’ investiment u attivitajiet kif iddefiniti fl-Artikolu 4(1)(2) tad-Direttiva 2004/39/KE u s-servizz anċillari msemmi fil-punt 1 tas-Sezzjoni B tal-Anness I mad-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*);

* ĠU L 45, 16.2.2005, p. 18."

(b) Il-punt 4 huwa sostitwit b’li ġej:

"4. 'investitur' għandha tfisser, b'rabta man-negozju ta’ investiment, kull persuna li tkun fdat flus jew strumenti lil ditta tal-investiment, u fir-rigward tal-attivitajiet tal-UCITS, detentur ta’ unitajiet jew ta’ ishma f’UCITS (minn issa ’l quddiem "detentur ta’ unitajiet");"

(c) Il-punt 7 huwa sostitwit b’li ġej:

"7. 'awtoritajiet kompetenti' tfisser l-awtoritajiet iddefiniti fl-Artikolu 4 (1) 22 tad-Direttiva 2004/39/KE u fl-Artiklu 2(1) (h) tad-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*).

Page 20: DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL201…MT 2 MT MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI 1. KUNTEST TAL-PROPOSTA Id-Direttiva 97/9/KE dwar l-Iskemi ta’ Kumpens għall-Investitur

MT 20 MT

Fejn din id-Direttiva tirreferi għar-[regolament tal-AETS], skemi ta’ kumpens għall-investituri għandhom, għall-għanijiet ta’ dan ir-regolament, jitqiesu bħala awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 2(3) tar-[regolament tal-AETS];

* ĠU L 302, 17.11.2009, p. 32."

(d) Il-punti li ġejjin 8 sa 11 huma miżjudin:

"8. 'UCITS' tfisser intrapriża kif iddefinita fl-Artikolu 1(2) u (3) tad-Direttiva 2009/65/KE;

9. 'depożitarju' tfisser, rigward l-attivitajiet tal-UCITS, istituzzjoni kif iddefinita fl-Artikolu 2(1)(a) tad-Direttiva 2009/65/KE;"

10. 'parti terza' tfisser, rigward in-negozju ta’ investiment, istituzzjoni li magħha ditta tal-investiment tkun iddepożitat strumenti finanzjarji miżmuma minnha jew f’isem il-klijenti tagħha kif imsemmi fl-Artikolu 17 tad-Direttiva 2006/73/KE; jew li magħha dik l-istituzzjoni tkun issottodepożitat l-istrumenti finanzjarji; fir-rigward tan-negozju tal-UCITS, istituzzjoni li magħha depożitarju tal-UCITS ikun ħalla assi f’isem il-UCITS;

11. 'assi b’riskju baxx' tfisser entrati ta’ assi li jaqgħu f’waħda mill-kategoriji stabiliti fl-ewwel u t-tieni kategorija tat-Tabella 1 ta’ punt 14 tal-Anness I mad-Direttiva 2006/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(*), iżda li jeskludu entrati ta’ assi definiti bħala entrati kwalifikanti fil-punt 15 ta’ dak l-Anness.

* ĠU L 177, 30.6.2006, p. 201."

(e) Il-paragrafu 2 li ġej huwa miżjud:

"2. Id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva li japplikaw għal ditti ta’ investiment għandhom japplikaw għal kumpaniji maniġerjali awtorizzati skont id-Direttiva 2009/65/KE, fejn l-awtorizzazzjoni li jingħataw tkopri wkoll is-servizzi mniżżla fl-Artikolu 6(3), ta’ dik id-Direttiva."

(2) L-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:

(a) L-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 huwa sostitwit b’li ġej:

"1. Kull Stat Membru għandu jiżgura li ġewwa t-territorju tiegħu tiġi introdotta skema waħda jew aktar ta’ kumpens għall-investituri u li dawn ikunu rikonoxxuti uffiċjalment. Ħlief għaċ-ċirkostanzi previsti fit-tieni subparagrafu u fl-Artikolu 5(3), l-ebda ditta tal-investiment awtorizzata f’dak l-Istat Membru jew UCITS awtorizzat f’dak l-Istat Membru, ma tista’ twettaq negozju ta’ investiment jew twettaq attivitajiet bħala UCITS, sakemm din tkun tappartjeni għal dik l-iskema."

(b) Il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’li ġej:

"2. Skema għandha tipprovdi kopertura għall-investituri fir-rigward ta’ negozju ta’ investiment skont l-Artikolu 4 fejn l-ewwel nett waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin tiġi ssodisfata:

Page 21: DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL201…MT 2 MT MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI 1. KUNTEST TAL-PROPOSTA Id-Direttiva 97/9/KE dwar l-Iskemi ta’ Kumpens għall-Investitur

MT 21 MT

(a) l-awtoritajiet kompetenti jkunu ddeterminaw li ditta tal-investiment tidher, għal dak iż-żmien, minħabba raġunijiet relatati direttament maċ- ċirkostanzi finanzjarji tad-ditta tal-investiment jew maċ-ċirkostanzi finanzjarji ta’ kull parti terza li magħha d-ditta tal-investiment tkun iddepożitat strumenti finanzjarji, li ma tistax tissodisfa l-obbligi tagħha li jirriżultaw mill-pretensjonijiet tal-investituri u li m’għandha l-ebda prospett bikri li tista’ tagħmel dan,

(b) awtorità ġudizzjali tkun tat deċiżjoni, għal raġunijiet relatati direttament maċ-ċirkostanzi finanzjarji tad-ditta tal-investiment, jew iċ-ċirkostanzi finanzjarji ta’ kull parti terza li magħha jkunu ġew depożitati strumenti finanzjarji mid-ditta tal-investiment, li jkollha l-effett li tissospendi l-abbiltà tal-investituri biex jagħmlu pretensjonijiet kontra d-ditta jew l-abbiltà tad-ditta biex tagħmel pretensjonijiet kontra l-parti terza.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jagħmlu d- determinazzjoni msemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu kemm jista’ jkun malajr, u f’kull każ fi żmien tliet (3) xhur, wara li l-ewwel isiru jafu li d-ditta tal-investiment tkun naqset milli tissodisfa l-obbligi tagħha li jirriżultaw mill-pretensjonijiet tal-investituri."

