66
ĠUNJU 2020 Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi

Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi · mistrieħ tat-Trinita’ Qaddisa. Alla jinsab f’Marija iktar preżenti bid-divinità u l-kobor tiegħu milli fil-post fejn isaltan fuq il-Kerubini

  • Upload
    others

  • View
    3

  • Download
    0

Embed Size (px)

Citation preview

Page 1: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi · mistrieħ tat-Trinita’ Qaddisa. Alla jinsab f’Marija iktar preżenti bid-divinità u l-kobor tiegħu milli fil-post fejn isaltan fuq il-Kerubini

ĠUNJU 2020

Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi

Page 2: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi · mistrieħ tat-Trinita’ Qaddisa. Alla jinsab f’Marija iktar preżenti bid-divinità u l-kobor tiegħu milli fil-post fejn isaltan fuq il-Kerubini

SIGNUM FIDEI 1

S. Ġwann Battista De La Salle Familja Lasalljana Fundatur

Il-Fehma tal-Papa għax-xahar ta’ Ġunju: Tema: It-Triq tal-Qalb Nitoblu: Nitolbu biex dawk kollha li qed ibatu, jsibu triqthom fil-ħajja, u jħallu lill- Qalb ta’ Ġesù tmissilhom qalbhom

Dati importanti għax-xahar ta’ ĠUNJU: 1 ta’ Ġunju: Il-Verġni Mqaddsa Marija Omm il-Knisja 7 ta’ Ġunju: It-Trinità Qaddisa 14 ta’ Ġunju: Il-Ġisem u d-Demm għażiż tal-Mulej 19 ta’ Ġunju: Il-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesù 20 ta’ Ġunju: Il-Qalb bla Tebgħa ta’ Marija 24 ta’ Ġunju: It-twelid ta’ San Ġwann Battista 29 ta’ Ġunju: San Pietru u San Pawl Nota importanti: Din il-ħarġa ta’ ĠUNJU issa hija aċċessibbli minn fuq il-website http://signumfideimalta.wordpress.com.

Signum Fidei Ħajja ta’ Xhieda

u ta’ Fidi

Fidi

- ĠUNJU 2020 -

EJJEW NIFTAKRU LI QEGĦDIN FIL-PREŻENZA QADDISA T’ALLA.

EJJEW NADURAWH

San Ġwann Battista de La Salle

Page 3: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi · mistrieħ tat-Trinita’ Qaddisa. Alla jinsab f’Marija iktar preżenti bid-divinità u l-kobor tiegħu milli fil-post fejn isaltan fuq il-Kerubini

2 SIGNUM FIDEI

It-Tnejn, l-1 ta’ Ġunju Il-Verġni Mqaddsa Marija Omm il-Knisja

San Ġustinu - martri

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Ġenesi 3: 9-15.20 Omm il-ħajjin kollha. jew Atti 1: 12-14 Kienu jżommu sħiħ fit-talb, flimkien ma’ Marija, Omm Ġesù. 2. Salm 86: 1-3 u 5-7 Ħwejjeġ sbieħ jingħadu dwarek o Belt ta’ Alla. 3. Ġwanni 19: 25-34 Hawn hu Ibnek, hemm hi ommok.

IL-VERĠNI MQADDSA MARIJA OMM IL-KNISJA Il-Verġni Mqaddsa Marija hi marbuta ma’ binha, is-salvatur tagħna, minħabba l-

ġieħ u d-dmir tagħha ta’ omm, u hi marbuta wkoll mal-Knisja b’mod tal-għaġeb minħabba l-grazzji u l-meriti singulari tagħha; għalhekk nistgħu ngħidu li, kif għallem darba San Ambroġ, Marija hi xbieha tal-Knisja fil-fidi, fl-imħabba u fl-għaqda sħiħa tagħha ma’ Kristu.

Fil-misteru tal-Knisja – li bir-raġun kollu tissejjaħ hi wkoll verġni u omm – il-Verġni Mqaddsa Marija hi quddiem nett għaliex b’mod mill-aqwa u tassew tal-għaġeb hi eżempju ta’ verġni u omm. Għaliex emmnet u obdiet, tat lid-dinja l-istess Iben tal-Missier, mingħajr ma għarfet raġel imma bil-qawwa tal-Ispirtu s-Santu, u bħala Eva ġdida emmnet bla ma ddubitat xejn, mhux kliem is-serp imma kliem il-messaġġier ta’ Alla. Wildet Iben, li Alla għamlu l-kbir fost ħafna aħwa, jiġifieri fost il-fidili kollha, li, biex jitwieldu u jitrabbew, hi tagħti sehemha bħala omm kollha mħabba.

Il-Knisja tikkontempla l-qdusija mistura tal-Verġni Marija, u tħabrek biex tkun tixbaħha fl-imħabba u tagħmel bħalha r-rieda ta’ Alla bil-fedeltà kollha; b’hekk il-Knisja hi wkoll issir omm, għaliex tagħti t-twelid għal ħajja ġdida li tibqa’ għal dejjem lill-kotra ta’ wlied, imnisslin mill-Ispirtu s-Santu u mweldin għal Alla, bit-tħabbir tal-kelma tiegħu u bil-Magħmudija. Il-Knisja hi wkoll verġni għaliex iżżomm sħiħa u bla mittiefsa l-kelma li tat lill-għarus tagħha, u bħal Ommu Marija, bil-qawwa tal-Ispirtu s-Santu, iżżomm bla mittiefsa l-fidi tagħha ta’ verġni, sħiħa t-tama tagħha, u kollha ħeġġa mill-qalb imħabbitha.

Waqt li l-Knisja fil-Verġni Mqaddsa Marija ġa laħqet il-perfezzjoni tagħha għax fiha hi bla tebgħa u bla tikmixa, il-fidili għad iridu jitħabtu biex jirbħu d-dnub u jimxu ’l quddiem fil-qdusija; għalhekk għandhom idawru għajnejhom lejn Marija, li tiddi quddiemhom bħala eżempju mill-aqwa ta’ tjieba u qdusija għal kollha kemm hi x-xirka tal-magħżulin. Il-Knisja, hija u tfakkarha bit-tjieba kollha u tikkontemplaha fid-dawl tal-Verb ta’ Alla magħmul bniedem, bil-qima kollha tidħol fil-fond tal-misteru tal-inkarnazzjoni u ssir dejjem aktar tixbaħ lill-Għarus tagħha.

Marija daħlet fl-istorja tas-salvazzjoni b’mod tassew tal-għaġeb, u għalhekk tiġbor fiha nfisha u tħabbar madwarha l-veritajiet ewlenin tal-fidi tagħna, u, waqt li jingħatalha l-ġieħ u t-tifħir li jistħoqqilha, hi ssejjaħ lil dawk kollha li jemmnu biex jersqu lejn Binha u lejn is-sagrifiċċju tiegħu u lejn l-imħabba tal-Missier. Il-

Page 4: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi · mistrieħ tat-Trinita’ Qaddisa. Alla jinsab f’Marija iktar preżenti bid-divinità u l-kobor tiegħu milli fil-post fejn isaltan fuq il-Kerubini

SIGNUM FIDEI 3

Knisja mbagħad, hija u tfittex il-glorja ta’ Kristu, dejjem aktar issir tixbaħ lil Marija għaliex bla heda tikber fil-fidi, fit-tama u fl-imħabba, u tfittex u tħabrek biex tagħmel dejjem ir-rieda ta’ Alla f’kollox.

Il-Knisja għalhekk, fil-ħidma appostolika tagħha wkoll, tħares lejn Marija, li tat lil Kristu lid-dinja, imnissel mill-Ispirtu s-Santu u mwieled minn Omm Verġni, biex permezz tal-Knisja jitwieled u jikber ukoll fi qlub il-fidili kollha. Il-Verġni Marija, tul ħajjitha kollha, kienet mera ta’ dik l-imħabba ta’ omm li għandu jkollhom dawk kollha li jissieħbu fil-ħidma appostolika tal-Knisja għat-tiġdid tal-bnedmin kollha.

Qari mill-Kostituzzjoni dommatika tal-Konċilju Vatikan II, fuq il-Knisja

Riflessjoni: Marija hi l-kapulavur eċċellenti tal-iktar Għoli. Dan żammu għalih l-għarfien u l-pussess ta’ dak il-kapulavur. Marija hija l-omm tal-għaġeb tal-Iben u hekk għoġob lill-Iben jqiegħed velu ta’ ħabi fuqha matul ħajjitha bħala tweġiba għall-umiltà tagħha. Ġesù sejħilha “mara” bħallikieku kienet barranija filwaqt li f’qalbu kien iħobbha u jweġġagħha fuq l-Anġli u l-bnedmin kollha. Marija hija l-għajn issiġillata u l-għarusa fidila tal-Ispirtu s-Santu riservata għalih biss. Marija hija s-santwarju u l-post ta’ mistrieħ tat-Trinita’ Qaddisa. Alla jinsab f’Marija iktar preżenti bid-divinità u l-kobor tiegħu milli fil-post fejn isaltan fuq il-Kerubini u s-Serafini u f’kull post ieħor fid-dinja. Hu privileġġ tassew kbir jekk xi ħlejqa safja kemm hi safja, ikollha l-permess tidħol f’dak is-santwarju. San Alwiġi Maria De Monfort Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 151, silta mit-2 punt

What must oblige us most escpecially to have a great devotion to the Most Blessed Virgin is the fact that she is so highly honored by the Eternal Father. He has given her a position above all pure creatures because she bore in her womb the One who is equal to him and who is one in nature with him. She is exalted above all creatures because of the abundance of grace bestowed on her, which surpasses that given to anyone else, and because of the purity of her life, which no one has equaled. This led Saint Anselm to declare that it was only right that Mary be clothed in great glory and lifted high above all creation, because, after God, no one is superior to her.

TALBA minn San Ġwanni Pawlu II, Papa

Marija, Omm il-Knisja, induru lejk. Bl-‘iva’ tiegħek, inti ftaħt il-bieb għall-preżenza ta’ Kristu

u għall-appell tal-Maestà Divina f’silenzju umli u b’sottomissjoni totali.

Agħmel li ħafna rġiel u nisa jsiru jafu u jisimgħu, anki llum, il-vuċi ħelwa tal-istedina ta’ Ibnek: ‘Imxi warajja.’

Oħroġ l-idejn materni tiegħek fuq il-missjunarji mxerrda madwar id-dinja,

fuq ir-reliġjużi rġiel u nisa li jassistu l-anzjani, il-morda, in-nies b’kull xorta ta’ diżabilità, l-orfni; fuq dawk li huma impenjati li jgħallmu,

fuq il-membri ta’ stituti sekulari, il-ħidma tajba li ssir fis-silenzju;

fuq dawk li fil-klawsura jgħixu fil-fidi u l-imħabba u jitolbu għas-salvazzjoni tad-dinja. Ammen

Missierna ...

Page 5: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi · mistrieħ tat-Trinita’ Qaddisa. Alla jinsab f’Marija iktar preżenti bid-divinità u l-kobor tiegħu milli fil-post fejn isaltan fuq il-Kerubini

4 SIGNUM FIDEI

It-Tlieta, it-2 ta’ Ġunju San Pietru u San Marċellinu – martri

San Feliċ minn Nicosia – reliġjuż Il-martri ta’ Lyons u Vienne, Franza

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. 2 Pietru 3: 12-15a.17-18 Nistennew smewwiet ġodda u art ġdida. 2. Salm 89: 2.3-4.10.14 u 16 Mulej, int għalina kenn minn nisel għal nisel. 3. Mark 12: 13-17 Agħtu lil Ċesari dak li hu ta’ Ċesari, u lil Alla dak li hu ta’ Alla.

IL-MARTRI TA’ LYONS U VIENNE, FRANZA (†177)

- L-Isqof Potinu, l-ilsira Blandina, Attalu u oħrajn. Il-Knisja tal-Gallja tidher l-ewwel darba fl-istorja fl-okkażjoni tal-persekuzzjoni

taħt Marku Awrelju fil-belt ta’ Lyons. Il-pagani għamlu għall-Insara u 48 Nisrani sofrew il-martirju b’bosta għamliet ta’ torturi.

Fosthom kien hemm tfal u żgħażagħ, bħal Pontiku u l-ilsira Blandina, nobbli bħal Vezzju Epagatu, professjonisti bħal Attalu tabib, neofiti bħal Maturu, barra mill-Isqof Potinu.

L-okkażjoni tal-martirju kienet il-festa tal-anniversarju tal-konsagrazzjoni tal-altar ta’ Ruma u ta’ Awgustu (l-1 ta’ Awwissu), li għaliha l-gallo-rumani tal-belt kienu jagħmlu ħafna preparattivi. Minn din il-festa pagana l-Insara kienu jwarrbu kemm jistgħu. Minn hawn il-mibegħda tal-folla kontrihom. Ġiegħlu lill-ilsiera pagani tal-Insara biex jixlu lis-sidien bħala immorali u assassini.

Xi għaxra mill-Insara ċedew għall-ewwel, iżda mbagħad reġgħu stqarru l-fidi. It-torturi baqgħu sejrin bosta ġranet u x-xwejjaħ Potinu, “li bilkemm kien jista’ jieħu n-nifs minħabba l-eżawriment ta’ ġismu, iżda sostnut mill-ħeġġa tal-Ispirtu” (Ewsebju), miet fil-ħabs. Il-legat Ruman, meta rritorna minn barra, qata’ s-sentenza tal-mewt: 4 minnhom - id-djaknu Santu, Maternu, Attalu u l-ilsira Blandina - ikkundannati bħala għalf għall-annimali, l-oħrajn, għax ċittadini Rumani, jaqtgħulhom rashom.

Ħallew għall-aħħar l-iżgħar tnejn: Pontiku, żagħżugħ ta’ 15-il sena u l-ilsira żgħira Blandina, li sal-aħħar baqgħet tqawwi qalb l-oħrajn bi kliemha u bl-eżempju.

Baqgħet weħidha fl-aħħar, “bħala omm nobbli, wara li ħeġġet lil uliedha u bagħtithom quddiem ir-re, imbagħad għaddiet hi wkoll mill-kumbattimenti kollha tagħhom u marret tiġri lejhom mimlija ferħ u gawdju” (Ewsebju). Il-pagani nfushom baqgħu mistagħġbin bl-erojiżmu tagħha fost xita ta’ torturi, “li stqarru li qatt mara fosthom ma sofriet daqshekk torturi u turmenti hekk ħorox.”

Il-Knisja ta’ Lyons, li tilfet 48 fidil, kienet donnha deċimata. Iżda malajr reġgħet qamet taħt id-direzzjoni ta’ Irinew, li kien inkarigat biex iwassal lill-Papa Elewterju ittra bħal dik li bagħtu lill-knejjes tal-Asja u tal-Friġja.

Page 6: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi · mistrieħ tat-Trinita’ Qaddisa. Alla jinsab f’Marija iktar preżenti bid-divinità u l-kobor tiegħu milli fil-post fejn isaltan fuq il-Kerubini

SIGNUM FIDEI 5

Riflessjoni, silta mill-Eżortazzjoni Appostolika Evangelii Gaudium: L-evanġelizzazzjoni tħaddem ħafna sabar, u ma tagħlaqx għajnejha għal-limitazzjonijiet. Fidila lejn id-don tal-Mulej, taf anki kif “tagħmel il-frott”. Il-komunità li tevanġelizza hi dejjem attenta għall-frott, għax il-Mulej iridha għammiela. Tieħu ħsieb tal-qamħ u ma titlifx il-paċi ta’ qalbha minħabba fis-sikrana. Dak li jiżra’, meta jara s-sikrana tixref qalb il-qamħ, la jgerger u lanqas jallarma ruħu. Isib mod kif il-Kelma jlaħħamha f’sitwazzjoni konkreta biex hi tagħti l-frott ta’ ħajja ġdida, anki jekk minn barra jidher imperfett jew mhux sħiħ. Id-dixxiplu jaf joffri ħajtu kollha u jirriskjaha sal-martirju bħala xhieda ta’ Ġesù Kristu, imma l-ħolma tiegħu mhix li jimtela bl-għedewwa, imma iżjed li l-Kelma tiġi milqugħa u turi l-qawwa ħelliesa tagħha li għandha l-ħila ġġedded kollox. Il-Papa Franġsku

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 159, silta mit-3 punt

You have to suffer a constant martyrdom that is no less violent for the spirit than Saint Bartholomew’s was for his body. You must, so to speak, tear off your own skin, which Saint Paul calls the old man, in order to be clothed with the Spirit of Jesus Christ, which is, according to the same Apostle, the new man. Let this, then, be your effort throughout your life, so that you may truly become disciples of Jesus Christ and imitators of this holy Apostle in his martyrdom.

TALBA Mulej Ġesù,

kemm hi qawwija kultant ġo fina l-ġibda tal-passjonijiet.

Għelbet lil Sansun, l-aktar bniedem b’saħtu.

Għelbet lil Salamun, l-iktar bniedem għaref.

Għelbet lil David, il-bniedem magħruf għall-qdusija. Aħseb u ara lili, bniedem dgħajjef,

kif tkaxkarni jekk ma tkunx l-għajnuna tiegħek. Mulej ħarisni

mill-ġibda ħażina tal-passjonijiet, bid-demm għażiż tiegħek.

Ammen. Ronnie Gauci

Missierna ...

Page 7: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi · mistrieħ tat-Trinita’ Qaddisa. Alla jinsab f’Marija iktar preżenti bid-divinità u l-kobor tiegħu milli fil-post fejn isaltan fuq il-Kerubini

6 SIGNUM FIDEI

L-Erbgħa, it-3 ta’ Ġunju San Karlu Lwanga u sħabu - martri

Santa Klotilde – reġina

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. 2 Timotju 1: 1-3.6-12 Qajjem fik id-don ta’ Alla, li jinsab fik bit-tqegħid ta’ jdejja. 2. Salm 122: 1-2a.2bċd Lejk, Mulej, nerfa’ għajnejja. 3. Mark 12: 18-27 Alla mhux tal-mejtin, iżda tal-ħajjin!

SAN KARLU LWANGA U SĦABU (†1885-87) – martri tal-Uganda Dawn il-qaddisin, b’kollox 22, kienu l-ewwel martri tal-Afrika Ekwatorjali. Fl-

Afrika Ekwatorjali, il-Patrijiet il-Bojod xerrdu l-fidi Nisranija u kienu bosta dawk li saru Nsara.

Seba’ snin wara l-wasla tal-ewwel missjunarji fl-Uganda, madwar mitt Nisrani, bejn Kattoliċi u protestanti, ġew maqtula fil-persekuzzjoni li damet sentejn. Tnejn u għoxrin minnhom ġew iddikjarati qaddisin mill-Papa Pawlu VI fl-1964.

Il-biċċa l-kbira minn dawn il-martri kienu żgħażagħ bejn it-tlettax u t-tletin sena, imqabbdin fil-qorti tas-Sultan Mwanga. Uħud minnhom ġew maqtulin għax ma ridux jissodisfaw lis-sultan fit-tħajjir żieni tiegħu.

Fit-3 ta’ Ġunju 1886, l-Insara li kienu fis-segwitu ta’ Mwanga ġew maħruqa f’Namugongo. Tlettax mill-qaddisin kienu f’dan il-grupp immexxi minn Karlu Lwanga, ta’ erbgħa u għoxrin sena, li kellu fi ħsiebu l-paġġi tas-sultan u li għammed erbgħa minnhom ftit qabel ma ġew maqtula. Wieħed minnhom, San Kizito, ta’ tlettax-il sena, kien l-iżgħar martri minħabba l-kastità. Dan, fi triqtu għall-martirju, għamel kuraġġ lil wieħed minn sħabu li kien qiegħed jibki – li aktar tard ġie meħlus – b’dan il-kliem: “Għid it-talba tal-Missierna u mut ta’ raġel.”

San Karlu Lwanga hu l-qaddis patrun taż-żgħażagħ u tal-Azzjoni Kattolika f’ħafna mill-pajjiżi tal-Afrika tropikali.

Meta fl-1969, il-Qaddis Papa Pawlu VI żar l-Uganda biex jikkonsagra knisja ddedikata lil dawn il-qaddisin martri, qal lit-22 żagħżugħ li kien qed jgħammed: “Li tkun Nisrani hi ħaġa sabiħa ħafna, imma mhux dejjem hi ħaġa ħafifa.”

Riflessjoni: Illum qed ngħixu fejn it-tagħlim dwar il-qawmien mill-imwiet huwa mgħawweġ. Fi żmien Ġesù, l-interpreti tal-Iskrittura ħasbu li l-qawmien kien biss kontinwazzjoni sempliċi tal-ħajja dinjija anke sal-punt li persuna li tkun irxoxtata, kienet iżżomm l-istess mara jew raġel. Fr Henry Neuwen fil-ktieb tiegħu “Seeds of Hope” kiteb: “Naħseb li l-imħabba - l-imħabba profonda tal-bniedem, ma tafx b'mewt ... l-imħabba vera tgħid, ‘għal dejjem’. L-imħabba dejjem tħares lejn dak li jibqa għal dejjem. L-imħabba tiġi minn ġewwa fina nfusna, fejn il-mewt ma tistax tidħol.” Biex tifhem l-idea tal-qawmien skont Ġesù, in-nies għandhom ikunu jafu x’tgħid l-Iskrittura u jesperjenzaw il-qawwa ta’ Alla li tkun qed taħdem fihom. Il-kittieba li ġew biex iwaqqgħu għaċ-ċajt lil Ġesù bil-mistoqsija li għamlu, la jafu lil Alla u lanqas l-istess Skrittura.

Addattata mill-Ktieb, “My Daily Gospel 2020”

Page 8: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi · mistrieħ tat-Trinita’ Qaddisa. Alla jinsab f’Marija iktar preżenti bid-divinità u l-kobor tiegħu milli fil-post fejn isaltan fuq il-Kerubini

SIGNUM FIDEI 7

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 121, silta mit-2 punt

In this world there are crosses of thieves and those of Jesus Christ. Those of the thieves have no grace attached to them and impart no movement of life in those who endure them, because these people carry them with the wrong dispositions. The crosses of Jesus Christ are those that often work miracles, procure a good spirit of self-denial, inspire the practice of other virtues, and sometimes even revive the dead by giving an aversion and horror for sin. Is the cross you carry the cross of Jesus Christ? How do you recognize this? Do the difficulties you suffer lead you to practice many virtues? Pay attention to this: if these crosses turn you away and make you complain, they are the crosses of thieves.

Talba fuq il-vers:

“In-nies ta’ Ġerusalemm u l-kapijiet tagħhom m’għarfux lil Ġesù, u anqas ma fehmu kliem il-Profeti li jinqraw kull nhar ta’ Sibt” (Atti 13:26).

Mulej Ġesù għallimni niskopri min Int. Urini x’għandi nagħmel biex infittxek u nsibek.

Imlieli qalbi bid-doni tiegħek. Agħti dawl wisq aktar

lill-kbarat ta’ din id-dinja li huma responsabbli tagħha u agħmel

li tiġi saltnatek. Iżjed u iżjed għallimni

nara lilek fl-oħrajn u agħti lil dawk kollha li qed ibatu, isofru, iddisprati,

l-imsejknin li qatgħu qalbhom, li jarawk, biex jagħarfuk u

jgħixu fil-paċi tiegħek. Bro. Louis Camilleri

Missierna ...

Page 9: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi · mistrieħ tat-Trinita’ Qaddisa. Alla jinsab f’Marija iktar preżenti bid-divinità u l-kobor tiegħu milli fil-post fejn isaltan fuq il-Kerubini

8 SIGNUM FIDEI

Il-Ħamis, l-4 ta’ Ġunju San Pietru minn Verona - martri

San Filippu Smaldone – saċerdot Il-Beatu Ġakbu minn Viterbo - isqof

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. 2 Timotju 2: 8-15 Il-kelma ta’ Alla mhijiex marbuta. Jekk aħna mitna miegħu, għad ngħixu miegħu wkoll. 2. Salm 24: 4bċ-5ab.8-10 u 14 Triqatek, Mulej, għarrafni. 3. Mark 12, 28b-34 Ma hemmx kmandament ieħor akbar minn dawn.

SAN PIETRU MINN VERONA (†1252) Pietru twieled f’Verona fi tmiem is-seklu XII. Il-ġenituri tiegħu kienu eretiċi ħorox,

mis-setta tal-Manikej. Ta’ 15-il sena ġie mibgħut fl-Università ta’ Bolonja. Hawnhekk huwa ltaqa’ ma’

San Duminku li kien qed jipprepara għat-Tieni Kapitlu Ġenerali tal-Ordni fl-1221. Darba minnhom waqt li S. Duminku kien qed jipprietka, Pietru ntlaqat bil-kliem mimli ħeġġa u qdusija tal-qaddis, intefa’ f’riġlejh u talbu jidħol fl-ordni.

Huwa rċieva l-libsa Dumnikana minn idejn il-fundatur stess u ħa mingħandu ż-żelu u l-kuraġġ qawwi tal-ewwel dixxipli Dumnikani.

Meta kien qed jipprepara għas-saċerdozju, kellu jgħaddi minn prova kbira. Wieħed minn sħabu, waqt li billejl kien għaddej minn ħdejn il-kamra ta’ Pietru deherlu li sema’ ilħna ta’ nisa f’kamartu. Pietru ġie mixli u mogħti l-kastig.

