2
Nru.478. OTTUBRU 2016 ================================================================================== ASSEMBLEA TAL-AZZJONI KATTOLIKA T’GĦAWDEX Motto: “INWASSLU L-ĦNIENA PERMEZZ TAL-VERITÀIs-Sibt 15 ta’ Ottubru 2016 ser isir L-ASSEMBLEA tal-AZZJONI KATTOLIKA f’Għawdex fuq bażi djoċesana (Sena Socjali 2016-2017) fil-Knisja Parrokkjali tax-Xewkija. Il-funzjoni tibda fil-5.30p.m b’diskors mill-President Djoċesan tal-Azzjoni Kattolika, Antoine Vassallo Talb, Kant u tagħlim fuq il- motto dwar is-Sena tal- Ħniena u fis-6.30pm quddiesa konċelebrata preseduta mill-E. T. Mons Mario Grech, Isqof t’Għawdex, flimkien mall-Assistenti Ekkleżjastiċi kollha tal-A. K. Il-membri kollha tal- Azzjoni Kattolika huma mitluba jattendu. ====================================================================== SILTIET MILL-MESSAĠĠ TAL-PAPA FRANĠISKU FL-OKKAŻJONI TAD-90 ĠURNATA MISSJUNARJA IL-ĦADD 23 TOTTUBRU 2016 Il-Ħadd 23 t’Ottubru 2016 taħbat il-Ġurnata Missjunarja. F’dan il-jum kulħadd għandu jagħti s-sehem sħiħ tiegħu bit-Talb u l-offerta tiegħu. Niftakru wkoll fil-Missjunarji rġiel u nisa, fosthom numru sabiħ ta’ lajċi, li qegħdin jiddedikaw ħajjithom għall-kawża missjunarja anke mill-gżejjer tagħna. Knisja missjunarja, xhud tal-ħniena Għeżież ħuti, Il-Ġublew Straordinarju tal-Ħniena, li l-Knisja qed tgħix, jixħet dawl partikulari anki fuq il -Jum Dinji tal- Missjonijiet tal-2016: jistedinna nħarsu lejn il-missjoni ad gentes bħala opra kbira u immensa ta’ ħniena kemm spiritwali u kemm materjali. Fil-fatt, f’dan il-Jum Dinji tal-Missjonijiet, aħna lkoll mistednin “noħorġu”, bħala dixxipli missjunarju, kull wieħed u waħda jqiegħed għas -servizz tal-oħrajn it-talenti tiegħu, il-kreattività tiegħu, l-għerf u l-esperjenza tiegħu, biex inwasslu l -messaġġ tal-ħlewwa u tal- kompassjoni ta’ Alla lill-familja kollha tal-bnedmin. Bis-setgħa tal-mandat missjunarju, il-Knisja tieħu ħsieb ta’ dawk kollha li ma jafux bil -Vanġelu, għax tixtieq li lkoll isalvaw u jaslu biex jagħmlu esperjenza tal - imħabba tal-Mulej. Hi “għandha l-missjoni li xxandar il-ħniena ta’ Alla, il-qalb tħabbat tal-Vanġelu” (Bolla Misericordiæ Vultus, 12) u tħabbarha f’kull rokna tad-dinja, sa ma tasal għand kull mara, raġel, anzjan, żagħżugħ u żagħżugħa, tifel u tifla................................... Propju f’din is-Sena Ġubilari jaħbat id-disgħin anniversarju tal-Jum Dinji tal-Missjonijiet, promoss mill- Opra Pontifiċja tal-Propagazzjoni tal-Fidi u approvat mill-Papa Piju XI fl-1926. Għalhekk inħoss li jixraq infakkru fl-indikazzjonijiet għorrief tal-Predeċessuri tiegħi, li riedu li għal din l -Opra jmorru l-offerti kollha li kull djoċesi, parroċċa, komunità reliġjuża, għaqda u moviment ekkleżjali, minn kull naħa tad-dinja, setgħu jiġbru biex jgħinu lill-komunitajiet Insara fil-bżonn ta’ għajnuniet u biex isaħħu x-xandir tal-Vanġelu sa truf l-art. Mqar illum neħtieġu dan il -ġest ta’ komunjoni ekkleżjali missjunarja. Ejjew ma nagħlqux qalbna fil - preokkupazzjonijiet partikulari tagħna, imma nwessgħuha għall -ixfqa tal-umanità kollha. Marija Santissma, ikona sublimi tal-umanità mifdija, mudell missjunarju għall -Knisja, tgħallimna lkoll, irġiel, nisa u familji, innisslu u nħarsu kullimkien il -preżenza ħajja u misterjuża ta’ Kristu Rxoxt, li jġedded u jimla bil-ħniena hienja r-relazzjonijiet bejn il-persuni, il-kulturi u l-popli. Mill-Vatikan, 15 ta’ Mejju 2016, Solennità ta’ Għid il-Ħamsin. FRANĠISKU