(c) Jiddaħħlu l-paragrafi 2a, 2b u 2c li ġejjin:

"2a. Il-kopertura msemmija fil-paragrafu 2 għandha tingħata skont il-kundizzjonijiet kuntrattwali u legali applikabbli għal pretensjonijiet li jirriżultaw mill-inabbiltà ta’ ditta tal-investiment biex twettaq xi wieħed minn dawn li ġejjin:

(a) tħallas lura flejjes dovuti jew li jappartjenu għall-investituri u miżmuma f’isimhom b’konnessjoni ma’ negozju ta’ investiment;

(b) tirritorna lill-investituri kull strument li jappartjeni lilhom, miżmum, amministrat jew immaniġjat f’isimhom b’konnessjoni ma’ negozju ta’ investiment,

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-iskemi jipprovdu kopertura fejn jinżammu l-istrumenti finanzjarji jew il-flejjes, amministrati jew immaniġjati f’isem investitur, irrispettivament mit-tip ta’ negozju ta’ investiment li jkun qed isir mid-ditta u irrispettivament minn jekk id-ditta tkunx qed taġixxi skont xi restrizzjoni stabilita fl-awtorizzazzjoni tagħha.

2b. Skema għandha tipprovdi wkoll kopertura għal detenturi ta’ unitajiet ta’ UCITS skont l-Artikolu 4 fejn tiġi ssodisfata l-ewwel xi waħda minn dawn il-kundizzjonijiet:

(a) l-awtorità kompetenti tkun iddeterminat li depożitarju jew parti terza, li l-assi tal-UCITS jkunu ġew fdati lilhom, ma jkunux f’qagħda li jissodisfaw l-obbligi tagħhom lejn il-UCITS, għal dak iż-żmien, minħabba raġunijiet relatati direttament maċ-ċirkostanzi finanzjarji tad-depożitarju jew il-parti terza, u ma jkun hemm l-ebda prospett bikri li jsir xi ħlas;

(b) awtorità ġudizzjali tkun tat deċiżjoni, għal raġunijiet relatati direttament maċ-ċirkostanzi finanzjarji tad-depożitarju jew il-parti terza li magħhom

Page 22: DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL201…MT 2 MT MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI 1. KUNTEST TAL-PROPOSTA Id-Direttiva 97/9/KE dwar l-Iskemi ta’ Kumpens għall-Investitur

MT 22 MT

ikunu fdati l-assi tal-UCITS, li għandha l-effett li tissospendi l-abbiltà tal-UCITS li tagħmel pretensjonijiet kontra d-depożitarju jew il-parti terza.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jagħmlu d-determinazzjoni msemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu kemm jista’ jkun malajr u f’kull każ fi żmien 3 xhur, mill-ewwel wara li jsiru jafu li xi depożitarju jew parti terza, li magħhom ikunu fdati l-assi tal-UCITS, naqsu milli jissodisfaw l-obbligi tagħhom li jirriżultaw mill-pretensjonijiet tal-UCITS.

2c. Il-kopertura msemmija fil-paragrafu 2b għandha tingħata skont il-kundizzjonijiet kuntrattwali u legali applikabbli għal pretensjoni minn detentur tal-unitajiet tal-UCITS, għat-telf tal-valur tal-unità tal-UCITS minħabba l-inabbiltà ta’ depożitarju jew persuna li miegħu jkunu ġew fdati l-assi tal-UCITS, biex twettaq xi wieħed milli ġejjin:

(a) tħallas lura flus dovuti jew li jappartjenu lill-UCITS u miżmuma f’isimha b’konnessjoni mal-attivitajiet tal-UCITS,

(b) tirritorna lill-UCITS kull strument li jappartjeni lilha, u miżmum jew amministrat f’isimha b’konnessjoni mal-attivitajiet tal-UCITS."

(f) Il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’li ġej:

"3. Kull pretensjoni msemmija fil-paragrafu 2a dwar istituzzjoni ta’ kreditu li, f’xi Stat Membru partikolari tkun eliġibbli kemm taħt din id-Direttiva u d-Direttiva 94/19/KE, għandha tiġi ttrattata taħt id-Direttiva 94/19/KE. L-ebda pretensjoni ma għandha tkun eliġibbli aktar minn darba skont dawk id-direttivi."

Page 23: DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL201…MT 2 MT MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI 1. KUNTEST TAL-PROPOSTA Id-Direttiva 97/9/KE dwar l-Iskemi ta’ Kumpens għall-Investitur

MT 23 MT

(3) L-Artikolu 3 huwa sostitwit b’li ġej:

"Artikolu 3

"Pretensjonijiet li jirriżultaw minn tranżazzjonijiet b’konnessjoni ma’ kundanna ta’ ħtija kriminali li tkun ingħatat fuq ħasil tal-flus, kif iddefinit fl-Artikolu 1 tad-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*), jew li jirriżultaw minn imġiba li hija pprojbita skont id-Direttiva 2003/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (**), għandhom ikunu esklużi minn kull kumpens taħt l-iskemi ta’ kumpens għall-investitur.

* ĠU L 309, 25.11.2005, p. 15.

** ĠU L 96, 12.4.2003, p. 16."

(4) L-Artikolu 4 huwa emendat kif ġej:

(a) Il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’li ġej:

"1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-iskemi jipprovdu kopertura ta’ EUR 50 000 għal kull investitur fir-rigward tal-pretensjonijiet imsemmija fl-Artikolu 2(2a) jew (2c).

L-Istati Membri li jipprovdu kopertura ta’ aktar minn EUR 50 000 fiż-żmien tal-adozzjoni ta’ din id-Direttiva, jistgħu jżommu dak il-livell ta’ kopertura għal mhux aktar tard minn 3 snin mid-data tat-traspożizzjoni ta’ din id-Direttiva. Wara dik id-data, dawk l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-livell ta’ kopertura huwa ta’ EUR 50 000.

L-Istati Membri li jeqilbu l-ammonti mfissra f’euro għall-valuta nazzjonali tagħhom, għandhom inizjalment jużaw fil-konverżjoni, ir-rata tal-kambju li tipprevali fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva.