Huwa aċċetta kollox bl-umiltà u ġie mibgħut f’Ancona biex jagħmel penitenza. Pietru talab ħafna u ħass ħafna l-qawwa tat-talb imma bħala bniedem ħass ukoll l-għajb tal-kastig.

Darba minnhom imbikkem talab lil Alla: “Mulej, inti taf li jien innoċenti għal dan kollu; għaliex tippermettilhom jemmnu dan fuqi?” Imbagħad instemgħet vuċi ġejja mill-Kurċifiss, “U jien, Pietru, x’għamilt biex għamlu dan kollu fuqi?” Minn dakinhar Pietru reġa’ kiseb il-ferħ u s-serenità ta’ qalbu. Il-verità fl-aħħar rebħet. Pietru reġa’ mar mal-komunità, kompla jistudja u ġie ordnat saċerdot. Hu kien jitlob biex ikollu l-ferħ li jmut mewta ta’ martri.

Fl-1251, irċieva l-inkarigu biex jaħdem kontra l-ereżija fi Cremona, u fl-inħawi tal-viċin. Fl-istess żmien ġie magħżul pirjol tal-kunvent ta’ Como. Fis-6 ta’ April 1252, huwa u sejjer Milan minn Como, l-eretiċi qabduh u tawh il-martirju, għat-tjieba tal-fidi u l-ubbidjenza lejn il-Knisja ta’ Ruma.

Qabel miet qal il-Kredu b’leħen għoli u bid-demm li ħareġ mill-feriti tiegħu għamel l-istqarrija tal-fidi, “CREDO IN DEUM”. Wieħed mill-qattiela jismu Karinu, milqut bid-dehra tal-qaddis, ftit wara, daħal Dumnikan.

Riflessjoni mill-Imitazzjoni ta’ Kristu, it-Tielet Ktieb, kap. 1: Ħalli nisma’ x’jitkellem ġewwa fija s-sid tiegħi Alla: “Imbierka dik illi tisma’ lis-Sid tagħha jitkellem ġewwa fiha, u minn fommu tieħu l-kelma tas-sabar! Imberkin dawk il-widnejn li jiġbru l-kliem t’Alla, u mit-tlablib ta’ din id-dinja xejn ma jimpurtahom!

Page 10: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi · mistrieħ tat-Trinita’ Qaddisa. Alla jinsab f’Marija iktar preżenti bid-divinità u l-kobor tiegħu milli fil-post fejn isaltan fuq il-Kerubini

SIGNUM FIDEI 9

Imberkin, iva, il-widnejn li jisimgħu, mhux il-leħen ta’ barra, imma l-verità, li tgħallimhom minn ġewwa! Imberkin dawk il-għajnejn li jingħalqu għall-ħwejjeġ ta’ barra, iħarsu biss lejn il-ħwejjeġ ta’ ġewwa! Imberkin dawk in-nies li jidħlu ġewwa fihom infushom, u li bl-opri tajba ta’ kuljum ifittxu jifhmu aktar biċ-ċar il-misterji tas-smewwiet! Imberkin dawk li jagħtu ruħhom ’l Alla u li jħarsu ruħhom mit-tfixkil kollu tad-dinja!’’ Ifhem tajjeb dan it-tagħlim, ja ruħ tiegħi, u agħlaq il-bibien tas-sensi tiegħek, biex tista’ tisma’ dak li Alla Sid tiegħek irid jgħidlek fil-moħbi. Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 70, silta mill-1 punt

When a doctor of the Law asked Jesus Christ what is the greatest commandment in the Law, Jesus answered him: “You shall love the Lord your God with all your heart, with all your soul, with all your mind, and with all your strength”. This is indeed a great commandment, for its scope is very great, and the manner in which Jesus Christ says, we must love God requires great courage of us. This will form the subject of our reflections today. We must then, first, love God with all our heart, that is, with all our affection, without reserving even the smallest part of it for any creature. We must desire wholeheartedly to love only God, who alone is lovable, because God alone is essentially good. To love anything other than God is to wrong him and to prefer something that is infinitely beneath him.

TALBA

Inħobbok Mulej, inti l-qawwa u l-kenn tiegħi.

U nibqa’ nħobbok għax għandek nistkenn meta l-irwiefen tal-ġibdiet ħżiena tiegħi

iqumu kontra dak li nixtieq nagħmel għalik. Inħobbok biex nirringrazzjak

ta’ dak kollu li għamilt u tagħmel għalija, għalkemm imħabbti hi wisq fqira meta nħares lejk.

Int Mulej Ġesù, tista’ tkattarli mħabbti lejk meta tiġi għandi. Grazzi Mulej Ġesù, li mħabbtek tagħraf id-dgħufija tiegħi.

Mulej, nagħmel kemm nista’, imma għadirni għax mhux dejjem inħobbok daqs kemm tixtieq –

daqs kemm suppost. Ammen

Bro. Louis Camilleri

Missierna ...

Page 11: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi · mistrieħ tat-Trinita’ Qaddisa. Alla jinsab f’Marija iktar preżenti bid-divinità u l-kobor tiegħu milli fil-post fejn isaltan fuq il-Kerubini

10 SIGNUM FIDEI

Il-Ġimgħa, il-5 ta’ Ġunju San Bonifaċju - isqof u martri

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. 2 Tim 3: 10-17 Dawk li jridu jgħixu ħajja tajba fi Kristu Ġesù lkoll jgħaddu mill-persekuzzjoni. 2. Salm 118: 157.160.161.165.166.168 Sliem bil-kotra għal min iħobb il-liġi tiegħek. 3. Mark 12: 35-37 Kif inhi li l-kittieba jgħidu li l-Messija huwa bin David? SAN BONIFAĊJU (680-754) – isqof u martri Twieled fi Crediton, Devonshire, l-Ingilterra, fis-sena 680, u kien jismu Winfrid.

Daħal mal-Benedittini ta’ kunvent qrib Exeter, u wara mar f’dak ta’ Nursling, qrib Winchester, fejn kien id-direttur tal-iskola, u kiteb l-ewwel grammatika Latina li qatt inkitbet fl-Ingilterra.

Imma s-sejħa tiegħu kienet li jkun missjunarju. Imħajjar minn San Willibrordu, appostlu Benedittin tal-Olanda, telaq fis-sena 716 imma kellu jirritorna Nursling. Mar imbagħad Ruma fis-sena 718, għand il-Papa San Girgor II li biddillu ismu f’Bonifaċju u bagħtu l-Ġermanja.

Mill-ġdid Ruma, nhar Sant’Andrija, it-30 ta’ Novembru 722, ġie kkunsagrat isqof b’ġurisdizzjoni fuq il-Ġermanja kollha.

Protett u megħjun mir-Re Karlu, imsejjaħ “il-Martell”, irnexxielu jikkonverti bosta pagani. Ma damux ma ngħaqdu miegħu bosta missjunarji Ingliżi oħra.

Bonifaċju waqqaf id-djoċesijiet ta’ Erfurt, Buraburg u Wurzburg, kif ukoll dik ta’ Eichstatt, waqt li hu baqa’ isqof ta’ Mainz. Ippresieda fil-konċilji li saru fi Franza mis-sena 743 sas-sena 747 u l-Papa San Zakkarija ħatru primat tal-Ġermanja.

Kien Bonifaċju li nkuruna lir-Re Pepin, bin Karlu l-Martell fi Soissons. Imma Bonifaċju kellu jinkuruna l-ħajja appostolika tiegħu bil-martirju.

Ta’ madwar 73 sena, peress li wara l-mewt ta’ San Willibrordu, xi Nsara fl-Olanda kienu qed jerġgħu jsiru pagani, waqt li Bonifaċu kien qed iħejji ruħu biex jiċċelebra l-Griżma lill-Insara ġodda lejliet il-Pentekoste, fil-5 ta’ Ġunju 754, folla ta’ pagani qabżu fuqu u qatluh, flimkien ma’ San Eoban u sħabhom kollha, bid-daqqiet tax-xwabel f’Dokkum.

Dawn il-martri kienu ż-żewġ isqfijiet u t-53 dixxiplu tagħhom. Il-fdal ta’ San Bonifaċju, l-“Appostlu tal-Ġermanja”, jinsab meqjum fl-Abbazija ta’

Fulda, l-iktar waħda importanti mill-Abbaziji kollha li Bonifaċju waqqaf fil-Ġermanja.

Riflessjoni: Ġesù mhux qed jmeri kompletament lill-kittieba; l-Iskrittura hija ċara li l-Messija, il-Midluk ta ’Alla, meta jiġi, se jkun mid-dar ta’ David. Meta s-Sultan David xtaq jibni tempju lil Alla, il-Mulej ma ppermettilux ikompli bil-pjan tiegħu mħabba li kien xerred tant dmija fil-gwerer. Alla wegħdu li ibnu kien se jibni tempju (li, ovvjament, hekk għamel Salamun) u li d-dar rjali ta’ David tibqa’ għal dejjem. Il-problema tat-tagħlim li

Page 12: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi · mistrieħ tat-Trinita’ Qaddisa. Alla jinsab f’Marija iktar preżenti bid-divinità u l-kobor tiegħu milli fil-post fejn isaltan fuq il-Kerubini

SIGNUM FIDEI 11

kienu qed iressqu l-kittieba kienet li tista’ tiġi mifhuma illi l-Messija kellu jkun ħakkiem tad-dinja biss, bl-iżbalji u l-fallimenti ta’ bniedem uman. Messija bħal dan seta’ jkun sultan kbir ħafna fi żmienu, iżda, fl-aħħar mill-aħħar, bħal David, Salamun, Ċiro l-Persjan, u ħakkiema storiċi oħra, kien ikun ieħor fil-lista mill-ulied dgħajfa u midinba tan-nisel ta’ Adam bin-nuqqasijiet u fallimenti inevitabbli tal-umanità Il-kliem ta’ Ġesù juri possibbilità oħra, li Alla l-Messija jkun kemm uman kif ukoll Divin. Ġesù juri li skont is-Salmi, Alla jitkellem ma’ xi ħadd li hu ‘s-Sultan’ tar-re David: min jista’ jkun jekk mhux Alla nnifsu? Għalhekk huwa Alla li poġġa din il-figura misterjuża fuq it-tron Divin Tiegħu bil-qima u l-qawwa.

Addattata mill-Ktieb “Praying with St. Marks’ Gospel” Fr. Stephen Domnic Hayes

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 2, silta mill-1 punt

Saint John the Baptist, while in prison where he had been thrown by Herod’s command, sent two of his disciples to Jesus Christ to ask him whether he is the Messiah. This gave Jesus Christ the opportunity to praise Saint John before the people; he ended by saying that John is the man of whom it was written: I am sending my angel before you, to prepare for you the path where you will walk. You too, as well as Saint John, are angels sent by God to prepare a path for him, so that he can enter your heart and the hearts of your disciples. For this purpose you need to do two things: first, you must resemble the angels by your interior and exterior purity. Like the angels, you must be entirely detached from your body and from the pleasures of the senses, so that nothing seems to be left in you but your soul, which you are concerned about exclusively and which is the only object of your care

.

TALBA

Verb Etern, Kelma ta’ Alla tiegħi,

irrid ngħaddi ħajti nisimgħek: irrid noqgħod dejjem attenta

biex nitgħallem kollox mingħandek. Santa Eliżabetta tat-Trinità

Missierna ...

Page 13: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi · mistrieħ tat-Trinita’ Qaddisa. Alla jinsab f’Marija iktar preżenti bid-divinità u l-kobor tiegħu milli fil-post fejn isaltan fuq il-Kerubini

12 SIGNUM FIDEI

Is-Sibt, is-6 ta’ Ġunju San Norbertu - isqof

San Marċellino Champagnat

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. 2 Timotju 4: 1-8 Int agħmel ħidma ta’ evanġelista. Ngħid għalija, demmi ġa mxerred b’sagrifiċċju u l-Mulej ser iħallasni bil- kuruna tal-ġustizzja. 2. Salm 70: 8-9.14-17.22 Fommi jxandar il-ġustizzja tiegħek. 3. Mark 12: 38-44 Din l-armla fqira tefgħet iktar minn dawk kollha li tefgħu fit-teżor.

SAN NORBERTU (c. 1080-1134) - isqof Norbertu kien ġej minn familja nobbli f’Lorraine (Franza). L-ewwel parti ta’ ħajtu

għaddieha moħħu fid-dinja u l-pjaċiri tagħha. Daħal anki fl-istat klerikali bi spirtu tad-dinja.

Kien ordnat suddjaknu, imma biex ikun aktar ħieles, ma riedx ikompli jieħu l-ordnijiet sagri sal-aħħar. Bħala suddjaknu ġie mqabbad fil-qorti tal-imperatur biex iqassam il-karità, iżda kien ħsiebu biss biex jiddeverti.

Darba, waqt maltempata bis-sajjetti, twaqqa’ minn fuq iż-żiemel mitluf minn sensih. Dan l-inċident ġab bidla sħiħa f’ħajtu. Irtir li għamel fil-monasteru ta’ San Sigebert, qrib Cologne, kompla ġab il-konverżjoni tiegħu.

Għadda sentejn iħejji ruħu biex isir qassis u kien ordnat f’Cologne. Ftit wara rriżenja għall-benefiċċji ekklesjastiċi, biegħ il-proprjetà u qassam lill-fqar dak li daħħal; żamm biss bagħal, 40 munita tal-fidda, missal, kalċi, patena u ftit abiti sagri.

L-isqof riedu jirriforma komunità ta’ kononiċi regolari iżda Norbertu kien strett wisq magħhom. Għalhekk huwa rtira fil-wied ta’ Prémontré ħdejn Laon fit-tramuntana ta’ Franza fejn fi ftit xhur ngħaqdu miegħu 40 sieħeb u fil-Milied tas-sena 1121 ipprofessaw il-voti. B’hekk twaqqaf l-ordni tal-Premonstratensi jew Norbertini, kanoniċi regolari taħt ir-regola ta’ Santu Wistin, li jgħaqqdu ħajja ta’ għamla monastika ma’ ministeru attiv. L-ordni kiber ħafna f’ħajtu.

Kontra qalbu Norbertu nħatar arċisqof ta’ Magdeburg (ċ. 1125) mill-Imperatur Lothair II, li ried jagħmlu wkoll kanċellier. Iżda minkejja l-kariga għolja, xorta baqa’ jgħix fiċ-ċaħda bħallikieku baqa’ fil-monasteru.

Il-ħeġġa tiegħu ġabet riformi kbar fid-djoċesi, imma kellu wkoll għedewwa li għalihom ħajtu kienet ċanfira. Flimkien ma’ San Bernard Abbati ħadem ħafna biex ineħħi d-diżordnijiet ikkawżati mix-xiżma tal-antipapa Anakletu II.

Fir-ritorn minn Ruma flimkien mal-Imperatur Lothaire, San Norbertu ħassu ħażin, u wara erba’ xhur marid, radd ruħu ’l Alla fis-6 ta’ Ġunju 1134 fl-għomor ta’ 53 sena. Iddikjarah qaddis il-Papa Girgor XIII fl-1582.

Page 14: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi · mistrieħ tat-Trinita’ Qaddisa. Alla jinsab f’Marija iktar preżenti bid-divinità u l-kobor tiegħu milli fil-post fejn isaltan fuq il-Kerubini

SIGNUM FIDEI 13

Riflessjoni mill-Imitazzjoni ta’ Kristu, it-Tielet Ktieb, kap. IX: Minni jimlew l-ilma tal-ħajja, bħallikieku minn għajn ta’ ilma ġieri, iċ-ċkejken u l-kbir, il-fqir u l-għani; u min jaqdini bil-qalb u minn rajh inħallsu bil-grazzja tiegħi. Imma mbagħad, min ifittex il-glorja u l-hena fi ħwejjeġ oħra u mhux fija, dan ma jistax ikollu l-milja tal-hena, u minflok li qalbu titwassal għall-ferħ, aktar issib xi jdejjaqha u jnikkitha. Mela jekk tara xi tjieba fik, xi virtù, la tgħidx li hi ġejja minnek jew minn xi bniedem ieħor, imma minn Alla, li mingħajru l-bniedem ebda ġid ma għandu. Jien hu li tajtek kulma għandek u li nixtieqlek li jkollok kollox, u jien għajjur u rridek tkun tafhuli f’qalbek dal-ġid. Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 44, silta mit-2 punt

Only the Spirit of God can give us a correct understanding of these maxims of the Gospel and inspire us to put them into practice, because they are above the level of the human spirit. How, indeed, can we ever realize that blessed are the poor, that we must love those who hate us and rejoice when we are calumniated and when people say all sorts of evil against us, that we must return good for evil, and so many other truths entirely contrary to what nature suggests, unless the Spirit of God teaches them to us? You are obliged to teach these holy maxims to the children you are appointed to instruct. You must be thoroughly convinced of them, so that you can impress them deeply on the hearts of your students. Be docile, therefore, to the Holy Spirit, who can in a short time procure for you a perfect understanding of these truths.

TALBA

Tħalli xejn ma jfixklek, tħalli xejn ibeżżgħek,

kollox jgħaddi, Alla biss jibqa'.

Il-paċenzja tasal għal kollox; min għandu 'l Alla xejn ma jonqsu:

Alla waħdu huwa biżżejjed. Santa Tereza ta’ Avila

Missierna ...

Page 15: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi · mistrieħ tat-Trinita’ Qaddisa. Alla jinsab f’Marija iktar preżenti bid-divinità u l-kobor tiegħu milli fil-post fejn isaltan fuq il-Kerubini

14 SIGNUM FIDEI

Il-Ħadd, is-7 ta’ Ġunju It-Trinità Qaddisa

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Eżodu 34: 4b-6,8,9 Il-Mulej hu Alla li jagħder u jħenn. 2. Salm Danjel 3: 52-56 Ta’ min ifaħħrek u jgħollik fuq kollox għal dejjem. 3. 2Korintin 13: 11-13 Il-grazzja ta’ Sidna Ġesù Kristu, l-imħabba ta’ Alla u l-

għaqda fl-Ispirtu s-Santu. 4. Ġwanni 3: 16-18 Alla bagħat lil Ibnu fid-dinja biex bih hija ssalva.

Riflessjoni fuq il-Vanġelu:

Għandu raġun il-profeta ta’ żmienna, Ernesto Balducci jgħid li “kważi tant hi preokkupata l-Knisja li twassal tagħlim tajjeb li wara li tiċċelebra l-Pentekoste, tipproponilna bħal kieku biex tfakkarna fil-misteru tas-salvazzjoni, iċ-ċelebrazzjoni ta’ Alla bħala Missier, Iben u Spirtu s-Santu, bil-ħsieb li tfakkarna li aħna poplu miġbur fiż-żmien u fl-ispazju ta’ azzjoni waħda u fl-istess ħin iktar minn waħda ta’ Alla Missier, Iben u Spirtu s-Santu.”

Imma anke hekk, meta nippruvaw nitkellmu dwar Alla, id-diskors tagħna jkun imħawwad u iżjed ma nippruvaw nidħlu fil-fond tal-misteru iktar insibu ruħna mgħaddsin ġoċ-ċpar tal-injoranza kif ġara lil Mosè fuq is-Sinaj. Biex nifhmu xi ħaġa minn dan il-misteru nieħdu l-ewwel qari tal-lum. Waqt li kien fiċ-ċpar, Mosè jirċievi t-twavel tal-liġi u jisma’ l-kelma li Alla jgħidlu.

Qegħdin ngħixu fi żmien fejn is-skiet, anzi l-indifferenza, dwar Alla jakkumpanjaw il-ħafna diskorsi kuntrarji u t-tpaċpiċ fil-vojt dwaru, l-attakki bla raġuni kontrih anke, minħabba l-ħafna filosofiji u twemmin mhumiex Kristjani u tradizzjonali, li nibtu fostna. Dan kollu mhux talli joħloq konfużjoni sħiħa imma jġib speċi ta’ saturazzjoni li maż-żmien toħloq indifferenza u tapprova kull stramberija.

F’dan l-istat li ninsabu fih, irridu niftakru li l-Mulej fuq is-Sinaj jirrivela ruħu moħbi ġoċ-ċpar, jekk Alla jinħeba hu sabiex ma naqgħux fit-tentazzjoni li nitkellmu dwaru waqt li nevitaw li nitkellmu miegħu u nisimgħuh fit-talb; hu sabiex niġġieldu bil-forzi tagħna kollha t-tendenza idolatrika u perikoluża li nagħmlu xbiha personali ta’ Alla, li taqdina fil-gosti u l-ideat tagħna kollha tant li “jekk hemm Alla ma jistax ikun li ma jaqbilx miegħi.” Fil-fatt jekk Alla qiegħed hemm huwa Hu biss li jista’ jirrivelalna lilu nnifsu, hu propju Hu li jippreżenta ruħu lill-poplu tiegħu "Jaħweh! Jaħweh! Alla li jagħder u jħenn; tqil biex jagħdab u kbir fit-tjieba u fil-fedeltà" (Eż. 34:6), u hekk f’Ġesù, il-Kelma t’Alla, jippreżenta ruħu fil-Vanġelu: “Għax Alla hekk ħabb lid-dinja li ta lil Ibnu l-waħdieni” (Ġw. 3:16).

Minn ġos-sħaba tal-misteru, il-Kelma divina tinżel u tasal sad-dlam tal-ġrajja umana, biex tħabbar l-isbaħ aħbar tad-dinja; li Alla hu mħabba assoluta, mogħtija mingħajr kundizzjoni, hu li jagħti lilu nnifsu kollu kemm hu. U din l-imħabba mhijiex biss sentiment, jew atteġġament kif jiġri bejnietna: din l-imħabba hi ġrajja vera, saħansitra Persuna, l-Ispirtu s-Santu li jikkomprometti ruħu għalina, jingħata għalina, saħansitra jintilef fina basta ma jitlifniex, basta

Page 16: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi · mistrieħ tat-Trinita’ Qaddisa. Alla jinsab f’Marija iktar preżenti bid-divinità u l-kobor tiegħu milli fil-post fejn isaltan fuq il-Kerubini

SIGNUM FIDEI 15

jirbaħna lura lill-Missier li tant iħobbna li ssiġġilla mħabbtu bid-demm ta’ Ibnu l-maħbub li xerred għalina għax ried biex jerġa’ jiġborna mit-tixrid.

Quddiem dan ir-rifjut tal-bniedem li ħaffer abbiss fond bejnu u bejn is-salvazzjoni tiegħu, Alla ta lil Ibnu lid-dinja li wieġbet għal din l-għotja b’xettiċiżmu u rifjut sal-punt li qatlitu fuq salib; imma din it-traġedja ma fixklitx il-pjan tas-salvazzjoni divina, anzi serviet biex twettqu. Lill-individwi u lill-komunitajiet li jemmnu, li minn ġos-sħaba tal-fidi jilqgħu b’fiduċja l-kelma t’Alla li hi Ġesù ibnu l-maħbub, il-Missier – bħalma għamel ma’ Mose fuq is-Sinaj – jagħti t-twavel tal-liġi l-ġdida b’rigal, li jibdel l-għaxra ta’ qabel fl-uniku kmandament tal-imħabba t’Alla u tal-proxxmu. Mill-bqija x’tista’ tikkmandana l-imħabba jekk mhux li nħobbu b’qalbna kollha, b’ruħna kollha u bil-qawwa kollha? Jekk mhux li nħobbu lill-oħrajn bħalna nfusna?

Rigal sabiħ immens, dan ta’ Alla, imma forsi impenjattiv wisq għal nies bħalna li lanqas nafu nħobbu lilna nfusna! Biex ifiehemna Alla m’għadux jikteb il-liġi fuq twavel tal-ġebel imma direttament fil-qalb tal-laħam tagħna: hemmhekk is-suba’ t’Alla, l-Ispirtu s-Santu, inaqqax ix-xbieha ta’ Ġesù mudell tal-umanità, u jagħmel il-ħolqien ġdid, is-sema ġdida u l-art ġdida possibbli.

Minn La Realtà é Cristo, Don Davide Rota

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 50, l-1 punt

You are the ones whom the Eternal Father today invites to his banquet in order to receive his Son, Jesus Christ, in the Eucharist. Worldly people excuse themselves from attending. One says that he has bought a farm and must therefore go out and inspect it; another wishes to test five yoke of oxen that he has acquired; a third says that he is married. Some excuse themselves because of their business; others, because of the pleasures they want to enjoy. Both prefer their affairs and their personal satisfaction to the practices of piety and of religion, and especially to the greatest honor they can ever enjoy on earth—and which ought to be supremely agreeable to them in this world—namely, to receive Jesus Christ in the Eucharist. Deplore the blindness of those who live in the world and who follow worldly maxims. They prefer temporal advantages to sharing in this most delightful food, which is Jesus Christ, who by coming to them, makes them participants in the divinity.