ASSEMBLEA TAL-AZZJONI KATTOLIKA T’GĦAWDEXlaikos.org/GZ_Newsheet_Oct_2016.pdfBis-setgħa tal-mandat missjunarju, il-Knisja tieħu ħsieb ta’ dawk kollha li ma jafux bil-Vanġelu,

  • Upload
    others

  • View
    0

  • Download
    0

Embed Size (px)

Citation preview

  • Nru.478. OTTUBRU 2016 ==================================================================================

    ASSEMBLEA TAL-AZZJONI KATTOLIKA T’GĦAWDEX Motto: “INWASSLU L-ĦNIENA PERMEZZ TAL-VERITÀ”

    Is-Sibt 15 ta’ Ottubru 2016 ser isir L-ASSEMBLEA tal-AZZJONI KATTOLIKA f’Għawdex fuq bażi djoċesana (Sena Socjali 2016-2017) fil-Knisja Parrokkjali tax-Xewkija. Il-funzjoni tibda fil-5.30p.m b’diskors mill-President Djoċesan tal-Azzjoni Kattolika, Antoine Vassallo Talb, Kant u tagħlim fuq il-motto dwar is-Sena tal- Ħniena u fis-6.30pm quddiesa konċelebrata preseduta mill-E. T. Mons Mario Grech, Isqof t’Għawdex, flimkien mall-Assistenti Ekkleżjastiċi kollha tal-A. K. Il-membri kollha tal-Azzjoni Kattolika huma mitluba jattendu.

    ====================================================================== SILTIET MILL-MESSAĠĠ TAL-PAPA FRANĠISKU FL-OKKAŻJONI TAD-90 ĠURNATA MISSJUNARJA

    IL-ĦADD 23 T’OTTUBRU 2016

    Il-Ħadd 23 t’Ottubru 2016 taħbat il-Ġurnata Missjunarja. F’dan il-jum kulħadd għandu jagħti s-sehem

    sħiħ tiegħu bit-Talb u l-offerta tiegħu. Niftakru wkoll fil-Missjunarji rġiel u nisa, fosthom numru sabiħ ta’

    lajċi, li qegħdin jiddedikaw ħajjithom għall-kawża missjunarja anke mill-gżejjer tagħna.

    Knisja missjunarja, xhud tal-ħniena

    Għeżież ħuti,

    Il-Ġublew Straordinarju tal-Ħniena, li l-Knisja qed tgħix, jixħet dawl partikulari anki fuq il-Jum Dinji tal-

    Missjonijiet tal-2016: jistedinna nħarsu lejn il-missjoni ad gentes bħala opra kbira u immensa ta’ ħniena

    kemm spiritwali u kemm materjali. Fil-fatt, f’dan il-Jum Dinji tal-Missjonijiet, aħna lkoll mistednin

    “noħorġu”, bħala dixxipli missjunarju, kull wieħed u waħda jqiegħed għas-servizz tal-oħrajn it-talenti

    tiegħu, il-kreattività tiegħu, l-għerf u l-esperjenza tiegħu, biex inwasslu l-messaġġ tal-ħlewwa u tal-

    kompassjoni ta’ Alla lill-familja kollha tal-bnedmin. Bis-setgħa tal-mandat missjunarju, il-Knisja tieħu ħsieb

    ta’ dawk kollha li ma jafux bil-Vanġelu, għax tixtieq li lkoll isalvaw u jaslu biex jagħmlu esperjenza tal-

    imħabba tal-Mulej. Hi “għandha l-missjoni li xxandar il-ħniena ta’ Alla, il-qalb tħabbat tal-Vanġelu” (Bolla

    Misericordiæ Vultus, 12) u tħabbarha f’kull rokna tad-dinja, sa ma tasal għand kull mara, raġel, anzjan,

    żagħżugħ u żagħżugħa, tifel u tifla...................................

    Propju f’din is-Sena Ġubilari jaħbat id-disgħin anniversarju tal-Jum Dinji tal-Missjonijiet, promoss mill-

    Opra Pontifiċja tal-Propagazzjoni tal-Fidi u approvat mill-Papa Piju XI fl-1926. Għalhekk inħoss li jixraq

    infakkru fl-indikazzjonijiet għorrief tal-Predeċessuri tiegħi, li riedu li għal din l-Opra jmorru l-offerti kollha li

    kull djoċesi, parroċċa, komunità reliġjuża, għaqda u moviment ekkleżjali, minn kull naħa tad-dinja, setgħu

    jiġbru biex jgħinu lill-komunitajiet Insara fil-bżonn ta’ għajnuniet u biex isaħħu x-xandir tal-Vanġelu sa truf

    l-art. Mqar illum neħtieġu dan il-ġest ta’ komunjoni ekkleżjali missjunarja. Ejjew ma nagħlqux qalbna fil-

    preokkupazzjonijiet partikulari tagħna, imma nwessgħuha għall-ixfqa tal-umanità kollha.