L-Istati Membri jistgħu jqarrbu l-ammonti li jirriżultaw mill-konverżjoni, bil-kundizzjoni li dan it-tqarrib ma jaqbiżx l-EUR 2500.

Mingħajr ħsara għar-raba’ subparagrafu, l-Istati Membri għadhom jaġġustaw il-livelli ta’ kopertura kovertiti f’valuta oħra għall-ammont imsemmi f’dan il-paragrafu għallinqas kull ħames snin. L-Istati Membri jistgħu jagħmlu aġġustamet bikri tal-livelli ta’ kopertura, wara li jkunu kkonsultaw lill-Kummissjoni, meta jseħħu avvenimenti imprevvisti bħal flutwazzjonijiet tal-valuta.

(b) Il-paragrafu 1a huwa miżjud:

"1a. Il-Kummissjoni tista’ taġġusta permezz ta’ atti delegati l-ammont li hemm referenza għalih fil-paragrafu 1, filwaqt li tqis il-parametri li ġejjin:

(a) inflazzjoni fl-Unjoni, abbażi ta’ tibdil fl-indiċi armonizzat tal-prezzijiet tal- konsumatur ippubblikat mill-Kummissjoni;

(b) ammont medju ta’ fondi u strumenti finanzjarji miżmuma minn ditti ta’ investiment f’isem investituri komuni."

Page 24: DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL201…MT 2 MT MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI 1. KUNTEST TAL-PROPOSTA Id-Direttiva 97/9/KE dwar l-Iskemi ta’ Kumpens għall-Investitur

MT 24 MT

(c) Il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’li ġej:

"2 Stat Membru jista’ jipprovdi li ċerti investituri għandhom jiġu esklużi mill-kopertura mill-iskemi għal pretensjonijiet imsemmija fl-Artikolu 2(2a) jew (2c), jew għandhom jingħataw livell ta’ kopertura iktar baxx. Dawk l-esklużjonijiet għandhom jitniżżlu fl-Anness 1. "

(d) Il-paragrafu 4 jitħassar.

Page 25: DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL201…MT 2 MT MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI 1. KUNTEST TAL-PROPOSTA Id-Direttiva 97/9/KE dwar l-Iskemi ta’ Kumpens għall-Investitur

MT 25 MT

(5) Għandhom jiddaħħlu l-Artikoli 4a u 4b li ġejjin:

"Artikolu 4a

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-iskemi jkollhom sistemi adegwati biex jiddeterminaw l-obbligazzjonijiet potenzjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-iskemi ta’ kumpens jiġu ffinanzjati b’mod adegwat fi proporzjon għall-obbligazzjonijiet tagħhom.

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull skema tistabilixxi livell ta’ mira tal-fondi ta’ mhux inqas minn 0.5% tal-valur tal-flejjes u l-istrumenti finanzjarji miżmuma, amministrati u mmaniġjati mid-ditti ta’ investiment jew UCITS li jkunu koperti bil-protezzjoni tal-iskema ta’ kumpens għall-investitur. Il-valur tal-flejjes u strumenti finanzjarji għandu jiġi kkalkolat kull sena fl-1 ta’ Jannar.

Il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta’ atti delegati skont l-Artikolu 13a u soġġett għall-kundizzjonijiet tal-Artikoli 13b u 13c, miżuri biex jiddeterminaw il- metodu li jikkalkola l-valur tal-flejjes u l-istrumenti finanzjarji koperti bil-protezzjoni tal-iskemi ta’ kumpens għall-investitur, sabiex jiġi ddeterminat il-livell indikat tal-fond li għandu jiġi stabilit bl-iskemi, u sabiex jiġi mmodifikat il-livell indikat tal-fond waqt li jitqiesu l-iżviluppi fis-swieq finanzjarji.

3. Il-livell indikat tal-fond għandu jkun iffinanzjat qabel u irrispettivament mill-okkorrenza ta’ xi avveniment relevanti skont l-Artikolu 2(2) jew (2b). L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-livell ta’ finanzjament għal kull skema jintlaħaq f’perjodu ta’ għaxar snin wara li din id-Direttiva tidħol fis-seħħ, u li kull skema tadotta u tikkonforma ma’ ppjanar xieraq sabiex tilħaq dan l-għan.

Il-kontribuzzjonijiet miġbura biex jintlaħaq il-livell indikat tal-fond għandhom ikunu investiti biss f’depożiti ta’ flus kontanti u assi b’riskju baxx b’terminu residwali għall-maturita finanzjarja ta’ 24 xahar jew inqas, li jistgħu jiġu likwidati f’limitu ta’ żmien li ma jaqbiżx xahar.

4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-iskemi jistgħu jagħmlu sejħiet addizzjonali għal kontribuzzjoni lill-membri tal-iskema, fil-każ li l-livell indikat tal-fond ma jkunx biżżejjed biex iħallas il-pretensjonijiet għal kumpens imsemmija fl-Artikolu 9(2). Dawk il-kontribuzzjonijiet addizzjonali ma għandhomx jaqbżu 0.5% tal-flejjes u tal-istrumenti finanzjarji koperti kif imsemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu. Dawk il-kontribuzzjonijiet addizzjonali ma għandhomx jippreġudikaw l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja tal-Istat Membru rispettiv u għandhom ikunu bbażati fuq kriterji ta’ affordabbiltà.

5. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-iskemi jkollhom arranġamenti ta’ finanzjament alternattiv adegwat biex jippermettilhom jiksbu finanzjament għal żmien qasir biex jissodisfaw il-pretensjonijiet kontra l-iskema ladarba l-ammont iffinanzjat minn qabel ikun ġie eżawrit. Dawk l-arranġamenti jistgħu jinkludu faċilitajiet ta’ self minn banek kummerċjali. Jistgħu jinkludu wkoll faċilitajiet ta’ self minn istituzzjonijiet pubbliċi bil-kundizzjoni li dawk il-faċilitajiet ikunu bbażati fuq raġunijiet kummerċjali.