TALBA Għażiż Ġesù, agħmel li jien inkun Nisrani

u xhieda tar-rabta tas-sema u l-art. Agħmel li l-irkejjen mudlama ta’ qalbi, ta’ ġismi,

idubu bħall-inċira fil-kuntatt ma’ dak in-nar tal-Ispirtu s-Santu,

ħalli neħles minn dan l-istat tqil u li jgħejjini, għal dik it-triq ta’ ħajja ħielsa u mimlija bl-arja tiegħek,

u nasal f’dak l-istat fejn nintrefa’ fl-għoli sakemm niltaqa’ mal-persuna divina tiegħek. B’hekk inkun nista’ nasal

bla xkiel biex nidħol fl-intimità tat-Trinità. Bro. Louis Camilleri

Missierna ...

Page 17: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi · mistrieħ tat-Trinita’ Qaddisa. Alla jinsab f’Marija iktar preżenti bid-divinità u l-kobor tiegħu milli fil-post fejn isaltan fuq il-Kerubini

16 SIGNUM FIDEI

It-Tnejn, it-8 ta’ Ġunju Il-Beatu Nikola ta’ Gesturi - reliġjuż

Il-Beati Diana u Ċeċilja - verġni Il-Beata Marija Droste zu Vischering tal-Qalb ta’ Ġesù

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. 1 Slaten 17: 1-6 Elija jservi quddiem il-Mulej, Alla ta’ Iżrael. 2. Salm 120: 1-8 L-għajnuna tiegħi mingħand il- Mulej. 3. Mattew 5: 1-12 Henjin il-foqra fl-ispirtu. Mill-istorja tal-istitut: Fis-7 ta’ Ġunju 2009 Brother Rapheal Rafiringa kien ibbeatifikat – il-knisja għarfet il-virtujiet, id-devozzjoni u ż-żelu ta’ dan il-Brother umli. Dan hu mudell ieħor ta’ edukatur Lasalljan.

IL-BEATA MARIA DROSTE ZU VICHERING (1863-1899) - reliġjuża Twieldet fit-8 ta’ Settembru 1863, f’Munster, fil-Ġermanja, minn ġenituri nobbli

tal-Kastell ta’ Darfield. Kienet tewmija ma’ ħuha Max. Kienet tifla mimlija ħajja. Ommha nisslet fiha mħabba kbira lejn il-Qalb ta’ Ġesù. Ta’ 12-il sena għamlet

l-Ewwel Tqarbina u l-Griżma tal-Isqof. Ta’ 18 il-sena, meta kienet fil-kappella tal-kastell, ħasset f’qalbha lil Ġesù jgħidilha li xtaqha tkun għarustu. Nhar l-anniversarju tal-fidda taż-żwieġ tal-ġenituri tagħha għarfithom li kienet se tidħol reliġjuża.

Daħlet mas-sorijiet tal-Bon Pastur f’Munster fl-1888, meta kellha 25 sena u tawha l-isem ta’ Swor Marija tal-Qalb Divina.

Sa minn meta kienet għadha novizza ħasset lil Ġesù jsejħilha biex tkun qrib il-qalb tiegħu u tgħallmet kif tħaddan it-tbatija. Kienet devota kbira tal-ewkaristija u sikwit kienet tħoss messaġġi mistiċi. Hija dejjem qalet li ma tistax tifred l-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesù mis-Sagrament Imqaddes.

Fl-1864 ntbagħtet Lisbona u ftit wara saret is-superjura fil-kunvent ta’ Oporto fil-Portugall. Sentejn biss wara mardet ħafna u b’hekk setgħet tirċievi lil Ġesù ewkaristija kuljum bħala vjatku. Dak iż-żmien ma kienx permess tqarbin ta’ spiss, imma f’waħda mill-intimitajiet tagħha ma’ Ġesù, hu wrieha kemm kellu xewqa kbira li jingħaqad aktar mal-erwieħ permezz tal-ewkaristija, u xtaqha li tagħmel minn kollox biex dan iseħħ.

Ġesù rrivelalha wkoll ix-xewqa li tibda d-devozzjoni lejn il-Qalb Imqaddsa billi l-erwieħ joffrulu post f’qalbhom u jikkonsagraw ruħhom lejn il-Qalb Imqaddsa.

Fl-1897, irċeviet l-ordni mingħand Ġesù biex tgħid lill-Papa jikkonsagra l-umanità kollha lill-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesù, iżda kien biss fl-1898 li hija ngħatat il-permess li tikteb Ruma lill-Papa Ljun XIII. Hija qatt ma rċeviet tweġiba għall-ittra tagħha, u għalhekk sena wara reġgħet bagħtet ittra oħra. Did-darba t-talba ntlaqgħet u l-Papa aċċetta li jikkonsagra d-dinja lill-Qalb ta’ Ġesù fil-11 ta’ Ġunju tal-istess sena.

Page 18: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi · mistrieħ tat-Trinita’ Qaddisa. Alla jinsab f’Marija iktar preżenti bid-divinità u l-kobor tiegħu milli fil-post fejn isaltan fuq il-Kerubini

SIGNUM FIDEI 17

Sfortunatament Swor Marija Droste qalbet għal-agħar u mietet waqt li kienet qed tipprepara għall-festa solenni tal-Qalb ta’ Ġesù.

Hija mietet fit-8 ta’ Ġunju 1899, u ġiet ibbeatifikata mill-Papa Pawlu VI fl-1 ta’ Novembru 1975.

Riflessjoni: Id-doċilità għall-Ispirtu s-Santu hija garanzija żgura ta' salvazzjoni, ta' suċċess fl-impenji, ta' sliem u ta' hena temporali u eterna. Sejjaħ sikwit lill-Ispirtu s-Santu u għidlu b'qalbek kollha: “Ejja f'ruħi, Spirtu s-Santu, Missier il-foqra, dak li jfarraġ lill-imnikktin, dak li jagħti kull ġid, għajn ta' kull grazzja, dawl tal-qlub... Imlieni bil-grazzja tiegħek, mexxini bl-għerf tiegħek, qaddisni bi mħabbtek, irfidni bil-qawwa tiegħek, għix fija, addottani bħala ibnek, ikkalmani bil-preżenza tiegħek, ħeġġiġni bil-karità tiegħek, salvani bil-ħniena infinita tiegħek wara li tkun għammart b'ferħ ġewwa ruħi. Ejja, Spirtu s-Santu, imlini bid-doni tiegħek u għannaqni bl-imħabba tiegħek”. S. Nerik de Ossó,

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 44, silta mit-2 punt

The truths that the Holy Spirit teaches to those who receive him are the maxims found in the holy Gospel. He helps them to understand these maxims and to take them to heart, and he leads them to live and to act in accordance with them. Only the Spirit of God can give us a correct understanding of these maxims of the Gospel and inspire us to put them into practice, because they are above the level of the human spirit. How, indeed, can we ever realize that blessed are the poor, that we must love those who hate us and rejoice when we are calumniated; and when people say all sorts of evil against us, that we must return good for evil, and so many other truths entirely contrary to what nature suggests, unless the Spirit of God teaches them to us?

TALBA

O Verġni qaddisa, Omm Alla, liema faraġ kbir Alla wera fik!

Għaliex bi grazzja kbira, Huwa ħares lejn l-umiltà u x-xejn tiegħek,

u hekk fakkarna li minn issa ’l quddiem ma jistmerrx iżda jħares bil-grazzja

lilna, bnedmin fqar, fuq l-eżempju tiegħek. Ammen.

Martin Luteru

Missierna ...

Page 19: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi · mistrieħ tat-Trinita’ Qaddisa. Alla jinsab f’Marija iktar preżenti bid-divinità u l-kobor tiegħu milli fil-post fejn isaltan fuq il-Kerubini

18 SIGNUM FIDEI

It-Tlieta, id-9 ta’ Ġunju San Efrem - djaknu u duttur tal-Knisja

Il-Beata Anna Marija Taigi

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. 1 Slaten 17, 7-16 Din hi l-kelma tal-Mulej: il-ġarra tad-dqiq ma tintemm qatt. 2. Salm 4: 2-5.7-8 Ixħet fuqna Mulej, id-dawl ta’ wiċċek. 3. Mattew 5: 13-16 Intom id-dawl tad-dinja. SAN EFREM (305? – 373) Duttur tal-Knisja, hu l-kittieb u l-qaddis l-aktar magħruf li warrad fis-Sirja fi żmien

is-Santi Padri. Efrem ħass minn ċkunitu s-sejħa u l-ġibda lejn il-ħajja reliġjuża u li tgħallem id-

duttrina u l-virtujiet Insara minn San Ġakbu, il-magħruf isqof ta’ Nisibi. Dan għammdu ta’ tmintax-il sena, x’aktarx ħadu miegħu fil-Konċilju ta’ Niċea

(325), għamlu direttur ta’ skola pajjiżu, u nqeda bil-ħidma tiegħu biex iġedded il-ħajja morali tan-nies ta’ Nisibi, speċjalment waqt l-assedju tal-belt mir-re tal-Persja, Sapor II, fis-snin 338, 346 u 350. F’dawn iċ-ċirkostanzi Efrem, bil-għaqal u l-qlubija tiegħu, kellu setgħa kbira fuq il-poplu.

Wieħed mill-bijografi tiegħu jirrakkonta li f’wieħed minn dawn l-assedji Efrem seħet minn fuq is-swar tal-belt l-armata tal-Persjani, u minnufih sħaba ta’ dubbien u ta’ nemus waqgħet fuq l-armata ta’ Sapor II, hekk li kellha terġa’ lura.

IL-BEATA ANNA MARIJA TAIGI (1769-1837) Din il-beata kienet mara tad-dar, u omm ta’ sebgħa. Missierha kien bniedem

idejh magħluqa; ta’ 13-il sena bagħatha taħdem, l-ewwel f’fabbrika tal-bellus, imbagħad bħala seftura.

Ta’ 20 sena żżewġet lil Domenico Taigi, seftur Ruman ikbar minnha sewwa fiż-żmien. Għall-ewwel kienet vanituża ħafna, speċjalment fi lbiesha.

Wara t-twelid tal-ewwel tarbija, immexxija minn saċerdot li għaraf ir-ruħ tagħha, bdiet ħajja ta’ virtù u tgħakkis. Il-konfessur tagħha kellu jimmoderaha fil-penitenzi tagħha.

Ingħaqdet mat-terzjarji Trinitarji u bdiet ukoll titqarben kuljum. Flimkien mal-favuri tas-sema, bħal estasijiet u profeziji, ma naqsux il-problemi normali tal-familja: faqar, kura ta’ ommha marida, raġel li għal kull xejn jitlagħlu, imma li hi servietu bħallikieku kien Kristu, u ż-żamma tal-paċi f’familja kbira, fosthom mart binha ta’ karattru diffiċli ħafna.

Il-Madonna qaltilha li l-vokazzjoni tagħha kienet li turi li l-qdusija, setgħet tkun ipprattikata f’kull stat ta’ ħajja.

Il-Beata Anna Marija Taigi mietet ta’ 68 sena, fid-9 ta’ Ġunju 1837. Żewġha, ta’ 92 sena, kien wieħed mix-xhieda fil-proċess tal-beatifikazzjoni tagħha.

Riflessjoni: L-imħabba tal-Mulej u l-fiduċja fih kibru bosta fija meta rajt b'liema ħeffa stajt nitħaddet miegħu kull ħin. Fhimt li wkoll jekk kien Alla, kien ukoll bniedem, u għalhekk ma kienx

Page 20: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi · mistrieħ tat-Trinita’ Qaddisa. Alla jinsab f’Marija iktar preżenti bid-divinità u l-kobor tiegħu milli fil-post fejn isaltan fuq il-Kerubini

SIGNUM FIDEI 19

jistagħġeb bid-dgħufija tagħna l-bnedmin; kien jifhem is-sura msejkna tagħna li malajr taqa' f'ħaġa jew oħra minħabba l-ewwel dnub, li hu ġie fid-dinja biex iħallas għalih. L-imħabba tal-Mulej u l-fiduċja fih kibru bosta fija meta rajt b'liema ħeffa stajt nitħaddet miegħu kull ħin. Fhimt li wkoll jekk kien Alla, kien ukoll bniedem, u għalhekk ma kienx jistagħġeb bid-dgħufija tagħna l-bnedmin; kien jifhem is-sura msejkna tagħna li malajr taqa' f'ħaġa jew oħra minħabba l-ewwel dnub, li hu ġie fid-dinja biex iħallas għalih.

Santa Tereża ta’ Ġesù

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 44, silta mit-3 punt

Although these great truths are so admirable and exalted and the Spirit of God, the true Light, enlightens souls concerning them, the majority of people understand nothing of these truths, because, as the Gospel says, they prefer darkness to the light and know neither the Spirit of God nor what the Spirit is capable of inspiring and producing in souls. The reasons for this, according to Jesus Christ, are that their works are evil and that everyone who does evil hates the light. Because the world is blinded by sin, it follows maxims entirely contrary to those that the Holy Spirit teaches to holy souls. The world is guided by these false precepts, which are the source of its sins and of the corruption of hearts.

TALBA

fuq Salm (26) – “Il-Mulej hu d-dawl u s-salvazzjoni tiegħi” O Kristu tiegħi! dawl tad-dinja, ferrex r-raġġi tad-dawl tiegħek, raġġi tal-paċi, u saħħan lil qalbi

u lill-qalb ta’sħabi bil-preżenza tiegħek. Għinni ħalli nħallik tidħol f’qalbi bid-dawl tiegħek.

U hekk, id-dellijiet u d-dlamijiet jitkeċċew minn ġo fija u minn sħabi,

u b’hekk inkun nista’ nerġa’ nibda mill-ġdid ġurnata oħra. Ammen

Bro. Louis Camilleri

Missierna ...

Page 21: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi · mistrieħ tat-Trinita’ Qaddisa. Alla jinsab f’Marija iktar preżenti bid-divinità u l-kobor tiegħu milli fil-post fejn isaltan fuq il-Kerubini

20 SIGNUM FIDEI

L-Erbgħa, l-10 ta’ Ġunju Santa Margerita - reġina tal-Iskozja

Il-Beatu Ġwann Dominici - isqof Il-Beatu Edwardu Poppe – saċerdot

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. 1 Slaten 18: 20-39 Ħalli jkun jaf dan il-poplu li int, Mulej, int Alla. 2. Salm 15: 1-2a.4.5 u 8.11 Ħarisni, O Alla, għax fik jien nistkenn. 3. Mattew 5: 17-19 Ma ġejtx biex inwaqqa’ l-Liġi jew il-Profeti, iżda biex inwassalhom għall-milja tagħhom. IL-BEATU EDWARDU POPPE (1890-1924) - saċerdot Il-ħajja ta’ dan il-beatu Belġjan hija kollha kkonċentrata fuq l-Ewkaristija. Hu

twieled f’Temsche fil-Belġju, it-tielet minn ħdax-il wild, ta’ familja ta’ mezzi modesti imma reliġjuża għall-aħħar.

Kellu jagħmel servizz militari f’Louvain fl-1910, imma sadanittant inkiteb biex imur jistudja fl-università Kattolika ta’ dik il-belt. Is-servizz militari għenu biex jimmatura aktar fil-vokazzjoni saċerdotali minkejja l-ħafna provi li kellu. Huwa xerred id-devozzjoni lejn l-Ewkaristija u l-Madonna.

Fl-1922, ta’ 22 sena, wara li temm is-servizz militari, Edwardu Poppe daħal is-seminarju Ljun XIII ta’ Louvain. Għalih kien żmien ta’ ħajja spiritwali intensa, u sar midħla tat-Trattat tal-Vera Devozzjoni lejn Marija miktub minn S. Lwiġi Grignon de Montfort, u beda jipprattika dak li l-awtur isejjaħ “jasar ta’ mħabba” lejn il-Verġni Mbierka.

Spiċċa l-istudji Teoloġiċi fis-seminarju maġġuri tad-djoċesi tiegħu Gand; matul il-vaganzi f’raħal twelidu beda l-appostolat tiegħu jgħallem lit-tfal u liż-żgħażagħ, l-aktar tagħlim tal-katekiżmu u l-liturġija.

Minħabba l-ewwel Gwerra Dinjija, fl-1914 reġa’ nqabad fis-servizz militari u qagħad għas-servizz tas-Salib l-Aħmar jgħin lill-morda u lill-feruti tal-gwerra. Irritorna s-seminarju s-sena ta’ wara u fl-1 ta’ Mejju 1916 u kien ordnat saċerdot.

Ftit wara nħatar vigarju tal-parroċċa Santa Koletta ta’ Gand, u beda malajr il-ħidma tiegħu l-aktar fost il-foqra. L-appostolat ma naqqasx is-sigħat tiegħu ddedikati għat-talb u l-adorazzjoni ta’ Ġesù Sagramentat li kien jagħmilhom matul il-jum u bil-lejl.

Ifforma grupp ta’ katekisti ewkaristiċi, li mbagħad inbdew ukoll f’parroċċi oħra tad-djoċesi; għalihom kiteb il-Manwal tal-katekista Ewkaristiku, fl-1917. Għaqqad ukoll il-“Lega tat-Tqarbin ta’ Spiss” fost it-tfal u l-ħaddiema. Kien jippubblika kull ġimgħa għat-tfal tal-Belġju kollha “Kruċjata Ewkaristika Piju X”, li fih kien jikteb kull ġimgħa l-messaġġ tiegħu kollu ħeġġa u b’lingwaġġ sempliċi, li jikxef imħabbtu kbira lejn l-Ewkaristija u l-Madonna. Firex ukoll ħidmietu għas-

Tibda n-Novena tal-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesù: L-Ewwel Jum

Page 22: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi · mistrieħ tat-Trinita’ Qaddisa. Alla jinsab f’Marija iktar preżenti bid-divinità u l-kobor tiegħu milli fil-post fejn isaltan fuq il-Kerubini

SIGNUM FIDEI 21

saċerdoti, li ħafna minnhom kienu jfittxuh għall-pariri fuq il-ħajja tagħhom spiritwali.

Minkejja li sa minn żgħożitu kien ibati bil-mard tal-qalb, u li minħabba f’hekk kellu jgħaddi ġranet sħaħ fuq pultruna, hu sab ħin jikteb l-opri famużi tiegħu għas-saċerdoti: fl-1920 “Id-Direzzjoni Spiritwali tat-Tfal”; fl-1923 “Insalvaw il-Ħaddiema”; fl-1923 ukoll “Appostolat Ewkaristiku Parrokkjali”; fl-1924 “Il-Metodu Edukattiv Ewkaristiku” u “Il-Ħabib tat-Tfal” li laħaq malajr il-mitejn elf kopja bil-Fjamming; u kotba oħra li ħarġu wara mewtu.

Fl-1921 il-Kardinal Mercier ħatru direttur spiritiwali għar-reliġjużi missjunarji, studenti tat-Teoloġija u kjeriċi obbligati għas-servizz militari. Padre Poppe kellu jmur joqgħod Leopoldburg fejn qeda ministeru intens u fekondi fost iż-żgħażagħ biex isiru saċerdoti.

Il-Beatu Edwardu Poppe miet għal għarrieda fl-10 ta’ Ġunju 1924, meta kien għad kellu biss 34 sena. Huwa kien iddikjarat beatu mill-qaddis Papa Ġwanni-Pawlu II, fit-3 ta’ Novembru 1999.

Riflessjoni, novena tal-Qalb ta’ Ġesù: Darba Ġesù qal: “Jekk xi ħadd irid jiġi warajja, għandu jiċħad lilu nnifsu, jerfa’ salibu kuljum u jimxi warajja” (Luqa 9: 23). X’inhi din il-verità għalija? Li tiċħad lilek innifsek, terfa’ s-salib tiegħek ta’ kuljum, u li dan jwasslna għall-ħajja ta’ dejjem! Dan għalija hu raġunament li mhux raġonevoli, u anzi jmur kontra s-sentimenti tiegħi ta’ persuna umana. Safrattant dan hu preċiżament dak li Ġesù qed jipproponilna; billi nagħrfu li meta aħna qed niċħdu lilna nfusna, inkunu qed nidentifikaw dak li hemm falz fina nfusna l-egoiżmu “jiġifieri li nwarrbu dik il-ħajja ta’ qabel u ninżgħu l-bniedem il-qadim, imħassar bix-xewqat tal-pjaċiri qarrieqa” (S. Pawl, Efesin 4:22) u neħilsu minnhom u nħallu lill-Ispirtu s-Santu joħloqna mill-ġdid. “O Alla oħloq fija qalb safja u Spirtu qawwi ġedded fija” (Salm 50). Din il-bidla mhijiex ħaġa oħra ħlief nitwieled mill-ġdid. (Nota: Ir-riflessjonijiet kollha ta’ din in-novena huma ta’ Bro. Louis) Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 3, silta mit-3 punt

Although in this life we sigh under the weight of our bodies and long to be free of this burden, it is God who created us for this very purpose and who gave us his Holy Spirit as a pledge. It is, then, up to God to direct our path straight toward heaven, so that we may surely arrive there. For this reason, it was as the Son of God that Jesus Christ became the Author of our eternal salvation. Salvation, as the Prophet says, comes from God; perfection likewise comes from him. As Saint James assures us, every excellent grace and perfect gift, come from on high and descend from the Father of lights. Beg God, therefore, to lead you on the way to heaven by the path he has traced out for you. Ask him to help you embrace the perfection of your state, because he is the one who brought you into it and who consequently desired, and still desires, that you find in it the way and the means to be sanctified.

Page 23: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi · mistrieħ tat-Trinita’ Qaddisa. Alla jinsab f’Marija iktar preżenti bid-divinità u l-kobor tiegħu milli fil-post fejn isaltan fuq il-Kerubini

22 SIGNUM FIDEI

TALBA

O Alla li tista’ kollox, il-qalb ta’ ibnek mimlija b’kull virtù,

hi ta’ ġieħ kbir għall-bnedmin. Agħmel li din il-qalb,

għajn tad-doni tas-sema, timliena b’kull grazzja, u li aħna nżommu dejjem quddiem għajnejna

l-ġid kbir ta’ mħabbitha għalina. B’ibnek sidna Ġesù Kristu

li jgħix u jsaltan miegħek u mal-Ispirtu s-Santu, Alla wieħed,

għal dejjem ta’ dejjem, Ammen.

Missierna ...

Nitolbu għal Bro. Walter Joseph Coster (1961) Bro. Edward Henry Grech (1981) Agħtihom Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem ...

Page 24: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi · mistrieħ tat-Trinita’ Qaddisa. Alla jinsab f’Marija iktar preżenti bid-divinità u l-kobor tiegħu milli fil-post fejn isaltan fuq il-Kerubini

SIGNUM FIDEI 23

Il-Ħamis, il-11 ta’ Ġunju San Barnaba – appostlu

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Atti 11: 21b-26; 13: 1-3 Kien raġel tajjeb, mimli bl-Ispirtu s-Santu u l-fidi. 2. Salm 97: 1-6 Il-Mulej għarraf is-salvazzjoni lill-gnus. 3. Mattew 10: 7-13 Intom u sejrin xandru u għidu lis-saltna tas-smewwiet waslet.

SAN BARNABA (†61) – appostlu San Barnaba ma kienx wieħed mit-tnax li Ġesù sejjaħ biex ikunu appostli. Imma

sa mill-bidunett ġie msejjaħ appostlu minħabba l-ħidma kbira tiegħu għall-Knisja.

Kien Lhudi, twieled f’Ċipru, trabba f’Ġerusalemm, u x’aktarx li studja fl-iskola ta’ Gamaliel, fl-istess żmien ma’ San Pawl.

Kien wieħed minn tal-ewwel li kkonvertew għall-Kristjaneżmu, f’Ġerusalemm, wara l-Pentekoste, fis-sena 29 jew 30. Kien jismu Ġużeppi, imma l-appostli bidlulu ismu f’Barnaba – Bin il-Faraġ. Kien raġel tajjeb, mimli bl-Ispirtu s-Santu u l-fidi (Atti 11: 24).

Kellu għalqa u biegħha, u dak li daħħal tagħha tah lill-appostli biex iqassmuh lill-foqra.

Meta San Pawl, tliet snin wara li kkonverta, mar Ġerusalemm, kien San Barnaba li laqgħu u introduċieh lil San Pietru u lill-Insara li għall-ewwel sabuha bi tqila biex jemmnu kif minn persekutur qalil, isir wieħed minnhom, mimli ħeġġa l-iktar kbira.

Minn Ġerusalemm, San Barnaba mar iżur il-Knisja ta’ Antjokja. Kien f’din il-belt, li s-segwaċi ta’ Kristu bdew għall-ewwel darba jiġu msejħa Nsara. Darba minnhom, San Barnaba mar Tarsu, sab lil San Pawl, u wara li stiednu, ħadu miegħu u ħadmu flimkien biex isaħħu l-komunità ġdida ta’ Antjokja.

Meta waqa’ għaks kbir f’Ġerusalemm u l-Insara kienu qed ibatu, San Barnaba u San Pawl ġabulhom l-għajnuna li kienu ġabru mingħand l-Insara ta’ Antjokja.

Imbagħad San Barnaba, ingħaqad ma’ San Pawl u mar miegħu fl-ewwel vjaġġ missjunarju. Magħhom ħadu lil Mark (l-Evanġelista, li kien il-kuġin ta’ Barnaba) li wara telaqhom f’nofs triq.

Meta nqalgħet il-kwistjoni taċ-ċirkunċiżjoni, San Barnaba kien jaqbel ma’ San Pawl u mar miegħu għall-Konċilju ta’ Ġerusalemm.