    Marija Santissma, ikona sublimi tal-umanità mifdija, mudell missjunarju għall-Knisja, tgħallimna lkoll,

    irġiel, nisa u familji, innisslu u nħarsu kullimkien il-preżenza ħajja u misterjuża ta’ Kristu Rxoxt, li jġedded

    u jimla bil-ħniena hienja r-relazzjonijiet bejn il-persuni, il-kulturi u l-popli.

    Mill-Vatikan, 15 ta’ Mejju 2016, Solennità ta’ Għid il-Ħamsin.

    FRANĠISKU

  • Kalendarju Pastorali

    Ottubru – 2011 Numru 418

    1 Is- Sibt Santa Tereza tal-Bambin Ġesu’, Verġni u Duttur tal-Knisja. Tifkira (O). Jum Internazzjonali tal-Anzjani (ĠM).

    L-ewwel sibt tax-Xahar Tqarbina Riparatriċi Lejl Adorazzjoni mill-Mov.Ewk. fil-Knisja ta’ Santu Wistin, Victoria li jibda b’ quddiesa ’fit-8.00pm. u f’nofsillejl.

    2. Il-Ħadd Is-27 Ħadd tas-Sena Ċ. Laqgħa għall-Familjari tal-Kleru fis-Seminarju fil-4,00pm. Festa tal-Madonna tal-Patroċinju fil-Knisja tal-Wied, Għasri Films għall-familja kollha fl-Oratorju Don Bosco, Victoria fil-5.30pm.

    3. It-Tnejn San Franġisk Borgia presbiteru (Tifkira)

    4.It-Tlieta San Franġisk t’Assisi, djaknu Tifkira (O). Jum il-Ħolqien.

    5.L-Erbgħa Santa Marija Fawstina Kowalska, Verġni. Tifkira.// Laqgħa tal-Kulleġġ tal-Kappillani Ċenru tar-Ragħaj it-Tajjeb..

    6.Il-Ħamis San Bruno, Abbati, Tifkira. // Laqgħa għall-Għalliema Yr.4 (KP),.

    7.Il-Ġimgħa L-Imqaddsa Verġni Marija tar-Rużarju. Tifkira (O). L-Ewwel Ġimgħa tax-xahar. Adorazzjoni u Tqarbina Riparatriċi.// Ġublew tal-iskejjel// Kors ta’ Formazzjoni dwar il-vera Devozzjoni ta’ Marija (Post tal-Leġjun Victoria fiil-5.00pm. // Laqgħa għall-Persuni separati Istitut tal-Familja Papa Ġwanni Pawl II Victoria fit-8.30pm.

    8.Is-Sibt Lejl Adorazzjoni mill-Mov.Ewk. fil-Knisja tar-Ragħaj it-Tajjeb, Victoria, li jibda b’Quddiesa fit-8.00pm. u 12.00

    9.Il-Ħadd It-28 Ħadd tas-Sena Ċ. Jum it-tagħlim Nisrani (Jum il-Katekeżi). Jingħata l-Mandat lill-Katekisti. Ġublew Marjan: Ċelebrazzjoni Djoċesana Marjana fl-okkażjoni tal-50 sena mill-inkurunazzjoni tal-Kwadru tal-Madonna ta’ Pompej –Victoria.. fil-4.00pm Korteo minn Pjazza Santu Wistin ghat-Triq Enrico Mizzi fejn issir Quddiesa Konċelebrata immexxi minn Mons Isqof Mario Grech. Fil-500pm. Films għall-familja kollha fl-Oratorju Don Bosco, Victoria fil-5.30pm.

    10.It-Tnejn Jum Dinji għas-Saħħa Mentali (ĠM) ..

    11.It-Tlieta Id-Dedikazzjoni tal-Knisja Katidrali t’Għawdex. Festa. 1716-2016 (300 Ann.) // San Ġwann XXIII Papa, Tifkira.

    12.L-Erbgħa San Wilfred ta’ York, Isqof – Tifkira.// Laqgħa kummissjoni Djoċesana Familja (Istitut tal-Familja Ġwanni Pawlu II fis-7.30pm.

    13.Il-Ħamis Laqgħa Ġħalliema Yr. 5 (KP), / Mixja ta’ tħejjija għaż-żwieġ u għall-ħajja tal-Familja. ( Dar San Ġużepp , Santa Venera, Malta). Is-6 u l-aħħar dehra tal-Madonna ta’ Fatima fil-Knisja ta’ Ħamet. Fil-5.30pm Adorazzjoni Solenni u fis-6.30pm Quddiesa bl-Omelija tal-okkażjoni u wara pellegrinaġġ ta’ Talb, kurunella u Barka Sagramentali.