Page 26: DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL201…MT 2 MT MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI 1. KUNTEST TAL-PROPOSTA Id-Direttiva 97/9/KE dwar l-Iskemi ta’ Kumpens għall-Investitur

MT 26 MT

6. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ispiża tal-finanzjament tal-iskemi għandha tiġi assorbita fl-aħħar mill-aħħar, fir-rigward tan-negozju ta’ investiment, mid-ditti ta’ investiment jew il-kustodji minn partijiet terzi koperti mill-iskema, u fir-rigward tal-attivitajiet tal-UCITS, mill-UCITS jew id-depożitarji tagħhom jew partijiet terzi li huma koperti bl-iskema. Kull sena għandhom isiru kontribuzzjonijiet regolari mill-membri.

7. L-Istati Membri, ta’ kull sena għandhom jinfurmaw lill-AETS bil-livell ta’ finanzjament fil-mira, kif hemm referenza għalih fil-paragrafu 2, u l-livell ta’ finanzjament, kif hemm referenza għalih fil-paragrafu 3 tal-iskemi fl-Istati Membri tagħhom. Din l-informazzjoni għandha tiġi kkonfermata mill-awtoritajiet kompetenti u għandha, akkompanjata b’din il-konferma, tiġi trażmessa fi żmien 30 jum mit-tmiem ta’ kull sena lill-AETS.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni li hemm referenza għaliha fl-ewwel subparagrafu tiġi ppubblikata fuq is-sit elettroniku tal-Iskemi għallinqas fuq bażi annwali.

8. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li 10% tal-ammont tal-finanzjament ex ante tal-iskemi msemmija fl-Artikolu 4a (2) ikun disponibbli għal self lil skemi oħrajn skont il-kundizzjonijiet stabiliti fl-Artikolu 4ċ.

Il-Kummissjoni tista’ temenda, permezz ta’ atti delegati skont l-Artikolu 13a u suġġett għall-kundizzjonijiet tal-Artikoli 13b u 13ċ, il-perċentwali tal-ammont ta’ finanzjament ex ante li għandu jsir disponibbli għal self lil skemi oħrajn, waqt li jitqiesu l-iżviluppi fis-swieq finanzjarji.

9. Il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta’ atti delegati skont l-Artikolu 13a u soġġett għall-kundizzjonijiet tal-Artikoli 13b u 13c, miżuri sabiex jiddeterminaw:

(a) il-metodu li jiddetermina l-obbligazzjonijiet potenzjali tal-iskemi kif imsemmi fil- paragrafu 1;

(b) l-arranġamenti alternattivi ta’ finanzjament kif hemm referenza għalihom fil-paragrafu 5 li l-iskemi għandu jkollhom stabilit sabiex ikunu jistgħu jiksbu finanzjament fuq perjodu ta’ żmien qasir jekk ikun hemm bżonn;

(c) il-fatturi li għandhom jiġu kkunsidrati fil-valutazzjoni tal-abbiltà ta’ kontribuzzjonijiet addizzjonali kif hemm referenza għalihom fil-paragrafu 4 sabiex ma tiġix imħarbta l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja ta’ Stat Membru;

(d) il-kriterji sabiex jiġu stabiliti l-kontribuzzjonijiet mill-entitajiet koperti kif hemm referenza għal dan fil-paragrafu 6.

10. Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi tal-applikazzjoni tal-paragrafu 7, is-subparagrafu 2, l-Awtorità Ewropea għat-Titoli u s-Swieq stabilita bir-Regolament …/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(*) [AETS] (minn hawn iżjed ’il quddiem issir referenza għaliha bħala "AETS") għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi sabiex tispeċifika d-dettalji tal-informazzjoni li għandha tiġi ppubblikata mill-iskemi.

Page 27: DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL201…MT 2 MT MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI 1. KUNTEST TAL-PROPOSTA Id-Direttiva 97/9/KE dwar l-Iskemi ta’ Kumpens għall-Investitur

MT 27 MT

L-AETS għandha tissottometti l-abbozz tal-istandards tekniċi li hemm referenza għalihom fl-ewwel subparagrafu lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2012.

Il-Kummissjoni tista’ tadotta l-abbozz tal-istandards tekniċi msemmija fl-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 7e tar-Regolament .../.... [AETS].

Artikolu 4b

1. Skema għandu jkollha d-dritt li tissellef mill-iskemi l-oħrajn kollha msemmija fl-Artikolu 2 ġewwa l-Unjoni ladarba l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin jiġu sodisfatti:

(a) l-iskema ta’ self ma tkunx f’qagħda li tissodisfa l-obbligi tagħha skont l-Artikolu 2 (2a) jew (2c) minħabba ħlasijiet li jkunu saru qabel biex jissodisfaw dawk l-obbligi;

(b) is-sitwazzjoni msemmija fil-punt (a) ta’ dan is-subparagrafu hija minħabba nuqqas ta’ fondi kif imsemmi fl-Artikolu 4a (3);

(c) l-iskema ta’ self tkun irrikorriet għal kontribuzzjonijiet addizzjonali li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 4a(4);

(d) l-iskema ta’ self tikkommetti ruħha b’mod legali li l-fondi li tkun issellfet jintużaw biex iħallsu l-pretensjonijiet skont l-Artikolu 2 (2a) u (2c);

(e) skema li ma tkunx ħallset lura self lil skemi oħrajn skont dan l-Artikolu għandha la tissellef minn u lanqas issellef lil skemi oħra;

(f) l-iskema ta’ self għandha tiddikkjara l-ammont ta’ flus mitlub;

(g) l-iskema ta’ self għandha tinforma mingħajr dewmien lill-AETS u tiddikkjara r-raġunijiet għaliex il-kundizzjonijiet t’hawn fuq huma sodisfatti u l-ammont ta’ flus mitlub.

L-ammont imsemmi fil-punt (f) tal-ewwl subparagrafu għandu jiġi stabilit kif ġej:

[ammont ta’ pretensjonijiet li għandhom jitħallsu skont l-Artikolu 2(2a) u 2(2c)] – [livell ta’ finanzjament kif imsemmi fl-Artikolu 4a(7)] + ammont massimu ta’ kontribuzzjonijiet addizzjonali msemmija fl-Artikolu 4a(4)]

L-iskemi l-oħrajn għandhom jaġixxu bħala skemi ta’ self. Għal dan l-iskop, l-Istati Membri li fihom ikun hemm stabilita aktar minn skema waħda, għandhom jindikaw skema waħda li taġixxi bħala l-iskema ta’ self f’dak l-Istat Membru u għandhom jinformaw lill-AETS b’dan. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu jekk u kif l-iskema ta’ self tiġi rimborżata minn Skemi oħra stabiliti fl-istess Stat Membru.