San Barnaba u San Pawl kienu ser jerġgħu jmorru jippritkaw flimkien, iżda ma qablux fuq Mark. San Barnaba ried li jeħduh magħhom iżda San Pawl ma riedx. Spiċċaw biex San Barnaba ħa lil Mark u mar Ċipru, waqt li San Pawl ħa lil Sila u mar is-Sirja. Wara dan ma nafux x’sar minn San Barnaba.

Nafu li miet martri, imħaġġar, f’Salamis, Ċipru, fis-sena 61.

Novena tal-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesù: It-Tieni Jum

Page 25: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi · mistrieħ tat-Trinita’ Qaddisa. Alla jinsab f’Marija iktar preżenti bid-divinità u l-kobor tiegħu milli fil-post fejn isaltan fuq il-Kerubini

24 SIGNUM FIDEI

Riflessjoni, nimmedita fuq il-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesù (aqra: Luqa 15: 20-24): Għal Ġesù, Alla l-Missier, huwa Alla li jirrispetta l-libertà tal-bniedem, jistennieh meta jitbiegħed minnu, jifraħ meta jerġa’ lura, ma jċanfrux. Għal kuntrarju joffrilu aktar milli jitolbu u jistiednu biex jifraħ miegħu. Iva nemmen f’Alla li hu Missier. Nemmen li jieħu pjaċir meta mmur lura għandu. Qalb ta’ Ġesù, qalb t’Alla għandek biex lili tħobbni tant li tajtni ġismek u demmek bħala ikel u xorb. Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 58, l-1 punt Jesus Christ tells his holy Apostles that unless their virtue surpasses that of the Pharisees, they will not enter the kingdom of heaven. Apply these words to you. Be convinced that Jesus Christ is addressing them to you, that if you do not have more virtue than people in the world, you will be more liable to condemnation than they will be on the day of judgment. People of the world, like the Pharisees, are satisfied with observing the external and outward practices of religion. They go to Mass, listen to sermons, and sometimes follow the Divine Office, but they do all these things and a number of others without any interior spirit. You, who gave yourself to God and, consequently, ought to consecrate to God every moment of your life, must do everything in a spirit of religion without being content to do only what is exterior in the duties of your state. Even if people are satisfied with what is external in actions, God, who looks into the heart, will not put any value on them.

TALBA O Alla li tista’ kollox,

il-qalb ta’ ibnek mimlija b’kull virtù, hi ta’ ġieħ kbir għall-bnedmin.

Agħmel li din il-qalb, għajn tad-doni tas-sema, timliena b’kull grazzja,

u li aħna nżommu dejjem quddiem għajnejna l-ġid kbir ta’ mħabbitha għalina.

B’ibnek sidna Ġesù Kristu li jgħix u jsaltan miegħek u mal-Ispirtu s-Santu,

Alla wieħed, għal dejjem ta’ dejjem, Ammen.

Missierna ...

Page 26: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi · mistrieħ tat-Trinita’ Qaddisa. Alla jinsab f’Marija iktar preżenti bid-divinità u l-kobor tiegħu milli fil-post fejn isaltan fuq il-Kerubini

SIGNUM FIDEI 25

Il-Ġimgħa, it-12 ta’ Ġunju Santa Pawla Frassinetti – reliġjuża Santa Flora ta’ Beaulieu – verġni

San Ġwann minn Saħaġun – presbiteru Il-Beatu Alfons M Mazurek – presbiteru u sħabu martri

Il-Beata Jolanda – reliġjuża

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1.1 Slaten 19: 9a.11-16 Oħroġ, u oqgħod fuq il-muntanja quddiem il-Mulej! 2. Salm 26: 7-9abċ.13-14 Jien wiċċek infittex, Mulej. 3. Mattew 5: 27-32 Kull min iħares lejn mara biex jixtieqha jkun ġa għamel adulterju magħha f’qalbu. SANTA PAWLA FRASSINETTI (1809-1882) – reliġjuża Din il-fundatriċi tas-sorijiet Dorotej twieldet f’Ġenova, tifla unika fost ħames

aħwa. L-erba’ ħutha subien kollha saru saċerdoti. Meta Pawla kellha 9 snin ommha mietet, u hi qiegħdet il-fiduċja tagħha f’Marija omm Ġesù, filwaqt li ddedikat lilha nfisha għal missierha u l-erba’ ħutha subien. Missierha li kien ta’ karattru possessiv, ma riedx jibgħatha l-iskola, imma hu nnifsu għallimha taqra u tikteb. Pawla malajr xorbot ħafna tagħlim dwar ir-reliġjon u l-kultura mid-diskussjonijiet li kienu jagħmlu ħutha s-seminaristi ikbar minnha.

Pawla ntbagħtet għand ħuha l-kbir Dun Ġużepp, kappillan ta’ Quino għal xi żmien biex tieħu saħħitha. Hawn ġiet f’kuntatt mal-attivitajiet parrokkjali u malajr saret konxja tal-vokazzjoni tagħha. Ma kinitx trid ħlief li tgħallem u tieħu ħsieb ta’ tfal bniet oħra, l-aktar dawk fqar u emarġinati.

Bil-parir ta’ ħuha u saċerdoti oħra, ta’ 25 sena tat bidu għall-istitut “Figlie de Santa Fede” (Ulied il-Fidi Mqaddsa), li wara, l-isem inbidel f’dak tas-Sorijiet ta’ Santa Dorotea. Imma l-ewwel grupp tferrex, u baqa’ biss dawk li kienu l-aktar dedikati. Ma’ dawn, fit-12 ta’ Diċembru tas-sena 1834, fil-festa ta’ Santa Kjara ta’ Assisi, kellu bidu l-istitut il-ġdid.

Id-diffikultajiet ma naqsux, imma Pawla, b’kuraġġ, b’ġenerożità u b’fidi qawwija, baqgħet sejra ’l quddiem, tiftaħ diversi kunventi ta’ sorijiet tagħha ddedikati b’mod speċjali għat-tagħlim tal-bniet. Bagħtet lill-ulied tagħha fil-Brażil u fil-Portugall, u llum tinsab imxerrda fi 15-il pajjiż.

Hija kitbet ħafna ittri lis-sorijiet tagħha li juru kemm kienet tgħożżhom bħala uliedha, u li fihom kienet tagħtihom ħafna pariri sbieħ. L-ittri jikxfu wkoll kemm il-qaddisa kienet bniedma ta’ ħajja spiritwali għolja.

Santa Pawla Frassinetti mietet fil-11 ta’ Ġunju tas-sena 1882, fl-età ta’ 73 sena. Ġiet ibbeatifikata fit-8 ta’ Ġunju tas-sena 1930, u l-papa qaddis Ġwanni Pawlu II fil-11 ta’ Marzu tas-sena 1984, iddikjaraha qaddisa.

Novena tal-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesù: It-Tielet Jum

Page 27: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi · mistrieħ tat-Trinita’ Qaddisa. Alla jinsab f’Marija iktar preżenti bid-divinità u l-kobor tiegħu milli fil-post fejn isaltan fuq il-Kerubini

26 SIGNUM FIDEI

Is-sorijiet Dorotej jagħtu s-sehem tagħhom fix-xandir tal-Evanġelju permezz tal-edukazzjoni fl-iskejjel, it-tagħlim reliġjuż u l-formazzjoni tal-mexxejja, irtiri, ħidma missjunarja u ħafna forom oħra ta’ ħidma soċjali, b’mod speċjali fost it-tfal, il-foqra, l-emigranti, iż-żgħażagħ u n-nisa.

Riflessjoni, nimmedita fuq il-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesù (aqra: Mark 10: 46-52): In-nies iridu jsikktu lil Bartilmew għax l-għajjat tiegħu qed idejjaqhom – għax l-għajta ma ntgħoġbotx; imma mhux dejjem possibbli ssikket wieħed li qed ibati meta qed jgħajjat għall-għajnuna. Imma Bartilmew baqa’ jgħajjat tant li fl-aħħar Ġesù sema’ l-għajta tiegħu – anzi ried jisma’ l-għajta tiegħu aktar mill-qrib. Sejħulu! U Ġesù esprima ruħu, b’kelma tant sabiħa li tgħodd għal kull persuna, żgħira u kbira. U Ġesù qallu: “Xi tridni nagħmillek?” Ġesù jirrispetta l-libertà tiegħi u qed isejjaħli ... Jekk isejjaħli għax jixtieq jagħmilli xi ħaġa tajba: Ġesù lili wkoll jgħidli: “Mur, il-fidi tiegħek fejqitek.” Ġesù grazzi għal dik il-qalb hekk kbira tiegħek. Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 204, silta mit-3 punt The result that the wise reproof of Nathan produced in David ought to make you realize how much good the corrections you give your disciples will profit them when they are given with gentleness and charity. David became angry at the man Nathan described in his parable, and when he realized that he was the one for whom the parable was told, he had no other response but the words, I have sinned; at once he took on a severe penance. When the child born of his adultery died, David adored God and made it clear that he accepted his holy will. This is how the wise and restrained manner of the Prophet toward the sinful David softened the king’s heart: he acknowledged his two sins, asked God’s pardon for them, and was truly sorry.

TALBA

O Alla li tista’ kollox, il-qalb ta’ ibnek mimlija b’kull virtù,

hi ta’ ġieħ kbir għall-bnedmin. Agħmel li din il-qalb,

għajn tad-doni tas-sema, timliena b’kull grazzja, u li aħna nżommu dejjem quddiem għajnejna

l-ġid kbir ta’ mħabbitha għalina. B’ibnek sidna Ġesù Kristu

li jgħix u jsaltan miegħek u mal-Ispirtu s-Santu, Alla wieħed,

għal dejjem ta’ dejjem, Ammen. Missierna ...

Page 28: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi · mistrieħ tat-Trinita’ Qaddisa. Alla jinsab f’Marija iktar preżenti bid-divinità u l-kobor tiegħu milli fil-post fejn isaltan fuq il-Kerubini

SIGNUM FIDEI 27

Is-Sibt, it-13 ta’ Ġunju Sant’Antnin ta’ Padova – presbiteru u duttur tal-Knisja

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. 1 Slaten 19: 19-21 Elija xeħet fuq Eliżew il-mantell tiegħu, u dan

beda jservih. 2. Salm 15: 1-2a u 5.7-8.9-10 Mulej, inti s-sehem tal-wirt u r-risq tiegħi. 3. Mattew 5: 33-37 Jiena ngħidilkom biex ma taħilfu xejn.

SAN ANTNIN TA’ PADOVA (1195-1231) - saċerdot u duttur tal-Knisja Aktarx li dan il-qaddis hu fost l-aktar popolari fost l-Insara. Għalkemm jissejjaħ

ta’ Padova, li tinsab fl-Italja ta’ Fuq, hu ma kienx Taljan iżda twieled fil-Portugall. Il-ġenituri tiegħu, li fi twelidu semmewh Ferdinandu, minn kmieni bagħtuh biex jieħu l-edukazzjoni tiegħu mal-komunità tal-kanonċi tal-katidral ta’ Lisbona. Ta’ ħmistax-il sena daħal mal-Kjeriċi Regulari ta’ S. Wistin qrib Lisbona.

Wara li għadda tmien snin fid-dar tal-istudju miżmuma mill-Kanoniċi Agostinjani f’Coimbra, imqanqal mill-aħbar tal-martirju ta’ ħames patrijiet Franġiskani fil-Marokk, (li hu kien iltaqa’ magħhom fi triqthom lejn dak il-pajjiż), Ferdinandu ħalla l-istudju, fl-1220, u sar Franġiskan fejn bidel ismu f’Antonju u malajr telaq lejn il-Marokk ħerqan biex jipprietka u jieħu l-martirju. Iżda huwa marad u fi triqtu lura, maltempata tefgħet il-ġifen fi Sqallija.

Fl-1221, il-qaddis attenda l-kapitlu famuż imsejjaħ “tal-ħsajjar” fil-Porzjunkula u ra lil San Franġisk bilqiegħda f’riġlejn Fra Elija.

Sant’ Antnin intbagħat f’eremitaġġ fejn kien jitlob u jagħmel xogħol tad-dar. Darba kellha ssir prietka, il-predikatur ma marx u Sant’Antnin ġie mqabbad jipprietka hu. Tant ingħoġob li l-aħħar għaxar snin ta’ ħajtu għaddiehom jipprietka fl-Italja u fi Franza u jgħallem it-Teoloġija lil sħabu fl-ordni.

Hu kien jeħodha kontra l-vizzjijiet ta’ żmienu, bħalma huma l-użura (self bi mgħaxxijiet għoljin) u x-xeħħa, b’lingwaġġ qawwi u kultant aħrax ukoll.

Għalkemm Sant’ Antnin kien ġej minn familja aristokratika, hu kien veru ħabib tal-fqar u tal-maħqurin. L-aħħar sentejn ta’ ħajtu għaddiehom f’Padova. Jingħad li għamel ħafna mirakli, l-aktar wara mewtu.

Huwa miet ta’ 36 sena f’Arcella, qrib Padova, mifni mill-predikazzjoni. F’inqas minn sena, Girgor IX ddikjarah qaddis. Il-Papa Piju XII iddikjarah duttur

tal-Knisja fl-1946. Id-drawwa tal-hekk imsejjaħ “Ħobż ta’ S. Antnin” inbdiet f’Toulon (Franza) fl-

1890. Sant’ Antnin hu msejjaħ fil-każi ta’ ħwejjeġ mitlufin.

Novena tal-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesù: Ir-Raba’ Jum

Page 29: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi · mistrieħ tat-Trinita’ Qaddisa. Alla jinsab f’Marija iktar preżenti bid-divinità u l-kobor tiegħu milli fil-post fejn isaltan fuq il-Kerubini

28 SIGNUM FIDEI

Riflessjoni, nimmedita fuq il-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesù (aqra Ġwanni 6: 51, 53-56): ... Lil dawk in-nies fid-deżert li kienu ilhom tlett ijiem bla ħobż; offrielhom il-ħobż bl-

abbundanza u xebbagħhom. ... Lil-lebbruż: li ġismu kien jitmermer offrielu l-uniku ħobż, li jfejqu. ... Lis-Sammaritana: Ġesù offrielha l-uniku ħobż tat-tjubija tiegħu u ssodisfalha l-ġuħ

li titgħallem tħobb. ... Lill-armla ta’ Naim: li kellha l-uniku iben, li kienu sejrin jidfnuh; offrielha l-ħobż li

xtaqet; li binha jerġa’ jieħu l-ħajja. “Kull min jiekol minn dan il-ħobż jgħix għal dejjem”. Min hu dak il-bniedem li ma jixtieqx jassoċja ruħu ma’ Ġesù, meta HU biss jista’ jissodisfah? Dik il-qalb hekk kbira, hekk imqaddsa ta’ Ġesù, x’wassalha biex ħabbitna daqshekk?

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 135, it-3 punt

When this saint (St Anthony of Padova) was put to the work of preaching by the order of Saint Francis, it became apparent that God had placed his holy word in his mouth, for when he preached, all his hearers were filled with admiration, and he brought about altogether surprising conversions. He succeeded so well in this holy ministry because he had prepared for it by seclusion and prayer, undertaken it only through obedience, and always stayed in humble work until his superior ordered him to preach. It ought to be only in response to the order of God and in submission to your superior that you work for the salvation of souls. This will be the way to sanctify you in this work and to procure the sanctification of others.

TALBA

O Alla li tista’ kollox, il-qalb ta’ ibnek mimlija b’kull virtù,

hi ta’ ġieħ kbir għall-bnedmin. Agħmel li din il-qalb,

għajn tad-doni tas-sema, timliena b’kull grazzja, u li aħna nżommu dejjem quddiem għajnejna

l-ġid kbir ta’ mħabbitha għalina. B’ibnek sidna Ġesù Kristu

li jgħix u jsaltan miegħek u mal-Ispirtu s-Santu, Alla wieħed, għal dejjem ta’ dejjem, Ammen.

Missierna ...

Page 30: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi · mistrieħ tat-Trinita’ Qaddisa. Alla jinsab f’Marija iktar preżenti bid-divinità u l-kobor tiegħu milli fil-post fejn isaltan fuq il-Kerubini

SIGNUM FIDEI 29

Il-Ħadd, l-14 ta’ Ġunju Il-Ġisem u d-Demm Għażiż tal-Mulej

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Dewteronomju 8: 2,3,14-16 Temgħek il-manna li la int u lanqas missirijietek

ma kontu tafu biha. 2. Salm 146 : 12-15,19,20 Sebbaħ, Ġerusalemm, lill-Mulej. 3. 1Korintin 10: 16,17 La l-ħobża hi waħda, aħna, li aħna ħafna, aħna

ġisem wieħed. 4. Ġwanni 6: 51-58 Ġismi huwa tassew ikel, u demmi hu tassew xorb Riflessjoni fuq il-Vanġelu:

Il-familjarità li dawn iż-żewġ millenji ta’ Kristjaneżmu nisslu fina rigward dan il-kliem tar-raba’ Vanġelu, tevitalna li niskandalizzaw ruħna kif għamlu n-nies fi żmienu meta semgħu l-istedina ta’ Ġesù biex jieklu ġismu u jixorbu demmu. Minkejja dan xorta nsibu li dan il-kliem jinkwetana xi ftit u jikkkonfermalna li l-Ewkaristija mhix il-mezz l-iktar b’saħħtu biex nagħmlu propoganda għall-fidi. Mhux ta’ b’xejn li l-Knisja bikrija, kienet tirriserva t-tagħlim dwarha għal dawk li jkunu diġà tgħammdu; u li l-kriżi attwali tal-Kristjaneżmu timmanifesta ruħha l-iktar fiċ-ċelebrazzjoni Ewkaristika tal-Ħadd fejn jonqsu n-nies li minkejja dan xorta jgħidu li jemmnu.

Mhux għax il-kliem ta’ Ġesù mhuwiex ċar, anzi ċar iżżejjed, forsi għalhekk isir inaċċettabbli avolja ġej minn xi ħadd li kien għadu kif kattar il-ħobż għal eluf ta’ nies u għalhekk seta’ jgħid dak li jrid. L-affermazzjonijiet ta’ Ġesù, jidhru skandalużi minħabba l-fatt li jippreżenta ruħu bħala l-uniku wieħed li jista’ jxebba’ lill-umanità, pellegrina f’dinja li minkejja l-progress, il-ġid materjali, il-kultura, it-tul tal-ħajja, il-konsumiżmu, tibqa’ “deżert kbir u jwaħħax, mimli sriep velenużi u skorpjuni; art niexfa bla ilma xejn” (Dt. 8:15), kif naqraw fl-ewwel qari. Il-Mulej jaf li ebda skoperta umana ma tista’ ttaffi l-għatx u l-ġuħ qawwi li hemm f’qalb il-bniedem dak li akkost ta’ kollox irid jagħti sens lil ħajtu. Prova ta’ dan huma dawk in-nies li iktar ma jiddedikaw ħin għas-sodisfazzjoni tax-xewqat tagħhom iżjed jispiċċaw bla sodisfazzjon u jaqgħu f’ansjetà u dwejjaq. Jikkonfermawh il-ħafna avventuri taż-żgħażagħ li għal mument ta’ eċitament litteralment jarmu ħajjithom fuq it-toroq tagħna.

Il-Mulej jurina li suppervi kif aħna ma tantx nissaportu nisimgħu: li l-bniedem evolut, adult u modern, jibqa’ fil-fatt mhux kapaċi jirrealizza l-ħolm tiegħu, jew jikseb l-uniku ħobż li jaqta’ l-ġuħ tal-qalb. Lil dan il-bniedem fqajjar, Ġesù jpoġġilu sfida kif għamel man-nies ta’ żmienu: peress li hu l-uniku wieħed li jaf min aħna tassew u dak li għandna bżonn, hu anki l-uniku wieħed li jista’

Novena tal-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesù: Il-Ħames Jum

Page 31: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi · mistrieħ tat-Trinita’ Qaddisa. Alla jinsab f’Marija iktar preżenti bid-divinità u l-kobor tiegħu milli fil-post fejn isaltan fuq il-Kerubini

30 SIGNUM FIDEI

jakkwistalna dak li l-isforzi kollha tagħna personali jew l-impenn komunitarju, ma jistgħu jaqtgħulna qatt, il-milja tal-ħajja li fil-vanġelu tissejjaħ il-ħajja ta’ dejjem.

Biex jiksbilna din il-ħajja, l-Iben t’Alla niżel mis-sema u biex jagħtihielna tela’ fuq is-salib - biex jiggarantihielna, il-Missier qajmu mill-mewt. B’dan il-mod, il-ħobż l-iktar veru li jeżisti, il-ħobż li ma jistħoqqilniex nikluh għalkemm għandna bżonn tremend tiegħu, jingħatalna b’abbundanza fil-persuna ta’ Ġesù Kristu; il-ħobż huwa l-preżenza tiegħu, kelmtu, ġismu, demmu, ħajtu... kollox mogħti għalina, anzi għal ħafna mill-umanità f’kull post u żmien. Fil-ġisem tal-Mulej hemm preżenti l-bniedem il-ġdid, is-sema u l-art ġodda, rahan ta’ dak li għandu jseħħ fl-aħħar, dak li issa xejn ma jista’ jwaqqaf u la dnubietna, lanqas il-ħażen tal-istorja. Il-ħajja qiegħda fih fil-milja kollha tagħha u meta tingħaqad mal-eżistenza fqira tagħna jħeġġeġ fina l-etenità; l-imxerrdin jerġgħu jsibu l-għaqda u fl-għaqda tagħhom mal-ħobż t’Alla jiskopru li huma membri tal-istess ġisem dak ta’ Kristu.

Dan hu t-teżor tal-Knisja, moħbi mill-għajnejn tad-dinja, imma l-uniku li jgħajjixha, li jippermettilha li taqsam id-deżert tal-eżistenza mingħajr ma taqta’ qalbha, anzi jerġa’ jwarrad il-ħajja u juriha d-destinazzjoni. Dan hu r-rigal li l-ħniena t’Alla tagħti lill-bniedem, imfixkel mill-ħażen u bil-ġuħ għas-salvazzjoni, biex jagħtih lura s-sens ta’ ħajtu. Minn La Realtà é Cristo – Don Davide Rota

Riflessjoni, nimmedita fuq il-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesù (aqra Mark 1: 32-35): Ġesù huwa l-mudell tagħna, mimli ħniena u mogħdrija u kompassjoni, ifejjaq lill-morda u jxandar l-imħabba t’Alla – imma ma naqasx li jqum kmieni biex imur jitlob u jingħaqad mal-missier. Qed jurina kif għandna ngħixu din il-ħajja – u li nifhmu xi jrid jgħidilna u jfissrilna meta nġarrbu xi tbatijiet ta’ kull xorta. Li tbati hija parti mill-ħajja. Ġesù biss jgħarrafna u jagħtina tifsira tat-tbatijiet u tat-tiġrib, għax hu biss jista’ jispjega l-misteru! Ġesù agħtini l-għajnuna biex ma ngergirx aktar kontrik imma li ngħidlek din it-talba. Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 47, l-1 punt

The love that Jesus Christ shows for you in this great sacrament certainly deserves that today you show an altogether special return of love for him by a very deep respect, both interior and exterior, for this adorable mystery. On this day in the Church, we try to pay the greatest possible external respect to this hidden God. This is why the Blessed Sacrament is exposed on the altar during the entire octave and is solemnly carried in procession, so that Christians may encourage one another to honor it during these holy days and to pay frequent visits to the churches. Have a deep reverence for this sacred mystery; take care that your disciples pay it homage and visit the Most Blessed Sacrament with more than ordinary piety during these holy days.

Jien nadurak bil-qima, Alla li tinsab, Mohbi hawn quddiemi taht dawn ix-xbihat. Lilek qalbi kollha hawn f’riglejk naghtik Meta nahseb fuqek, hsiebi nitlef fik.

Page 32: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi · mistrieħ tat-Trinita’ Qaddisa. Alla jinsab f’Marija iktar preżenti bid-divinità u l-kobor tiegħu milli fil-post fejn isaltan fuq il-Kerubini

SIGNUM FIDEI 31

TALBA

O Alla li tista’ kollox, il-qalb ta’ ibnek, mimlija b’kull virtù, hi ta’ ġieħ kbir għalina l-bnedmin;

agħmel li din il-qalb, għajn tad-doni tas-sema,

timliena b’kull grazzja, u li aħna nżommu dejjem quddiem għajnejna

l-ġid kbir ta’ mħabbitha għalina. B’ibnek Ġesù Kristu sidna.

Ammen. Missierna ...

It-Tnejn, il-15 ta’ Ġunju San Vitu, San Modestu u Santa Krexxenzja - martri

S. Ġermana Cousin

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. 1 Slaten 21: 1-16 Nabot ġie mħaġġar u miet. 2. Salm 5: 2-3.5-6.7 Mulej, agħti kas tat-tnehid tiegħi. 3. Mattew 5: 38-42 Jiena ngħidilkom biex bniedem ħażin ma tiqfulux. SANTA ĠERMANA COUSIN (c. 1579-1601) Missier Ġermana Laurent Cousin, kien ħaddiem fqir minn Pibracv, qrib

Toulouse (Franza); ommha Marie Laroche mietet ftit wara t-twelid ta’ bintha.