    14.Il-Ġimgħa San Kallistu I, Papa u martri, Tifkira.// Kors ta’ Formazzjoni dwar il-vera Devozzjoni ta’ Marija (Post tal-Leġjun Victoria fiil-5.00pm. // Tiftaħ il-Viżta Pastorali fil-Parroċċa ta’ Għajnsielem.

    15.Is-Sibt Santa Teresa ta’ Ġesu’ Verġni u Duttur tal-Knisja. Tifkira (O). Assemblea tal-Azzjoni Kattolika –Għawdex fil-Parroċċa tax-Xewkija li tibda fil-5.30p.m. Quddiesa mill-E.T. Mons Isqof Mario Grech fis-6.30p.m. Lejl Adorazzjoni mill-Mov.Ewk. fil-Knisja Ta’ Ħamet, li jibda b’quddiesa fit-8.00pm.u oħra f’nofsillejl.

    16.Il-Ħadd Id-29 Ħadd tas-Sena Ċ. // Jum Dinji tal-Ikel (ĠM). Films għall-familja kollha fl-Oratorju Don Bosco, Victoria fil-5.30pm.

    17.It-Tnejn San Injazju ta’ Antjokja, Isqof u Matri. Tifkira (O)..

    18.It-Tlieta San Luqa, Evanġelista. Festa

    19.L- Erbgħa San Pawl tas-Salib u l-Martri tal-Kanada Tifkira. // KKSK )K.P).

    20. Il-Ħamis Santa Marija Bertilla Boscardin – Tifkira. // Laqgħa Għalliema Yr.6. (KP).

    21.Il-Ġimgħa Sant’ Ursola u sħabha Martri – Protettriċi tad-Djoċesi – Festa - Solennita’ fil-Katidral.. Kors ta’ Formazzjoni dwar il-vera Devozzjoni ta’ Marija (Post tal-Leġjun Victoria fiil-5.00pm. Laqgħa għall-Persuni separati Istitut tal-Familja Papa Ġwanni Pawl II Victoria fit-8.00pm.

    22 Is-Sibt San Ġwann Pawlu II Tifkira Adorazzjoni għall-Persuni Kkonsagrati fil-Parroċċa tal-Għasri li tibda fis-6.30pm. sat-8.30pm. Lejl Adorazzjoni mill-Mov Ewk. Fil-Knisja ta’ Savina, Victoria, li jibda b’quddiesa fit-8.00pm. u oħra f’nofsillejl.

    23.Il-Ħadd It-30 Ħadd tas-sena Ċ. ĠURNATA MISSJUNARJA. Isir ġbir għall-Missjoni tal-Opri Missjunarji Pontifiċji. Films għall-familja kollha fl-Oratorju Don Bosco, Victoria fil-5.30pm.

    24.It-Tnejn San Anton Marija Claret, Isqof –Tifkira.

    25.It-Tlieta San Gawdenz ta’ Brescia – Tifkira.// Laqgħa Għalliema Yr.1. (KP).

    26. L-Erbgħa San Evaristo Papa –Tifkira // Laqgħa Għalliema Yr.2. (KP).

    27.Il-Ħamis. San frumenzju, Papa – Tifkira. // Laqgħa Għalliema Yr.3. (KP).// Mixja ta’ tħejjija għaż-żwieġ u għall-ħajja tal-Familja. ( Dar san Ġużepp , Santa Venera, Malta).

    28.Il-Ġimgħa San Xmun u San Ġuda, Appostli. Festa. Kors ta’ Formazzjoni dwar il-vera Devozzjoni ta’ Marija (Post tal-Leġjun Victoria fiil-5.00pm. Seminar tal-Kummissjoni Djoċesana Familja ( Istitut tal-Familja Ġwanni Pawl II).

    29.Is-Sibt Lejl Adorazzjoni mill-Mov Ewk. Fil-Kappella tal-Oratorju Don Bosco, Victoria, li jibda b’quddiesa fit-8.00pm u oħra f’nofsillejl.

    30.Il-Ħadd Il-31 Ħadd tas-sena Ċ. Jum Il-Bibbja. Films għall-familja kollha fl-Oratorju Don Bosco, Victoria fil-5.30pm

    31.Il-Tnejn San Alfons Rodriguez S. J. , reliġjuż, Tifkira.

    MATUL DAN IX-XAHAR INĦEĠĠU BIEX IL-FAMILJI KOLLHA JITOLBU FLIMKIEN ID-DAR PERMEZZ TAR-RUŻARJU, U JOFFRU DIN IT-TALBA GĦAŻIŻA GĦALL-FAMILJI KOLLHA.

    Kalendarju Pastorali Ottubru – 2016

    Numru 478