2. Is-self huwa soġġett għall-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) soġġett għal-limitu stabilit fis-subparagrafu li ġej, kull skema għandha ssellef l-ammont proporzjonat għall-ammont ta’ flejjes u strumenti finanzjarji koperti f’kull skema mingħajr ma titqies l-iskema ta’ self. L-ammonti għandhom jiġu kkalkolati skont l-aħħar informazzjoni msemmija fl-Artikolu 4a (2);

Page 28: DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL201…MT 2 MT MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI 1. KUNTEST TAL-PROPOSTA Id-Direttiva 97/9/KE dwar l-Iskemi ta’ Kumpens għall-Investitur

MT 28 MT

(b) l-iskema ta’ self għandha tħallas lura s-self sa mhux aktar tard minn 5 snin wara. Tista’ tħallas lura s-self fi pagamenti akkont annwali. L-imgħax għandu jintradd biss fil-ħin tal-ħlas lura;

(c) ir-rata tal-imgħax għandha tkun ekwivalenti għar-rata tal-faċilità ta’ self marġinali tal-Bank Ċentrali Ewropew matul il-perjodu ta’ kreditu.

L-ammont totali msellef lil kull skema ta’ self ma għandux jaqbeż l-20% tal-ammont totali tal-fondi disponibbli fil-livell tal-Unjoni għas-self kif imsemmi fl-Artikolu 4a (8).

3. AETS għandha tikkonferma li l-obbligi msemmija fil-paragrafu 1 jkunu ġew sodisfatti, għandha tiddikkjara l-ammonti li għandhom jiġu missellfa minn kull skema kif ikkalkolati skont il-paragrafu 2(a) u r-rata inizjali tal-imgħax skont il-paragrafu 2 (c), kif ukoll iż-żmien tas-self.

AETS għandha tittrażmetti l-konferma tagħha flimkien mal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu (g) lill-iskemi li jsellfu. Huma għandhom jirċievu din il-konferma u l-informazzjoni fi żmien 15-il jum. L-iskemi ta’ self għandhom, mingħajr dewmien iżda mhux aktar tard minn 15-il jum ta’ xogħol wara li jirċievuha, iwettqu l-ħlas tas-self lill-iskema ta’ self.

4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kontribuzzjonijiet intaxxati mill-iskema ta’ self ikunu biżżejjed biex jirrimbursaw l-ammont missellef u biex jistabilixxu mill-ġdid il-fond tal-livell indikat kemm jista’ jkun malajr u mhux aktar tard minn perjodu ta’ għaxar snin wara li jiġi rċevut is-self.

5. Sabiex tiġi ffaċilitata kooperazzjoni effikaċi bejn l-iskemi ta’ kumpens għall-investitur, l-iskemi, jew, fejn jixraq, l-awtoritajiet kompetenti, għandu jkollhom ftehim bil-miktub ta’ kooperazzjoni. Dawn il-ftehim għandhom iqisu l-obbligi stabiliti fid-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (**).

AETS għandha tiġi nnotifikata bl-eżistenza u bil-kontenut tal-ftehimiet li hemm referenza għalihom fis-subparagrafu 1. Hija tista’ toħroġ opinjonijiet fuq dawn il-ftehimiet skont l-Artikoli [6(2)(f) u 19 tar-regolament tal-AETS]. Jekk l-awtoritajiet kompetenti jew l-iskemi ma jkunux jistgħu jaslu għal ftehim, jew jekk ikun hemm disgwit rigward l-interpretazzjoni ta’ dan il-ftehim, AETS għandha ssolvi d-diżgwiti skont [l-Artikolu 11 tar-regolament tal-AETS].

In-nuqqas tal-ftehimiet li hemm referenza għalihom fis-subparagrafu 1 m’għandhomx jaffettwa l-pretensjonijiet tal-investituri skont l-Artikoli 2(2a) jew (2c).

* ĠU L …

** ĠU L 084, 26/03/1997, p.22.

(6) L-Artikoli 5 u 6 huma sostitwiti b’li ġej:

Page 29: DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL201…MT 2 MT MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI 1. KUNTEST TAL-PROPOSTA Id-Direttiva 97/9/KE dwar l-Iskemi ta’ Kumpens għall-Investitur

MT 29 MT

"Artikolu 5

1. Jekk xi ditta tal-investiment, il-UCITS, depożitarju jew parti terza, meħtieġa bl-Artikolu 2(1) biex jappartjenu għal skema, ma jissodisfawx l-obbligi rispettivi tagħhom, dovuti minnhom bħala membri ta’ dik l-iskema, l-awtoritajiet kompetenti li jkunu ħarġu l-awtorizzazzjoni tad-ditta tal-investiment jew l-awtorizzazzjoni tal-UCITS, għandhom jiġu nnotifikati u, f’kooperazzjoni mal-iskema tal-kumpens, għandhom jieħdu l-miżuri kollha xierqa, inkluż l-impożizzjoni ta’ penali, biex jiżguraw li d-ditta tal-investiment, il-UCITS, id-depożitarju jew it-parti terza, jissodisfaw l-obbligi tagħhom.

2. Jekk il-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 jonqsu milli jiżguraw konformità min-naħa tad-ditta tal-investiment, il-UCITS, id-depożitarju jew parti terza, l-iskema tista’, bil-kunsens ċar tal-awtoritajiet kompetenti, tagħti notifika ta’ mhux inqas minn 12-il xahar, tal-intenzjoni tagħha li teskludi d-ditta tal-investiment, il-UCITS, id-depożitarju jew it-parti terza mis-sħubija fl-iskema. L-iskema għandha tibqa’ tipprovdi l-kopertura msemmija fl-Artikolu 2(2a) u (2c) fir-rigward tan-negozju ta’ investiment jew tal-attivitajiet tal-UCITS imwettqa matul dak il-perjodu. Jekk, mal-iskadenza tal-perjodu tan-notifika, id-ditta tal-investiment, il-UCITS, id-depożitarju jew it-parti terza ma jkunux issodisfaw l-obbligi tagħhom, l-iskema ta’ kumpens tista’, wara li tkun akkwistat il-kunsens ċar tal-awtoritajiet kompetenti, teskludihom.