Novena tal-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesù: Is-Sitt Jum

Page 33: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi · mistrieħ tat-Trinita’ Qaddisa. Alla jinsab f’Marija iktar preżenti bid-divinità u l-kobor tiegħu milli fil-post fejn isaltan fuq il-Kerubini

32 SIGNUM FIDEI

Ġermana twieldet b’diżabilità u marradija u idha l-lemenija imsawra ħażin u paralitika. Kienet tmur tirgħa n-ngħaġ f’Pibrac.

Missierha, li flok imħabba kellu averżjoni għaliha, reġa’ żżewweġ u din it-tieni mara tiegħu wkoll xejn ma kienet iġġibha lil Ġermana, anzi kienet taħqarha u lanqas biss ma kienet tħalliha tersaq lejn uliedha, allavolja kienet tħobbhom.

Kienet iġġagħalha torqod fl-istalla, jew taħt it-taraġ fuq gozz zkuk tad-dwieli. Skola ma kinetx taf, iżda Alla għanieha b’paċenzja soprannaturali u bi mħabba li biha kienet taqsam mat-tallaba l-bċejjeċ żgħar tal-ħobż li kienet taqla’.

Kienet dejjem bil-kuruna tar-Rużarju f’idejha; u titlob ’l Alla jħarsilha l-merħla sakemm kienet tmur tisma’ l-quddiesa ta’ kuljum. U Alla kien tassew iħarishomlha għax qatt ma sabet nagħġa waħda nieqsa minkejja l-għadd kbir ta’ lpup li kien hemm f’dawk l-inħawi.

Matul is-sigħat li kienet tgħaddi tirgħa n-nagħaġ hija tgħallmet tant ħwejjeġ fit-talb, li kienet kapaċi tiġbor t-tfal tar-raħal u tkellimhom fuq Alla.

Il-ġirien bil-mod il-mod għarfu l-qdusija tagħha u ftit qabel mewtha, li ġrat meta kellha 22 sena, il-familja tagħha bdiet tittrattaha tajjeb.

Il-ħafna mirakli li saru fuq qabarha taw bidu għall-proċessjoni kull sena lejn il-knisja ta’ Pibrac.

Il-Beatu Piju IX ddikjaraha qaddisa fid-29 ta’ Ġunju 1867. Riflessjoni, nimmedita fuq il-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesù: Meta Ġesù qal “Jiena hu l-ħobż tal-Ħajja”, dan kien f’sens spiritwali. Mingħajr dan l-ikel ħadd ma jista’ jimxi wara Kristu. Iżda aħna bnedmin u għalhekk inbatu minn kull nuqqas ta’ “ikel”. Tant huwa ħanin Ġesù li kien qed jaħseb ukoll għal dak “il-ġuħ” li minnu jbati kulħadd. Il-ħobż ta’ kull varjetà Ġesù jagħtih sabiex il-bniedem jissodisfa ruħu. Pereżempju lil Marija Maddalena, il-midinba, offrielha l-ħobż tal-maħfra u b’hekk qatgħalha l-ġuħ għall-imħabba. Lill-pubblikani, lill-midinbin u lill-imwarrbin, offrielhom u qasam magħhom il-ħobż tal-ħbiberija. Lil kull wieħed u waħda minna, Ġesù joffrilna l-ħobż li jaqtgħalna l-ġuħ li Alla l-Missier poġġielna f’qalbna: il-ħobż tal-ħajja ta’ dejjem. Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 92, silta mit-2 punt

The first thing we must pay attention to is great self-control. Saint Paul recommends this to the faithful above all things. Let your self-control, he says, be known to everyone. This is as if he said, Do not be self-controlled only when you are alone and in private, as you must be, of course, because the Lord is near you, but also act in the same way before everyone. Thus, when you are outside the house, act in such a way that all may recognize and be edified by your self-control. This is necessary because you work for the salvation of others, and you must begin by giving them good example in order to win them to God. You must also carefully observe silence in the streets and, as your Rule prescribes, say the rosary, so as not to be distracted by what comes before your eyes. You ought, instead, to be occupied with the presence of God. Patience and silence especially are equally necessary for you when people say something insulting or that is liable to trouble you.

Page 34: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi · mistrieħ tat-Trinita’ Qaddisa. Alla jinsab f’Marija iktar preżenti bid-divinità u l-kobor tiegħu milli fil-post fejn isaltan fuq il-Kerubini

SIGNUM FIDEI 33

TALBA

O Alla li tista’ kollox, il-qalb ta’ ibnek mimlija b’kull virtù,

hi ta’ ġieħ kbir għall-bnedmin. Agħmel li din il-qalb,

għajn tad-doni tas-sema, timliena b’kull grazzja, u li aħna nżommu dejjem quddiem għajnejna

l-ġid kbir ta’ mħabbitha għalina. B’ibnek sidna Ġesù Kristu

li jgħix u jsaltan miegħek u mal-Ispirtu s-Santu, Alla wieħed,

għal dejjem ta’ dejjem, Ammen. Missierna ...

It-Tlieta, is-16 ta’ Ġunju San Ġwann Franġisk Regis - saċerdot

Santa Ludgarda Il-Beati Aniċet Koplin - presbiteru u sħabu, martri tal-persekuzzjoni nazista

Il-Beatu Ġwann minn Parma – presbiteru

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. 1 Slaten 21: 17-29 Waqqajt lil Iżrael fid-dnub. 2. Salm 50: 3-6a.11 u 16 Ħenn għalina, o Alla fi tjubitek. 3. Mattew 5: 43-48 Ħobbu lill-għedewwa tagħkom. SANTA LUDGARDA (1182-1246) Twieldet fil-belt ta’ Tongres fil-Belġju, fl-1182. Trabbiet mas-Sorijiet Benedittini

ta’ Santa Katerina ta’ Saint-Trond u daħlet soru magħhom meta kellha 20 sena. Imma meta riedu jagħmluha badessa, ħalliet il-monasteru u fuq il-parir ta’ Santa

Kristina “Mirabilis” Soru minn Liege, li kienet Saint-Trond dak iż-żmien, marret fil-monasteru taċ-Ċisterċensi ta’ Ayieres, qrib Bruxelles, fejn għexet 30 sena, mill-1216 sa mewtha.

Novena tal-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesù: Is-Seba’ Jum

Page 35: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi · mistrieħ tat-Trinita’ Qaddisa. Alla jinsab f’Marija iktar preżenti bid-divinità u l-kobor tiegħu milli fil-post fejn isaltan fuq il-Kerubini

34 SIGNUM FIDEI

Hawn saret waħda mill-qaddisin mistiċi l-iktar kbar. Għaddiet l-aħħar 11-il sena ta’ ħajjitha għamja għal kollox, fis-sawm l-iktar strett, u dejjem titlob għall-midinbin.

Mietet fis-16 ta’ Ġunju 1246, fil-monasteru ta’ Ayieres. Bħal San Rajmondu Nonnato, u San Gerardu Majella, hi l-protettriċi tan-nisa waqt il-ħlas.

Riflessjoni, nimmedita fuq il-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesù: Ġesù mhux biss jaħfer id-dnubiet iżda jneħħi wkoll il-ħtija. Ġesù tħallat mal-midinbin u l-Pubblikani u b’hekk ġarrab il-mibegħda u l-malafama tal-Fariżej. Imma lill-imsejknin kien jitħassarhom u jħobbhom. Kemm hi ħaġa sabiħa u tal-għaġeb li aħna nħossuna maħbubin. L-imħabba salvatna! L-imħabba taf tistabar u tħenn! L-imħabba ma żżommx f’qalbha! Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 41, it-2 punt

Jesus Christ foretold to his Apostles not only that they would be driven away and insulted by the Jews but also that those who would put them to death would think they were doing a great service to God. Although today those who belong to God and who work for his glory are not put to death, people do almost anything to rob them of their honor by the most atrocious calumnies, treating them as though they were unworthy to live. You ought to be glad to be treated this way, for you must be dead to the world and have no dealings with it. If you truly belong to God, you are the world’s enemy, and the world is your enemy, because it is God’s enemy. Therefore, behave toward it as such, and hold in horror all dealings with the world. Do not allow it to have the least opening to you, for fear that by dealing with it, you will share its spirit.

TALBA

O Alla li tista’ kollox, il-qalb ta’ ibnek mimlija b’kull virtù,

hi ta’ ġieħ kbir għall-bnedmin. Agħmel li din il-qalb,

għajn tad-doni tas-sema, timliena b’kull grazzja, u li aħna nżommu dejjem quddiem għajnejna

l-ġid kbir ta’ mħabbitha għalina. B’ibnek sidna Ġesù Kristu

li jgħix u jsaltan miegħek u mal-Ispirtu s-Santu, Alla wieħed,

għal dejjem ta’ dejjem, Ammen.

Missierna ...

Nitolbu għal Bro. Patrice Francois Gambin (1966) Agħtih O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem ...

Page 36: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi · mistrieħ tat-Trinita’ Qaddisa. Alla jinsab f’Marija iktar preżenti bid-divinità u l-kobor tiegħu milli fil-post fejn isaltan fuq il-Kerubini

SIGNUM FIDEI 35

L-Erbgħa, is-17 ta’ Ġunju Santa Emilja de Vialar

San Albert Adam Chmielowski – reliġjuż San Girgor Barbarigo – kardinal

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. 2 Slaten 2: 1.6-14 Deher karru tan-nar u Elija tela’ s-sema. 2. Salm 30: 20.21.24 Issaħħu u qawwu qalbkom, intom ilkoll li tittamaw fil-Mulej. 3. Mattew 6: 1-6.16-18 Missierek, li jara dak li hu moħbi, iroddlok hu. SANTA EMILJA DE VIALAR (1797-1856) - fundatriċi Santa Emilja għandha rabtiet speċjali mal-gżira ta’ Malta għax għexet fil-gżejjer

tagħna mhux inqas minn ħdax-il xahar, u kienet hi li waqqfet fostna l-kongregazzjoni tagħha, is-Sorijiet ta’ San Ġużepp tal-Apparizzjoni, fl-1842, għaxar snin biss wara li kienet tat bidu għaliha fi Franza.

Il-miġja tagħha f’pajjiżna tixbaħ ħafna lil dik tal-Appostlu Missierna San Pawl, kif se ngħarrfu aktar ’l quddiem.

Emilja kienet bint il-baruni Jacques de Vialar u Antoinette Portal, twieldet fl-1797, fil-belt ċkejkna ta’ Gaillac, fil-Languedoc, Franza. Studjat f’Pariġi.

Missierha kisirha magħha meta hi kellha ħmistax-il sena, wara li mietet ommha, għax irrifjutat li tiżżewweġ. Kompla jiħrax kontriha meta hi bdiet tgħallem tfal abbandunati u fqar, u tgħin u ddur bil-morda u l-magħkusin f’daru matul il-15-il sena li fihom bintu kienet twettaq l-appostolat tagħha.

Ta’ 35 sena, Emilja wirtet kemxa sewwa mingħand nannuha, il-Baruni de Portal, li kien tabib tas-sultan ta’ Franza. Bil-wirt tagħha Emilja xtrat dar kbira u malajr setgħet tipprofessa l-voti reliġjużi flimkien ma’ 17 sħabha. F’ħajjitha twaqqfu 40 dar, xi wħud minnhom fl-Afrika, fl-Asja u l-Awstralja u waħda f’Ġerusalemm.

Interessanti ħafna l-ġrajja kif Santa Emilja ġiet Malta. Talbuha tibgħat xi sorijiet tagħha l-Italja, biex jieħdu ħsieb xi ħabsin nisa. Hi stess kellha tmur Tunes, bil-ħsieb li żżur ukoll id-dar ta’ Ruma, iżda fi triqtha qamet maltempata tal-biża’. Il-vapur li kienet fuqu tfarrak, iżda hi u sħabha ħelsuha mill-għarqa. Waqt it-tiġrib tal-għarqa l-qaddisa wegħdet lil San Pawl (li għadda mill-istess esperjenza fi triqtu lejn Ruma, u spiċċa Malta bla ħsieb) li jekk il-baħar jiskot, tiftaħ dar il-belt għall-edukazzjoni tal-bniet u wkoll tiddedika kappella lil San Pawl.

Bilkemm kien għadda xahar minn dan in-nawfraġju meta Santa Emilja laqgħet l-ewwel 3 novizzi. Il-qaddisa ġabet xi sorijiet minn Franza u waqqfet skola l-Birgu fl-1842, li tliet snin wara ġiet trasferita għall-Belt.

Meta Santa Emilja de Vialar mietet, f’Marsilja, fejn kellha l-Casa Madre, fl-24 ta’ Awwissu 1856, kellha diġà 40 dar imxerrdin mad-dinja.

Piju XII iddikjaraha qaddisa fis-17 ta’ Ġunju 1951.

Novena tal-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesù: It-Tmien Jum

Page 37: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi · mistrieħ tat-Trinita’ Qaddisa. Alla jinsab f’Marija iktar preżenti bid-divinità u l-kobor tiegħu milli fil-post fejn isaltan fuq il-Kerubini

36 SIGNUM FIDEI

Riflessjoni, nimmedita fuq il-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesù: Ġesù qatt ma jistaħba. Ġesù jitkellem u jaġixxi fil-beraħ quddiem kulħadd. “Jien tħaddidt fil-beraħ quddiem kulħadd” (Ġw. 29). Imma l-gwaj hu li mhux kulħadd jisimgħu, mhux kulħadd jarah, ħafna jżommu qalbhom magħluqa. Il-qalb ta’ Ġesù nfetħet fuq is-salib u minn dakinhar ’l hawn dik il-pjaga baqgħet miftuħa għalik, għalija u għall-bnedmin kollha. Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 183, silta mill-1 punt

The happiness of the saints is something so great and so far above human thoughts that Saint Paul says, when he speaks of it, Eye has not seen; ear has not heard, nor has the heart of man ever conceived what God has prepared for those who love him. It is, he says, the hidden wisdom of God, which he has prepared before all ages for our glory. This eternal wisdom, which is filled with glory and majesty and constitutes all the glory and happiness of the saints, is hidden from us in this life and is known to us only through faith. It is just that only in heaven will we see God unveiled and entirely revealed. We know, says Saint John, that when Jesus appears, we will be like him, because we will see him as he is. What a joy for the saints to be made like God through participation in his nature and in his divine perfections! There God is truly in the saints by a holy sharing in his greatness, and the saints are in God, because their entire being is penetrated by God, so that they can think of and love only God.

TALBA

O Alla li tista’ kollox, il-qalb ta’ ibnek mimlija b’kull virtù,

hi ta’ ġieħ kbir għall-bnedmin. Agħmel li din il-qalb,

għajn tad-doni tas-sema, timliena b’kull grazzja, u li aħna nżommu dejjem quddiem għajnejna

l-ġid kbir ta’ mħabbitha għalina. B’ibnek sidna Ġesù Kristu

li jgħix u jsaltan miegħek u mal-Ispirtu s-Santu, Alla wieħed,

għal dejjem ta’ dejjem, Ammen.

Missierna ...

Page 38: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi · mistrieħ tat-Trinita’ Qaddisa. Alla jinsab f’Marija iktar preżenti bid-divinità u l-kobor tiegħu milli fil-post fejn isaltan fuq il-Kerubini

SIGNUM FIDEI 37

Il-Ħamis, it-18 ta’ Ġunju San Nikandru u San Marċjanu – martri

Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Bin Sirak 48: 1-14 Elija nħataf minn riefnu u Eliżew imtela bl-ispirtu tiegħu. 2. Salm 96: 1-7.12a Ifirħu, ġusti, fil-Mulej. 3. Mattew 6: 7-15 Mela itolbu hekk. SAN NIKANDRU U SAN MARĊJANU (†303) Kienu suldati fl-armata Rumana. Meta qraw l-edittu maħruġ kontra l-Insara,

ħallew l-armata u kull tama ta’ unuri u ta’ ġid. Dan ġie magħdud bħala delitt kontrihom.

Arrestawhom bħala Nsara u ħaduhom quddiem Massimu, il-gvernatur tal-provinċja, li ordnalhom sabiex joffru l-inċens lill-allat pagani, skont kif kien ordna l-imperatur. It-tnejn wieġbu li ma jistgħux u li kienu lesti biex jagħtu ħajjithom sabiex iżommu safja l-fidi tagħhom. Xeħtuhom ġo ħabs u wara għoxrin jum reġgħu sejħulhom quddiem il-gvernatur.

Billi baqgħu jżommu iebes fil-fehma tagħhom, il-gvernatur ikkundannahom biex jaqtgħulhom rashom. Sofriet il-ħabs magħhom ukoll Darja, mart Nikandru, għax qawwitilhom qalbhom biex ma jċedux, iżda wara ġiet meħlusa għax l-editt tal-imperatur kien għas-suldati biss.

Ma nafux sewwa fejn u meta l-qaddisin sofrew il-martirju. X’aktarx kien fil-Mesja (Illirja), taħt is-saltna ta’ Dijoklezjanu, dwar it-303. Iżda oħrajn jgħidu li l-martirju sar Venafro, f’dak li qabel l-għaqda tal-Italja kien ir-renju ta’ Napli.

Meta marru lejn il-post tal-qatla, bdew ifaħħru ’l Alla bil-gawdju. Darja mxiet wara Nikandru, bit-tifel żgħir tagħhom fuq dirgħajha; waqt li mart Marċjanu bil-maqlub, flimkien ma’ qrabatha pagani bħalha bdiet tibki u titolbu biex iċedi u bdiet tippreżentalu t-tarbija tiegħu ħalli ġġiblu ħniena.

Iżda Marċjanu beda joħodha magħha, talab lil Żotiku, Nisrani mħeġġeġ, biex iżommha u wara li għannaqha talabha biex twarrab la ma kellhiex kuraġġ tarah imut.

Riflessjoni, nimmedita fuq il-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesù: L-umiltà tgħinna nagħarfu lilna nfusna kif aħna, u nirrikonoxxu t-tajjeb li hemm fina bħala kollu ġej mingħand Alla. Għandi x’għandi tajjeb fija, kollu tahuli Alla u m’għandix għax nitkabbar. Ġesù twieled fl-umiltà, biex jixbaħ lill-bnedmin. Ġesù ħasel saqajn l-Appostli: hekk ukoll għandi nagħmel jien ma’ kulħadd.

Novena tal-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesù: Id-Disa’ Jum

Page 39: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi · mistrieħ tat-Trinita’ Qaddisa. Alla jinsab f’Marija iktar preżenti bid-divinità u l-kobor tiegħu milli fil-post fejn isaltan fuq il-Kerubini

38 SIGNUM FIDEI

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Explanation of the Method of Interior Prayer

The first thing to be done in interior prayer is to become filled interiorly with the thought of God’s presence, which must always be done through a sentiment of faith based on a passage taken from Holy Scripture. We can consider God present in three different ways: first, in the place where we are, second, within us, and third, in a church.

Each of these three ways of considering God present can be divided into two other ways. We can consider God present in the place where we are, first, because God is everywhere; cf. Ps 139:7–10 second, because wherever two or three persons are gathered together in the name of our Lord, he is in their midst. cf. Matt 18:20 We can consider God present within us, first, to maintain us in existence; cf. Acts 17:28 second, by grace and the Holy Spirit. cf. 1 Cor. 6:19 Finally, we can consider God present in a church, first, because it is the house of God; cf. Ps. 93:5 second, because our Lord Jesus Christ dwells there in the Most Blessed Sacrament of the altar.

TALBA

O Alla li tista’ kollox, il-qalb ta’ ibnek mimlija b’kull virtù,

hi ta’ ġieħ kbir għall-bnedmin. Agħmel li din il-qalb,

għajn tad-doni tas-sema, timliena b’kull grazzja, u li aħna nżommu dejjem quddiem għajnejna

l-ġid kbir ta’ mħabbitha għalina. B’ibnek sidna Ġesù Kristu

li jgħix u jsaltan miegħek u mal-Ispirtu s-Santu, Alla wieħed,

għal dejjem ta’ dejjem, Ammen.

Missierna ...

Page 40: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi · mistrieħ tat-Trinita’ Qaddisa. Alla jinsab f’Marija iktar preżenti bid-divinità u l-kobor tiegħu milli fil-post fejn isaltan fuq il-Kerubini

SIGNUM FIDEI 39

Il-Ġimgħa, id-19 ta’ Ġunju Il-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesù

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Dewteronomju 7: 6-11 Il-Mulej tgħaxxaq bikom u għażilkom. 2. Salm 102: 1-4.6-8.10.17 It-tjieba tal-Mulej minn dejjem għal dejjem. 3. 1 Ġwanni 4: 7-16 Alla ħabbna qabel ħabbejnieh aħna. 4. Mattew 11: 25-30 Jien ta’ qalb ħelwa u umli.

Kif daħlet id-devozzjoni lejn il-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesù:

1673 – 27 ta’ Diċembru Ġesù jidher lil Santa Margerita Marija Alacoque waqt li kienet qed titlob quddiem Ġesù Ewkaristija.

Fl-ottava tal-festa ta’ Corpus Christi, 1675 dehrilha u qalilha, “ara dik il-qalb li hekk ħabbet lill-bnedmin li kkunsmat ruħha għall-imħabba tagħhom. Minflok gratitudni, jiena ma nirċevix mill-biċċa l-kbira ħlief bruda, irreverenza u sagrileġġi fis-sagrament tal-imħabba.”

Talabha biex tiġi stitwita festa ta’ riparazzjoni għal nhar ta’ Ġimgħa ta’ wara l-ottava ta’ Corpus.

Ġesù jagħtiha tnax-il wegħda għal dawk li jgħixu ħajja devota lejn il-Qalb Imqaddsa tiegħu.

1765: Il-Papa Klement XIII jagħti l-ewwel approvazzjoni lill-Polonja biex tiċċelebra din il-festa.

1856: 23 ta’ Awwissu, il-Beatu Papa Piju IX wara talba tal-isqfijiet Franċiżi, iddekreta li l-festa tal-Qalb Mqaddsa ta’ Ġesù tiġi ċċelebrata fil-knisja universali.

1888: Il-Papa Ljun XIII, jagħmilha festa privileġġata. B’hekk din il-festa saret waħda importanti fis-sena Liturġika.

1925: Il-Papa Piju XI kiteb enċiklika li biha daħħal din il-festa bħala waħda importanti fiċ-ċiklu liturġiku: fiha jfakkarna: fil-ħtieġa ta’ tpattija lejn il-Qalb ta’ Ġesù.

It-tnax-il wegħda tal-Qalb ta’ Ġesù.

1. Jiena nagħti lid-devoti tal-qalb tiegħi l-grazzji kollha li jeħtiġilhom għal ħajjithom. 2. Inqiegħed u nżomm is-sliem fil-familji tagħhom. 3. Infarraġhom fil-hemm tagħhom kollu. 4. Inkun rahan għalihom fil-ħajja u l-aktar fil-ħin tal-mewt. 5. Inxerred kotra ta’ barka fuq l-għemil tagħhom kollu. 6. Il-midinbin isibu f’qalbi l-għajn u l-baħar ta’ ħniena. 7. L-erwieħ berdin irabbu l-ħerqa. 8. L-erwieħ tajbin fi żmien qasir jaslu fil-qdusija kbira. 9. Il-barka tiegħi tinżel ukoll fuq id-dar fejn tkun meqjuma u murija x-xbieha ta’

qalbi 10. Lill-qassisin nagħti l-grazzji li jqanqlu qlub l-aktar iebsa. 11. In-nies li jxerrdu din id-devozzjoni jkollhom isimhom miktub f’qalbi u ma

jitħassar qatt.

Page 41: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi · mistrieħ tat-Trinita’ Qaddisa. Alla jinsab f’Marija iktar preżenti bid-divinità u l-kobor tiegħu milli fil-post fejn isaltan fuq il-Kerubini

40 SIGNUM FIDEI

12. Jiena nwegħdek fil-ħniena bla qies tal-qalb tiegħi, li l-imħabba tiegħi, li tista’ kollox, tagħti l-grazzja tal-indiema tal-aħħar lil dawk kollha li jitqarbnu fl-ewwel nhar ta’ Ġimgħa tax-xahar, għal disa’ xhur wara xulxin. Huma ma jmutux imbegħdin minni u lanqas bla sagramenti, u qalbi tkun rahan li ma jiġix nieqes għalihom f’dik l-aħħar siegħa.”

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 28, it-3 punt

These sacred wounds can procure for us another benefit: to inspire us to a love for suffering, for his wounds show us how powerfully Jesus Christ was impelled to suffer. In his glorious body he has preserved the scars of his wounds as so many ornaments and marks of honor. As members of Jesus Christ, you ought likewise to consider it an honor to suffer like him and for him. After the example of Saint Paul, you glorify only in the cross of your Savior. Often kneel before these divine wounds; l regard them as the source of your salvation. With Saint Thomas, put your hand into the wound of the side, not so much to strengthen your faith as to penetrate, if possible, even to the heart of Jesus and to draw from there into your own heart sentiments of truly Christian patience, entire resignation, perfect conformity to God’s will, and courage that will lead you to seek opportunities to suffer.

TALBA

O Alla li tista’ kollox, il-qalb ta’ ibnek mimlija b’kull virtù,

hi ta’ ġieħ kbir għall-bnedmin. Agħmel li din il-qalb,

għajn tad-doni tas-sema, timliena b’kull grazzja, u li aħna nżommu dejjem quddiem għajnejna

l-ġid kbir ta’ mħabbitha għalina. B’ibnek sidna Ġesù Kristu

li jgħix u jsaltan miegħek u mal-Ispirtu s-Santu, Alla wieħed,

għal dejjem ta’ dejjem, Ammen.

Missierna ...

Page 42: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi · mistrieħ tat-Trinita’ Qaddisa. Alla jinsab f’Marija iktar preżenti bid-divinità u l-kobor tiegħu milli fil-post fejn isaltan fuq il-Kerubini

SIGNUM FIDEI 41

Is-Sibt, l-20 ta’ Ġunju Il-Qalb Bla Tebgħa tal-Verġni Mqaddsa Marija

San Silverju - papa Il-Beata Mikelina ta’ Pesaro

Il-Beatu Patrizju u sħabu - martri

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Isaija 61: 9-11 Nifraħ fuq li nifraħ bil-Mulej. 2. Salm 1 Samwel 2: 1.4-8 Qalbi tifraħ fil-Mulej, is-Salavtur tiegħi. 2. Luqa 2:, 41-51 Kienet iżżomm u tgħożż dawn il-ħwejjeġ kollha ġo qalbha. XI ĦSIBIJIET DWAR DIN IL-FESTA.

Din id-devozzjoni lejn il-qalb tal-verġni Mqaddsa Marija bdiet fi Franza mill-isqof ta’ Autun li fl-1645, kien ordna biex tiġi ċċelebrata din it-tifkira tal-Qalb ta’ Marija.

Ftit, ftit, it-tifkira nxterdet fi djoċesijiet oħra. Kemm il-Papa Klement XI u Klement X, taw l-approvazzjoni tagħhom u bil-mod, il-mod, bdew jinbtu soċjetajiet bl-iskop li jqimu ’l-Qalb ta’ Marija u jxandru din id-devozzjoni lejha.

Il-Papa Gregorju XVI waqqaf ċentru ta’ din id-devozzjoni f’Parigi, fil-knisja tal-Madonna tal-Vittorji fl-1836. Il-kleru Franċiż xerridha kemm f’pajjiżu, kif ukoll kull fejn kienu jmorru l-missjunarji Franċiżi.

Din il-festa u d-devozzjoni lejn il-Qalb Bla Tebgħa ta’ Marija, inxterdet b’mod tal-għaġeb bid-dehriet ta’ Marija ġewwa Fatima. Filwaqt li Luċija kellha tkun il-vuċi biex twassal il-messaġġ tal-Madonna matul dan is-seklu, Ġiaċinta kellha tkun il-qalb li tħabbat ma’ dik ta’ Marija. Kif Luċija stess kitbet, Ġiaċinta kienet il-favorita li ġiet magħżula b’mod mill-iżjed speċjali mill-Madonna ta’ Fatima. Hija mietet mewta qaddisa fl-20 ta’ Frar,1920. Meta kienet marida, qalet lill-kuġina tagħha: “qiegħda nsofri ħafna, imma noffri kollox għall-konverżjoni tal-midinbin biex inpatti lill-Qalb Immakulata ta’ Marija.”

Meta sellmet għall-aħħar darba lil Luċija, tatha dawn ir-rikomandazzjonijiet: għid lil kulħadd li Alla jagħti l-grazzja tiegħu permezz tal-Qalb Immakulata ta’

Marija; għidilhom iressqu t-talb tagħhom lilha; li l-Qalb ta’ Ġesù tixtieq tara meqjuma maġenba lill-Qalb Immakulata ta’

Marija; għidilhom jitolbu lill-Qalb Immakulata ta’ Marija għall-paċi għax Alla

jagħtihielha din il-grazzja. Riflessjoni: Il-fidi ta’ Marija nistgħu nqabbluha mal-fidi ta’ Abraham li San Pawl isejjaħlu “missierna fil-fidi” (ara Rum. 4,12). Fil-pjan tas-salvazzjoni, kif irrivelat minn Alla, il-fidi ta’ Abraham hi l-bidu tal-Patt il-Qadim; il-fidi ta’ Marija fit-tħabbira tal-Anġlu, wara li stqarret il-verġinità tagħha (“kif ikun dan ladarba jiena verġni?”) emmnet li bil-qawwa

Page 43: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi · mistrieħ tat-Trinita’ Qaddisa. Alla jinsab f’Marija iktar preżenti bid-divinità u l-kobor tiegħu milli fil-post fejn isaltan fuq il-Kerubini

42 SIGNUM FIDEI

tal-Għoli, bis-setgħa tal-Ispirtu s-Santu, kellha tkun Omm l-Iben ta’ Alla, skont ma ħabbrilha l-Anġlu: “Dak li jitwieled minnek ikun qaddis u jissejjaħ Bin Alla” (Lq. 1,35). Iżda kliem Elisabetta: “Hienja dik li emmnet” ma jgħoddx biss għall-waqt tat-tħabbira tal-Anġlu. Veru li t-tħabbira tal-Anġlu kienet il-mument li fih il-fidi ta’ Marija laħqet il-qofol tagħha hija u tistenna ’l Kristu, iżda t-tħabbira tal-Anġlu hija wkoll il-mument tal-bidu tal-mixja tagħha lejn Alla, il-mixja sħiħa tagħha tal-fidi. U f’din il-mixja b’mod tassew għoli u ta’ qlubija liema bħalha – anzi bi qlubija aqwa ta’ fidi – isseħħ l-“ubbidjenza” tagħha għall-kelma li Alla rrivelalha.

San Ġwanni Pawlu II, Papa, silta mill-Enċiklika Redemptoris Mater

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 112, silta mill-1 punt

Let us give thanks with the whole Church for the honor that the Most Blessed Virgin received on this day, to become the Mother of God. This is the greatest honor any mere creature can ever receive. Saint Ambrose declares that it was the greatness and the excellence of Mary’s faith that procured this favor for her. In this role she has become an object of veneration for the angels themselves, who, although much higher by nature, nevertheless, are far beneath her in view of the dignity she received on this day.

TALBA

Att ta’ Konsagrazzjoni lill-Qalb bla Tebgħa ta’ Marija Qalb bla tebgħa ta' Marija, mixħutin f’riġlejk nikkonsagraw lilna nfusna lilek.

Nifhmu li nikkonsagrawlek dak kollu li aħna u dak kollu li għandna mingħajr ebda riserva.

Nikkonsagrawlek speċjalment il-missjoni li Ġesù Ibnek għoġbu jagħżilna għaliha, il-missjoni li nitolbu, ngħinu u nsofru għall-erwieħ saċerdotali, li huma l-erwieħ prediletti ta' Ġesù u tiegħek.

Inti taf biżżejjed, O Marija, liema delikatezza u liema ġenerożità titlob minna missjoni bħal din. Imma aħna żguri mill-għajnuna tal-patroċinju tiegħek u għalhekk aħna nirrikorru lejk u f'idejk nerħu l-qadi tal-missjoni tagħna.

Marija, din il-missjoni ma nistgħux naqduha sewwa mingħajr ma jkollna intimità kbira ma’ Ġesù Saċerdot Etern u l-ewwel saċerdot. Ressaqna għalhekk dejjem iżjed lejn il-qalb adorabbli tiegħu biex jagħmilna erwieħ tal-Ġetsemani, erwieħ li nkunu nafu nitolbu u nsofru.

Żvojta l-qalb tagħna minn kull imħabba li mhix ta' Ġesù, biex nimlewha bih. Rażżan l-amor proprju tagħna, ippurifika l-intenzjonijiet tagħna u agħmel fuq kollox li r-relazzjonijiet tagħna mas-saċerdoti ta' Ġesù Ibnek ikunu kollha kemm huma spiritwali u sopranaturali.

Aċċetta, O Marija, din il-konsagrazzjoni tagħna lilek u nitolbuk biex waqt it-tqarbin tressaqna inti stess quddiem it-tron tal-iben tiegħek Ġesù. F'ġieħ l-istess Kristu Sidna. Ammen.

Missierna ...

Page 44: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi · mistrieħ tat-Trinita’ Qaddisa. Alla jinsab f’Marija iktar preżenti bid-divinità u l-kobor tiegħu milli fil-post fejn isaltan fuq il-Kerubini

SIGNUM FIDEI 43

Il-Ħadd, il-21 ta’ Ġunju It-12-il Ħadd ta’ matul is-sena.

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Ġeremija 20: 10-13 Il-Mulej ħeles lill-imsejken minn id il-ħżiena. 2. Salm 68: 8-10,14,17,33-35 Fil-kobor ta’ tjubitek weġibni, O Alla. 3. Rumani 5: 12-15 Id-don mhuwiex bħall-ħtija. 4. Mattew 10: 26-33 Tibżgħux minn dawk li joqtlu lill-ġisem.

Riflessjoni fuq il-Vanġelu:

Mhix ħaġa ċara għaliex kultant aħbar tajba tista’ toħloq oppożizzjoni tant qalila li tqanqal l-agħar sentimenti fin-nies, tant li tpoġġi f’periklu lil min ikun ħabbarha. Li fil-fatt jiġri hekk jgħidulna l-ewwel qari tal-lum: il-profeta Ġeremija, minħabba l-aħbar tajba li Alla jafdalu jkollu jsofri minn kollox; malafama, rabja, theddid u persekuzzjoni. Jikkonfermah il-Vanġelu meta Ġesù jitkellem ċar mad-dixxipli. Minħabba li kellhom ixandru l-aħbar li s-Saltna t’Alla waslet, kellhom isibu min jobgħodhom tant li ħajjithom kienet se tkun mhedda.

Għaliex dan kollu? L-eżortazzjonijiet ta’ Ġesù jgħinuna nifhmu kif fil-bażi ta’ din l-oppożizzjoni qalila tad-dinja għall-Vanġelu tas-Saltna, hemm l-istess attitudni li ħasdet lill-ewwel koppja wara li dinbu: Adam u Eva nħbew minn Alla għaliex ħassew ħaġa li qatt ma kienu ħassew qabel, mistħija minnhom infushom u biża’ minn xulxin.

Minn dakinhar il-bniedem fittex li jgħix f’din is-sitwazzjoni ta’ dwejjaq billi jipprova jiċħadha jew almenu jwarrabha: kif?

Billi jaħrab mill-iskumdità, mill-mistħija tal-limitazzjonijiet tiegħu u min-nuqqas ta’ ħila li timmarka lill-bniedem fil-fond tal-intimu tiegħu u għalhekk isib kenn f’eżistenza superfiċjali. Fil-fatt l-istil tal-ħajja attwali bbażat fuq l-apparenza, esterjorità, moda, tendenzi ... x’inhu jekk mhux tentattiv patetiku biex il-bniedem jinħeba minnu nnifsu?

Il-manija ġenerali għad-divertiment – mnejn tinbet jekk mhux mill-ansjetà li ġġiegħelek tħares band’oħra? Fix-xewqa għall-ħarba tant tipika tal-lum, kif nistgħu ma narawx id-diffikultà li nsibu biex ngħixu magħna nfusna, waqt li naċċettaw b’umiltà l-verità ta’ kull wieħed minna? Mhux biss; il-fatt li Ġesù f’dan il-vanġelu jirrepetilna l-istedina b’insistenza biex ma nibżgħux, hi prova ċara li l-bniedem tant hu dominat mill-biżgħat tiegħu, li jingħalaq fihom, u jsir kompliċi tar-rikatt u vittma tas-suspett li dawn jiżirgħu f’qalbu u jxerrdu madwaru. Fil-fatt hi l-biża’ li tibdel lill-oħrajn fl-“infern tagħna” – kif kien jgħid il-kittieb Franċiż Sartre –u ġġiegħelhom isiru l-kawża tad-dwejjaq tagħna.

Suspett li ma jaħfirha lil ħadd lanqas lil Alla, għax jitqies bħala theddida għall-libertà personali: għax ma tistax taħrab mill-ħarsa ta’ dak li jgħarbel l-intimità tal-qlub u tal-imħuħ, il-bniedem jiddeċiedi li jinnega l-eżistenza tiegħu jew – mingħajr ħafna sforz – li jinjorah u jgħix daqslikieku ma jeżistix. Tant dan kollu sar xi ħaġa komuni u ġeneralizzata li fuq dan l-istil skadut u giddieb tiġi mkejla n-normalità.

Page 45: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi · mistrieħ tat-Trinita’ Qaddisa. Alla jinsab f’Marija iktar preżenti bid-divinità u l-kobor tiegħu milli fil-post fejn isaltan fuq il-Kerubini

44 SIGNUM FIDEI

Alla jwasslilna l-isbaħ aħbar li qatt stajna nistennew: l-umanità ħielsa mill-jasar tant imħawwel fil-fond tal-ħajja. Il-bxara t-tajba hu Ġesù: lill-bniedem li bil-biża’ jaħbi wiċċu, hu jurih il-wiċċ moħbi ta’ Alla li ma jikkundanna lil ħadd, imma jaħfer lil kulħadd, jagħti lura l-innoċenza mitlufa, u jniedi l-possibiltà li jgħix fit-trasparenza, jiftaħlu qalbu għall-fiduċja, jeħilsu mis-sens ta’ ħtija u l-mistħija li jġib miegħu.

F’Ġesù, il-bniedem il-ġdid, l-affarijiet moħbija jinkixfu u dawk sigrieti jintwerew; dan hu l-istil tal-vanġelu għall-ħajja li m’għandha xejn x’taħbi għax kollox simplifikat: dak li hemm ġewwa qiegħed barra wkoll, dak li hemm fil-ħsieb qiegħed fil-kliem ukoll, dak li jintqal, isir. Il-mistħija m’għadhiex tgħatti l-uċuh għax il-maħfra tagħti lura s-sens tal-kobor u ta’ dinjità lura lill-bniedem: “intom tiswew ħafna iżjed mill-għasafar”.

Il-biża’ ngħelbet mit-tama ta’ min jaf li kollox hu f’idejn Alla, is-suċċess u l-prova, il-ferħ u n-niket, saħansitra l-ħajja u l-mewt: kbira wisq l-eżortazzjoni biex ma nibżgħux minn dawk li jistgħu jagħmlu ħsara “biss” għax joqtlu l-ġisem, imma mbagħad ma jistgħu jagħmlu xejn iżjed! Ħajja daqshekk awtentika ma tistax ma ssibx oppożizzjoni fid-dinja li bniet l-istil tagħha fuq l-elementi li diġà semmejna... imma propju l-persekuzzjoni hi garanzija tal-awtentiċità, u l-marka tan-Nisrani veru.

Minn “La Realtà é Cristo”, Don Davide Rota

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 66, silta mit-3 punt

By this sacrifice we offer God our body, to use an expression of Saint Paul, as a living victim, holy and acceptable to God. Mortification procures for us this advantage, to make the body share in the life of the spirit, which made Saint Paul also say: If by the Spirit you mortify the flesh and all its actions, you will live. On the contrary, as the same Apostle adds, if you live according to the flesh and if you give in to the flesh to satisfy its senses, you will die. Impurity, in other words, by making you die to the life of grace, will pervert your spirit and make it in some way wholly material, and your soul will become like that of animals. Let mortification, then, be for you the perpetual sacrifice that was prescribed in the Old Law. Always carry about in your body, as Saint Paul says, the mortification of Jesus Christ, so that the life of Jesus Christ may also be revealed in your body. This is the admirable effect that this excellent sacrifice will produce in you.

TALBA

Għażiż Ġesù, għinni biex inxerred il-fwieħa tiegħek kull fejn immur. Fawwar il-qalb tiegħi bl-ispirtu u l-ħajja tiegħek.

Idħol ġewwa fija u ħu kontroll tiegħi nnifsi kollni kemm jien, b’mod li l-ħajja tiegħi tkun tirrifletti lilek biss.

Iddi minn ġo fija, kun ġo fija nnifsi b’mod li kull persuna li niġi f’kuntatt magħha

tħoss il-preżenza tiegħek ġo fija. Ħalli jħarsu u jaraw mhux aktar lili, imma lilek biss!

Il-Kardinal Henry Newman

Missierna ...

Page 46: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi · mistrieħ tat-Trinita’ Qaddisa. Alla jinsab f’Marija iktar preżenti bid-divinità u l-kobor tiegħu milli fil-post fejn isaltan fuq il-Kerubini

SIGNUM FIDEI 45

It-Tnejn, it-22 ta’ Ġunju San Pawlinu ta’ Nola - isqof

San Ġwann Fisher, isqof u San Tumas More - martri Tifkira – Madonna ta’ Pinu

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. 2 Slaten 17: 5-8.13-15a.18 Il-Mulej inkorla sewwa għal Iżrael, u warrabhom minn quddiem wiċċu, u baqgħet weħidha t-tribù ta’ Ġuda. 2. Salm 59: 3.4-5.12-13 Mulej, għinna bil-leminija tiegħek u weġibna! 3. Mattew 7: 1-5 Neħħi l-ewwel it-travu li għandek f’għajnek int.

Il-Madonna ta’ Pinu Illum f’Għawdex, fil-bażilka tal-Madonna ta’ Pinu ssir it-tifkira ta’ meta l-Verġni

Mbierka kellmet lit-twajba Karmena Grima fl-1883. Is-santwarju tal-Madonna ta’ Pinu jinsab fil-Punent ta’ Għawdex ftit qabel ma

tidħol fir-raħal tal-Għarb. F’dan il-post sa minn qabel l-1545 kien hemm kappella li ġiet profonata fl-1575. Iżda wara, 1615, Pinu Gauci għen biex terġa’ tiġi msewwija u fl-1619 rregala lit-titular li hemm illum, jiġifieri l-Madonna Mtellgħa s-Sema, xogħol tal-pittur Amadeo Perugino. Minn dan il-benefattur ġej l-isem “Ta’ Pinu”.

Fl-1663 il-kappella reġgħet ġiet ipprofonata għal ftit taż-żmien iżda reġgħet ġiet għan-normal permezz tal-għajnuna tal-benefatturi u minn dak iż-żmien baqgħet teżisti bħala kappella komuni sakemm fit-22 ta’ Ġunju 1883, Karmni Grima semgħet leħen ġej mill-kwadru li qalilha: “Għid tliet Ave Marijiet f’ġieħ it-tlett ijiem li ġismi dam fil-qabar”.

Wara li seħħ fejqan mirakuluż ta’ mara wara li talbet lill-Madonna taħt dan it-titlu, kulħadd sar jaf li Karmni Grima kellmitha l-Madonna u hekk bdew il-pellegrinaġġi.

Għall-ewwel l-awtorijiet tal-Knisja mxew bi prudenza kbira u l-ewwel ġebla tas-santwarju preżenti ġiet imbierka fit-30 ta’ Mejju 1920. Ġiet ikkonsagrata fit-13 ta’ Diċembru 1931 u l-kwadru tagħha ġie nkurunat fis-19 ta’ Ġunju 1935.

Fis-26 ta’ Mejju 1990, il-Papa San Ġwann Pawlu II żejjen lix-xbieha tal-Madonna b’kuruna ta’ stilel.

Il-Papa Benedittu XVI, waqt il-quddiesa ta’ fuq il-fosos tal-Furjana, nhar it-18 t’April, 2010, irregala l-Warda tad-Deheb lill-Madonna ta’ Pinu.

Riflessjoni, mill-Imitazzjoni ta’ Kristu, l-Ewwel Ktieb, kap. XVI: Min twiddbu għal darba, tnejn, u ma jridx jisma’, la tislithiex miegħu, imma erħi kollox f’idejn Alla, biex fis-servi tiegħu jsir kollox kif irid hu għall-ġieħ tiegħu. Alla jaf ibiddel il-ħażin f’tajjeb. Idra mela ħu paċenzja bid-difetti tal-oħrajn, b’kulma jaqgħu fih, għax int ukoll, kos, għandek bosta difetti li oħrajn ikollhom jitqannew bihom. Jekk ma tistax tbiddel lilek innifsek kif tixtieq, b’liema mod trid li ħaddieħor ikun skont ma titlob qalbek? Lill-oħrajn irriduhom perfetti, u mbagħad id-difetti tagħna xejn ma nħabirku biex neqirduhom.

Page 47: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi · mistrieħ tat-Trinita’ Qaddisa. Alla jinsab f’Marija iktar preżenti bid-divinità u l-kobor tiegħu milli fil-post fejn isaltan fuq il-Kerubini

46 SIGNUM FIDEI

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 36, it-2 punt

What ought especially to lead you to pray is the weakness to which sin has reduced you, a weakness that makes you incapable of accomplishing any supernatural good. Because we become weaker every day by falling into new sins daily, we also have a much greater need for God’s help every day. Prayer, says Saint John Chrysostom, is a divine medicine that drives out of our hearts all the malice it finds there and fills them with all justice. This is why, if we wish to deliver ourselves from sin completely, we cannot do anything better than to devote ourselves to prayer. No matter how many sins a person who loves prayer commits, he still has, even in the midst of a greatly disordered life, a quick and easy recourse, which is prayer, to obtain the grace of repentance and pardon. Ask God, then, to give you a pure heart that has an aversion and a horror not only for the most grievous sins but also for whatever can stain your conscience and make you displeasing to God.

TALBA

lill-Madonna Ta’ Pinu O Verġni Mqaddsa Omm Alla Marija, mgħollija s-sema bir-ruħ u l-ġisem,

li permezz ta’ Karmni Grima għażilt dan il-post biex minnu xxerred xita ta’ grazzji fuq min jitlob l-għajnuna tiegħek, agħti, nitolbok, ħarsa ta’ ħniena fuq id-dinja mqallba u mbeżżgħa,

biex kif int ħlist mill-hemm lill-għarajjes ta’ Kana, hekk ukoll teħles lill-umanità minn kull periklu tar-ruħ u tal-ġisem. Agħmel li l-bnedmin kollha jħobbu lil xulxin bi mħabba ta’ aħwa.

Ħares ukoll, Omm l-aktar ħanina, il-familji tagħna, li minnhom tissawwar is-soċjetà umana,

biex jgħixu ħajja onesta, hienja u qaddisa fl-għaqda dejjiema taż-żwieġ. Imma fuq kollox, nitolbok, ħenn għalija li qed inbati taħt it-toqol tas-salib. Jekk mhux ta’ deni għal ruħi, agħmel li (semmi l-grazzja li tixtieq taqla’) ... Iżda jekk hija r-rieda tal-Mulej li jiena ma naqlax il-grazzja li qed nitolbok,

agħtini l-qawwa li nerfa’ din it-tbatija u ngħaqqadha mas-salib ta’ ibnek Ġesù. Omm tiegħi Marija, għinni biex bħalek,

b’ħarsti kollha lejn Alla, naċċetta bil-qalb ir-rieda tiegħu, u miegħek nistqarr: “Ħa jsir minni skont kelmtek”.

O Madonna Ta’ Pinu, żommni taħt il-ħarsa materna tiegħek

biex niżgura ruħi li s-sabar ta’ din il-ħajja jwassalni għall-hena tal-ħajja ta’ dejjem, fis-sema pajjiżna.

Missierna ...

Page 48: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi · mistrieħ tat-Trinita’ Qaddisa. Alla jinsab f’Marija iktar preżenti bid-divinità u l-kobor tiegħu milli fil-post fejn isaltan fuq il-Kerubini

SIGNUM FIDEI 47

It-Tlieta, it-23 ta’ Ġunju San Ġużepp Cafasso

Sant’ Eteldreda - badessa

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. 2 Slaten 19, 9b-11.14-21.31-36 Jiena nħares din il-belt u nsalvaha minħabba fija nnifsi, u minħabba David, il-qaddej tiegħi. 2. Salm 47: 2-3a.3b-4.10-11 Alla jżomm il-belt sħiħa għal dejjem! 3. Mattew 7: 6.12-14 Dak kollu li tridu li l-bnedmin jagħmlu lilkom, agħmluh ukoll intom lilhom. SAN ĠUŻEPP CAFASSO (1811-1860) - saċerdot Ġużeppi Cafasso twieled f’Castelnuovo minn ġenituri Nsara tabilħaqq. Meta

kien għadu żgħir kienu jsibuh bħala t-“tifel qaddis” u, minkejja l-faqar, it-talenti, it-tħabrik u t-tjubija tiegħu għenuh biex isir saċerdot meta kien għad kellu 22 sena biss.

Hu għallem it-Teoloġija Morali fl-istitut ta’ S. Franġisk f’Turin u mbagħad sar ukoll id-direttur tiegħu.

Għalkemm huwa kien qasir u anki xi ftit deformat fil-ġisem, huwa kien jiġbed lejh bi qdusitu nies ta’ kull kundizzjoni, u għen mhux ftit fil-formazzjoni spiritwali tal-kleru Taljan. Minn taħt idejh ħarġu diversi saċerdoti li baqgħu msemmija għad-dedikazzjoni u l-qdusija tagħhom, fosthom insemmu lil San Ġwann Bosco, li kien ukoll id-direttur spiritwali tiegħu. Kien Don Cafasso li pperswada lil Don Bosco li jiddedika ħajtu biex jieħu ħsieb liż-żgħażagħ.