3. Ditta tal-investiment, UCITS, depożitarju jew parti terza, esklużi minn skema ta’ kumpens għall-investitur, jistgħu jkomplu jagħmlu negozju ta’ investiment, l-attivitajiet tagħha tal-UCITS jew tkun fdata bi strumenti finanzjarji ta’ investituri u tal-UCITS skont il-kundizzjoijiet segwenti:

a) qabel l-esklużjoni, tkun għamlet arranġamenti ta’ kumpens alternattivi biex tiżgura li investituri u UCITS igawdu kopertura li għallinqas tkun ekwivalenti għal dik offruta mill-iskema rikonoxxuta uffiċjalment, u li l-karatteristiċi ekwivalenti ta’ tali arranġamenti ta’ kumpens alternattivi jkunu ekwivalenti għal dawk tal-iskemi rikonoxxuti uffiċjalmet;

b) l-awtorità kompeteti responsabbli mill-awtorizzazzjoni tad-ditta tal-investiment jew UCITS, tkun ikkonfermat li ġew issodisfati l-kundizzjonijiet imesmmija fil-punt a).

4. Jekk ditta tal-investiment jew UCITS, u li fir-rigward tagħhom jkun hemm proposta għal esklużjoni skont il-paragrafu 2, ma jkunux f’qagħda li jagħmlu arranġamenti alternattivi li jikkonformaw mal-kundizzjonijiet imposti fil-paragrafu 3, l-awtoritajiet kompetenti li jkunu ħarġu l-awtorizzazzjoni tagħhom, għandhom:

(a) fir-rigward tad-ditta tal-investiment li dwarha tkun inħarġet l-awtorizzazzjoni, tirtira l-awtorizzazzjoni mingħajr dewmien;

(b) fir-rigward tal-UCITS li huma jkunu approvaw, tirtira l-awtorizzazzjoni mingħajr dewmien.

5. Meta depożitarju jew parti terza, u li fir-rigward tagħhom jkun hemm proposta għal esklużjoni skont il-paragrafu 2, mhumiex f’qagħda li jagħmlu arranġamenti alternattivi li jikkonformaw mal-kundizzjonijiet imposti fil-paragrafu 3, ma għandhomx jitħallew jiġu fdati bl-assi tal-investituri jew tal-UCITS."

Page 30: DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL201…MT 2 MT MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI 1. KUNTEST TAL-PROPOSTA Id-Direttiva 97/9/KE dwar l-Iskemi ta’ Kumpens għall-Investitur

MT 30 MT

Artikolu 6

Wara l-irtirar ta’ awtorizzazzjoni ta’ ditta tal-investiment jew ta’ UCITS, il-kopertura msemmija fl-Artikolu 2(2a) u (2c) għandha tibqa’ tingħata fir-rigward tan-negozju ta’ investiment imwettaq sal-ħin ta’ dak l-irtirar."

(7) L-Artikoli 8 u 9 huma sostitwiti b’li ġej:

"Artikolu 8

1. Il-kopertura li għaliha hemm ipprovdut fl-Artikolu 4(1) u (3) għandha tapplika għall-pretensjoni aggregata tal-investitur fuq l-istess ditta tal-investiment jew l-istess UCITS skont din id-Direttiva, irrispettivament min-numru ta’ kontijiet, il-valuta u l-post ġewwa l-Unjoni.

2. Għandu jitqies is-sehem ta’ kull investitur f’negozju konġunt ta’ investiment fil-kalkolu tal-kopertura mogħtija fl-Artikolu 4 (1) u (3).

Fin-nuqqas ta’ dispożizzjonijiet speċjali, il-pretensjonijiet għandhom jiġu diviżi b’mod indaqs bejn l-investituri.

L-Istati Membri jistgħu jistabilixxu li pretensjonijiet relatati ma’ negozju konġunt ta’ investiment u li għalihom żewġ persuni jew aktar huma ntitolati bħala membri ta’ assoċjazzjoni ta’ negozju, assoċjazzjoni jew grupp ta’ natura simili li m’għandha l-ebda personalità legali, għall-fini li jiġu kkalkolati l-limiti stabiliti fl-Artikolu 4(1) u (3), għandhom ikunu aggregati u ittrattati bħallikieku jirriżultaw minn investiment magħmul minn investitur wieħed.

3. Meta investitur ma jkunx intitolat għas-somom jew titoli miżmuma, il-persuna li tkun intitolata għandha tirċievi l-kumpens, bil-kundizzjoni li dik il-persuna kienet ġiet jew tista’ tkun identifikata qabel id-data tad-determinazzjoni jew deċiżjoni msemmija fl- l-Artikolu 2(2) u (2b).

Jekk żewġ persuni jew aktar ikunu ntitolati, is-sehem ta’ kull wieħed minnhom skont l-arranġamenti li jistipulaw kif is-somom jew it-titoli huma mmaniġjati, għandu jitqies meta l-limiti stabiliti fl-Artikolu 4(1) u (3) jiġu kkalkolati.

"Artikolu 9

1. L-iskema ta’ kumpens għandha tieħu l-miżuri kollha xierqa biex tinforma lill-investituri bid-determinazzjoni jew bid-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 2(2) u (2b) u, jekk għandhom jiġu kkumpensati, tikkumpensahom malajr kemm jista’ jkun. Hija tista’ tiffissa perjodu li matulu l-investituri għandhom jintalbu jissottomettu l-pretensjonijiet tagħhom. Dan il-perjodu ma jistax ikun inqas minn ħames xhur mid-data tad-determinazzjoni jew id-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 2(2) u (2b), jew mid-data li fiha dik id-determinazzjoni jew deċiżjoni ssir pubblika.