Dun Ġużepp kien iqis li l-ispirtu tad-dinja kien l-akbar għadu tal-qassis. Kien bniedem ta’ trankwillità kbira u mfittex ħafna għall-qrar u d-direzzjoni

spiritwali minn prinċpijiet, isqfijiet, saċerdoti u nies ta’ kull kundizzjoni. Kien ukoll jinteressa ruħu fil-bżonnijiet tal-bnedmin ħutu, l-aktar dawk rikoverati

fl-istitut ta’ Kottolengo. Ħadem ħafna fost il-ħabsin u akkompanja 60 minnhom għall-mewt u ħadd minnhom ma miet bla ma rranġa ħajtu.

San Ġużepp Cafasso miet ta’ 49 sena, fit-23 ta’ Ġunju 1860. Ġismu jinsab midfun fil-bażilka famuża tal-“Consolata” ta’ Turin li tagħha kien rettur, u li fiha t-tifel t’oħtu, il-Beatu Ġużeppi Alamanno, li sar rettur floku, waqqaf il-missjunarji tal-Consolata. Il-qaddis Cafasso, “Il-Ġawhra tal-Kleru Taljan”, kif huwa msejjaħ, ġie kkanonizzat minn Piju XII, fl-1947.

Hu l-patrun tal-kappillani tal-ħabsijiet. Riflessjoni: Illum dawk li jemmnu jidhru li huma aktar impenjati illi jirriklamaw u jbiegħu l-allat, milli jgħixu u jxandru l-ħniena ta’ Alla. Espressjonijiet bħal “idħol mill-bieb id-dejjaq ", "erfa' salibek u imxi warajja" u "f'kollox agħmel lil ħaddieħor dak li int tixtieq jagħmlu lilek" mgħadhom jaffaxxinaw lil ħadd. Meta d-dinja qed tidħol bil-qawwa hekk veloċi, min jixtieq ikun limitat għat-triq id-dejqa? Imma Ġesù huwa ċar ħafna, li jekk aħna

Page 49: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi · mistrieħ tat-Trinita’ Qaddisa. Alla jinsab f’Marija iktar preżenti bid-divinità u l-kobor tiegħu milli fil-post fejn isaltan fuq il-Kerubini

48 SIGNUM FIDEI

nabbandunaw t-triq li għadda minnha Hu, se npoġġu lilna nfusna fit-triq l-aktar il-ħafifa li twassal għat-telfien. L-impenn li nagħmlu dak li għamel Ġesù għalina, u li ngħixu ħajja ta’ mħabba se tpoġġina fit-triq għall-ħajja ta’ dejjem fi Kristu. Jalla nagħżlu t-triq li twassalna lejn is-saltna tiegħu. My

Daily Gospel 2020

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 5, silta mit-2 punt

Jesus did not come so much to teach us the holy truths of Christian morality as to engage us to practice them faithfully. Still, it is common enough to see Christians, and even members of religious communities, who do not accept these practical truths and who contradict them in their hearts, sometimes even in their external conduct, as when someone tells them that on Judgment Day they will have to account for a useless word; that we must pray without ceasing; that we must enter heaven through the narrow gate; that Jesus Christ has said, Unless you do penance, you will all likewise perish; consequently, that it is an indispensable obligation to put these maxims into practice if we wish to be saved; that there is a command addressed to them to love their enemies, to do good to those who hate them, to pray to God for those who persecute them and calumniate them, so that they may be truly the children of their Father who is in heaven, who makes his sun rise on the good and the wicked alike

TALBA

Mulej Ġesù, għallimni nkun ġeneruż.

Għallimni naqdik kif jixraqlek; li nagħti, mingħajr ma nibża’ mill-ġrieħi;

li nitħabat, mingħajr ma nfittex is-serħan; li nagħti minni nnifsi u mhux li nitlob ir-rigal;

ħlief ir-rigal li nkun naf li qed nagħmel ir-rieda tiegħek. Ammen.

San Injazju

Missierna ...

Page 50: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi · mistrieħ tat-Trinita’ Qaddisa. Alla jinsab f’Marija iktar preżenti bid-divinità u l-kobor tiegħu milli fil-post fejn isaltan fuq il-Kerubini

SIGNUM FIDEI 49

L-Erbgħa, l-24 ta’ Ġunju

It-Twelid ta’ San Ġwann Battista

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Isaija 49: 1-6 Jien nagħmel minnek dawl għall-ġnus. 2. Salm 138: 1-3,13-15 Irroddlok ħajr, għax tal-għaġeb għamiltni. 3. Atti 13: 22-26 Ġwanni deher ixandar minn qabel il-miġja ta’ Kristu. 4. Luqa 1: 57-66,80 ‘Ismu huwa Ġwanni’. IS-SOLENNITÀ TAT-TWELID TA’ SAN ĠWANN BATTISTA. Il-Knisja soltu tagħmel festa tal-qaddisin nhar mewthom. San Ġwann Battista,

minbarra Ġesù u l-Madonna, hu l-uniku qaddis li ssirlu l-festa ta’ twelidu. Ir-raġuni hi għax, kif naqraw fil-vanġelu ta’ San Luqa, Ġwanni tqaddes fi ħdan ommu Eliżabetta meta Marija, li kienet għadha kif saret Omm Alla, marret iżżur lix-xwejħa qariba tagħha.

Ġwanni - li twieled wara ħafna talb b’mod mirakoluż, għax il-ġenituri tiegħu t-tnejn kienu mdaħħlin fiż-żmien - kellu jkun il-prekursur tal-Mulej (jiġifieri dak li jiġi qabel) u hu wkoll meqjus bħala l-aħħar profeta tat-Testment il-Qadim.

Id-data tal-24 ta’ Ġunju hija marbuta mad-data tal-Milied, għax it-twelid tal-Battista seħħ sitt xhur qabel dak ta’ Ġesù.

Ġwanni deher fid-deżert ta’ Ġuda liebes bħal Elija b’libsa tax-xagħar tal-ġemel, u beda jħabbar lin-nazzjon li l-Messija kien wasal. Huwa ħeġġeġ lil kulħadd għall-penitenza u biex jagħmel iċ-ċerimonja tal-ħasil bi thejjija għall-ħasil tal-Messija, il-Magħmudija fl-Ispirtu u n-nar (Mt. 3, 1-12).

Għalkemm Ġwanni kellu d-dixxipli, hu ma kellux ħsieb li jifformahom f’kommunità imma li jmexxihom lejn Kristu. Kien jgħid: “Jeħtieġ li hu jikber, u jiena nonqos” (Ġw 3, 30).

S. Wistin ifisser kemm hu xieraq li f’din il-festa l-ġranet jibdew jiqsaru fil-waqt li sitt xhur wara, fit-twelid ta’ Kristu jibdew, jitwalu.

Bħal-lum f’ħafna pajjiżi Nsara kienu jsiru l-ħġejjeġ. F’Malta, il-konkatedral fil-Belt Valletta hu ddedikat lil dan il-qaddis u fih issir il-

festa ta’ twelidu b’solennità kbira. F’Għawdex ir-rotunda tax-Xewkija hi ddedikata lil San Ġwann Battista.

Sal-1947, il-festa tal-lum kienet miżmuma bħala kmandata għal Malta.

Riflessjoni: Illum il-Liturġija tistedinna niċċelebraw il-festa tat-twelid ta’ San Ġwanni l-Għammiedi. It-twelid tiegħu hu avveniment li jdawwal il-ħajja tal-ġenituri tiegħu Eliżabetta u Żakkarija, u flimkien magħhom jistagħġbu l-qraba u l-ġirien. Dawn il-ġenituri anzjani kienu ħolmu u tħejjew ukoll għal dak il-jum, imma issa kienu qatgħu qalbhom jistennew: kienu jħossuhom esklużi, umiljati, delużi: ma kellhomx tfal. Quddiem it-tħabbira tat-twelid ta’ iben (cfr Lq. 1,13), Żakakrija ma riedx jemmen, għax il-liġijiet naturali ma kienux jippermetulu dan: kienu xjuħ; u minħabba f’hekk il-

Page 51: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi · mistrieħ tat-Trinita’ Qaddisa. Alla jinsab f’Marija iktar preżenti bid-divinità u l-kobor tiegħu milli fil-post fejn isaltan fuq il-Kerubini

50 SIGNUM FIDEI

Mulej immutah għaż-żmien kollu tat-tqala (cfr. v. 20). Huwa sinjal. Imma Alla ma jddependix mil-loġika tagħna, u mil-limitazzjonijiet tal-ħiliet umani. Jeħtieġ nitgħallmu nisktu quddiem il-misteru ta’ Alla u nikkuntemplaw fis-skiet l-opri tiegħu, li jidhru fl-istorja u li tant drabi jisbqu l-immaġinazzjoni tagħna.

Il-Papa Franġisku, silta mid-diskors tiegħu waqt L-Anġelus nhar l-24 ta’ Ġunju 2018

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 138, it-2 punt Saint John was holy also by the life he led. When he could barely walk, he went into the desert to live there separated from all contact with others. Although his father and his mother were so holy and separated from the world, their piety did not seem to him an adequate model of what God asked of him. He needed to go out and to discover from God, in seclusion and through the practice of prayer, what manner of life ought to be his. He needed to practice altogether extraordinary austerities, living only on locusts and wild honey, to attain the sanctity God asked of him. In this way he prepared to preach penance. The infallible way to preach penance successfully is to practice it. The Church, in his Office for the day, gives us another reason for the seclusion and the mortification of this Saint, namely, the fear of staining his soul with the slightest sin. Those are also the two reasons that ought to engage you to live apart from the world and to maintain wise and regulated behavior.

TALBA O Alla,

int li għarraft il-kelma qabel il-miġja tad-dawl,

bgħatt lil San Ġwann Battista biex iħejji ’l-poplu tiegħek għall-miġja tal-Messija.

Agħti lill-Knisja r-rigal ta’ spirtu ferrieħi u mexxi ’l-Insara kollha

fit-triq tas-salvazzjoni u tal-paċi bis-sinjur tagħna Ġesù Kristu Sidna, Ammen.

Missierna ...

Page 52: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi · mistrieħ tat-Trinita’ Qaddisa. Alla jinsab f’Marija iktar preżenti bid-divinità u l-kobor tiegħu milli fil-post fejn isaltan fuq il-Kerubini

SIGNUM FIDEI 51

Il-Ħamis, il-25 ta’ Ġunju

JUM IL-VOKAZZJONIJIET GĦALL-ISTITUT LASALLJAN

San Guliermu ta’ Vercelli – abbati Il-Beata Jutta ta’ Thuringia

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. 2 Slaten 24: 8-17 Is-sultan ta’ Babilonja ġarr fil-jasar lil Ġehojakin u l-kbarat tal- pajjiż. 2. Salm 78: 1-5.8.9 Mulej, eħlisna u aħfrilna dnubietna, minħabba l-isem tiegħek. 3. Mattew 7: 21-29 Id-dar mibnija fuq il-blat u d-dar mibnija fuq ir-ramel. SAN GULIERMU (c.1085 – 1142) - abbati u fundatur tal-eremiti Kien il-fundatur tal-eremiti ta’ Monte Vergine ta’ Guglieto, ħdejn Nusco, fir-renju

ta’ Napli. Twieled aktarx Vercelli, u tilef ’l ommu u ’l missieru meta kien għadu żgħir

ħafna.Trabba tajjeb minn ħbieb tal-familja. Ta’ 15-il sena mar pellegrinaġġ Spanja, ħdejn il-qabar ta’ San Ġakbu,

Kompostella (fil-Galizja). Mar lura fir-Renju ta’ Napli, fejn għażel post deżert fuq għolja, fejn beda jgħix fil-

kontemplazzjoni u fil-prattika tal-mortifikazzjoni. Minn hemm mar Monte Vergine, bejn Nola u Benevento. Iżda billi ħafna jitolbuh

biex jgħixu miegħu, kellu jibni monasteru għall-irġiel u ieħor għan-nisa (1119). Miet fil-25 ta’ Ġunju 1142. Il-Papa Ċelestinu III kkonferma l-kongregazzjoni fl-1197. Twaqqfu bosta monasteri oħra tal-istess kongregazzjoni u l-Papa Klement VIII

tahom ir-regola ta’ San Benedittu. Il-monasteru ta’ Monte Vergine, l-uniku li baqa’, ġie msieħeb mal-

kongregazzjoni ta’ Monte Cassino tal-Osservanza Primittiva fl-1879. Riflessjoni mill-Imitazzjoni ta’ Kristu, it-Tielet Ktieb, kap. 17: Sewwa qed tgħidli, Mulejja! Aktar taħseb u tħabrek int, milli nista’ naħseb u nitħabat jien innifsi. Fuq ir-ramel jibni min ma jerħix ruħu f’idejk. Mulejja, agħmel bija int dak li jogħġbok, basta l-volontà tiegħi tkun marbuta sewwa ma’ tiegħek, għax tagħmel minni li tagħmel għalija ma jistax ikun ħlief ġid. Jekk jogħġbok thennili lil qalbi, niżżikħajr, u jekk tridni nkun imħabbat, tkun imbierek għal mija u elf darba.

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 138, silta mit-3 punt

By your vocation you are obliged to announce the truths of the Gospel every day. Practice those that are required of all Christians before you undertake to teach them to others. Although you do not have the grace, like Saint John, of being the precursor of Jesus Christ, you do possess the grace of being a successor in his ministry. Be assured, however, that you will make this effective for others only insofar as it has produced its effect in you. See that it does so without delay.

Page 53: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi · mistrieħ tat-Trinita’ Qaddisa. Alla jinsab f’Marija iktar preżenti bid-divinità u l-kobor tiegħu milli fil-post fejn isaltan fuq il-Kerubini

52 SIGNUM FIDEI

TALBA

GĦALL-VOKAZZJONIJIET O Alla, int għażilt lil

San Ġwann Battista De La Salle biex jagħti edukazzjoni Nisranija

lit-tfal u liż-żgħażagħ; qajjem fil-knisja tiegħek

Brothers u għalliema, nisa u rġiel li jingħataw b’qalbhom kollha biex

jedukaw lit-tfal u liż-żgħażagħ, sew bħala bnedmin u sew bħala Nsara.

B’ibnek Ġesù Kristu sidna, li hu Alla u miegħek jgħix u jsaltan

flimkien mal-Ispirtu s-Santu, għal dejjem ta’ dejjem,

Ammen

Missierna ...

Il-Ġimgħa, is-26 ta’ Ġunju San Josemarìa Escrivà de Belaguer - saċerdot

Il-Beata Nemesia Valle - verġni Il-Beatu Andrea Ġjaċintu Longhin - isqof Il-Beatu Ġakbu minn Għażir - presbiteru

Il-Beata Marija Ġużeppina ta’ Ġesù Msallab – verġni

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. 2 Slaten 25: 1-12 Ġuda meħud fl-eżilju. 2. Salm 136 1-6 Dejjem niftakar fik, Ġerusalemm! 3. Mattew 8: 1-4 Jekk trid, tista’ tfejjaqni. SAN JOSEMARÌA ESCRIVÀ DE BELAGUER (1902-1975) - saċerdot Dan il-qaddis twieled fi Barbastro, Spanja, fid-9 ta’ Jannar 1902. Kien ordnat

saċerdot ta’ 23 sena (28/3/1925). Meta kien Madrid, fit-2 ta’ Ottubru 1928, waqqaf l-Opus Dei, mod ġdid kif l-Insara

jistgħu jitqaddsu fid-dinja bix-xogħol ordinarju tagħhom u t-twettiq tad-dmirijiet personali, familjari u soċjali tagħhom. Hekk huma jsiru l-ħmira ta’ ħajja Nisranija qawwija fl-ambjenti kollha.

Fl-1930 estenda l-opra tal-Opus Dei anke man-nisa. Fi Frar 1943 waqqaf is-Soċjetà Saċerdotali tas-Salib Imqaddes, magħquda inseparabbilment mal-Opus Dei. L-Opus Dei rċeviet l-approvazzjoni tas-Santa Sede f’Ġunju 1950.

Page 54: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi · mistrieħ tat-Trinita’ Qaddisa. Alla jinsab f’Marija iktar preżenti bid-divinità u l-kobor tiegħu milli fil-post fejn isaltan fuq il-Kerubini

SIGNUM FIDEI 53

San Jose Marìa mexxa u ħabrek biex l-Opus Dei jinxtered mad-dinja kollha b’talb kontinwu u penitenza u bil-prattika tal-virtujiet kollha. L-għerq u ċ-ċentru tal-ħajja interjuri tiegħu kien s-sagrifiċċju tal-quddiesa. Kien konxju ħafna li hu iben ta’ Alla espressa fil-preżenza kontinwa tat-Trinità Qaddisa, li qanqlitu biex ifittex li jidentifika ruħu ma’ Kristu f’kollox, li jgħix devozzjoni qawwija lejn il-Verġni Marija u San Ġużepp, u li jgawdi ħbiberija kontinwa u kollha fiduċja mal-anġli kustodji.

Mons. Escrivà offra aktar minn darba ħajtu għall-Knisja u għall-Papa. Miet ta’ 73 sena nhar is-26 ta’ Ġunju 1975 f’Ruma, fl-istess kamra fejn kien

jaħdem, b’dik l-istess sempliċità qaddisa li kienet il-karatteristika tiegħu tul ħajtu kollha.

Il-fdal tiegħu jinsab fil-knisja Prelazjali ta’ Santa Marija tal-Paċi, f’Ruma, fejn ħafna jmorru jitolbu fuq il-qabar tiegħu.

Il-Papa San Ġwanni-Pawlu II ddikjarah beatu f’Mejju 1992 u mbagħad iddikjarah ukoll qaddis f’Ottubru tal-2002.

L-Opus Dei, li fl-1982 saret prelatura personali, hi mxerrda fil-ħames kontinenti u llum tgħodd ’il fuq minn 60,000 membri fi 80 nazzjon. L-aktar ktieb magħruf tiegħu ‘It-Triq’, jinsab maqlub ukoll bil-Malti.

Riflessjoni: Il-lebbra kienet marda kerha; kerha fil-konsegwenzi tagħha għal min taqbdu; kerha għall-komunità, tant li l-komunità kellha tiddefendi lilha nnifisha mill-kruha tal-ġdiem billi taqta' kompletament il-marid minnha. Il-lebbruż fl-Evanġelju tal-lum ra f'Ġesù lil dak li bih Alla jista' jwettaq il-verità li xejn mhu impossibbli għal Alla. Il-lebbruż, f'Ġesù, ra lil dak li jista' jgħaqqdu lura ma' Alla u mal-komunità: "Sinjur," qal "jekk trid, tista' tfejjaqni" (v.2). U Ġesù medd idu fuqu, messu u qallu,"Irrid! Kun imfejjaq." (v.3). Ġesù jrid ikun il-fejqan tal-umanità! Ġesù jrid iwettaq il-verità li għal Alla xejn mhu impossibbli! Ġesù jrid jagħmel l-affarijiet kollha possibbli għall-umanità! Ġesù jrid jagħmel l-umanità tixbaħ ħafna lil Alla nnifsu. Dun Pawl Sciberras Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 9, silta mill-1 punt

A centurion whose servant lay sick at his house, as today’s Gospel tells us, begged Jesus Christ to come and cure him. But then, having reflected that there was no need for Jesus to go to all this trouble, because it was sufficient for him to give a command to the servant to get well for him to be immediately cured, the centurion went to meet the Savior to tell him that a single word of his would suffice to heal the sick man. Jesus, admiring the faith of the centurion, said that he had not found such great faith in all Israel. This centurion makes known to us how excellent obedience is when it is inspired and sustained by faith. Those who obey their superiors with the conviction that they are obeying God elevate their obedience by this view of faith, so that it becomes one of the most eminent acts of the virtue of religion that we can elicit in this world, because it is addressed directly to God hidden under the veil of a person frail and mortal but endowed with divine authority. This is how the centurion acted when seeing in Jesus Christ only the external appearance of an ordinary man; nevertheless, he was profoundly convinced that to perform a miracle such as the cure of the sick servant, he possessed the authority of God and was consequently truly God.

Page 55: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi · mistrieħ tat-Trinita’ Qaddisa. Alla jinsab f’Marija iktar preżenti bid-divinità u l-kobor tiegħu milli fil-post fejn isaltan fuq il-Kerubini

54 SIGNUM FIDEI

TALBA

Mulej tiegħi, għad li ma jistħoqqlix

u għad li jien bniedem midneb, int bgħattli dan il-faraġ mis-sema.

Jien inroddulek mill-ġdid lura, ħu ħsiebu inti,

inkella nħossni qisni ħalliel li nisraq it-teżor tiegħek biex inżommu għalija.

San Bonaventura

Missierna ...

Is-Sibt, is-27 ta’ Ġunju San Ċirillu ta’ Lixandra - isqof u duttur tal-Knisja

L-Imqaddsa Verġni Marija f’Jum is-Sibt

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Lamentazzjonijiet 2: 2.10-14.18-19 Għajjat lill-Mulej Sidi! Tniehed, bint Sijon. 2. Salm 73: 1-7.20-21 Tinsiex għal dejjem il-ħajja tal-fqajrin tiegħek. 3. Mattew 8: 5-17 Għad jiġu ħafna mil-Lvant u mill-Punent u joqogħdu fuq il-mejda ma’ Abraham u ma’ Iżakk u ma’ Ġakobb SAN ĊIRILLU TA’ LIXANDRA (ċ.376-444) - isqof u duttur tal-Knisja. Il-qaddisin ma twildux bir-raġġiera ma’ rashom, u kien hemm żmien fil-ħajja ta’

dan il-qaddis li juri li kien ta’ karattru impulsiv, u kultant ukoll vjolenti. Ċirillu twieled Lixandra fl-Eġittu. Zijuh Teofilu, li kien patrijarka ta’ dik il-belt

famuża, bagħtu għand l-irħieb tad-deżert tal-Eġittu biex jitħarreġ fil-ħajja axxetika. Huwa akkompanja, fl-403, lil zijuh f’Kostantinopli biex jieħu sehem fl-hekk imsejjaħ “Sinodu tal-Balluta”, li fih ġie mneħħi mill-kariga San Ġwann Kriżostmu.

Disa’ snin wara miet zijuh Teofilu u Ċirillu, li allura kellu 36 sena, ġie nominat biex jieħu postu bħala patrijarka ta’ Lixandra.

L-ewwel ħaġa li għamel kien li għalaq il-knejjes tan-Novazjani u keċċa lil-Lhud għax kienu qed jattakkaw lill-Insara, u ħabrek kemm felaħ biex ineħħi dak li kien fadal mill-paganiżmu fil-pajjiż.

Imma San Ċirillu ta’ Lixandra jibqa’ l-aktar magħruf bħala d-difensur qawwi tat-titlu tal-Madonna Theotokos, jiġifieri “Omm Alla”.

Page 56: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi · mistrieħ tat-Trinita’ Qaddisa. Alla jinsab f’Marija iktar preżenti bid-divinità u l-kobor tiegħu milli fil-post fejn isaltan fuq il-Kerubini

SIGNUM FIDEI 55

Kien ukoll teologu ewlieni u president fil-Konċilju ta’ Efesu, fejn Nestorju, patrijarka ta’ Kostantinopli, kien ikkundannat talli għallem li d-divinità u l-umanità kienu hekk mifrudin fi Kristu li Marija għandha tissejjaħ “omm Kristu” biss.

Ċirillu neħħa lil Nestorju minn patrijarka fl-ewwel sessjoni tal-Konċilju. Dan għamlu billi l-Papa Ċelestinu I kien ġa ta s-sentenza fuq il-kontroversja u qabbad lill-Isqof Ċirillu li jneħħi lil Nestorju mis-sedi tiegħu jekk dan ma jirtirax il-fehmiet żbaljati tiegħu.

Hemm ħafna kitbiet importanti ta’ dan l-isqof għaref Lixandrin. San Ċirillu ta’ Lixandra kien iddikjarat duttur tal-Knisja mill-Papa Ljun XIII fl-1882.

Riflessjoni: Ġesù jibki fost dawk li kienu qegħdin jagħmlu festa. Donnu xejn ma jmiss lilu minn dik ir-rebħa. Il-belt tqum. Dawk ta' qalb sempliċi jifirħu u jgħidu: “Dan hu Ġesù, profeta ta' Nazzaret”. Il-kittieba u l-Fariżej, b'għira, jordnawlu biex isikket lill-poplu, u fuq kollox it-tfal li fit-tempju qegħdin jgħajtu: “Hosanna lil Bin David”. Meta jidħol fit-tempju, Ġesù jkeċċi lill-bejjiegħa u dawk li kienu jixtru, ifejjaq liz-zopop u lill-għomja, jgħallem lill-poplu u, wara li għadda l-jum kollu jipprietka u jwettaq tant għeġubijiet, meta jsir il-ħin, ma jsib 'il ħadd li jilqgħu f'daru, minħabba l-biża' tal-Fariżej: u b'hekk imur lura mal-Appostli f'Betanja. Kif jinkixfu l-kobor infinit ta' Alla u l-dgħufija u l-ingratitudni tal-bnedmin! Huma jinsew hekk malajr, minħabba l-biża' u r-rispett uman, dak li kienu rċevew b'tant turija ta' mħabba u ferħ! Akkumpanja lil Ġesù bħall-Appostli, kemm fid-dħul trijonfali f'Ġerusalemm, u kemm fil-ħruġ tiegħu mill-belt, umli u mhux magħruf, ħalli jilqgħek fil-kumpanija eterna tiegħu. San Nerik de Ossó

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 9, silta mit-2 punt

The centurion told Jesus that a single word of his would suffice to cure his servant. He confirmed this by his own behavior with regard to the soldiers in his command, to whom he needed to say only a word to be obeyed instantly. The conclusion to be drawn from this is that if some, out of purely human considerations, show themselves so submissive to another whom they regard as their leader, with how much greater reason must those who have consecrated themselves to God and who ought to act only according to his Spirit be obliged to fulfill on the spot whatever is enjoined on them by their superior? They ought to have nothing but God in view when so acting, because they ought to be convinced that it is God who commands them in the superior’s person.

TALBA

O Alla Missier tagħna, int tmajt lill-poplu tiegħek bl-ifjen qamħ

u tagħtina nixorbu l-ilma ħiereġ mill-blata, li hi KRISTU.

Żomm lil dawk kollha li jinsabu bil-ġuħ u għatxana għalik mingħajr ma jafu,

bl-istess Kristu sidna, Ammen. Magnificat

Missierna ...

Page 57: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi · mistrieħ tat-Trinita’ Qaddisa. Alla jinsab f’Marija iktar preżenti bid-divinità u l-kobor tiegħu milli fil-post fejn isaltan fuq il-Kerubini

56 SIGNUM FIDEI

Il-Ħadd, it-28 ta’ Ġunju It-Tlettax-il Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. 2 Slaten 4: 8-11.14-16a Dan hu raġel qaddis ta’ Alla. 2. Salm 88: 2-3.16-19 It-tjieba tal-Mulej irrid dejjem ngħanni. 3. Rumani 6: 3-4.8-11 Indfinna miegħu permezz tal-magħmudija, biex ngħixu ħajja ġdida. 3. Mattew 10: 37-42 Min ma jerfax salibu, ma jistħoqqlux li jkun miegħi; min jilqa’ lilkom ikun jilqa’ lili.

Riflessjoni fuq il-Vanġelu:

Mhix ħaġa ċara għaliex kultant aħbar tajba tista’ toħloq oppożizzjoni tant qalila li tqanqal l-agħar sentimenti fin-nies, tant li tpoġġi f’periklu lil min ikun ħabbarha. Li fil-fatt jiġri hekk jgħidulna l-ewwel qari tal-lum: il-profeta Ġeremija, minħabba l-aħbar tajba li Alla jafdalu jkollu jsofri minn kollox; malafama, rabja, theddid u persekuzzjoni. Jikkonfermah il-Vanġelu meta Ġesù jitkellem ċar mad-dixxipli. Minħabba li kellhom ixandru l-aħbar li s-saltna t’Alla waslet, kellhom isibu min jobgħodhom tant li ħajjithom kienet se tkun mhedda.

Għaliex dan kollu? L-eżortazzjonijiet ta’ Ġesù jgħinuna nifhmu kif fil-bażi ta’ din l-oppożizzjoni qalila tad-dinja għall-Vanġelu tas-saltna, hemm l-istess attitudni li ħasdet lill-ewwel koppja wara li dinbu: Adam u Eva inħbew minn Alla għaliex ħassew ħaġa li qatt ma kienu ħassew qabel, mistħija minnhom infushom u biża’ minn xulxin.

Minn dakinhar il-bniedem fittex li jgħix f’din is-sitwazzjoni ta’ dwejjaq billi jipprova jiċħadha jew almenu jwarrabha: kif?

Billi jaħrab mill-iskumdità, mill-mistħija tal-limitazzjonijiet tiegħu u min-nuqqas ta’ ħila li timmarka lill-bniedem fil-fond tal-intimu tiegħu u għalhekk isib kenn f’eżistenza superfiċjali. Fil-fatt l-istil tal-ħajja attwali bbażat fuq l-apparenza, esterjorità, moda, tendenzi ... x’inhu jekk mhux tentattiv patetiku biex il-bniedem jinħeba minnu nnifsu?

Il-manija ġenerali għad-divertiment – mnejn tinbet jekk mhux mill-ansjetà li ġġiegħelek tħares band’oħra? Fix-xewqa għall-ħarba tant tipika tal-lum, kif nistgħu ma narawx id-diffikultà li nsibu biex ngħixu magħna nfusna, waqt li naċċettaw b’umiltà l-verità ta’ kull wieħed minna? Mhux biss; il-fatt li Ġesù f’dan il-vanġelu jirrepetilna l-istedina b’insistenza biex ma nibżgħux, hi prova ċara li l-bniedem tant hu dominat mill-biżgħat tiegħu, li jingħalaq fihom, u jsir kompliċi tar-rikatt u vittma tas-suspett li dawn jiżirgħu f’qalbu u jxerrdu madwaru. Fil-fatt hi l-biża’ li tibdel lill-oħrajn fl-“infern tagħna” – kif kien jgħid il-kittieb Franċiż Sartre – u ġġiegħelhom isiru l-kawża tad-dwejjaq tagħna.

Suspett li ma jaħfirha lil ħadd lanqas lil Alla, għax jitqies bħala theddida għal-libertà personali: għax ma tistax taħrab mill-ħarsa ta’ dak li jgħarbel l-intimità tal-qlub u tal-imħuħ, il-bniedem jiddeċiedi li jinnega l-eżistenza tiegħu jew – mingħajr ħafna sforz – li jinjorah u jgħix daqslikieku ma jeżistix. Tant dan kollu

Page 58: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi · mistrieħ tat-Trinita’ Qaddisa. Alla jinsab f’Marija iktar preżenti bid-divinità u l-kobor tiegħu milli fil-post fejn isaltan fuq il-Kerubini

SIGNUM FIDEI 57

sar xi ħaġa komuni u ġeneralizzata li fuq dan l-istil skadut u giddieb tiġi mkejla n-normalità.

Alla jwasslilna l-isbaħ aħbar li qatt stajna nistennew: l-umanità ħielsa mill-jasar tant imħawwel fil-fond tal-ħajja. Il-bxara t-tajba hu Ġesù: lill-bniedem li bil-biża’ jaħbi wiċċu, hu jurih il-wiċċ moħbi ta’ Alla li ma jikkundanna lil ħadd, imma jaħfer lil kulħadd, jagħti lura l-innoċenza mitlufa, u jniedi l-possibiltà li jgħix fit-trasparenza, jiftaħlu qalbu għall-fiduċja, jeħilsu mis-sens ta’ ħtija u l-mistħija li jġib miegħu.

F’Ġesù, il-bniedem il-ġdid, l-affarijiet moħbija jinkixfu u dawk sigrieti jintwerew; dan hu l-istil tal-vanġelu għall-ħajja li m’għandha xejn x’taħbi għax kollox simplifikat: dak li hemm ġewwa qiegħed barra wkoll, dak li hemm fil-ħsieb qiegħed fil-kliem ukoll, dak li jintqal, isir. Il-mistħija m’għadhiex tgħatti l-uċuh għax il-maħfra tagħti lura s-sens tal-kobor u ta’ dinjità lura lill-bniedem: “intom tiswew ħafna iżjed mill-għasafar”.

Il-biża’ ngħelbet mit-tama ta’ min jaf li kollox hu f’idejn Alla, is-suċċess u l-prova, il-ferħ u n-niket, saħansitra l-ħajja u l-mewt: kbira wisq l-eżortazzjoni biex ma nibżgħux minn dawk li jistgħu jagħmlu ħsara “biss” għax joqtlu l-ġisem, imma mbagħad ma jistgħu jagħmlu xejn iżjed! Ħajja daqshekk awtentika ma tistax ma ssibx oppożizzjoni fid-dinja li bniet l-istil tagħha fuq l-elementi li diġà semmejna... imma propju l-persekuzzjoni hi garanzija tal-awtentiċità, u l-marka tan-Nisrani veru. Minn “La Realtà é Cristo”, Don Davide Rota

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 25, it-2 punt

The tender love that Jesus Christ has for sinners not only inspired him with this willingness to suffer and to die for us but also made him conceive a great desire to do so. This made him say, longing for the destruction of sin, I have come to bring fire upon the earth, and what do I desire except that it be kindled? But as he saw that this fire of God’s love could not exist in us except through the destruction of sin and because sin could only be destroyed by his suffering and death, he added, speaking of his death, I have a baptism with which I am to be baptized; Oh, how I long that it be accomplished! By these words he indicated how great was the anguish he experienced because this plan for his death, which was to be so very advantageous to all people, was taking so long to be accomplished, for this delay also delayed their salvation. Are you not ashamed that Jesus Christ had such a great desire for your salvation and still desires it so strongly today, while you correspond so little to his ardent desire?

TALBA Sliem għalik,

O Salib, tama tagħna, taħtek nersqu bit-talb,

kun l-għajn ta’ kull grazzja għat-tajjeb, kun il-maħfra u l-ħelsien għal ħajti.

Bro Louis Camilleri

Missierna...

Page 59: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi · mistrieħ tat-Trinita’ Qaddisa. Alla jinsab f’Marija iktar preżenti bid-divinità u l-kobor tiegħu milli fil-post fejn isaltan fuq il-Kerubini

58 SIGNUM FIDEI

It-Tnejn, id-29 ta’ Ġunju San Pietru u San Pawl - appostli

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Atti 12: 1-11 Issa naf tassew li l-Mulej jeħlisni minn id Erodi. 2. Salm 33: 2-9 L-anġlu tal-Mulej jeħles lil min jibża’ mill-Mulej. 3. 2 Timotju 4: 6-8.17-18 Hemm merfugħa għalija l-kuruna tal-ġustizzja. 4. Mattew 16: 13-19 Inti Pietru: jiena nagħtik l-imfietaħ tas-saltna tas- smewwiet. SAN PIETRU (ċ †64-67) San Pietru kien sajjied, jismu Xmun, u kien wieħed minn tal-ewwel li ġie msejjaħ

minn Ġesù biex ikun appostlu tiegħu, li bidillu ismu f’Pietru. Meta Ġesù ġie arrestat, San Pietru ċaħdu tliet darbiet, iżda malajr iddispjaċih u

patta bil-kbir. Wara li qam mill-mewt Ġesù staqsa lil Pietru tliet darbiet wara xulxin jekk kienx

iħobbu, u wara li għal tliet darbiet San Pietru wieġeb fl-affermattiv, Ġesù fdalu l-merħla tiegħu.

Hekk kif ħeles mill-ħabs fil-persukuzzjoni ta’ Erodi Agrippa f’Ġerusalemm, fis-sena 43, San Pietru mar Antjokja, u wara Ruma, il-belt kapitali tad-dinja ta’ dak iż-żmien.

Baqa’ Ruma, barra mill-ftit żmien li fih kien f’Ġerusalemm għall-ewwel Konċilju tal-Knisja, sakemm ġie msallab rasu ’l isfel, fil-ġnien ta’ Neruni, fuq l-għolja tal-Vatikan, aktarx bejn is-sena 64 u s-67.

Kostantinu l-Kbir bena knisja fuq il-qabar tiegħu; wara nbniet flokha l-knisja maestuża ta’ San Pietru li hemm illum.

SAN PAWL (c †64-67) San Pawl kien Lhudi akkanit, Fariżew, li wara l-konverżjoni tiegħu, fit-triq lejn

Damasku, sar appostlu l-iktar ferventi ta’ Ġesù. Billi kien bniedem ta’ għerf kbir, u kien jaf tajjeb il-kultura sew Griega u sew

Lhudija, kien ta’ għajnuna kbira għall-Knisja fil-bidu tat-tixrid tagħha. Iżda l-ħaġa l-iktar li spikkat fih, kienet l-imħabba kbira tassew li kellu lejn Ġesù.

“Ngħix, imma mhux jien, iżda jgħix fija Kristu” (Galatin 2:20). Għadda 25 sena jiġri minn pajjiż għall-ieħor, jipprietka ’l Ġesù. Aħna l-Maltin għandna l-kbira xorti li ġejna, bħala nazzjon, ikkonvertiti minnu,

fis-sena 60. Fl-istess persekuzzjoni ta’ Neruni, li fiha kien miet San Pietru, San Pawl ġie

arrestat, mitfugħ il-ħabs u wara ġie maqtul bi qtugħ ir-ras, aktarx ukoll bejn is-sena 64 u s-67.

Page 60: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi · mistrieħ tat-Trinita’ Qaddisa. Alla jinsab f’Marija iktar preżenti bid-divinità u l-kobor tiegħu milli fil-post fejn isaltan fuq il-Kerubini

SIGNUM FIDEI 59

Riflessjoni: Niftakru f’Pietru. Meta stqarr il-fidi tiegħu f’Ġesù, dan m’għamlux bil-kapaċità umana tiegħu, imma għaliex kien mirbuħ mill-grazzja li Ġesù ħareġ minnu, mill-imħabba li kien iħoss fi kliemu u li kien jara fl-azzjonijiet tiegħu: Ġesù kien juri l-imħabba t’Alla fil-persuna tiegħu! U l-istess ġralu Pawlu, anke jekk b’mod differenti. Bħala żagħżugħ, Pawlu kien għadu tal-Insara, u meta Ġesù mqajjem mill-imwiet sejjaħlu fit-triq ta’ Damasku, ħajtu nbidlet: fehem li Ġesù ma kienx mejjet, imma ħaj, u sar iħobb lilu wkoll li qabel kien għadu tiegħu! Hekk hu l-esperjenza tal-ħniena, tal-maħfra t’Alla f’Ġesù Kristu: din hija l-Bxara t-Tajba, l-Evanġelju li Pietru u Pawlu esperimentaw fihom infushom u li għalih taw ħajjithom. Ħniena, maħfra! Il-Mulej dejjem jaħfrilna, il-Mulej għandu l-ħniena, huwa ħanin, għandu qalb ħanina u dejjem jistenniena.

Il-Papa Franġisku, silta mill-omelija nhar 29 ta’ Ġunju 2013

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med.139, silta mill-1 punt

It ought not to be surprising that Saint Peter was so dearly loved by Jesus Christ and that our Lord established him as the head of his Church. His great faith won for him this honor, the faith that led himto renounce all things to follow Jesus Christ and to give himself to him completely. It is true, as Saint Jerome says, that Saint Peter gave up little, if we consider what he possessed; he left only a fishing boat and some nets. But if we pay attention to the fact that he gave up at the same time the desire to possess anything, he did indeed give up much, as this saint observes, because he renounced what is most important in this world, what is most capable of attracting and absorbing people’s hearts.

TALBA

Qawwina, Mulej Alla tagħna, bit-talb tal-appostli San Pietru u San Pawl,

u agħti lill-knisja tiegħek għajnuna għas-salvazzjoni ta’ dejjem permezz ta’ dawk li bihom għallimha taqdi d-dmirijiet

qaddisa tagħha lejk. B’ibnek sidna Ġesù Kristu,

Ammen.

Missierna ...

Page 61: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi · mistrieħ tat-Trinita’ Qaddisa. Alla jinsab f’Marija iktar preżenti bid-divinità u l-kobor tiegħu milli fil-post fejn isaltan fuq il-Kerubini

60 SIGNUM FIDEI

It-Tlieta, it-30 ta’ Ġunju

L-ewwel martri ta’ Ruma

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Ġenesi 19: 15-29 Il-Mulej bagħat ix-xita fuq Sodoma u Gomorra, xita ta’ kubrit u nar. 2. Salm 25: 2-3.9-12 Tjubitek, Mulej, hi quddiem għajnejja. 3. Mattew 8; 23-27 Qam, ordna lill-irjieħ u lill-baħar, u waqgħet kalma kbira.

L-Ewwel Martri ta’ Ruma († 64) L-għada tal-festa tal-martirju tal-Appostli Pietru u Pawlu, il-Knisja tfakkar il-

martirju ta’ għadd kbir ta’ Nsara li mietu qabilhom fil-belt eterna. F’Lulju tas-sena 64 wara Kristu, f’Ruma kien hemm nar kbir li dam iħeġġeġ għal

sitt ijiem u sebat iljieli u mbagħad reġa’ beda u dam tlett ijiem oħra sakemm żewġ terzi ta’ Ruma nqerdu.

Billi Neruni ftit li xejn għamel biex jitfih, ġriet ix-xnigħa li hu kien qabbdu. Tacitus jgħidilna kif l-imperatur imbagħad tefa’ l-ħtija fuq l-Insara. Dawn ġew maqbuda u maqtula bi ħruxija kbira f’festa pubblika li saret bil-lejl fil-ġonna tiegħu. Xi Nsara ġew midluka biż-żift u mogħtija n-nar u b’hekk servew bħala torċi biex ikun hemm id-dawl.

L-għadd tal-Insara li mietu martri f’Ruma fl-ewwel snin tal-era Nisranija Alla biss jafu. Ta’ min isemmi li l-ewwel 31 Papa kienu lkoll martri.

Jissemmew biss uħud minn dawn il-martri li baqgħu magħrufin ħafna, imma ħafna oħrajn, irġiel u nisa, lanqas biss nafu isimhom, imma xorta waħda huma martri li biċ-ċarċir ta’ demmhom urew l-imħabba u l-fidi tagħhom fi Kristu li għalih taw ħajjithom kif għamel għalihom dak li miet għalihom fuq is-salib biex jifdihom.

Riflessjoni: X’kienet tkun id-dinja mingħajr Ġesù ta’ Nazzaret? Anke l-filosfu u l-istoriku Franċiż Ernest Renan, kritiku qawwi tal-Knisja, jagħraf li “jekk tneħħi l-isem ta’ Ġesù mid-dinja tkun bħal ċaqlaqt il-pedamenti.” Imma l-mistoqsija l-aktar importanti hija din: “Xi nkun jien mingħajr Ġesù ta’ Nazzaret?” Huwa dan is-sentiment qawwi li qanqal lill-Appostli u wassalhom biex jaslu sat-trufijiet tad-dinja. Ħadd qatt ma tkellem bħalu dan il-bniedem, għaliex ingħata għal kollox għall-oħrajn sa ma sar xejn. Ħadd ma ordna bħalu lill-baħar u lir-riħ biex jisktu jew lill-ispirti ħżiena li jitturmentaw lill-bniedem biex iħalluhom fis-sliem. Il-qaddisin, bħal f’leħħa ta’ berqa, iltaqgħu mal-persuna ta’ Kristu. L-Appostli Pietru u Ġwanni, quddiem it-tribunal li seta’ jikkundannahom, mingħajr biża’ qalu: “Din hi l-ġebla li intom il-bennejja warrabtu, u li saret il-ġebla tax-xewka. F’ħadd ħliefha ma hemm salvazzjoni, għax imkien taħt is-sema ma hemm isem ieħor mogħti lill-bnedmin li bih aħna għandna nkunu salvi” (Atti 4: 11-12). Bruno Ferrero

Page 62: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi · mistrieħ tat-Trinita’ Qaddisa. Alla jinsab f’Marija iktar preżenti bid-divinità u l-kobor tiegħu milli fil-post fejn isaltan fuq il-Kerubini

SIGNUM FIDEI 61

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 165, silta mit-3 punt

Let us, then, like Saint Paul, place all our glory in bearing in our bodies the sacred wounds of the suffering Jesus, so as to make ourselves conformable to Jesus crucified and to honor his Holy Cross in the manner that will be most pleasing to him and most efficacious and advantageous for us. We judge well that the entire life of Jesus was nothing but a cross and a constant martyrdom. We will never appear better as his servant, his friend, and his imitator than by imprinting on ourselves the sign of his Holy Cross and by suffering pain like his. How could we dare look for another way to please God, to honor God, and to offer an agreeable sacrifice except by the way of the blessed cross. Jesus, our Savior, did not spend a single hour of his life without suffering in order to honor his Father, and no saint has ever lived in this world without suffering and without the cross.

TALBA

Kemm ħabbejtni Ġesù! Ħlistni minn disgrazzja kbira.

Fuq is-salib, int ftaħt dawk id-dirgħajn ta’ missier u taħt ġwenħajk kennintni biex tissiġilla

l-wegħda li għamilt miegħi, bid-demm tiegħek, għaliex int tant ħabbejtni;

irrikonċiljajtni mal-Missier Alla. O Ġesù!

Int l-uniku fost kulħadd Int l-uniku “kollox” fost kulħadd.

Intom smewwiet, ilqgħu l-Ispirtu tal-għażiż Ġesù,

imma għażiż Ġesù, demmek, xerrdu fuq ħuti mxerrdin fuq din l-art, u li huma

l-imħabba tiegħek. Ammen

Bro. Louis Camilleri

Missierna ...

Page 63: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi · mistrieħ tat-Trinita’ Qaddisa. Alla jinsab f’Marija iktar preżenti bid-divinità u l-kobor tiegħu milli fil-post fejn isaltan fuq il-Kerubini

62 SIGNUM FIDEI

It-Talba tas-Signum Fidei Missierna li inti fis-smewwiet, fil-providenza tiegħek, inti għoġbok tagħżilni biex inkun Sinjal ta’ Fidi f’dinja mimlija konfużjoni u inċertezzi. Ixgħel fija u fil-membri kollha tas-Signum Fidei, spirtu qawwi ta’ FIDI u ĠENEROŻITÀ, ħalli meta niġi biex nikkommetti ruħi fl-appostolat, nimxi fuq l-eżempju ta’ San Ġwann Battista De La Salle, u ndawwal oħrajn, biex huma wkoll jikkonsagraw ħajjithom, ħalli jwasslu l-Vanġelu lid-dinja fl-edukazzjoni. Bierek ix-xogħol ta’ ħutna, huma fejn huma, biex flimkien , imdawwla bl-entużjażmu tal-ispirtu tal-imħabba tiegħek, insiru dejjem aktar il-melħ tad-dinja, id-dawl tad-dinja, l-aktar fost il-fqar u dawk li jinsabu bogħod mis-salvazzjoni li inti toffri. Ilqa’ ġewwa dirgħajk lil ħutna li telqu qabilna bis-sinjal tat-twemmin u li issa jinsabu reqdin fil-paċi tiegħek. Qed nitolbok dan, permezz ta’ Ġesù Kristu, ibnek l-għażiż. Ammen.

Id-Direzzjoni: Min jixtieq tagħrif dwar is-Signum Fidei jekk jogħġbu jikkuntattja lil:

Signum Fidei, Dar il-Frères, Triq Antonio Sammut, Il-Gżira. GŻR1563

Page 64: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi · mistrieħ tat-Trinita’ Qaddisa. Alla jinsab f’Marija iktar preżenti bid-divinità u l-kobor tiegħu milli fil-post fejn isaltan fuq il-Kerubini

SIGNUM FIDEI 63

JGĦIX ĠESU’

F’QALBNA !

GĦAL DEJJEM

Page 65: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi · mistrieħ tat-Trinita’ Qaddisa. Alla jinsab f’Marija iktar preżenti bid-divinità u l-kobor tiegħu milli fil-post fejn isaltan fuq il-Kerubini

64 SIGNUM FIDEI

TIĠDID TAL-KONSAGRAZZJONI TAL-MEMBRI TAS-SIGNUM FIDEI

Qaddisa Trinità,

Il-Missier, l-Iben, u l-Ispirtu s-Santu,

quddiem il-preżenza tiegħek u mqanqal

mill-imħabba infinita tiegħek,

Jiena ...........................................................

pubblikament qiegħed inġedded il-konsagrazzjoni tiegħi

tal-Magħmudija u nagħti lili innifsi kompletament lilek,

biex nikseb il-glorja tiegħek

u nagħmel dak kollu li teħtieġ minni.

Jiena ningħaqad mal-aħwa tiegħi fil-Komunità

tas-Signum Fidei biex ngħixu, flimkien u b'assoċjazzjoni,

Stil ta' Ħajja mwaqqfa fuq il-persuna ta’ Ġesù Kristu u ningħaqad

magħhom fil-Missjoni Lasalljana favur l-edukazzjoni għall-foqra,

billi nieħu sehem fl-ispiritwalità u l-kariżma Lasalljana.

Jiena nimpenja ruħi li nwettaq il-ħidma appostolika partikulari

tiegħi, jew individwalment jew mal-komunità,

b’fiduċja tal-għajnuna u t-talb ta’ kulħadd,

u bl-interċessjoni ta' San Ġwann Battista de La Salle

u l-Imqaddsa Verġni Marija.

Jien nissieħeb mal-Fraternità għal perjodu ta’ sena,

illum, il-Ħadd, 7 ta’ Ġunju, tas-sena 2020,

Festa tat-Trinità Qaddisa.

Page 66: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi · mistrieħ tat-Trinita’ Qaddisa. Alla jinsab f’Marija iktar preżenti bid-divinità u l-kobor tiegħu milli fil-post fejn isaltan fuq il-Kerubini

SIGNUM FIDEI 65

TALBA EWKARISTIKA

O Ġesù Ewkaristija kun Int il-ferħ u l-għena ta’ ħajti kollha

Mill-ħajja tal-Fundatur

1686

Ġwanni Battista De la Salle u l-

ewwel Brothers jagħmlu

pellegrinaġġ ta’ 45 kilometru

lejn is-Santwarju tal-Madonna

ta’ Liesse. Imxew mal-lejl ghal

madwar tmien sigħat u mas-

sebħ, Gwanni jiċċelebra l-

Ewkaristija.