Il-fatt li dak il-perjodu jkun skada, ma jkunx jista’ jiġi invokat mill-iskema biex tkun miċħuda kopertura lil xi investitur li ma kienx f’qagħda li jikkonferma d-dritt tiegħu għal kumpens fil-ħin.

Page 31: DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL201…MT 2 MT MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI 1. KUNTEST TAL-PROPOSTA Id-Direttiva 97/9/KE dwar l-Iskemi ta’ Kumpens għall-Investitur

MT 31 MT

2. L-iskema għandha tkun f’pożizzjoni li tħallas pretensjoni ta’ investitur malajr kemm jista’ jkun u mhux aktar tard minn tliet xhur mill-istabbilment tal-eliġibbiltà u l-ammont tal-pretensjoni .

F’ċirkostanzi eċċezzjonali, skema ta’ kumpens tista’ tapplika mal-awtoritajiet kompetenti għal estensjoni tal-limitu taż-żmien. L-ebda estensjoni ta’ dan it-tip ma’ tista’ taqbeż it-tliet xhur. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinfurmaw immedjatament lill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq b’kull estensjoni mogħtija lil xi skema ta’ kumpens, u biċ-ċirkostanzi li jiġġustifikaw l-estensjoni.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-iskemi ta’ kumpens jistgħu jipparteċipaw fi proċeduri ta’ insolvenza jew ġudizzjali li jistgħu jkunu rilevanti fl-iffissar tal-eliġibbiltà u l-ammont tal-pretensjoni.

It-tielet subparagrafu għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-iskemi li jkollhom kapaċita jadottaw metodi oħrajn biex jiddeterminaw l-eliġibbiltà jew l-ammont tal-pretensjoni.

Jekk il-ħlas finali ma jkunx sar fi żmien disa’ xhur mid-determinazzjoni jew mid-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 2(2) jew (2b), l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-iskema tipprovdi, fi żmien tliet xhur minn dik id-determinazzjoni jew deċiżjoni, għal żborż provviżorju ta’ kumpens parzjali ta’ mhux inqas minn terz tal-pretensjoni bbażat fuq il-valutazzjoni inizjali tal-pretensjoni. Il-bilanċ għandu jitħallas fil-perjodu stabilit fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu wara li l-eliġibbiltà u l-ammont tal-pretensjoni jkunu finalment ġew stabiliti. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-iskema għandha l-mezzi biex tirkupra l-ammonti mħallsa provviżorjament jekk jiġi stabilit li l-pretensjoni ma kinitx eliġibbli.

Il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta’ atti delegati skont l-Artikolu 13 u soġġett għall-kundizzjonijiet tal-Artikoli 13b u 13c, miżuri li jistabilixxu l-proċedura biex tittratta l-pretensjonijiet tal-investituri u l-kriterji tekniċi biex jikkalkolaw it-telf fil-valur ta’ UCITS, b’riżultat tal-każijiet imsemmija fl-Artikolu 2 (2b) u (2c).

3. Minkejja li l-limitu ta’ żmien stabilit fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2, fejn investitur jew kull persuna oħra intitolata għal, jew li għandha interess f’negozju ta’ investiment, tkun ġiet akkużata b’reat rigward il-ħasil tal-flus kif iddefinit fl- l-Artikolu 1 tad-Direttiva 2005/60/KE, jew hija s-suġġett ta’ azzjoni għal kontravenzjoni tad-Direttiva 2003/6/KE, l-iskema ta’ kumpens tista’ tissospendi kull ħlas, jiddependi fuq il-ġudizzju tal-qorti jew id-determinazzjoni ta’ awtorità kompetenti."

(8) Fl-Artikolu 10, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’li ġej:

"1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull ditta tal-investiment jew UCITS jieħdu miżuri xierqa biex jgħaddu l-informazzjoni neċessarja, lil investituri fattwali u potenzjali, għall-identifikazzjoni tal-iskema ta’ kumpens għall-investitur, li tagħha d-ditta tal-investiment jew il-UCITS u l-fergħat tagħha ġewwa l-Unjoni huma membri, jew kull arranġament alternattiv imsemmi fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2 (1) jew l-Artikolu 5 (3). L-investituri għandhom jiġu infurmati bid-dispożizzjonijiet tal-iskema ta’ kumpens għall-investitur jew b’kull arranġament alternattiv applikabbli, inkluż l-ammont u l-ambitu tal-kopertura offrut mill-iskema ta’ kumpens, u kull

Page 32: DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL201…MT 2 MT MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI 1. KUNTEST TAL-PROPOSTA Id-Direttiva 97/9/KE dwar l-Iskemi ta’ Kumpens għall-Investitur

MT 32 MT

regola stabilita mill-Istati Membri skont l-Artikolu 2(3). Dik l-informazzjoni għandha tkun disponibbli f’mod li jinftiehem.

L-informazzjoni għandha tingħata wkoll meta mitluba rigward il-kundizzjonijiet li jirregolaw il-kumpens u l-formalitajiet li għandhom jiġu ssodisfati biex jingħata l-kumpens.

L-informazzjoni mogħtija għandha tkun ġusta, ċara u mhux qarrieqa, u b’mod partikolari għandha tispjega s-sitwazzjonijiet u l-pretensjonijiet koperti mill-iskema ta’ kumpens relevanti, u kif hija tapplika f’sitwazzjonijiet transkonfinali. L-informazzjoni mogħtija għandha tagħti wkoll eżempji tas-sitwazzjonijiet u l-pretensjonijiet mhux koperti mill-iskema."

(9) L-Artikolu 12 huwa sostitwit b’li ġej:

"Artikolu 12

1. Mingħajr preġudizzju għal kull dritt ieħor li huma jista’ jkollhom taħt id-dritt nazzjonali, l-iskemi li jħallsu biex jikkumpensaw lill-investituri, għandu jkollhom id-dritt li jissurrogaw id-drittijiet ta’ dawk l-investituri fi proċedimenti ta’ likwidazzjoni għal ammonti daqs il-pagamenti tagħhom.

2. Fil-każ ta’ telf minħabba ċ-ċirkostanzi finanzjarji ta’ parti terza li jkollha strumenti finanzjarji li jappartjenu għal investitur fir-rigward ta’ negozju ta’ investiment, kif hemm referenza għalih fl-Artikolu 2(2), l-iskemi li jħallsu biex jikkumpensaw lill-investituri, għandu jkollhom id-dritt li jissurrogaw id-drittijiet tal-investitur jew tad-ditta tal-investiment fi proċedimenti ta’ likwidazzjoni għal ammonti daqs il-pagamenti tagħhom

3. Fil-każ, stabilit fl-Artikolu 2(2c), ta’ telf minħabba ċ-ċirkostanzi finanzjarji ta’ depożitarju jew parti terza li magħhom ikunu ġew fdati l-assi tal-UCITS, l-iskemi li jħallsu biex jikkumpensaw lid-detenturi ta’ unitajiet tal-UCITS għandu jkollhom id-dritt li jissurrogaw id-drittijiet tad-detentur tal-UCITS jew il-UCITS fi proċedimenti ta’ likwidazzjoni għal ammonti daqs il-ħlasijiet tagħhom.

4. Jekk it-parti terza li jkollha fil-pussess tagħha strumenti finanzjarji li jappartjenu għal investitur fir-rigward ta’ negozju ta’ investiment, jew id-depożitarju jew parti terza li magħhom ikunu ġew fdati l-assi tal-UCITS, ikunu qegħdin f’pajjiż terz fejn is-sistema ġudizzjarja ma tħallix lill-iskema biex tissurroga d-drittijiet tad-ditta tal-investiment jew il-UCITS, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-ditta tal-investiment jew il-UCITS jirritornaw lejn l-iskema ammonti daqs il-ħlasijiet tagħhom, f’każ li huma jirċievu xi ammonti fil-proċedimenti ta’ likwidazzjoni."

(10) Għandhom jiddaħħlu l-Artikoli 13a, 13b u 13ċ li ġejjin:

"Artikolu 13a

1. Is-setgħat biex jiġu adottati l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 4a(2), l-Artikolu 4a(8), l-Artikolu 4a(9) u l-Artikolu 9(2) għandhom jingħataw lill-Kummissjoni għal perjodu indeterminat ta’ żmien.

Page 33: DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL201…MT 2 MT MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI 1. KUNTEST TAL-PROPOSTA Id-Direttiva 97/9/KE dwar l-Iskemi ta’ Kumpens għall-Investitur

MT 33 MT

2. Malli tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah minnufih lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

3. Is-setgħat biex tadotta atti delegati jiġu konferiti lill-Kummissjoni soġġett għall- kundizzjonijiet stabiliti fl-Artikoli 13b u 13ċ.

Artikolu 13b

1. Id-delegazzjoni tas-setgħat imsemmija fl-Artikolu 4a(2), l-Artikolu 4a(8), l-Artikolu 4a(9) u l-Artikolu 9(2) tista’ tiġi revokata mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill.

2. L-istituzzjoni li tkun bdiet proċedura interna biex tiddeċiedi jekk tirrevokax id-delegazzjoni tas-setgħat, għandha tagħmel mill-aħjar biex tinforma lill-istituzzjoni l-oħra u lill-Kummissjoni fi żmien raġonevoli qabel ma tittieħed id-deċiżjoni finali, u ssemmi s-setgħat delegati li jistgħu jkunu soġġetti għal revoka u r-raġunijiet għal revoka.

3. Id-deċiżjoni tar-revoka għandha ttemm id-delegazzjoni tas-setgħat speċifikati f’dik id-deċiżjoni. Għandha ssir b’effett immedjat jew f’data aktar tard speċifikata. M’għandhiex taffettwa l-validità tal-atti delegati diġà fis-seħħ. Għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 13ċ

1. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistgħu joġġezzjonaw għall-att delegat fi żmien xahrejn mid-data tan-notifika. Fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, dan il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahar.

2. Jekk, malli jiskadi dak il-perjodu, la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu oġġezzjonaw għall-att delegat, l-att għandu jiġi ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għandu jidħol fis-seħħ fid-data msemmija hemmhekk.

L-att iddelegat jista’ jiġi ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għandu jidħol fis-seħħ qabel ma l-perjodu jiskadi jekk il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn li huma nfurmaw lill-Kummissjoni bl-intenzjoni tagħhom li ma jkunux sejrin joġġezzjonaw.

3. Jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjona għall-att adottat delegat lilu, l-att m’għandux jidħol fis-seħħ. L-istituzzjoni li toġġezzjona għandha tagħti r-raġunijiet l-għala oġġezzjonat għall-att delegat.

(11). L-Artikolu 14a li ġej għandu jiddaħħal:

"Artikolu 14a

L-Istati Membri jistgħu jikkonkludu ftehimiet ta’ kooperazzjoni dwar skambju ta’ informazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti ta’ pajjiżi terzi skont l-Artikolu 63 tad-Direttiva 2004/39/KE u l-Artikolu 102 tad-Direttiva 2009/65/KE."

Page 34: DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL201…MT 2 MT MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI 1. KUNTEST TAL-PROPOSTA Id-Direttiva 97/9/KE dwar l-Iskemi ta’ Kumpens għall-Investitur

MT 34 MT

19. L-Anness I huwa emendat kif ġej:

(a) Il-punt 1 huma sostitwit b’li ġej:

"1. Investituri professjonali msemmija fil-punti 1 sa 4 tas-sezzjoni I tal-Anness II tad-Direttiva 2004/39/KE dwar swieq fl-istrumenti finanzjarji."

(b) Il-punti 2, 3 u 8 huma rrevokati.

Artikolu 2 Traspożizzjoni

1. L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux aktar tard minn [tnax-il xahar wara li din id-Direttiva tidħol fis-seħħ], il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw mill-ewwel lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet u tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet minn [tmintax-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva] salvi d-dispożizzjonijiet li jittrasponu l-Artikolu 4b li għandu jiġi applikat mill-31 ta’ Diċembru 2013.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, huma għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkompanjati minn din ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandom jiddeterminaw kif għandhom isiru dawn ir-referenzi.

2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tad-dritt nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva.

Artikolu 3 Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak li fih tiġi ppubblikata f’Il- Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4 Destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill Il-President Il-President